|
17.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 465/62 |
P9_TA(2021)0044
It-tnaqqis tal-inugwaljanzi, b'enfasi partikolari fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2021 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, b'enfasi partikolari fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu (2019/2188(INI))
(2021/C 465/07)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar tal-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-għan ta' koeżjoni stabbilita skont l-Artikolu 3 tat-TUE, b'mod partikolari l-konverġenza soċjali 'l fuq, |
|
— |
wara li kkunsidra l-klawsola soċjali orizzontali li tinsab fl-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-politika soċjali skont l-Artikolu 151 et seq. tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif imsemmi fl-Artikolu 6 TUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u, b'mod partikolari, il-prinċipji 5 u 6, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UN CRPD), u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Jannar 2011, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-UN CRPD (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi ta' Ursula von der Leyen, |
|
— |
wara li kkunsidra l-programm ta' ħidma aġġustat tal-Kummissjoni għall-2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mira tal-faqar u l-esklużjoni soċjali stabbilita fl-Istrateġija Ewropa 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, fl-UE (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-rwol tad-dħul minimu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni ta' soċjetà inklużiva fl-Ewropa (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-protezzjoni Ewropea tal-ħaddiema transfruntieri u staġunali fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 bit-titolu “Il-faqar: perspettiva tas-sessi” (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-politiki dwar l-introjtu minimu bħala għodda biex jiġi ttrattat il-faqar (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju (13), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Indiċi tad-Drittijiet Globali tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Internazzjonali (ITUC) (14), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tan-Network Ewropew kontra l-Faqar, u r-rapporti rilevanti tal-Forum Ewropew dwar id-Diżabbiltà u n-Network tal-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' Bażi tar-Rom (European Roma Grassroots Organisations – ERGO), |
|
— |
wara li kkunsidra l-objettivi stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew għall-kisba ta' tranżizzjoni ġusta u xierqa billi jiġi pprovdut aċċess għal programmi ta' taħriġ mill-ġdid u opportunitajiet ta' impjieg f'setturi ekonomiċi ġodda, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 bit-titolu “Ewropa soċjali b'saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti” (COM(2020)0014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0006/2021), |
Żieda fl-inugwaljanzi u l-faqar
|
A. |
billi wieħed mill-vantaġġi tal-UE huwa l-mudell soċjali tagħha; billi l-iżviluppi teknoloġiċi u t-tendenza globali ta' żieda fl-inugwaljanzi jirrikjedu li l-mudell soċjali jiġi vvalutat mill-ġdid u adattat għall-ambjent globali modern, b'pass mgħaġġel, kumpless u imprevedibbli tagħna; |
|
B. |
billi skont id-definizzjoni tal-Eurostat, l-individwi jkunu f'riskju ta' faqar fost dawk li jaħdmu meta jaħdmu għal aktar minn nofs is-sena u meta l-introjtu disponibbli ekwivalizzat annwali tagħhom ikun anqas minn 60 % tal-livell ta' introjtu medjan tal-unitajiet domestiċi nazzjonali (wara trasferimenti soċjali); billi l-aħħar ċifri tal-Eurostat juru li fl-2018 kien hemm 9,4 % tal-ħaddiema Ewropej f'riskju ta' faqar (15); |
|
C. |
billi l-inugwaljanza teżisti kemm fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll bejniethom u din tvarja b'mod sinifikanti; billi d-distakk fil-ġid nett bejn il-perċentili l-aktar għonja u l-bqija tan-nies qed jiżdied; billi, filwaqt li fl-2017 il-ġid nett għal kull unità domestika fil-pajjiżi tal-Grupp tal-Euro naqas għall-20 % tal-unitajiet domestiċi bl-aktar livell baxx, dan żdied b'mod relattivament qawwi għall-20 % bl-ogħla livell (16) u l-20 % tal-unitajiet domestiċi bl-aktar livell baxx kellhom bħala medja dejn nett ta' EUR 4 500, filwaqt li b'kuntrast ma' dan l-10 % l-aktar sinjuri kellhom bħala medja assi netti ta' EUR 1 189 700 (17); |
|
D. |
billi l-fatturi li jikkontribwixxu għall-faqar u ż-żieda fl-inugwaljanza fil-ġid nett huma kumplessi u interkonnessi, u primarjament jinkludu l-inugwaljanza fil-pagi, l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, in-nuqqas ta' akkomodazzjoni bi prezz raġonevoli, id-diskriminazzjoni, il-livelli baxxi ta' edukazzjoni, il-bidliet teknoloġiċi fid-dinja tax-xogħol u l-bidliet strutturali fis-suq tax-xogħol; billi ż-żieda fil-produttività mingħajr żidiet korrispondenti fil-pagi taggrava wkoll id-disparitajiet ekonomiċi fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom; |
|
E. |
billi r-riskju tal-aċċellerazzjoni tal-fenomenu tal-esklużjoni tal-introjtu fost il-ħaddiema għandu impatt partikolari mhux biss fuq il-ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet, iżda wkoll fuq il-gradwati (inklużi l-gradwati universitarji) li jidħlu fis-suq tax-xogħol; billi d-differenza fl-introjtu bejn dawk li jaqilgħu l-ogħla u l-inqas pagi mistennija tiżdied; |
|
F. |
billi wieħed minn kull sitt ħaddiema fl-UE jaqla' paga baxxa, jiġifieri paga aktar baxxa minn żewġ terzi tal-paga medjana nazzjonali, u dan is-sehem kulma jmur qed jiżdied; billi l-pagi baxxi ma żammewx il-pass ma' pagi oħra f'ħafna Stati Membri, u b'hekk ġew aggravati l-inugwaljanzi fl-introjtu u l-faqar fost dawk li jaħdmu u kien hemm deterjorament fil-kapaċità ta' dawk li jaqilgħu pagi baxxi biex ilaħħqu mad-diffikultajiet ekonomiċi; |
|
G. |
billi r-reċessjoni fis-suq tax-xogħol matul il-kriżi preċedenti ħolqot żieda drammatika fl-għadd ta' ħaddiema part-time involontarji, li għandhom l-akbar probabbiltà li jaħdmu f'impjiegi ta' servizzi bażiċi jew ta' livell aktar baxx u f'setturi b'riskju għoli ħafna ta' faqar fost dawk li jaħdmu; |
|
H. |
billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u n-nondiskriminazzjoni huma valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif minqux fit-TUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
I. |
billi fl-UE-27, in-nisa jaqilgħu medja ta' 15 % inqas mill-irġiel (18), liema rata tinbidel għal 9,38 % wara aġġustament minħabba kawżi differenti (19); billi d-deċennji ta' differenza bejn il-ġeneri fil-pagi rriżultaw f'differenza ta' 37 % bejn il-ġeneri fl-introjtu mill-pensjonijiet, sitwazzjoni li toħloq livell mhux ugwali ta' indipendenza ekonomika bejn in-nisa u l-irġiel anzjani; |
|
J. |
billi d-distribuzzjoni mhux uniformi tar-responsabbiltajiet tal-indukrar fl-UE, fejn in-nisa jġorru piż sproporzjonat bħala l-indokraturi primarji fil-familji, flimkien mal-aċċess limitat għall-faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal u tal-indukrar tal-anzjani f'xi Stati Membri, tirriżulta f'perjodi ta' assenza mis-suq tax-xogħol u b'hekk f'differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u distakk fil-pensjonijiet; billi din id-distribuzzjoni mhux uniformi tar-responsabbiltajiet ta' indukrar, kif ukoll paga mhux ugwali għal xogħol tipikament imwettaq min-nisa u l-impatt tal-interruzzjonijiet fil-karriera fuq il-promozzjonijiet u l-avvanz fil-pensjoni huma kollha fatturi fil-faqar tan-nisa; |
|
K. |
billi fl-2017 ir-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali kien ta' 23,3 % għan-nisa, ogħla milli għall-irġiel (21,6 %) (20); |
|
L. |
billi d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi ġeneralment hija aktar baxxa għal min jidħol ġdid fis-suq tax-xogħol (21); billi l-opportunitajiet indaqs għandhom ikomplu jiġu promossi sabiex ikomplu jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
M. |
billi l-impjieg tan-nisa huwa konsiderevolment ogħla fis-settur tas-servizzi milli fl-industrija, u n-nisa fil-biċċa l-kbira tagħhom huma impjegati fis-setturi tas-saħħa u soċjali u f'attivitajiet ta' bejgħ bl-imnut, manifattura, edukazzjoni u negozju, b'żieda fil-konċentrazzjoni ta' nisa li jaħdmu part-time u f'impjiegi okkażjonali; |
|
N. |
billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija għodda importanti għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki, il-miżuri u l-azzjonijiet kollha tal-UE, inklużi l-politiki tas-suq tax-xogħol u dawk soċjali, biex jiġu promossi opportunitajiet indaqs u tiġi miġġielda kull forma ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa; |
|
O. |
billi l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR) jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-opportunitajiet indaqs u l-appoġġ attiv għall-impjieg; |
|
P. |
billi l-prinċipju 6 tal-EPSR jistabbilixxi li l-faqar fost dawk li jaħdmu jrid jiġi evitat u li jridu jiġu żgurati pagi minimi adegwati, b'tali mod li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-ħaddiema u l-familji tagħhom fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali nazzjonali, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat l-aċċess għall-impjiegi u l-inċentivi biex wieħed ifittex impjieg; billi fl-ambitu tal-EPSR, meta prinċipju jirreferi għall-ħaddiema, dan jikkonċerna lill-persuni kollha fl-impjieg, irrispettivament mill-istatus, mill-modalità jew mid-durata tal-impjieg tagħhom; |
|
Q. |
billi ż-żgħażagħ ibatu biex isibu impjiegi ta' kwalità u stabbli b'kuntratti permanenti u ħafna drabi jesperjenzaw perjodi ta' qgħad fit-tul; billi ħafna Stati Membri jippermettu lill-impjegaturi jħallsu salarju aktar baxx lill-impjegati żgħażagħ, u dan jiddiskrimina kontra ħaddiema ta' età iżgħar; billi ż-żgħażagħ ħafna drabi jaċċettaw internships mhux imħallsa mingħajr ebda prospett ta' impjieg; |
|
R. |
billi l-impjieg prekarju jolqot lil xi gruppi b'mod aktar sinifikanti minn oħrajn, u billi ċerti popolazzjonijiet, bħall-persuni Romani, ilhom sovrarappreżentati f'xogħol atipiku, mhux stabbli u b'paga baxxa; billi 80 % tal-persuni Rom u t-tfal tagħhom jgħixu fuq introjtu taħt il-limitu nazzjonali rispettiv ta' riskju ta' faqar (22), irrispettivament minn jekk ikunux f'impjieg jew le; billi l-persuni Romani intlaqtu ħażin ħafna mill-pandemija u mill-miżuri ta' konteniment (23); |
|
S. |
billi 95 miljun persuna (21,7 %) fl-UE jinsabu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali, u dan ifisser li s-sopravivenza ekonomika, il-parteċipazzjoni soċjali u l-kwalità tal-ħajja (24) ta' wieħed minn kull ħames persuni fit-tielet l-akbar żona ekonomika tad-dinja jinsabu f'riskju; billi 85,3 miljun persuna (16,9 %) fl-UE jiġu affettwati minn faqar jew esklużjoni soċjali wara t-trasferimenti soċjali; |
