|
5.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 40/21 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10001 — Microsoft/Zenimax)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 40/10)
1.
Fid-29 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Microsoft Corporation (“Microsoft”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
ZeniMax Media Inc. (“ZeniMax”, l-Istati Uniti tal-Amerka) |
Microsoft takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ ZeniMax kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ amalgamazzjoni li skontha sussidjarja ġdida tal-Microsoft (“Vault”) tiġi amalgamata ma’ u f’ZeniMax.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Microsoft: kumpanija tat-teknoloġija globali. Microsoft toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi lill-klijenti permezz tas-segmenti tal-operat li ġejjin: (i) Produttività u Proċessi Kummerċjali, (ii) Cloud Intelliġenti u (iii) Aktar Computing Personali. Din it-Tranżazzjoni primarja tikkonċerna n-negozju tal-Microsoft tal-logħob tal-azzard, parti mis-segment operattiv ta’ Aktar Computing Personali. Microsoft tiżviluppa, tippubblika u tiddistribwixxi logħob għal kompjuters personali (personal computers, “PCs”), consoles tal-logħob tal-vidjo u apparat mobbli. Microsoft toffri wkoll il-console tal-logħob Xbox. |
|
— |
ZeniMax: kumpanija privata. ZeniMax tiżviluppa u tippubblika logħob għall-PCs, consoles, u apparat mobbli. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10001 — Microsoft/Zenimax
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).