19.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/36


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10157 — Aurubis/TSR Recycling/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 93/05)

1.   

Fit-12 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Aurubis AG, (“Aurubis”, il-Ġermanja),

TSR Recycling GmbH & Co. KG (“TSR”, il-Ġermanja), li tappartjeni għal Remondis SE & Co. KG (il-Ġermanja), finalment ikkontrollata minn Rethmann SE & Co. KG (il-Ġermanja),

Impriża bi sħab (joint venture, JV) li għadha kif ġiet inkorporata (“il-JV”, il-Ġermanja).

Aurubis u TSR jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Aurubis hija fornitur dinji integrata vertikalment ta’ metalli mhux ferrużi u waħda mill-produtturi ewlenin tar-ram fl-Ewropa. In-negozju ewlieni ta’ Aurubis huwa l-produzzjoni ta’ katodi tar-ram kemm minn konċentrat ta’ ram imminat kif ukoll minn ruttam tar-ram. Barra minn hekk, Aurubis tipproċessa katodi tar-ram f’vireg u forom tal-wajer,

TSR hija attiva fil-kummerċ u l-ipproċessar ta’ materja prima sekondarja (prinċipalment ruttam) għall-produtturi tal-azzar u l-industrija tal-funderiji. TSR tiġbor, taħżen u tipproċessa l-metall, inkluż ruttam tal-metall ferruż u mhux tal-ħadid, u sa ċertu punt ruttam elettroniku. Barra minn hekk, TSR toffri servizzi ta’ rimi tal-iskart u servizzi ambjentali,

Il-JV hija maħsuba biex tkun attiva fir-riċiklaġġ tar-ruttam tal-cables.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10157 — Aurubis/TSR Recycling/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).