|
T. |
billi l-istatistika tal-UE dwar il-faqar turi differenzi kbar bejn is-suċċess tal-Istati Membri fl-ilħuq tal-mira ta' tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali; |
|
U. |
billi 8,2 miljun persuna tneħħew mill-kategoriji ta' riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali apparagun tal-linja bażi tal-2008, fil-biċċa l-kbira bis-saħħa ta' kundizzjonijiet imtejba tas-suq tax-xogħol, u tnaqqis fil-privazzjoni materjali severa (25) u fil-proporzjon ta' persuni li jgħixu f'unitajiet domestiċi b'intensità tax-xogħol baxxa ħafna (26) f'xi Stati Membri; |
|
V. |
billi minkejja titjib sostanzjali tas-sitwazzjoni f'xi Stati Membri, l-UE naqset b'mod ċar milli tilħaq il-mira tagħha stabbilita bl-Istrateġija Ewropa 2020 li tnaqqas l-għadd assolut ta' persuni f'periklu ta' faqar b'20 miljun sal-2020 apparagun tal-2008; |
|
W. |
billi ċerti kategoriji ta' ħaddiema bħalma huma l-ħaddiema staġjonali jew xi ħaddiema transfruntiera jinsabu f'riskju għoli ta' esklużjoni soċjali u faqar fost dawk li jaħdmu u ħafna drabi jkunu impjegati b'kuntratti ta' xogħol b'ħinijiet iqsar bi ftit jew bl-ebda sigurtà tal-impjieg, drittijiet tax-xogħol jew protezzjoni soċjali; |
|
X. |
billi hemm diversi konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol prekarji u tal-faqar fost dawk li jaħdmu, inklużi livelli aktar baxxi ta' benesseri mentali soġġettiv, problemi bl-akkomodazzjoni u l-ambjent tal-għajxien, relazzjonijiet ħżiena u sentimenti ta' esklużjoni soċjali (27); |
|
Y. |
billi l-ħaddiema affettwati mill-faqar fost dawk li jaħdmu ħafna drabi jaħdmu f'impjiegi b'kundizzjonijiet tax-xogħol mhux aċċettabbli, bħal xogħol mingħajr ftehim kollettiv, ksur tas-sigħat tax-xogħol (28) u riskji għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; |
|
Z. |
billi fi żminijiet ta' reċessjoni ekonomika, tali ħaddiema jinsabu f'pożizzjoni saħansitra aktar dgħajfa fis-suq tax-xogħol; |
|
AA. |
billi, b'mod ġenerali, il-ħaddiema part-time u, b'mod partikolari, il-ħaddiema part-time involontarji, jinsabu f'riskju akbar ta' faqar meta jiġu kkombinati fatturi differenti ta' riskju, inklużi paga baxxa, impjiegi mhux stabbli u unitajiet domestiċi b'membri dipendenti u dawk b'paga waħda (29); |
|
AB. |
billi fl-2019, 5,8 % tal-popolazzjoni tal-UE-27 kienet qed tgħix fi privazzjoni materjali estrema u billi l-faqar estrem jeżisti f'bosta reġjuni u komunitajiet; billi dan is-sehem x'aktarx li jiżdied b'mod sinifikanti fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, u dan jagħmel din il-problema saħansitra aktar urġenti; |
|
AC. |
billi l-faqar enerġetiku huwa problema partikolarment mifruxa madwar l-Ewropa, u hemm bejn 50 u 125 miljun persuna li ma jistgħux jaffordjaw kumdità termika interna adegwata (30); billi 11 % tal-unitajiet domestiċi fl-UE ma għandhomx aċċess għall-internet (31); |
|
AD. |
billi l-faqar tal-unitajiet domestiċi (32) qed jonqos (33) bil-mod: wieħed minn kull erbat itfal ta' anqas minn 18-il sena jinsab f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali u b'hekk maqbud f'ċiklu ta' żvantaġġ rikorrenti minn ġenerazzjoni għall-oħra (34); billi l-ġenituri waħedhom (34,2 %) u l-familji kbar huma partikolarment affettwati (35); billi l-familji b'wild jew qraba oħra b'diżabilità huma f'riskju ogħla ta' faqar; |
|
AE. |
billi l-kirjiet qed jiżdiedu b'mod kostanti fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri; billi r-rata tal-piż eċċessiv tal-kost tal-abitazzjoni (36) fl-UE hija ta' 9,6 %, u dan ifisser li n-nies li jgħixu f'dawn l-unitajiet domestiċi jonfqu 40 % jew aktar tal-introjtu disponibbli ekwivalizzat tagħhom fuq l-abitazzjoni (37); billi f'xi Stati Membri r-rata tal-piż żejjed tal-kost tal-abitazzjoni tista' tilħaq 50-90 % (38); billi l-unitajiet domestiċi b'persuni li jikru b'introjtu baxx fl-UE jiffaċċjaw spejjeż medjani tal-abitazzjoni ta' bejn 20 u 45 % tal-introjtu disponibbli tagħhom; |
|
AF. |
billi wieħed mill-kontributuri ewlenin għad-disparità fil-ġid nett huwa l-bidliet fil-prezzijiet tad-djar; billi l-iskarsezza ta' abitazzjoni bi prezz raġonevoli qed issir l-akbar mutur tal-inugwaljanzi f'ħafna Stati Membri; |
|
AG. |
billi l-kondizzjoni ta' persuna mingħajr dar qed tiżdied madwar l-Ewropa, u huwa stmat li fl-2019 kien hemm madwar 700 000 persuna mingħajr dar (39); 70 % aktar minn għaxar snin ilu (40); |
|
AH. |
billi, fl-2017, il-perċentwal ta' żgħażagħ ta' bejn 18 u 24 sena li, għalkemm kienu impjegati, kienu f'riskju ta' faqar fl-Unjoni Ewropea kien stmat għal 11 % u sa 28,2 % fir-Rumanija (41); |
|
AI. |
billi l-faqar fost l-anzjani qed ikompli jiżdied: ir-rata tar-riskju tal-faqar fost il-persuni li għandhom aktar minn 65 sena bħala medja kienet 16,1 % (UE-27); billi din iċ-ċifra se tkompli tikber prinċipalment minħabba xogħol prekarju u atipiku, li huwa partikolarment prevalenti fost l-anzjani (42); |
|
AJ. |
billi l-faqar fost dawk li jaħdmu jeqred is-sens bażiku tax-xogħol, jiġifieri li jipprovdi ħajja deċenti għall-impjegati u l-familji tagħhom billi ma jħallihomx isiru ekonomikament indipendenti; |
|
AK. |
billi l-Artikolu 4 tal-Karta Soċjali Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa jipprevedi li l-ħaddiema kollha għandhom id-dritt għal remunerazzjoni ġusta li tkun suffiċjenti għal livell ta' għajxien deċenti għalihom stess u għall-familji tagħhom; |
Tnaqqis fil-kopertura tan-negozjar kollettiv
|
AL. |
billi matul dawn l-aħħar tliet deċennji l-kopertura tan-negozjar kollettiv fil-pajjiżi tal-OECD bħala medja naqset minn 46 % għal 32 %; billi f'tal-inqas 14-il Stat Membru tal-UE 50 % tal-impjegati jaħdmu mingħajr ftehim kollettiv; billi seba' Stati Membri biss għandhom rata ta' negozjar kollettiv ogħla minn 80 % (43); billi t-tnaqqis kien l-aktar rapidu fil-pajjiżi li għaddew minn riformi strutturali li kellhom fil-mira n-negozjar kollettiv (44); |
|
AM. |
billi sistemi ta' negozjar kollettiv ikkoordinati tajjeb li għandhom kopertura estensiva jrawmu prestazzjoni tajba fis-suq tax-xogħol, u billi l-ħaddiema li huma koperti minn ftehimiet kollettivi normalment igawdu kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u ambjent tax-xogħol ta' kwalità aħjar minn dawk li mhumiex; |
|
AN. |
billi l-għadd ta' pajjiżi madwar id-dinja fejn il-ħaddiema huma esklużi mid-dritt li jistabbilixxu jew li jissieħbu fi trade union żdied minn 92 fl-2018 għal 107 fl-2019; billi l-ogħla żieda kienet fl-Ewropa; billi 40 % tal-pajjiżi Ewropej ma jippermettux lill-ħaddiema jissieħbu fi trade union, 68 % kisru d-dritt tal-istrajkjar u 50 % kisru d-dritt għal negozjar kollettiv (45); |
|
AO. |
billi għall-ħaddiema f'żoni rurali huwa aktar diffiċli li tinkiseb rappreżentanza ta' trade union u jiġu nnegozjati ftehimiet kollettivi lokali u settorjali, u dan jiddependi wkoll mis-settur; |
|
AP. |
billi bejn l-2000 u l-2016, ir-rata tat-tkabbir tal-pagi għaż-żona tal-euro kienet taħt ir-rata ta' produttività (46); billi ż-żidiet fil-pagi ma żammewx il-pass maż-żieda fil-valur miżjud u dan ikkonsolida l-inugwaljanzi eżistenti; |
|
AQ. |
billi l-ftehimiet ta' negozjar kollettiv u ta' negozjar settorjali jirregolaw mhux biss il-livelli tal-pagi iżda wkoll kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħin tax-xogħol, il-liv imħallas, il-vaganzi u l-opportunitajiet ta' titjib tal-ħiliet; |
|
AR. |
billi sħab soċjali u negozjar kollettiv b'saħħithom jista' jkollhom impatt pożittiv fuq il-livell globali tal-pagi fl-Ewropa, inklużi kemm il-paga minima kif ukoll dik medjana; billi n-negozjar kollettiv jiżgura li l-ħaddiema jinstemgħu u jiġu rrispettati; billi hemm evidenza ta' korrelazzjoni pożittiva bejn il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol u l-prestazzjoni u d-dħul ta' kumpanija (47); |
Żieda fl-impjieg atipiku u prekarju
|
AS. |
billi fl-2017 ir-rata ta' impjieg għall-persuni b'diżabilità (50,6 %) kienet ferm aktar baxxa mir-rata ta' impjieg totali (74,8 %) (48); |
|
AT. |
billi b'riżultat ta' dan, il-persuni b'diżabilità huma f'riskju akbar ta' faqar fost dawk li jaħdmu (11 % vs il-medja tal-UE ta' 9,1 %) (49); |
|
AU. |
billi 20,7 % tan-nisa b'diżabilità u 28,6 % tal-irġiel b'diżabilità biss għandhom impjieg full-time (50); |
|
AV. |
billi f'xi Stati Membri, il-persuni b'diżabilità spiss jitilfu l-intitolamenti ta' diżabilità tagħhom meta jibdew jaħdmu, u dan iżid ir-riskju tagħhom ta' faqar fost dawk li jaħdmu; |
|
AW. |
billi f'xi Stati Membri, il-persuni b'diżabilità impjegati f'workshops protetti mhux neċessarjament ikollhom status ta' impjegat, drittijiet tax-xogħol jew paga minima garantita (51); |
|
AX. |
billi l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol irriżultat saħansitra aktar diffiċli fid-dawl tal-kriżi finanzjarja (52); |
|
AY. |
billi l-proporzjon ta' ħaddiema li jgħixu f'unità domestika f'riskju ta' faqar żdied minn 8 % għal 9,4 % fi żmien għaxar snin – u dan jikkorrispondi għal 20,5 miljun persuna (53); |
|
AZ. |
billi nstabet korrelazzjoni bejn iż-żieda fil-forom mhux standard ta' impjieg u ż-żieda fil-proporzjon ta' Ewropej f'riskju ta' faqar fost dawk li jaħdmu (54); billi 16,2 % ta' dawk li jaħdmu part-time jew b'kuntratti temporanji huma aktar esposti għar-riskju ta' faqar fost dawk li jaħdmu, meta mqabbla ma' 6,1 % ta' dawk b'kuntratt permanenti; |
|
BA. |
billi l-livell ta' edukazzjoni għandu rilevanza sinifikanti fuq ir-riskju ta' faqar fost dawk li jaħdmu; billi r-riskju ta' faqar fost dawk li jaħdmu huwa konsiderevolment ogħla għall-ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet; billi f'ċerti Stati Membri hemm saħansitra riskju ta' faqar fost dawk li jaħdmu għall-ħaddiema b'livell għoli ta' ħiliet (55); |
|
BB. |
billi madwar l-UE jeżistu prattiki differenti għall-iffissar tal-pagi; |
|
BC. |
billi s-sistemi tal-paga minima – fejn jeżistu – ivarjaw ħafna fl-ambitu u l-kopertura madwar l-Istati Membri (56); billi s-sistemi tal-paga minima jvarjaw ukoll f'termini tal-livell assolut u relattiv tagħhom, u billi hemm diskrepanzi konsiderevoli f'termini ta' kopertura u adegwatezza biex jiġi żgurat għajxien deċenti; billi anki jekk dawn id-differenzi jkunu iżgħar meta jiġu kkunsidrati d-differenzi fil-prezzijiet, id-disparitajiet fil-kapaċità tal-akkwist jibqgħu kbar (57); billi l-perċentwal ta' persuni li jirċievu paga minima wkoll ivarja b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri; |
|
BD. |
