28.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10247 — CVC/ Cooper )

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 392/04)

1.   

Fis-17 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu),

Cooper Consumer Health S.A.S. u s-sussidjarji tagħha (“Cooper”, Franza).

CVC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħedha tat-totalità ta’ Cooper.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CVC timmaniġġja fondi u pjattaformi ta’ investiment,

Cooper tipproduċi u tikkummerċjalizza diversi prodotti tal-kura personali użati għad-dijanjożi, il-prevenzjoni, it-trattament u t-titjib.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

Il-Każ M.10247 CVC/ Cooper

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).