20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/16


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10169 — EPLI/SZ/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 290/09)

1.   

Fit-12 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EP Logistics International, a.s. (“EPLI”, ir-Repubblika Ċeka), ikkontrollata minn ENERGETICKÝ A PRŮMYSLOVÝ HOLDING, a.s. (“EPH”, ir-Repubblika Ċeka),

SLOVENSKE ŽELEZNICE, d.o.o. (“SŽ”, is-Slovenja),

JV (is-Slovenja).

EPLI u SŽ jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal EPLI: EPLI (permezz ta’ EP CARGO CZ, EP CARGO PL, RML u Locan) joffri servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-merkanzija fir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakkja. Hija toffri servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija, fl-Awstrija, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fil-Polonja u fis-Slovakkja (permezz tal-PE Cargo CZ, EP Cargo PL, EP Cargo DE, Spedica u EP Intermodal),

għal SŽ : il-fornitur tal-Istat Sloven tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u s-servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija u t-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri. Fost l-oħrajn, il-kumpaniji fi ħdan il-Grupp SŽ jaġixxu wkoll bħala maniġer tal-infrastruttura ferrovjarja fis-Slovenja u bħala fornitur ta’ servizzi ta’ trazzjoni u spezzjoni u manutenzjoni għall-vetturi ferrovjarji,

għall-JV: Il-kumpanija possedenti għal SŽ - Tovorni promet, d.o.o., Slovenia (“SŽ-TP”) u FERSPED, d.o.o., Slovenia (“Fersped”), li bħalissa hija 100 % proprjetà ta’ SŽ. SŽ-TP toffri trasport ferrovjarju tal-merkanzija konvenzjonali u intermodali u xi servizzi loġistiċi ta’ akkumpanjament relatati mat-trasport ferrovjarju fil-biċċa l-kbira fis-Slovenja u sa ċertu punt fl-Awstrija u l-Kroazja. Fersped toffri servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija fis-Slovenja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10169 — EPLI/SZ/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 1 229 -64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).