billi l-paga minima hija ogħla b'mod konsistenti mil-limitu ddefinit tar-riskju tal-faqar (60 % tal-paga medjana grossa) fi tliet Stati Membri biss u ma tipprovdix protezzjoni kontra l-faqar fi Stati Membri oħra; billi kultant, ċerti setturi, gruppi ta' ħaddiema u forom ta' xogħol ma jkunux inklużi jew koperti b'arranġamenti ta' paga minima jew ftehimiet kollettivi; |
|
BE. |
billi l-ħaddiema li jaqilgħu paga minima spiss ikollhom diffikultajiet biex ilaħħqu mal-ħajja; billi, b'mod aktar speċifiku, 7 minn kull 10 ħaddiema li jaqilgħu paga minima għandhom mill-inqas “xi” diffikultajiet biex ilaħħqu mal-ħajja, meta mqabbla ma' 5 minn kull 10 tal-ħaddiema l-oħra u b'differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri (58); |
|
BF. |
billi t-tnaqqis fl-impjiegi matul il-kriżi finanzjarja fl-2008 ħoloq żieda drammatika fl-għadd ta' persuni f'impjieg atipiku, xogħol b'ħinijiet iqsar u impjieg part-time, inkluż l-impjieg part-time involontarju (59); billi l-ħaddiema part-time involontarji huma dawk l-aktar probabbli li jaħdmu f'impjiegi ta' servizzi bażiċi jew ta' livell aktar baxx u f'setturi u li għandhom fost l-ogħla livelli ta' riskju ta' faqar fost dawk li jaħdmu; billi aktar minn terz tal-ħaddiema part-time jaħdmu b'mod involontarju f'impjieg part-time u wieħed minn kull tnejn jaħdmu f'xogħol b'ħinijiet iqsar (60); |
|
BG. |
billi l-kuntratti standard full-time indefiniti jammontaw għal 59 % tal-impjiegi totali fl-UE, bl-impjiegi atipiċi u, ta' sikwit imma mhux dejjem, l-impjiegi prekarji, jiżdiedu b'mod kontinwu (61); |
|
BH. |
billi x-xogħol b'ħinijiet iqsar ma jwassalx għall-iżvilupp, it-taħriġ u l-adattament tal-ħiliet tal-impjegati bi qbil mad-dinja tax-xogħol li qed tinbidel; |
|
BI. |
billi hemm varjazzjonijiet kbar fl-għadd ta' ħaddiema li jwettqu xogħol prekarju fl-UE fil-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-industrija tal-lukandi, il-catering (62) u s-setturi tal-kultura u tal-ġestjoni tal-avvenimenti; |
|
BJ. |
billi l-faqar fost dawk li jaħdmu jista' jaffettwa wkoll lill-professjonisti żgħażagħ b'livell għoli ta' edukazzjoni, b'mod partikolari fl-Istati Membri b'livell għoli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ; billi filwaqt li l-perċentwal ta' żgħażagħ fil-faqar fost dawk li jaħdmu huwa aktar baxx għal dawk b'lawrja universitarja minn dawk b'livelli aktar baxxi ta' edukazzjoni, xorta jibqa' konsiderevoli f'ċerti Stati Membri; billi dawn l-adulti żgħażagħ ħafna drabi jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' pagi baxxi, kundizzjonijiet tax-xogħol inġusti, impjieg indipendenti fittizju, kuntratti tax-xogħol atipiċi u saħansitra xogħol mhux iddikjarat (63); |
|
BK. |
billi l-introjtu addizzjonali, il-flessibbiltà akbar, il-kisba tal-esperjenza, l-attrazzjoni tal-klijenti u n-nuqqas ta' opportunitajiet fis-suq tax-xogħol tradizzjonali jidhru li huma l-motivazzjonijiet ewlenin biex wieħed jaċċetta xogħol fuq il-pjattaformi diġitali; billi x-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali huwa ġeneralment pożittiv għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol (64); billi x-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali huwa eteroġenju, u, b'riżultat ta' dan, soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd iddgħajjef il-ħolqien ta' forom ta' xogħol importanti (65); |
|
BL. |
billi l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) ġiet stabbilita f'Lulju 2019 bil-għan li tappoġġa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni u l-infurzar effikaċi tad-dritt tal-Unjoni relatat mal-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali; billi l-ELA mistennija tilħaq il-kapaċità operazzjonali sħiħa tagħha sal-2024; |
|
BM. |
billi għalkemm il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tressaq proposta għal Numru tas-Sigurtà Soċjali Ewropew, għadha ma tressqet l-ebda proposta konkreta; |
|
BN. |
billi fl-2018 ir-rata ta' tagħlim għall-adulti fl-UE kienet 11,1 % filwaqt li l-mira tal-2020 kienet 15 % (66); billi t-teknoloġija u l-innovazzjoni għandhom potenzjal kbir biex jiftħu l-opportunitajiet, iżda aktar minn 40 % tal-adulti fl-UE m'għandhomx ħiliet diġitali bażiċi; |
Il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19
|
BO. |
billi l-qgħad u l-impjieg prekarju u atipiku żdiedu b'mod qawwi matul il-kriżi finanzjarja tal-2008, u billi matul il-kriżi tal-COVID-19 l-attenzjoni hija ffukata wkoll fuq il-kwistjonijiet soċjali li jirriżultaw mit-telf tal-impjiegi, ix-xogħol b'ħinijiet iqsar u t-theddid għas-sopravivenza ekonomika, pereżempju għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), l-industriji artiġjanali żgħar, in-negozjanti ż-żgħar u l-ħaddiema transfruntiera; billi l-klassi medja qed tiċkien, id-distakk bejn is-sinjuri u l-foqra qed jiżdied u d-disparitajiet fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom qed jiġu aggravati bil-kriżi tal-COVID-19; |
|
BP. |
billi f'April 2020, matul il-pandemija tal-COVID-19, 50 % tal-ħaddiema fl-UE esperjenzaw tnaqqis fil-ħin tax-xogħol tagħhom, b'aktar minn terz (34 %) ta' dawk fl-impjieg jirrappurtaw li kien naqas “ħafna” u 16 % li kien naqas “ftit” (67); |
|
BQ. |
billi 75 % taċ-ċittadini tal-UE jqisu li s-sitwazzjoni finanzjarja attwali tagħhom hija agħar minn qabel il-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li 68 % jirrappurtaw diffikultajiet biex ilaħħqu mal-ħajja u 68 % ma jistgħux iżommu l-livell ta' għajxien tagħhom għal aktar minn tliet xhur mingħajr introjtu; billi 16 % tal-ħaddiema fl-UE jemmnu li x'aktarx se jitilfu l-impjieg tagħhom fil-futur qarib (68); |
|
BR. |
billi l-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 jista' jkollha konsegwenzi serji u fit-tul għas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ jew il-ħaddiema vulnerabbli, peress li taf iġġegħelhom jaċċettaw impjiegi prekarji u atipiċi, u dan se jżid l-inugwaljanzi eżistenti u jaggrava l-kundizzjonijiet tax-xogħol b'mod konsiderevoli; |
|
BS. |
billi l-pandemija tal-COVID-19 għalhekk x'aktarx se jkollha impatt dirett f'termini ta' żieda fil-faqar u l-faqar fost dawk li jaħdmu (69), speċjalment fost il-gruppi l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà; |
|
BT. |
billi l-pandemija tal-COVID-19 uriet il-ħtieġa ta' protezzjoni soċjali aktar inklużiva li tkopri t-tipi kollha ta' ħaddiema, b'mod speċjali l-ħaddiema tal-pjattaforma u dawk li jaħdmu għal rashom; |
|
BU. |
billi l-impjiegi bi ħlas baxx u dawk bi ħlas għoli qed ikomplu jikbru fl-għadd, iżda l-ammont ta' impjiegi bi ħlas medju qed jonqos; billi l-impjiegi bi ħlas baxx ma jimplikawx kwalifiki baxxi, b'mod partikolari għall-ħaddiema tal-pjattaforma; billi hemm żieda dejjem akbar għal ħaddiema b'edukazzjoni għolja anki f'impjiegi bi ħlas baxx; |
1.
Jenfasizza li, skont l-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-UE għandha obbligu li tiżgura li l-ħaddiema kollha jgawdu kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sikurezza u d-dinjità tagħhom u jitlob li tingħata attenzjoni għall-fatt li l-faqar u l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol u s-soċjetà jaggravaw l-inugwaljanzi u s-segregazzjoni; ifakkar fil-fatt li, fl-implimentazzjoni tal-politiki tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jsaħħu l-mudell soċjali tal-UE u jqisu r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, il-garanzija ta' standard tal-għajxien diċenti u ħarsien soċjali adegwat għal kulħadd, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;
2.
Jenfasizza li t-TUE jistabbilixxi li l-Unjoni għandha l-obbligu bażiku li taħdem favur l-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa, fuq il-bażi ta', fost l-oħrajn, ekonomija tas-suq soċjali b'livell għoli ta' kompetittività li jkollha l-għan li tikseb livell massimu ta' impjiegi u progress soċjali u livell għoli ta' protezzjoni; jenfasizza li l-UE għandha tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u għandha tippromwovi l-protezzjoni u l-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà interġenerazzjonali u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal;
3.
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-inugwaljanza fl-introjtu fl-UE bħala reġjun dinji hija aktar baxxa minn dik ta' xi ekonomiji avvanzati kbar oħra, iżda għadha kwistjoni ta' tħassib; jisħaq li livell għoli ta' inugwaljanza jqajjem tħassib dwar l-ekwità, peress li l-inugwaljanza li tkun integrata sew tista' tirriżulta f'inugwaljanza ta' opportunità u tnaqqas it-tkabbir potenzjali; jissottolinja li livell relattivament għoli ta' inugwaljanza jista' jkun marbut ma' livell ogħla ta' riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali aktar qawwija, kif ukoll inċidenza ogħla ta' diffikultà finanzjarja u, bħala tali, jista' jnaqqas il-koeżjoni soċjali (70);
4.
Jinnota li, għalkemm ir-rati tal-faqar fost in-nisa jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn Stat Membru u ieħor, ir-riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali fil-gruppi ta' riskju li jagħmlu parti minnhom in-nisa anzjani, in-nisa waħedhom, in-nisa bit-tfal u l-ommijiet waħedhom, in-nisa rifuġjati u migranti, in-nisa ta' kulur, in-nisa minn minoranzi etniċi, in-nisa omosesswali, bisesswali u transġeneri u n-nisa b'diżabilità huwa kbir, u t-tendenza medja hija li n-nisa jkunu aktar f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali mill-irġiel (22,8 % fl-2018 fl-UE); jinnota li fatturi ta' riskju intersezzjonali oħra bħall-inattività, in-nuqqas ta' servizzi ta' indukrar għat-tfal u għall-membri tal-familja dipendenti jagħmlu ċerti kategoriji speċifiċi ta' nisa aktar vulnerabbli minn oħrajn għar-riskji tal-faqar;
5.
Jenfasizza li wieħed minn kull żewġ persuni bi sfond ta' migrazzjoni mhux mill-UE jinsabu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali, li l-livelli ta' xogħol prekarju huma partikolarment għoljin fost in-nisa migranti u rifuġjati, u li dawk bi status dipendenti jew irregolari jħabbtu wiċċhom ma' rati estremament għoljin ta' faqar; jenfasizza li erbgħa minn kull ħames membri tal-komunità Rom għandhom introjtu aktar baxx mil-limitu tal-faqar u li inqas minn mara waħda minn kull ħames nisa Rom (li għandhom 16-il sena jew aktar) għandhom impjieg; jenfasizza li d-diskriminazzjoni fl-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi tikkontribwixxi għal din ir-realtà; jistieden lill-UE taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-istandards tax-xogħol tal-UE u dawk nazzjonali mingħajr ebda tip ta' diskriminazzjoni, inkluż permezz ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ, tal-ilmenti u ta' rimedju li jkunu effettivi, indipendenti u aċċessibbli għall-ħaddiema kollha;
6.
