21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/20


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10250 — Accor/Keys/Hotel Portfolio)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 241/08)

1.   

Fil-11 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Keys REIM (“Keys”, Franza), li finalment huma kkontrollati mill-grupp BPCE (“BPCE”, Franza),

Accor SA (“Accor”, Franza),

Hotel Portfolio (Franza).

Keys, permezz ta’ impriża bi sħab ġdida (joint venture, JV) (LeaseCo, Franza) u Accor, permezz ta’ impriża bi sħab ġdida (ManCo, Franza) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Hotel Portfolio.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Keys: kumpanija tal-ġestjoni tal-assi speċjalizzata fl-akkwiżizzjoni u l-ġestjoni ta’ assi immobiljari, li finalment hija kkontrollata mill-grupp bankarju Franċiż BPCE. L-assi ġestiti minn Keys jinsabu prinċipalment fi Franza,

Accor: grupp ta’ lukandi li l-ishma tiegħu huma kkwotati f’NYSE Euronext Paris. Accor hija prinċipalment attiva fis-settur tal-lukandi bħala maniġer tal-lukandi u franchisor fl-Ewropa, l-Asja, il-Lvant Nofsani, l-Afrika, l-Amerka ta’ Fuq u Ċentrali u l-Amerka t’Isfel. Accor tmexxi wkoll b’mod marġinali negozju ta’ każinò,

Hotel Portfolio: jikkonsisti minn 17-il lukanda kummerċjali u sitt lukandi pipeline, l-aktar tal-kategoriji ta’ kumdità fuq skala medja u fuq skala kbira, li jinsabu fl-Awstrija (Vjenna), id-Danimarka (Kopenħagen), il-Ġermanja (Berlin, Cologne, Dusseldorf, Frankfurt, Hamburg, Munich), Franza (Bordeaux, Hossegor, Lyon, Marsilja, Pariġi), l-Italja (Firenze) u l-Iżvizzera.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10250 — Accor/Keys/Hotel Portfolio

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).