24.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/35 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10252 — Transgourmet Group/General Markets Food Iberica)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 245/19)
1.
Fil-15 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
General Markets Food Ibérica Group (“GM Food”, SPANJA), ikkontrollat minn Bright Food Group (IĊ-ĊINA); |
— |
TransGourmet Holding AG (“Transgourmet”, L-ISVIZZERA), ikkontrollata minn Coop-Gruppe Genossenschaft (L-ISVIZZERA). |
TransGourmet takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ GM Food kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
GM Food: id-distribuzzjoni ta’ ikel ta’ kuljum u provvisti ta’ prodotti li joqorbu l-ikel għall-ħwienet bħas-supermarkets u għall-operaturi tas-servizzi tal-ikel (ristoranti, lukandi u kumpaniji tal-catering) prinċipalment fi Spanja. |
— |
Transgourmet: l-akkwist u l-provvista bl-ingrossa ta’ prodotti tal-konsum ta’ kuljum f’diversi pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE u, permezz tal-Bell Food Group, il-produzzjoni ta’ prodotti tal-laħam ipproċessat, ħwawar / kondimenti u varjetà ta’ prodotti ta’ konvenjenza. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10252 — Transgourmet Group/General Markets Food Iberica
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).