Jindika li skont l-Eurostat, bħalissa hemm 64,6 miljun mara u 57,6 miljun raġel li jgħixu fil-faqar fl-Istati Membri, u dan juri li l-impatt tal-faqar fuq in-nisa u l-irġiel huwa differenti; jinnota li dawk in-numri juru biss l-għadd ta' nisa milquta, u jridu jiġu eżaminati flimkien ma' indikaturi oħra, bħall-età, l-istennija tal-għomor, l-inugwaljanzi fl-introjtu, id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, it-tip ta' unità domestika u t-trasferimenti soċjali biex wieħed jifhem is-sinifikat sħiħ tagħhom; jenfasizza li l-esponiment tan-nisa għall-faqar aktarx huwa sottovalutat u jistieden lill-Istati Membri jiġbru d-data dwar il-faqar b'mod li jirrifletti r-realtà domestika u individwali ta' persuna, flimkien ma' data rilevanti dwar l-ugwaljanza, u jwettqu analiżijiet skont il-ġeneru tal-istatistika u l-politiki relatati mal-faqar, peress li wieħed ma jistax jassumi li r-riżorsi huma kondiviżi b'mod ugwali fost l-irġiel u n-nisa fi ħdan l-unitajiet domestiċi;
Miżuri kontra l-inugwaljanza
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jilħqu l-għan ta' kundizzjonijiet ta' għajxien komparabbli permezz ta' konverġenza soċjali u ekonomika 'l fuq, jiġġieldu l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom, u jżidu s-solidarjetà; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu s-sistemi ta' negozjar kollettiv u jiżguraw protezzjonijiet soċjali minimi u sistema tas-sigurtà soċjali għall-gruppi tal-etajiet kollha; jenfasizza li dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu permezz ta' strumenti bħal, iżda mhux biss, introjtu minimu, pagi minimi u pensjonijiet minimi fl-ambitu tal-ewwel pilastru (71) skont il-kompetenzi u l-liġijiet ta' kull Stat Membru, u b'rispett tal-prinċipji ġenerali kollha tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-drittijiet fundamentali, il-proporzjonalità, iċ-ċertezza tad-dritt, l-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi u s-sussidjarjetà; |
|
8. |
Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-prevenzjoni u l-indirizzar tal-faqar fost dawk li jaħdmu jridu jkunu parti mill-għan ġenerali li jinqered il-faqar fl-Unjoni Ewropea; |
|
9. |
Jemmen li d-disponibbiltà ta' servizzi (b'mod partikolari servizzi pubbliċi) bi prezz raġonevoli, aċċessibbli u ta' kwalità tajba hija essenzjali biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u l-livelli tal-faqar; iqis li huwa essenzjali, għalhekk, li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiggarantixxu aċċess għal servizzi ta' kwalità tajba u, b'konsegwenza ta' dan, aċċess universali għal kura tas-saħħa, edukazzjoni, abitazzjoni bi prezz raġonevoli, provvista tal-enerġija u protezzjonijiet soċjali; |
|
10. |
Huwa konvint li l-assjoma li x-“xogħol huwa l-aħjar rimedju kontra l-faqar” illum il-ġurnata mhux dejjem tapplika f'realtà fejn insibu setturi b'paga baxxa u kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji (inklużi ċerti forom ta' impjieg atipiku), u dan qed jaffettwa s-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi tas-sigurtà soċjali; jemmen, barra minn hekk, li l-ftehimiet kollettivi effettivi u s-sistemi effettivi ta' paga minima statutorja, fejn applikabbli, huma strumenti importanti għall-ġlieda kontra l-faqar; |
|
11. |
Jirrimarka li t-tkabbir huwa essenzjali biex jiġu miġġielda l-prekarjetà u l-faqar; huwa konvint li hemm bżonn li titrawwem l-intraprenditorija, inkluż fost in-nisa u ż-żgħażagħ; jirrimarka li l-SMEs, li joħolqu l-impjiegi u l-ġid u li huma s-sinsla tan-nisġa ekonomika Ewropea, iridu jiġu appoġġati; jirrimarka li dawn iġibu l-vitalità fit-territorji u jikkontribwixxu għall-innovazzjoni u għall-bini ta' suq tax-xogħol kompetittiv, diversifikat u sostenibbli; jenfasizza li l-leġiżlazzjoni Ewropea trid tkun ta' benefiċċju għan-negozji, b'mod partikolari l-SMEs; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, abbażi tal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjonijiet tal-ILO u l-Karta Soċjali Ewropea riveduta u l-impenji tagħhom lejn il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-SDGs, jippromwovu n-negozjar kollettiv; jistieden lill-Istati Membri jadattaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom meta din tfixkel in-negozjar kollettiv u d-dritt ta' assoċjazzjoni, jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi, u jirrispettaw u jinfurzaw id-dritt għal pagi minimi ġusti, fejn applikabbli; |
|
13. |
Jisħaq li l-iżviluppi teknoloġiċi u l-bidliet fl-istruttura tal-ekonomija qed jirriżultaw f'konċentrazzjoni għola ta' attività ekonomika u impjiegi b'livell għoli ta' ħiliet f'żoni metropolitani, u dan iżid l-inugwaljanzi soċjali u ġeografiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-investimenti fit-teknoloġija diġitali f'żoni rurali sabiex itejbu s-servizzi pubbliċi, kif ukoll il-kwalità u l-effiċjenza tagħhom, u joħolqu modi ġodda ta' twassil ta' servizzi għal reġjuni remoti u mhux moqdija tajjeb, sabiex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi u jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol aħjar; |
|
14. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-aġenda għall-ħiliet; jenfasizza li livelli baxxi ta' edukazzjoni huma waħda mill-kawżi fundamentali tal-faqar fost dawk li jaħdmu u jeħtieġ li jiġu indirizzati; |
|
15. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu aċċess ugwali għal edukazzjoni u taħriġ inklużivi għal kulħadd u biex isaħħu l-isforzi tagħhom biex inaqqsu t-tluq bikri mill-iskola; |
|
16. |
Jissottolinja li edukazzjoni ta' kwalità għolja minn età bikrija, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet huma essenzjali biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u jitjiebu l-kapaċitajiet tal-ħaddiema biex jadattaw għad-dinja tax-xogħol li qed tinbidel u biex it-tranżizzjoni tagħhom lejn l-impjieg tiġi ffaċilitata b'suċċess; |
|
17. |
Jistieden għalhekk, lill-Istati Membri biex jaħdmu mill-qrib mas-sħab soċjali, mal-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, mal-intrapriżi u ma' partijiet ikkonċernati oħra biex isaħħu u jtejbu s-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u jtejbu l-kwalità u r-rilevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol u l-iżvilupp personali, inkluż bil-ħsieb li jippermettu lin-nies ikollhom aċċess għall-apprendiment tul il-ħajja; |
|
18. |
Jisħaq li t-trasformazzjoni diġitali u l-għadd dejjem jikber ta' impjiegi bi kwalifiki u b'ħiliet għoljin jeħtieġu investiment immirat għall-apprendiment tul il-ħajja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joffru appoġġ koerenti u komprensiv għall-iżvilupp tal-ħiliet diġitali meħtieġa, inkluż għall-ħaddiema akbar fl-età; jappella, għalhekk, għal investiment immirat għat-taħriġ mill-ġdid u għat-titjib tal-ħiliet diġitali biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jadattaw għat-tibdil u jiżguraw pagi ogħla; |
|
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu liż-żgħażagħ b'livell ta' edukazzjoni u taħriġ adegwat, li jippermettilhom jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-isfidi tas-suq tax-xogħol, u b'hekk jiġu mgħammra bl-għarfien tad-drittijiet tax-xogħol u soċjali tagħhom, sabiex ma jispiċċawx f'impjiegi atipiċi u prekarji; |
|
20. |
Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-libertajiet ekonomiċi fundamentali tas-suq uniku u d-drittijiet fundamentali soċjali u tax-xogħol jitqiesu fl-istess livell f'każ ta' kunflitt bejn it-tnejn; |
|
21. |
Jitlob strateġija Ewropea ġenerali kontra l-faqar, b'miri ambizzjużi għat-tnaqqis tal-faqar u t-tmiem tal-faqar estrem fl-Ewropa sal-2030, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u fid-dawl tal-SDGs; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu minn strumenti finanzjarji bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-programmi tal-UE sabiex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ, tissaħħaħ l-impjegabbiltà tagħhom, u jiġu mħeġġa jieħdu impjiegi stabbli u mhux prekarji; |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri reali biex jiġġieldu l-evitar u l-frodi tat-taxxa bħala mezz importanti biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi ekonomiċi u biex jitjieb il-ġbir tad-dħul mit-taxxi fl-Istati Membri; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-qafas tagħha għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta' kooperattivi u intrapriżi tal-ekonomija soċjali, li min-natura tagħhom jagħmlu enfasi aktar qawwija fuq kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u l-emanċipazzjoni tal-ħaddiema; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu inizjattivi biex jippromwovu l-awtonomizzazzjoni tan-nisa permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-apprendiment tul il-ħajja, kif ukoll l-aċċess għall-finanzi, l-intraprenditorija tan-nisa u r-rappreżentanza tan-nisa f'setturi orjentati lejn il-futur, bil-għan li jiġi żgurat l-aċċess għal impjiegi b'livell għoli ta' kwalità; jappella, b'mod partikolari, għal aktar promozzjoni tas-suġġetti STEM, l-edukazzjoni diġitali, l-intelliġenza artifiċjali u l-litteriżmu finanzjarju sabiex jiġu miġġielda l-istereotipi prevalenti u jiġi żgurat li aktar nisa jidħlu f'dawn is-setturi u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tagħhom; |
|
26. |
Jenfasizza d-djalogu regolari man-nisa li qed iħabbtu wiċċhom mal-faqar u ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta' fora nazzjonali, reġjonali u fil-livell tal-UE għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-politiki/servizzi attwali u biex jiġu ssuġġeriti soluzzjonijiet; |
|
27. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat finanzjament adegwat għall-NGOs u jenfasizza l-ħtieġa li huma jkollhom aċċess għall-fondi tal-UE sabiex jipprovdu servizzi innovattivi u effettivi biex jiġġieldu l-faqar; |
|
28. |
Jilqa' l-pjan tal-Kummissjoni li tippreżenta garanzija għat-tfal (72) mingħajr dewmien; |
|
29. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess għal akkomodazzjoni deċenti għal kulħadd, bi prezz raġonevoli, aċċessibbli, effiċjenti fl-enerġija u sikura u biex jirsistu aktar fil-promozzjoni ta' akkomodazzjoni soċjali, inkluż djar tal-gvern; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar politiki effettivi ta' akkomodazzjoni soċjali; |
|
30. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jadottaw politiki ta' akkomodazzjoni adegwati, biex joħolqu kundizzjonijiet u appoġġ għal investimenti f'akkomodazzjoni soċjali u bi prezz raġonevoli u biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas strateġiku tal-UE għal strateġiji nazzjonali għall-persuni mingħajr dar fid-dawl tar-rabtiet bejn il-faqar fost dawk li jaħdmu u l-problema ta' persuni mingħajr dar; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri urġenti biex jipprevjenu u jindirizzaw il-problema ta' persuni mingħajr dar u jipprevjenu l-evizzjonijiet furzati; |
|
32. |
Jissottolinja l-importanza li jiżdiedu l-fondi għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-qafas tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) il-ġdid bħala element ewlieni tas-solidarjetà Ewropea u bħala mod kif tingħata għajnuna biex jiġu miġġielda l-agħar forom ta' faqar fl-UE, bħall-privazzjoni alimentari u l-faqar fost it-tfal; |
Protezzjoni minima tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien
|
33. |
Iqis li qafas leġiżlattiv bil-ħsieb li jiġu regolati l-kundizzjonijiet tat-telexogħol madwar l-UE huwa meħtieġ biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' impjieg deċenti fl-ekonomija diġitali, u b'hekk jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi u biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-faqar fost dawk li jaħdmu; |
