26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/56


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10148 — FCA/EEPS/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 66/15)

1.   

Fit-18 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

FCA Italy S.p.A. (“FCA”, l-Italja), sussidjarja tal-Fiat Chrysler Automobiles N.V. Group (“FCA NV”, in-Netherlands), li se tinkorpora lil Peugeot S.A. u tbiddel isimha għal Stellantis N.V. (in-Netherlands),

EPS E-mobility S.r.l. (“EPS E-mobility”), li bħalissa hija proprjetà ta’ ENGIE EPS Italia S.r.l. (“EEPS”, l-Italja), sussidjarja tal-Grupp ENGIE (Franza).

FCA u EEPS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-EPS E-mobolity.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

FCA NV: grupp globali tal-karozzi li l-attivitajiet tiegħu jipprevedu d-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief (taħt il-marki Abarth, Alfa Romeo, Chrysler, Dodge, Fiat, Fiat Professional, Jeep, Lancia, Maserati u Ram) kif ukoll ta’ komponenti u sistemi ta’ produzzjoni madwar id-dinja,

EEPS: huwa l-attur industrijali tal-grupp ENGIE attiv fil-forniment ta’ soluzzjonijiet ta’ mikrogrilja, sistemi ta’ ħżin tal-enerġija għall-produtturi tal-enerġija rinnovabbli u servizzi ta’ mobbiltà elettronika,

EPS E-mobility: tiżviluppa soluzzjonijiet u teknoloġiji innovattivi għall-vetturi elettriċi u ibridi li jipprovdu soluzzjonijiet innovattivi ta’ ċċarġjar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10148 — FCA/EEPS/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.