22.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 244/22 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10158 — IHS Markit/CME Group/JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 244/11)
1.
Fit-15 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
IHS Markit Ltd, (“IHSM”, ir-Renju Unit) |
— |
CME Group (“CME”, l-Istati Uniti tal-Amerka) |
— |
Parthenon Ltd (“Parthenon”, Bermuda) |
IHSM u CSM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Parthenon, impriża bi sħab maħluqa ġdida (joint venture, “JV”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
IHSM: fornitur internazzjonali ta’ informazzjoni, analitika, għarfien espert, u soluzzjonijiet għal industriji ewlenin, swieq finanzjarji, u gvernijiet globalment. L-IHSM jipprovdi data tal-ipprezzar u ta’ referenza, indiċijiet finanzjarji, identifikaturi tas-sigurtà, servizzi ta’ valutazzjoni u negozjar, u soluzzjonijiet ta’ data / ġestjoni tad-data, |
— |
CME: ditta globali tal-ġestjoni tar-riskju bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka. CME hija s-sid u tħaddem diversi skambji (Chicago Mercantile Exchange, Chicago Board of Trade (CBOT), New York Mercantile Exchange (NYMEX) u l-Commodity Exchange (COMEX)) u tipprovdi servizzi oħra ta’ negozjar u kklerjar f’firxa ta’ klassijiet ta’ assi, inklużi komoditajiet, indiċijiet tal-ekwità, FX, IRDs u kriptovaluti, |
— |
Parthenon: servizzi ta’ pproċessar kummerċjali u ta’ ottimizzazzjoni tal-kummerċ/portafoll f’għadd ta’ klassijiet ta’ assi, jiġifieri d-derivattivi OTC tal-IHSM u n-negozju tal-ipproċessar tal-kummerċ FX (magħruf bħala MarkitSERV) u n-negozji tal-ottimizzazzjoni tad-derivattivi OTC tas-CME (TRAIANA, TriOptima u Reset). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10158 — IHS Markit/CME Group/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).