|
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta qafas tal-UE dwar l-introjtu minimu; |
|
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu f'politiki tax-xogħol attivi sabiex il-ħaddiema u l-ekonomiji Ewropej isiru aktar reżiljenti u biex il-ħaddiema jingħataw ħiliet siewja; |
|
36. |
Jirrikonoxxi l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-UE biex jiġi żgurat li l-ħaddiema fl-UE jkunu protetti b'pagi minimi adegwati li jippermettu għajxien deċenti; |
|
37. |
Jisħaq li d-direttiva għandha tipprovdi salvagwardji ċari fl-Istati Membri fejn – bħala regola ġenerali – il-pagi jiġu nnegozjati b'mod kollettiv mis-sħab soċjali; |
|
38. |
Ifakkar fil-miżuri proposti tal-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni għall-2019-2024 (73), li għandhom l-għan li jiżguraw li l-ħaddiema fl-Unjoni jkollhom paga minima ġusta li għandha tippermetti għajxien deċenti kull fejn jaħdmu; |
|
39. |
Ifakkar li skont il-prinċipju tan-nonrigressjoni u dispożizzjonijiet aktar favorevoli, id-direttivi dwar id-drittijiet tax-xogħol jipprevedu standards minimi u li l-Istati Membri individwali huma liberi li jipprevedu livelli ogħla ta' protezzjoni u standards; |
|
40. |
Iqis li din id-direttiva għandha tiżgura, permezz ta' ftehimiet kollettivi u pagi minimi statutorji, li l-ebda ħaddiem jew membru tal-familja tiegħu ma jkun f'riskju ta' faqar u li kulħadd ikun jista' jaqla' l-għajxien minn xogħlu u jipparteċipa fis-soċjetà; |
|
41. |
Jissottolinja li d-direttiva finali għandha tiggarantixxi li l-pagi minimi statutorji – fejn applikabbli – jiġu dejjem stabbiliti 'l fuq mil-linja tal-faqar; |
|
42. |
Jistieden lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti pagi minimi, f'konformità ma' prattiki nazzjonali, filwaqt li jqisu l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-faqar fost dawk li jaħdmu; |
|
43. |
Jisħaq li jridu jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-impjegaturi ma jinvolvux ruħhom fi prattiki ta' tnaqqis tal-pagi minimi għall-ispejjeż meħtieġa għat-twettiq tax-xogħol, bħall-akkomodazzjoni, il-ħwejjeġ meħtieġa, l-għodod, il-protezzjoni personali u tagħmir ieħor; |
|
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinfurzaw il-qafas leġiżlattiv dwar il-kundizzjonijiet minimi tax-xogħol għall-ħaddiema kollha, b'mod partikolari għal dawk il-ħaddiema impjegati f'kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, li spiss jaffettwaw ukoll lill-ħaddiema atipiċi jew lill-ħaddiema mhux standard fl-ekonomija tal-gigs, u jsaħħu dan il-qafas billi jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni u jtejbu d-direttivi eżistenti (74) jew jadottaw atti legali ġodda fejn rilevanti; |
|
45. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw skemi ta' protezzjoni soċjali għall-ħaddiema kollha u jistieden lill-Kummissjoni tikkomplementa u tappoġġa l-attivitajiet tal-Istati Membri rigward is-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema; |
|
46. |
Jenfasizza li l-mobilità tax-xogħol hija essenzjali biex tikseb l-aħjar mit-talenti u l-ambizzjonijiet tal-Ewropej, timmassimizza l-prestazzjoni ekonomika u l-prosperità tal-kumpaniji u l-individwi u toffri lin-nies firxa wiesgħa ta' opportunitajiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli eżistenti għall-mobilità fl-Unjoni Ewropea; |
|
47. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-għoti ta' akkomodazzjoni raġonevoli għal persuni b'diżabilità fuq il-post tax-xogħol (75); |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu l-istrateġiji li jżidu mal-faqar fost dawk li jaħdmu, bħal sahra mhux iddikjarata, ippjanar mhux affidabbli jew imprevedibbli tal-ħin tax-xogħol mill-impjegaturi, kuntratti ta' żero sigħat, attivitajiet ekonomiċi mhux iddikjarati u l-ekonomija griża; ifakkar li s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol huma r-responsabbiltà tal-impjegaturi u li t-taħriġ relatat max-xogħol irid iseħħ matul il-ħinijiet tax-xogħol; |
|
49. |
Jinnota li s-Summit Ewropew tal-Kummissjoni dwar ix-Xogħol fuq Pjattaformi, li fittex li jesplora l-possibbiltajiet biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi, ġie pospost minħabba l-kriżi tal-COVID-19; iħeġġeġ lill-Kummissjoni torganizza dan is-summit mill-aktar fis possibbli; |
|
50. |
Jinnota l-konsegwenzi soċjetali tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali, jiġifieri ħaddiema li ma jgawdux mid-drittijiet tax-xogħol u mill-protezzjonijiet soċjali, u li jkollhom kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u taxxi neqsin; |
|
51. |
Jirrikonoxxi l-pjan tal-Kummissjoni li tadotta proposta leġiżlattiva (76) dwar il-ħaddiema tal-pjattaformi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-relazzjonijiet tax-xogħol bejn il-pjattaformi u l-ħaddiema jiġu adattati għar-realtajiet ġodda ta' soċjetà u ekonomija diġitalizzati u jiġu ċċarati billi tali ħaddiema jiġu koperti permezz ta' dispożizzjonijiet tal-liġijiet tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali eżistenti, sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ħiliet u l-edukazzjoni tal-ħaddiema tal-pjattaformi, u jiġu żgurati sigħat tax-xogħol prevedibbli għall-ħaddiema tal-pjattaformi; |
|
52. |
Jisħaq li proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ħaddiema tal-pjattaformi jkunu jistgħu jiffurmaw rappreżentanzi ta' ħaddiema u jorganizzaw ruħhom f'unions biex jikkonkludu ftehimiet kollettivi; |
|
53. |
Jistieden lill-Istati Membri jittrasponu b'ħeffa u jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata (77); |
|
54. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw, aċċess għal indukrar tat-tfal bi prezz raġonevoli u ta' kwalità b'mod ġenerali u, b'mod partikolari, għall-ġenituri waħedhom, għall-ġenituri ta' tfal b'diżabilità u għall-ġenituri ta' familji kbar; ifakkar li l-aċċess għall-indukrar tat-tfal huwa ta' importanza partikolari għal dawk li qed ifittxu impjieg u għall-ħaddiema f'sitwazzjoni ta' impjieg instabbli, irrispettivament min-natura tal-kuntratt, kif ukoll l-aċċess għal faċilitajiet ta' indukrar għall-persuni b'diżabilità jew għall-qraba dipendenti, sabiex jiġi evitat li tali ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' indukrar jinqabdu f'xogħol prekarju, li spiss iwassal għal faqar fost dawk li jaħdmu; |
|
55. |
Jisħaq li għażliet aħjar għal-liv tal-ġenituri kondiviż jistgħu jkollhom impatt pożittiv fuq l-impjieg tan-nisa; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-benefiċjarji tal-ħlas jew tal-allowances tal-liv tal-ġenituri jkunu protetti milli jaqgħu taħt il-linja tal-faqar; |
|
56. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar l-ugwaljanza, li jiġu indirizzati l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, li jiġu pprovduti opportunitajiet indaqs u li jiġu eliminati d-diskrepanzi fil-leġiżlazzjoni li jaffettwaw gruppi żvantaġġati; jitlob, barra minn hekk, għall-iżblokk immedjat tad-Direttiva orizzontali kontra d-Diskriminazzjoni; |
|
57. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi parteċipazzjoni u opportunitajiet ugwali għall-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol u tintroduċi inizjattivi li jippromwovu l-aċċess tan-nisa għall-finanzi, l-intraprenditorija femminili u l-indipendenza finanzjarja tan-nisa; |
|
58. |
Jissottolinja li l-indirizzar tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u d-distakk konsegwenzjali fil-pensjonijiet huwa essenzjali biex jiġi indirizzat il-faqar fost in-nisa li jaħdmu; jinnota l-importanza li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju xieraq għall-indukrar tat-tfal matul il-liv tal-maternità u tal-ġenituri; |
|
59. |
Jitlob lill-Istati Membri jikkunsidraw li jqisu r-responsabbiltajiet tat-trobbija tat-tfal fl-iskemi tal-pensjoni meta n-nisa ma jkunux jistgħu jaħdmu u jagħtu l-kontribuzzjonijiet xierqa matul dawn il-perjodi; |
|
60. |
Jisħaq li l-miżuri dwar it-trasparenza fil-pagi għandu jkollhom l-għan li tinkiseb paga ugwali u għandhom jippermettu lis-sħab soċjali jikkonkludu ftehimiet kollettivi biex jilħqu dan l-għan; |
|
61. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Strateġija dwar id-Diżabilità lil hinn mill-2020 sabiex tiżgura l-inklużjoni sħiħa ta' persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jingħataw il-ħiliet meħtieġa biex jiksbu impjieg fis-suq tax-xogħol miftuħ u jkunu koperti b'liġi tax-xogħol, bi protezzjoni soċjali u b'pagi minimi; |
|
62. |
Jistieden lill-Istati Membri biex ma jċaħħdux lill-persuni b'diżabilità mill-intitolamenti ta' diżabilità tagħhom li jkopru l-ispejjeż żejda relatati mad-diżabilità meta jidħlu fis-suq tax-xogħol jew meta jaqbżu ċertu limitu ta' introjtu, peress li din il-prattika tikkontribwixxi għall-faqar fost dawk li jaħdmu; jistieden lill-Istati Membri jaħdmu biex jappoġġaw lill-persuni b'diżabilità biex jegħlbu l-ostakli; |
|
63. |
Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu li l-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions tagħhom fuq bażi ugwali ma' oħrajn; |
|
64. |
Itenni l-appell tiegħu (78) lill-Kummissjoni biex tippreżenta miżuri vinkolanti dwar it-trasparenza fil-pagi mingħajr dewmien, f'konformità mal-impenn tagħha fl-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-2025 (79); iqis li dawn il-miżuri għandhom jirrispettaw bis-sħiħ l-awtonomija tas-sħab soċjali nazzjonali; |
|
65. |
Jinsisti li t-trasparenza fil-pagi għandha titwettaq mill-impjegaturi kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, u billi jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs, filwaqt ssir prevenzjoni ta' kwalunkwe prattika li timmina l-kisba tal-prinċipju ta' “paga ugwali għal xogħol ugwali”; |
|
66. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-faqar fost dawk li jaħdmu li jaffettwa liż-żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri kontra l-impjieg indipendenti fittizju u l-isfruttament ta' ħaddiema żgħażagħ permezz ta' pagi baxxi u kundizzjonijiet tax-xogħol mhux ċari jew inġusti, li jistgħu jirriżultaw f'faqar fost dawk li jaħdmu; jafferma l-ħtieġa urġenti li jiġi rivedut u msaħħaħ il-Qafas Ewropew ta' Kwalità għat-Traineeships sabiex jinkludi l-prinċipju tar-rimunerazzjoni tat-traineeships u l-internships fost il-kriterji tal-kwalità, kif ukoll biex jiġi żgurat aċċess adegwat għall-iskemi ta' protezzjoni soċjali; jafferma mill-ġdid li l-impjieg taż-żgħażagħ m'għandux jitqies bħala xogħol irħis u li ż-żgħażagħ għandhom jingħataw kundizzjonijiet tax-xogħol u pagi ġusti, kif ukoll kuntratti regolari ta' xogħol, ukoll skont l-esperjenzi u l-kwalifiki tagħhom; |
|
67. |
Huwa mħasseb li x-xogħol mhux standard u prekarju jista' jiżdied minħabba l-kriżi tal-COVID-19; jisħaq li l-pagi minimi statutorji għandhom ikopru l-ħaddiema kollha, inklużi kategoriji ta' ħaddiema li bħalissa huma esklużi, bħall-ħaddiema mhux standard; |
|
68. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru statistika aktar dettaljata dwar iż-żieda fl-impjiegi prekarji u xi forom ta' impjiegi atipiċi fis-swieq tax-xogħol u biex jieħdu miżuri ta' rispons billi jadattaw u jimmodernizzaw il-liġijiet tax-xogħol eżistenti; |
|
69. |
Jilqa' l-inizjattivi tal-Istati Membri mmirati lejn it-tnaqqis tal-impjiegi prekarji u l-eliminazzjoni ta' prattiki frawdolenti maħsuba biex iwaqqgħu l-pagi u jevitaw il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (80) u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti, fil-limiti tal-kompetenzi tagħha, kif definit mit-Trattati; |
|
70. |
Ifakkar lill-Istati Membri li s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għandhom ikomplu joffru kemm jista' jkun opportunitajiet għal impjiegi ta' kwalità; |
|
71. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jneħħu b'mod gradwali l-użu ta' kuntratti ta' żero sigħat; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw ix-xogħol part-time involontarju u jagħmlu sforzi qawwija biex jippromwovu l-impjieg miftuħ u biex jirrestrinġu l-użu ta' kuntratti temporanji mġedda kontinwament; |
|
72. |
Jemmen bis-sħiħ li l-impjegaturi għandhom iġorru r-responsabbiltà sħiħa li jipprovdu t-tagħmir, l-ilbies u l-assigurazzjoni meħtieġa lill-impjegati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom mingħajr spejjeż għall-ħaddiema nfushom; jisħaq li l-impjegaturi huwa kompletament responsabbli għall-ispejjeż jew għat-taħriġ meħtieġ mill-impjegati biex iwettqu r-rwol tagħhom; |
|
73. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-infurzar xieraq tad-dritt tal-UE dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u, b'mod partikolari, jiżguraw li l-ħaddiema jkunu infurmati dwar id-drittijiet, l-obbligi u s-salvagwardji proċedurali tagħhom f'lingwa li jifhmu qabel ma jiffirmaw il-kuntratti tagħhom (81); jistieden lill-ELA u lill-Istati Membri jissorveljaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni tax-xogħol u dik soċjali applikabbli; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu spezzjonijiet tax-xogħol u jinvolvu lill-ELA f'sitwazzjonijiet transfruntiera; |
|
74. |
Jisħaq li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispettorati nazzjonali tax-xogħol iwettqu kontrolli u spezzjonijiet effettivi u adegwati, jipprovdu mekkaniżmi xierqa għall-ilmenti, u jiddefendu d-drittijiet tal-ħaddiema kollha, b'mod partikolari dawk b'impjieg prekarju u b'xi forma ta' impjieg atipiku, u jiżguraw il-finanzjament adegwat tagħhom; |
|
75. |
Jistieden lill-Istati Membri jinfurzaw id-direttiva riveduta dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema sabiex jiżguraw protezzjoni ġenwina tal-ħaddiema f'din il-kategorija; |
|
76. |
Jenfasizza li l-monitoraġġ u l-kontroll huma ta' importanza partikolari f'każijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaħdmu fl-Unjoni sabiex jiżguraw il-protezzjoni tagħhom u jiġu evitati l-abbużi; jistieden lill-Istati Membri jsegwu kooperazzjoni intensiva mal-ELA f'dan ir-rigward; |
|
77. |
Jitlob li l-ELA jkollha setgħat reali ta' spezzjoni sabiex tiġġieled b'mod effettiv il-prattiki illegali u l-isfruttament u l-abbuż tal-ħaddiema; |
|
78. |
Jilqa' l-linji gwida tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2020 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema staġonali u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2020 dwar il-ħaddiema staġonali; |
|
79. |
Jieħu nota tal-għadd kbir ta' petizzjonijiet li rċieva l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li jiġbdu l-attenzjoni tiegħu dwar l-użu abbużiv ta' kuntratti b'terminu fiss, kemm fis-settur pubbliku (82) kif ukoll f'dak privat (83), u jinnota f'dan ir-rigward li l-aktar kawża tal-istress tax-xogħol li tissemma b'mod frekwenti hija l-prekarjetà tal-impjieg; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza dawn il-petizzjonijiet u tipprovdi rispons aħjar, f'konformità mal-kompetenzi tagħha u ma' dawk tal-Istati Membri, sabiex tiġġieled kontra l-faqar fost dawk li jaħdmu, l-esklużjoni soċjali u x-xogħol prekarju b'mod effettiv; |
|
80. |
Iqis il-prostituzzjoni bħala forma serja ta' vjolenza u sfruttament, li tolqot l-aktar lin-nisa u lit-tfal; jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri speċifiċi biex jiġu miġġielda l-kawżi ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-prostituzzjoni u jappoġġaw miżuri għall-persuni li jiġu pprostitwiti biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom; |
|
81. |
Huwa tal-fehma li għandha ssir aktar enfasi fuq il-valuri u l-politiki li jippromwovu x-xogħol u r-rabta tiegħu mat-titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-persuni, u li tali valuri u politiki għandhom jagħtu kontribut sinifikanti għat-titjib tal-ambjent soċjali u fiżiku tagħhom; |
|
82. |
Jilqa' l-adozzjoni tal-Pakkett dwar il-Mobilità; jemmen li l-Pakkett dwar il-Mobilità huwa għodda b'saħħitha biex bih jiġu miġġielda d-dumping soċjali u l-faqar fost dawk li jaħdmu fis-settur tat-trasport; jappella għall-implimentazzjoni rapida u sħiħa tar-Regolament (UE) 2020/1054 (84) dwar il-ħinijiet tas-sewqan, il-perjodi ta' mistrieħ u t-takografi għall-benefiċċju tas-sewwieqa tat-trakkijiet madwar l-Ewropa; jisħaq li inizjattivi ulterjuri u simili jridu jittieħdu biex jiġu indirizzati d-dumping soċjali u l-faqar fost dawk li jaħdmu f'industriji oħra affettwati minn dumping soċjali u kundizzjonijiet ħżiena tax-xogħol, bħal fit-trasport bl-ajru u fl-industrija tat-tbaħħir; |
|
83. |
Jemmen li l-internships għandhom jitqiesu mill-kumpaniji bħala investiment u mhux bħala xogħol b'xejn; ifakkar li ż-żgħażagħ spiss ma jkollhomx sorsi oħra ta' introjtu waqt li jaħdmu bħala interns; iqis li l-kontribut mill-interns huwa siewi u essenzjali u li l-interns jistħoqqilhom jitħallsu; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtemmu l-prattika ta' internships mhux imħallsa u jiggarantixxu internships ta' kwalità għolja bi ħlas deċenti; |
|
84. |
Jemmen li l-ħaddiema adulti żgħażagħ għandhom jitħallsu fuq il-bażi tal-livell ta' esperjenza tagħhom u m'għandhomx isofru diskriminazzjoni fil-forma ta' pagi sinifikament aktar baxxi esklussivament ibbażati fuq l-età tagħhom; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jtemmu l-prattika ta' pagi subminimi statutorji għal ħaddiema adulti żgħażagħ; |
Ftehimiet kollettivi
|
85. |
Jinnota li l-awtonomija tas-sħab soċjali hija element prezzjuż u jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata f'kull Stat Membru u li tiġi ssorveljata l-konformità magħha fil-livell tal-UE; jinnota l-proposta tal-Kummissjoni (85) biex tadotta programm ta' azzjoni bil-għan li tipproteġi u ssaħħaħ is-sistemi ta' negozjar kollettiv fil-livell nazzjonali, speċjalment fil-livell settorjali; |
|
86. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu tal-FSE+ għall-bini tal-kapaċitajiet fost is-sħab soċjali bl-għan li jissaħħaħ in-negozjar kollettiv fl-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu l-istituzzjonijiet u l-mekkaniżmi meħtieġa biex jappoġġaw in-negozjar kollettiv, b'enfasi partikolari fuq in-negozjar kollettiv settorjali; jistieden lill-Istati Membri jikkonsultaw u jinvolvu lis-sħab soċjali nazzjonali fit-tfassil tal-liġijiet kull meta jkun rilevanti; |
|
87. |
Jirrikonoxxi l-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri għandhom jipprevedu miżuri li jippermettu kundizzjonijiet għan-negozjar kollettiv fejn il-kopertura tkun inqas minn 70 % (86) tal-ħaddiema; jisħaq li s-sħab soċjali għandhom ikunu involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-bidu ta' kwalunkwe azzjoni bħal din; jemmen li kwalunkwe azzjoni meħuda f'dan ir-rigward m'għandhiex tinterferixxi mal-awtonomija tas-sħab soċjali; |
|
88. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja u lill-Istati Membri jiżguraw id-dritt ta' organizzazzjoni tal-ħaddiema kollha u d-dritt li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi, u li tittieħed azzjoni immedjata meta dan id-dritt jinkiser; |
|
89. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-unions ikollhom aċċess għall-post tax-xogħol, inkluż ix-xogħol mill-bogħod, għall-finijiet tal-organizzazzjoni, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni; |
|
90. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb id-direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku (87) biex tipprevjeni l-kompetizzjoni għad-detriment tal-pagi sabiex dawk li ma jimminawx il-ftehimiet kollettivi eżistenti biss ikunu jistgħu jressqu offerta b'suċċess; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw konformità, monitoraġġ u infurzar; |
|
91. |
Jirrikonoxxi li d-diġitalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni wasslu għal żieda sinifikanti ta' impjieg indipendenti u forom atipiċi ta' xogħol; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tivvaluta jekk huwiex meħtieġ li jiġu adottati miżuri fil-livell tal-UE li jippermettu individwi li jaħdmu għal rashom waħidhom biex jingħaqdu u jikkonkludu ftehimiet kollettivi, kif ukoll l-impenn tagħha li tipproponi bidliet regolatorji fejn meħtieġ u l-konsultazzjoni pubblika reċenti f'dan ir-rigward; jistenna l-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt dwar l-għażliet inizjali għal azzjonijiet futuri; jisħaq li dan m'għandux iservi ta' dewmien għall-ebda inizjattiva oħra mill-Kummissjoni biex tindirizza l-impjieg indipendenti fittizju u tiżgura drittijiet għal ħaddiema mhux standard; |
|
92. |
Jemmen li kull ħaddiem jeħtieġ ikollu aċċess għal rendikont sħiħ dwar min hu l-impjegatur tiegħu u dwar id-drittijiet tas-salarji u tax-xogħol tiegħu, skont il-ftehim kollettiv settorjali jew skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali; jemmen li din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-ispettorati tax-xogħol; jemmen li din tista' tieħu l-forma ta' karta tal-identità speċjali għall-ħaddiema transfruntiera, li diġà wriet li hija effettiva f'xi Stati Membri; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tintroduċi minnufih Numru tas-Sigurtà Soċjali Ewropew diġitali; jemmen li Numru tas-Sigurtà Soċjali Ewropew għandu potenzjal qawwi li jservi bħala mekkaniżmu ta' kontroll kemm għall-individwi kif ukoll għall-awtoritajiet rilevanti, sabiex jiggarantixxi li s-sigurtà soċjali titħallas skont r-regoli, u biex tiġi miġġielda l-frodi soċjali; |
Impatti soċjali b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19
|
93. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi rispons fil-livell tal-UE biex testendi l-appoġġ għall-SMEs immexxija min-nisa waqt u wara l-kriżi; |
|
94. |
Jirrimarka li l-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt sinifikanti fuq il-ħaddiema u l-persuni żvantaġġati; jissottolinja li r-reazzjonijiet ta' politika għall-pandemija għandhom ikunu ffukati fuq il-bniedem u mibnija fuq is-solidarjetà globali; jinsisti li l-miżuri għall-ġlieda kontra l-faqar u l-faqar fost dawk li jaħdmu huma partikolarment meħtieġa u għandu jkollhom l-għan li jwasslu għal irkupru rapidu, ġust u ekoloġiku; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw protezzjoni adegwata għall-ħaddiema vulnerabbli kollha matul il-pandemija u jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet effettivi, prattiċi u ekwi għall-isfidi ppreżentati mill-pandemija; ifakkar, f'dan ir-rigward, li proporzjon suffiċjenti ta' riżorsi addizzjonali fl-ambitu ta' REACT-EU għandu jintuża biex tiżdied id-disponibbiltà tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) biex jgħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn; jissottolinja bl-istess mod l-importanza li jiġi żgurat li l-FSE+ jiġi allokat riżorsi suffiċjenti fil-qafas finanzjarju pluriennali; |
|
95. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għall-impatt ekonomiku ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, għall-persuni li ngħataw is-sensja b'mod permanenti jew temporanju, u għall-impatt soċjali fuq nies b'għajxien prekarju; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar mhumiex identiċi fl-Istati Membri kollha u li l-allowances ivarjaw b'mod konsiderevoli, b'impjegati li jirċievu allowances baxxi partikolarment mhedda mill-faqar fost dawk li jaħdmu; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, għal dan il-għan, jipproteġu lill-ħaddiema biex jgħinuhom iżommu l-impjieg tagħhom, inkluż billi jipprovdu appoġġ finanzjarju bħal pereżempju permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u appoġġ għal dawk b'impjieg prekarju u b'xi forom ta' xogħol atipiku, u biex jikkunsidraw appoġġ finanzjarju għal xi tipi ta' individwi li jaħdmu għal rashom waħedhom li tilfu l-bażi finanzjarja tagħhom minħabba l-kriżi; jistieden lill-Istati Membri biex, barra minn hekk, jipproteġu lin-nies b'għajxien prekarju; |
