|
17.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 465/178 |
P9_TA(2021)0036
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward taż-żmien meta se jibdew japplikaw ċerti proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju għall-fini tal-iskambju tal-kollateral
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2020 li jemenda l-istandards tekniċi stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 fir-rigward taż-żmien meta se jibdew japplikaw ċerti proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju għall-fini tal-iskambju tal-kollateral (C(2020)9147 – 2020/2942(DEA))
(2021/C 465/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2020)9147), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 26 ta' Jannar 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1) (EMIR), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(15) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li ma saret ebda oġġezzjoni fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fid-9 ta' Frar 2021, |
|
A. |
billi l-Artikolu 11(3) tal-EMIR introduċa obbligu li jkun hemm proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju fil-ħin, preċiż u segregat b’mod xieraq tal-kollateral (“ir-rekwiżiti tal-marġini”) fuq kontropartijiet finanzjarji involuti f'kuntratti tad-derivattivi nnegozjati barra l-borża (“OTC”) mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali (“CCP”), kif ukoll fuq kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10(2) tal-EMIR; billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2251 (2), jispeċifika wkoll dawk il-proċeduri u jipprevedi data differita tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġini bilaterali għal kuntratti tad-derivattivi OTC ikklerjati mhux ċentralment konklużi bejn ċerti kontropartijiet biex jiġi żgurat li tali kuntratti ma kinux temporanjament soġġetti għar-rekwiżit; |
|
B. |
billi l-applikazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti tal-marġini bilaterali għal kuntratti intragrupp tad-derivattivi OTC ikklerjati mhux ċentralment għalhekk għandha tiġi differita aktar biex jiġi evitat l-impatt ekonomiku detrimentali mhux intenzjonat li l-iskadenza ta' dik l-eżenzjoni jkollha fuq il-kontropartijiet stabbiliti fl-Unjoni. billi l-emendi li jinsabu fir-regolament delegat fihom eżenzjoni tant kruċjali għall-kontropartijiet stabbiliti fl-Unjoni; billi l-emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 huma aġġustamenti limitati tal-qafas regolatorju eżistenti; |
|
C. |
billi r-regolament delegat għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza biex jiżgura t-tħejjija tal-Unjoni u jsaħħaħ l-interessi tal-kontropartijiet stabbiliti fl-Unjoni peress li d-dritt tal-Unjoni waqaf japplika fir-Renju Unit sa mill-iskadenza tal-perjodu tranżitorju fil-31 ta' Diċembru 2020; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2251 tal-4 ta' Ottubru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għall-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn kontroparti ċentrali (ĠU L 340, 15.12.2016, p. 9).