|
24.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 474/173 |
P9_TA(2021)0066
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta' subkategoriji ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-11 ta' Frar 2021 li jemenda Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta' subkategoriji ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (C(2021)0772 – 2021/2561(DEA))
(2021/C 474/24)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2021)0772), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-18 ta' Frar 2021, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 4 ta' Marzu 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1) (CRD), u b'mod partikolari l-Artikolu 131(18) u l-Artikolu 149 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji preżentati fl-4 ta' Novembru 2020 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li ma saret ebda oġġezzjoni fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fid-9 ta' Marzu 2021, |
|
A. |
billi l-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) ippubblika metodoloġija riveduta għall-valutazzjoni ta' banek globali sistemikament importanti (G-SIBs) f'Lulju 2018; billi dawk il-bidliet fil-metodoloġija għall-valutazzjoni ta' G-SIBs għandhom jiġu riflessi fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014 (3); billi d-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) emendat l-Artikolu 131 CRD, u dawk il-bidliet għandhom ikunu riflessi wkoll fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014; |
|
B. |
billi l-emendi għas-CRD saru applikabbli fid-29 ta' Diċembru 2020 iżda ma jispeċifikawx skadenza għall-preżentazzjoni tal-att delegat emendatorju; billi l-EBA pprovdiet abbozz ta' standards tekniċi regolatorji emendatorji lill-Kummissjoni fl-4 ta' Novembru 2020; billi huwa l-għan tal-Kummissjoni li diġà tibda tapplika l-metodoloġija addizzjonali tal-UE, speċifikata fl-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji emendatorji, għall-eżerċizzju tal-identifikazzjoni annwali tal-istituzzjonijiet globali sistemikament importanti tal-2021 (G-SIIs, l-ekwivalenti tal-G-SIBs fl-Unjoni), li se jiġi varat mill-EBA f'April 2021 (abbażi tad-data ta' tmiem l-2020), u se jkun komplut f'Novembru 2021; |
|
C. |
billi r-regolament delegat għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza biex jiżgura l-għan tal-Kummissjoni li tippermetti l-applikazzjoni tal-metodoloġija addizzjonali tal-UE fl-ewwel eżerċizzju tal-G-SII skont is-CRD emendata, li huwa l-eżerċizzju tal-2021; billi sabiex tiġi pprovduta ċertezza tad-dritt għall-eżerċizzju li jibda f'April 2021, ir-regolament delegat emendatorju jkollu jidħol fis-seħħ sa dik id-data; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014 tat-8 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta' subkategoriji ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 27).
(4) Id-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni ta' kapital (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 253).