|
96. |
Jistieden lill-Istati Membri jippreżentaw standards minimi għall-assigurazzjonijiet tal-qgħad nazzjonali rispettivi u s-sistemi minimi ta' sigurtà tagħhom fil-forma ta' qafas legali sabiex itejbu is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema u r-residenti fl-Ewropa; |
|
97. |
Jitlob li jittieħdu miżuri biex tiġi evitata żieda mġedda fl-impjieg part-time involontarju b'riżultat tal-COVID-19; |
|
98. |
Ifakkar fir-rapporti inkwetanti li ġew rivelati matul il-kriżi rigward il-ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema transfruntiera u staġjonali f'termini tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-prattiki abbużivi u jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-ħaddiema staġjonali u transfruntiera impjegati tul il-katina tas-sottokuntrattar u tal-provvista; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri jiżguraw faċilitajiet ta' akkomodazzjoni xierqa u bi prezz raġonevoli għall-ħaddiema, mingħajr ma l-ispejjeż tagħhom jitnaqqsu mis-salarji tal-ħaddiema; |
|
99. |
Jisħaq li l-kriżi tal-COVID-19 uriet l-importanza tal-impjiegi fi professjonijiet identifikati bħala sistemikament importanti għall-ekonomija u s-soċjetà tagħna; ifakkar li ħafna minn dawn il-ħaddiema tal-ewwel linja jinsabu f'impjiegi b'pagi baxxi f'xi Stati Membri, ħafna drabi huma sottovalutati u mhux imħallsa biżżejjed, u spiss ikollhom kundizzjonijiet tax-xogħol mhux siguri, parzjalment minħabba nuqqas ta' protezzjoni soċjali u tas-saħħa; jisħaq li dawn il-professjonijiet jitwettqu l-aktar min-nisa; jindika l-ħtieġa ta' konverġenza 'l fuq fir-rigward tal-għoti tal-kura; |
|
100. |
Jisħaq li sabiex ilaħħqu ma' xokkijiet kbar, l-Istati Membri għandhom jadottaw strateġiji fit-tul biex jippreservaw l-impjiegi u l-kwalifiki tal-ħaddiema u jtaffu mill-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi nazzjonali; |
|
101. |
Jistieden lill-Kummissjoni tadotta strateġija tal-UE għall-indukrar, li twieġeb għall-impatti soċjali fuq dawk b'responsabbiltajiet ta' indukrar, li b'mod sproporzjonat huma nisa; jisħaq li din l-istrateġija għandha tirrikjedi investiment sinifikanti fl-ekonomija tal-indukrar, issaħħaħ il-politiki biex tibbilanċja r-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-indukrar matul il-ħajja ta' persuna u timla l-postijiet vakanti ta' ħaddiema, b'mod partikolari permezz tat-taħriġ, ir-rikonoxximent tal-ħiliet u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar f'dawn is-setturi; |
|
102. |
Jistenna l-proposta li jmiss tal-Kummissjoni għal skema Ewropea fit-tul ta' riassigurazzjoni tal-benefiċċju tal-qgħad, filwaqt li jitqies il-fatt li s-sensji tal-impjiegi x'aktarx jiżdiedu; jitlob li din il-proposta tkopri pajjiżi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), bil-possibbiltà li pajjiżi li mhumiex fl-UEM jitħallew jissieħbu; |
|
103. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtaffu l-aktar konsegwenzi diffiċli tal-COVID-19 permezz ta' appoġġ immirat tal-UE u nazzjonali u l-allokazzjoni ta' riżorsi adegwati; jilqa', f'dan ir-rigward, il-ħolqien tal-istrument temporanju biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad f'emerġenza (SURE) u jistieden lill-Istati Membri jimplimentawh malajr; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-assistenza finanzjarja ma tingħatax lil impriżi rreġistrati fil-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal skopijiet ta' taxxa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-benefiċjarji jikkonformaw mal-valuri fundamentali minquxa fit-Trattati u li l-kumpaniji li jirċievu appoġġ finanzjarju pubbliku jipproteġu lill-ħaddiema, jiggarantixxu kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, jirrispettaw it-trade unions u l-ftehimiet kollettivi applikabbli, iħallsu s-sehem tagħhom tat-taxxi, u joqogħdu lura milli jwettqu riakkwist ta' ishma jew iħallsu bonusijiet lill-maniġment jew dividendi lill-azzjonisti; |
|
104. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinvestu f'żieda fl-aċċess għall-internet broadband, edukazzjoni u tagħlim mill-bogħod f'żoni rurali li qegħdin f'riskju ta' depopolazzjoni u ta' faqar ġenerazzjonali; |
|
105. |
Jipproponi li jittieħdu miżuri proattivi fil-ġlieda kontra l-qgħad għoli potenzjali permezz ta' politiki u programmi ta' impjiegi nazzjonali u tal-UE u li jitrawmu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali, soċjali, sostenibbli u ġusti li ma jħallu lil ħadd jibqa' lura billi jsiru investimenti f'impjiegi ta' kwalità għolja ġodda, sostenibbli u aċċessibbli, fi programmi ta' taħriġ mill-ġdid, f'infrastruttura orjentata lejn il-futur, u f'innovazzjoni u bidla diġitali; jemmen li għandha tkun iddedikata kunsiderazzjoni partikolari għat-trawwim tal-impjieg taż-żgħażagħ; |
|
106. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-konsegwenzi tal-kriżi u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni billi jqisu l-partikolaritajiet reġjonali, u għalhekk jiggarantixxu allokazzjoni rapida tal-finanzjament disponibbli, pereżempju permezz ta' taħriġ f'impjiegi orjentati lejn il-futur, titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid u billi l-FSE+ jiġi żviluppat finanzjarjament għal dan il-għan; |
|
107. |
Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jissorveljaw b'mod partikolari setturi karatterizzati minn livell għoli ta' insigurtà tal-impjiegi, biex jipprevjenu l-abbuż tal-ħaddiema f'pożizzjonijiet temporanji fis-settur agrikolu, fejn il-ħaddiema staġjonali jħabbtu wiċċhom ma' kundizzjonijiet tal-impjieg abbużivi li f'xi każijiet jiksru mhux biss id-drittijiet tax-xogħol, iżda wkoll id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema; |
|
108. |
Jisħaq li l-ħaddiema b'introjtu baxx huma f'riskju ogħla li jkunu esposti għal COVID-19 billi jaħdmu f'setturi b'aktar kuntatt uman, bħas-setturi tal-kura u tat-trasport, jew billi jibdew jaħdmu permezz ta' pjattaformi online mingħajr l-ebda possibbiltà ta' telexogħol; jikkritika bil-qawwa l-perjodu twil ta' implimentazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-COVID-19 fid-Direttiva dwar l-Aġenti Bijoloġiċi (88); jitlob reviżjoni urġenti tad-Direttiva dwar l-Aġenti Bijoloġiċi bil-ħsieb li tiġi adattata għall-pandemiji globali u ċirkostanzi straordinarji oħra sabiex tkun assigurata mill-aktar fis possibbli l-protezzjoni sħiħa tal-ħaddiema mir-riskji ta' espożizzjoni; |
|
109. |
Jenfasizza li l-ħaddiema b'introjtu baxx ħafna drabi jaħdmu f'setturi b'riskji għoljin ta' deterjorazzjoni fiżika, li potenzjalment għandha impatti fit-tul fuq il-benesseri fiżiku u mentali tagħhom u taffettwa l-kapaċità tagħhom li jaqilgħu introjtu fil-futur; jemmen li l-leġiżlazzjoni attwali dwar is-saħħa u s-sikurezza m'għandhiex enfasi suffiċjenti fuq il-prevenzjoni ta' korrimenti okkupazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun tipproponi qafas strateġiku ġdid għas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol wara l-2020 u jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tidentifika l-isfidi ffaċċjati u tippreżenta strumenti għall-ħaddiema f'setturi b'introjtu baxx biex tindirizza dawn l-isfidi; jisħaq li l-istrateġija trid tinkludi enfasi fuq il-ħaddiema tal-pjattaforma u l-ħaddiema f'tipi ta' xogħol mhux standard; jistieden lill-Kummissjoni temenda d-Direttiva 2004/37/KE (89) biex tirrevedi u tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tal-valuri ta' limitu ta' esponiment okkupazzjonali għal numru ta' sustanzi li jikkawżaw il-kanċer jew il-mutazzjoni; |
|
110. |
Jenfasizza li l-istress relatat max-xogħol huwa esperjenzat b'mod wiesa' f'setturi b'introjtu baxx; jemmen li l-istress relatat max-xogħol irid ikun prijorità ewlenija fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-saħħa u s-sikurezza; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali nazzjonali, biex jipproponu direttiva dwar it-tfassil ta' linji gwida għall-kumpaniji dwar l-istress relatat max-xogħol biex jindirizzaw il-fatturi ta' stress relatati max-xogħol u jirrikjedu li l-kumpaniji kollha jifformulaw politika tal-kumpanija dwar l-istress relatat max-xogħol; |
|
111. |
Iqis ta' importanza estrema li jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru għall-Ewropa timmira li teqred il-faqar u l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi u tkun ibbażata fuq mekkaniżmu effettiv b'miri u punti ta' riferiment li jkun possibbli jittieħed kejl preċiż tal-progress miksub; jenfasizza li l-Parlament Ewropew irid ikun involut bis-sħiħ kemm fl-iskrutinju ex-ante kif ukoll ex-post tal-pjan ta' rkupru u li l-Membri eletti tiegħu kollha jridu jingħataw rwol formali sabiex jiġi żgurat proċess ta' evalwazzjoni u implimentazzjoni kompletament demokratiku u trasparenti; |
o
o o
|
112. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(2) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(3) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(4) ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 11.
(5) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 8.
(6) Testi adottati, P9_TA(2020)0176.
(7) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 19.
(8) ĠU C 482, 23.12.2016, p. 31.
(9) ĠU C 76, 28.2.2018, p. 93.
(10) ĠU C 363, 28.10.2020, p. 164.
(11) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 156.
(12) Testi adottati, P9_TA(2020)0054.
(13) ĠU C 334, 19.9.2018, p. 88.
(14) https://www.ituc-csi.org/ituc-global-rights-index-2019
(15) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/sdg_01_41/default/table?lang=en
(16) Household Finance and Consumption Network, “The Household Finance and Consumption Survey: Results from the 2017 wave”, (L-istħarriġ dwar il-finanzi u l-konsum tal-unitajiet domestiċi: Riżultati mill-mewġa tal-2017) Statistics Paper Series tal-BĊE Nru 36, Marzu 2020, p. 25. https://www.ecb.europa.eu/pub/pdf/scpsps/ecb.sps36~0245ed80c7.en.pdf?bd73411fbeb0a33928ce4c5ef2c5e872
(17) Household Finance and Consumption Network, “The Household Finance and Consumption Survey: Wave 2017 – Statistical tables” (L-istħarriġ dwar il-finanzi u l-konsum tal-unitajiet domestiċi: Riżultati mill-mewġa tal-2017 – Tabelli statistiċi), Ġunju 2020, p. 5. https://www.ecb.europa.eu/home/pdf/research/hfcn/HFCS_Statistical_Tables_Wave_2017.pdf?656f4e10de45c91c3c882840e9174eac
(18) https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20200227STO73519/id-differenza-bejn-il-pagi-tal-irgiel-u-n-nisa-fatti-u-cifri-infografika
(19) L-aġġustament huwa metodu statistiku li jippermetti li l-popolazzjonijiet jitqabblu billi jitqiesu d-differenzi fid-distribuzzjoni ta' fatturi differenti (settur ta' attività, età, okkupazzjoni eċċ.) bejn dawn il-popolazzjonijiet. Id-differenza mhux aġġustata bejn il-ġeneri fil-pagi tiġi kkalkulata bħala d-differenza relattiva bejn il-qligħ medju fis-siegħa tan-nisa u tal-irġiel. Dan jipprovdi indikatur sempliċi tal-inugwaljanzi fil-pagi, u din hija r-raġuni għalfejn jintuża b'mod estensiv minn dawk li jfasslu l-politika. Madankollu, id-differenza mhux aġġustata bejn il-ġeneri fil-pagi tinkludi wkoll kemm id-diskriminazzjoni possibbli bejn l-irġiel u n-nisa f'termini ta' “paga mhux ugwali għal xogħol ugwali” kif ukoll l-impatt tad-differenzi fil-karatteristiċi medji tal-irġiel u tan-nisa fis-suq tax-xogħol.
https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/aid_development_cooperation_fundamental_rights/report-gender-pay-gap-eu-countries_october2018_en_0.pdf.
