|
6.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 170/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10177 — Repsol/Suez/Ecoplanta)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 170/07)
1.
Fis-27 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Suez Recycling and Recovery Spain, S.L., parti mill-Grupp Suez (“Suez”, Franza), |
|
— |
Repsol Industrial Transformation, S.L., parti mill-Grupp Repsol (“Repsol”, Spanja), |
|
— |
Ecoplanta Molecular Recycling Solution, S.L. (“Ecoplanta”, Spanja), bħalissa kkontrollata minn Suez. |
Suez u Repsol jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ecoplanta.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Suez: attivitajiet ta’ ġestjoni tal-ilma u tal-iskart, |
|
— |
Repsol: il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ kull tip ta’ prodotti kimiċi, inklużi petrokimiċi, |
|
— |
Ecoplanta: l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilità mill-iskart għall-biofuels / sustanzi kimiċi biex il-materja prima muniċipali li ġejja mill-iskart solidu tinbidel f’bijometanol fil-provinċja ta’ Tarragona, Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10177 — Repsol/Suez/Ecoplanta
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).