(20) https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/EDN-20181017-1?inheritRedirect=true
(21) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Gender_pay_gap_statistics#Gender_pay_gap_much_lower_for_young_employees
(22) https://fra.europa.eu/sites/default/files/fra_uploads/fra-2016-eu-minorities-survey-roma-selected-findings_en.pdf
(23) http://ergonetwork.org/2020/04/eu-recovery-plan-the-case-of-roma/
(24) Il-kwalità tal-ħajja hija l-kunċett ta' benesseri tal-bniedem imkejjel b'indikaturi soċjali minflok b'miżuri kwantitattivi ta' introjtu u produzzjoni (sors: Eurostat).
(25) Il-privazzjoni materjali tirreferi għal stat ta' pressjoni ekonomika, definita bħala l-inabbiltà infurzata ta' persuna (aktar milli l-għażla tagħha li ma tagħmilx hekk) li tħallas spejjeż mhux mistennija jew li taffordja vaganza annwali ta' ġimgħa 'l bogħod mid-dar, ikla li tinvolvi laħam, tiġieġ jew ħut kull jumejn, it-tisħin adegwat ta' abitazzjoni jew oġġetti durabbli bħal magna tal-ħasil jew televixin tal-kulur. Intant, il-privazzjoni materjali estrema tirreferi għall-inabbiltà li persuna taffordja mill-inqas 4 mill-11-il kategorija li ġejjin: pagamenti ta' ipoteki jew kera, kontijiet tal-utilità, pagamenti parzjali għal lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri jew pagamenti oħra ta' self, vaganza annwali ta' ġimgħa, ikla li tinvolvi laħam, ħut jew ikel b'ekwivalenza ta' proteina kull jumejn, spejjeż finanzjarji mhux mistennija, telefown (inkluż il-mowbajl), televixin tal-kulur, magna tal-ħasil, karozza jew tisħin (https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Quality_of_life_indicators_-_material_living_conditions#General_overview).
(26) L-indikatur “persuni li jgħixu f'unitajiet domestiċi b'intensità tax-xogħol baxxa ħafna” huwa definit bħala l-għadd ta' persuni li jgħixu f'unità domestika fejn il-membri fl-età tax-xogħol ħadmu inqas minn 20 % tal-potenzjal totali tagħhom matul it-12-il xahar preċedenti. L-intensità tax-xogħol ta' unità domestika hija l-proporzjon tal-għadd totali ta' xhur li l-membri kollha fl-età tax-xogħol ta' unità domestika jkunu ħadmu matul is-sena ta' referenza tal-introjtu u l-għadd totali ta' xhur li l-istess membri tal-unità domestika teoretikament setgħu ħadmu fl-istess perjodu. Persuna fl-età tax-xogħol hija persuna ta' bejn 18 u 59 sena, minbarra l-istudenti ta' bejn 18 u 24 sena. L-unitajiet domestiċi magħmula biss minn tfal, minn studenti ta' inqas minn 25 sena u/jew minn persuni ta' 60 sena jew aktar huma esklużi kompletament mill-kalkolu tal-indikatur.
(27) Eurofond, “In-work poverty in EU” (Il-faqar fost dawk li jaħdmu fl-UE), 5 ta' Settembru 2017.
(28) Kif definit fid-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol, ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9.
(29) Eurofond, “In-work poverty in EU” (Il-faqar fost dawk li jaħdmu fl-UE), 5 ta' Settembru 2017.
(30) https://ec.europa.eu/energy/content/introduction-5_en
(31) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Digital_economy_and_society_statistics_-_households_and_individuals
(32) Unità domestika, fil-kuntest tal-istħarriġ dwar il-kundizzjonijiet soċjali, hija definita bħala unità ta' ġestjoni domestika jew, operazzjonalment, bħala unità soċjali: li jkollha arranġamenti komuni; li tikkondividi l-ispejjeż tal-unità domestika jew il-bżonnijiet ta' kuljum; f'residenza komuni kondiviża. Unità domestika tinkludi jew persuna waħda li tgħix waħedha jew grupp ta' persuni, mhux neċessarjament relatati, li jgħixu fl-istess indirizz b'ġestjoni ekonomika domestika komuni, jiġifieri jaqsmu tal-inqas ikla waħda kuljum jew jaqsmu living room jew salott.
(33) https://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/10163468/3-16102019-CP-EN.pdf/edc3178f-ae3e-9973-f147-b839ee522578
(34) Eurostat, “EU statistics on income and living conditions (EU-SILC) methodology – 2011 intergenerational transmission of disadvantages” (Metodoloġija tal-Istatistika tal-UE dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (EU-SILC) – 2011 trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi) (https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/EU_statistics_on_income_and_living_conditions_(EU-SILC)_methodology_-_2011_intergenerational_transmission_of_disadvantages).
(35) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Quality_of_life_indicators_-_material_living_conditions#General_overview
(36) Il-perċentwal tal-popolazzjoni li tgħix f'unità domestika fejn il-kostijiet totali tal-abitazzjoni (netti mill-allowances tal-abitazzjoni) jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-introjtu disponibbli totali tal-unità domestika (nett mill-allowances tal-abitazzjoni).
(37) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Housing_statistics#Housing_affordability
(38) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/tessi163/default/table?lang=en
(39) https://www.europarl.europa.eu/news/mt/agenda/briefing/2020-01-13/11/housing-urgent-action-needed-to-address-homelessness-in-europe-to-address-homelessness-in-europe
(40) https://www.feantsa.org/public/user/Resources/magazine/2019/Spring/Homeless_in_Europe_magazine_-_Spring_2019.pdf; https://www.feantsa.org/en/news/2020/07/23/fifth-overview-of-housing-exclusion-in-europe-2020
(41) https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/DDN-20190122-1?inheritRedirect=true
(42) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/tessi012/default/table?lang=en
(43) OECD, Visser (2016) Database ICTWSS.
https://www.etuc.org/en/document/etuc-reply-first-phase-consultation-social-partners-under-article-154-tfeu-possible-action, p. 6, nru 15.
(44) Eurofound, “Industrial relations: Developments 2015–2019” (Relazzjonijiet industrijali: Żviluppi 2015–2019), 11 ta' Diċembru 2020.
(45) https://www.ituc-csi.org/IMG/pdf/2019-06-ituc-global-rights-index-2019-report-en-2.pdf
(46) OECD, “Negotiating Our Way Up: Collective Bargaining in a Changing World of Work” (Ninnegozjaw il-mod kif għandna nimxu 'l quddiem: Negozjar kollettiv f'dinja tax-xogħol li qed tinbidel), 18 ta' Novembru 2019, Illustrazzjoni 3.10, p. 125.
(47) Van den Berg, A., Grift, Y., van Witteloostuijn, A., “The effect of employee workplace representation on firm performance: a cross-country comparison within Europe” (L-effett tar-rappreżentanza tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol fuq il-prestazzjoni ta' kumpanija: tqabbil fost il-pajjiżi fl-Ewropa), Dokument ta' Riċerka 2013-008, ACED 2013-016, l-Università ta' Antwerp, April 2013.
(48) https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20200604STO80506/il-parlament-jitlob-strategija-gdida-u-ambizzjuza-dwar-id-dizabilita
(49) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/pdfscache/34425.pdfhttps://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/pdfscache/34425.pdf
(50) L-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Ġeneri 2019.
(51) https://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2014_2019/documents/empl/dv/empl20141120-wss-people-disabilities-/empl20141120-wss-people-disabilities-en.pdf
(52) Eurostat Statistics Explained, “Europe 2020 indicators – poverty and social exclusion” (Indikaturi tal-Ewropa 2020 – faqar u esklużjoni soċjali), 11 ta' Ġunju 2020 (https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Archive:Europe_2020_indicators_-_poverty_and_social_exclusion&oldid=394836).
(53) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=89&furtherNews=yes&langId=mt&newsId=9378
(54) Eurofond, “In-work poverty in EU” (Il-faqar fost dawk li jaħdmu fl-UE), 5 ta' Settembru 2017.
(55) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ilc_peps04/default/table?lang=en
(56) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Minimum_wage_statistics
(57) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Minimum_wage_statistics#Minimum_wages_expressed_in_purchasing_power_standards
(58) Eurofound, “Minimum wages in 2020: Annual review” (Il-pagi minimi fl-2020: Analiżi annwali), 4 ta' Ġunju 2020.
(59) ETUI, Benchmarking Working Europe 2019, kapitolu “Labour market and social developments” (Is-suq tax-xogħol u l-iżviluppi soċjali), 2019.
https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=89&furtherNews=yes&langId=mt&newsId=9378
(60) https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/587285/IPOL_STU(2016)587285_EN.pdf
(61) Eurofound, “In-work poverty in the EU” (Il-faqar fost dawk li jaħdmu fl-UE), 5 ta' Settembru 2017 (https://www.eurofound.europa.eu/mt/publications/report/2017/in-work-poverty-in-the-eu).
(62) https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/DDN-20200511-1
(63) https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/DDN-20200511-1
(64) https://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef18001en.pdf
(65) https://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef18001en.pdf
(66) https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/DDN-20190517-1
(67) Eurofound, “Living, Working and COVID-19 data” (Data dwar l-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19), 28 ta' Settembru 2020 (https://www.eurofound.europa.eu/mt/data/covid-19).
(68) Eurofound, “Living, Working and COVID-19 data” (Data dwar l-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19), 28 ta' Settembru 2020 (https://www.eurofound.europa.eu/mt/data/covid-19).
(69) https://www.worldbank.org/en/topic/poverty/brief/projected-poverty-impacts-of-COVID-19
(70) “Employment and Social Developments in Europe 2019” (L-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa 2019) (https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=mt&pubId=8219).
(71) “L-ewwel pilastru” ta' approċċ tipiku fuq tliet pilastri għall-pensjonijiet jikkonsisti f'pensjonijiet statutorji pubbliċi amministrati mill-istat u normalment iffinanzjati minn kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali u/jew dħul ġenerali mit-taxxa fuq bażi ta' Ħallas Waqt Li Tkun Għaddej. Sors: Briefing tal-EPRS, “European Union pension systems: adequate and sustainable?” (Is-sistemi tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea: adegwati u sostenibbli?), Novembru 2015.
(72) Skont ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal (ĠU C 366, 27.10.2017, p. 19) u l-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2019–2024: “Biex kull tifel jew tifla fil-bżonn isib appoġġ, se noħloq il-Garanzija Ewropea għat-Tfal, li ssegwi l-idea proposta mill-Parlament Ewropew”.
(73) “Unjoni li tirsisti għal aktar: L-aġenda tiegħi għall-Ewropa”, Linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2019-2024.
(74) Id-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105).
(75) L-għoti ta' akkomodazzjoni raġonevoli huwa obbligu skont id-Direttiva tal-UE dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16) u l-Artikolu 5 tas-CRPD tan-NU.
(76) L-Annessi għall-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2021 (COM(2020)0690), objettiv ta' politika Nru 9 taħt it-taqsima intitolata “Ewropa Lesta għall-Era Diġitali”.
(77) Id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79).
(78) Ir-riżoluzzjoni tat-30 ta' Jannar 2020 dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, paragrafu 2 (Testi adottati, P9_TA(2020)0025).
(79) Skont l-istrateġija, il-Kummissjoni kellha tressaq miżuri vinkolanti dwar it-trasparenza fil-pagi sa tmiem l-2020.
(80) Bħall-istabbiliment ta' sussidji (jew kumpaniji fantażmi) u/jew aġenziji tax-xogħol temporanju fi Stati Membri b'pagi aktar baxxi għall-iskop uniku li jintużaw ħaddiema stazzjonati minflok ma jiġu impjegati ħaddiema lokali.
(81) Kif stabbilit mid-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105).
(82) Dawn jinkludu l-petizzjonijiet 0240/18, 0328/18, 0365/18, 0374/18, 0396/18, 0419/18, 0829/2018, 0897/2018, 1161/2018, 0290/19, 0310/2019, 0335/2019, 0579/19, 0624/19, 0652/19, 0683/2019, 0737/2019, 1017/19, 1045/2019, 1241/2019, 1318/2019 u 0036/2020.
(83) Dawn jinkludu l-petizzjonijiet 1378/2013, 0019/2016, 0020/2016, 0021/2016, 0099/2017, 1162/2017, 0110/2018 u 0335/2019.
(84) Ir-Regolament (KE) 2020/1054 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward ta' rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet massimi ta' sewqan kuljum u kull ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perijodi ta' mistrieħ kuljum u kull ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 1).
(85) Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 2020 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (COM(2020)0682).
(86) Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 2020 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (COM(2020)0682).
(87) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1); Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65); Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u id-Direttiva li tħassar 2004/17/KE(ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(88) Id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta' Settembru 2000, dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21).
(89) Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).