17.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 465/2


P9_TA(2021)0033

Ebda oġġezzjoni għal miżura ta’ implimentazzjoni: Rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/424, (UE) 2019/1781, (UE) 2019/2019, (UE) 2019/2020, (UE) 2019/2021, (UE) 2019/2022, (UE) 2019/2023 u (UE) 2019/2024 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti tal-ħżin tad-data, muturi elettriċi u sistemi ta' trażmissjoni b'veloċità varjabbli, apparat refriġeranti, sorsi tad-dawl u tagħmir ta' kontroll separat, unitajiet tal-wiri elettroniċi, magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u apparat refriġeranti b'funzjoni ta' bejgħ dirett (D069494/02 – 2020/2917(RPS))

(2021/C 465/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/424, (UE) 2019/1781, (UE) 2019/2019, (UE) 2019/2020, (UE) 2019/2021, (UE) 2019/2022, (UE) 2019/2023 u (UE) 2019/2024 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti tal-ħżin tad-data, muturi elettriċi u sistemi ta' trażmissjoni b'veloċità varjabbli, apparat refriġeranti, sorsi tad-dawl u tagħmir ta' kontroll separat, unitajiet tal-wiri elettroniċi, magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u apparat refriġeranti b'funzjoni ta' bejgħ dirett

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fil-11 ta' Novembru 2020 mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2020, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhuwiex se joġġezzjona għall-abbozz tar-regolament,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tat-28 ta' Jannar 2021,

wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 112(4)(d) u l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra li ma saret ebda oġġezzjoni fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fid-9 ta' Frar 2021,

A.

billi, fil-5 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni bagħtet lill-Parlament l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni, u b'hekk infetaħ il-perjodu ta' skrutinju biex il-Parlament joġġezzjona għal dak ir-regolament;

B.

billi, fl-2019, il-Kummissjoni adottat ir-Regolamenti (UE) 2019/424 (3), (UE) 2019/1781 (4), (UE) 2019/2019 (5), (UE) 2019/2020 (6), (UE) 2019/2021 (7), (UE) 2019/2022 (8), (UE) 2019/2023 (9) u (UE) 2019/2024 (10) (ir-“Regolamenti emendati”) fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti tal-ħżin tad-data, muturi elettriċi u sistemi ta' trażmissjoni b'veloċità varjabbli, apparat refriġeranti, sorsi tad-dawl u tagħmir ta' kontroll separat, unitajiet tal-wiri elettroniċi, magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u apparat refriġeranti b'funzjoni ta' bejgħ dirett;

C.

billi ġew skoperti kwistjonijiet tekniċi, li se jipperikolaw l-implimentazzjoni xierqa tar-Regolamenti emendati ladarba jibdew japplikaw fl-2021; billi l-Kummissjoni għalhekk ħejjiet abbozz ta' regolament biex tindirizza dawk il-kwistjonijiet tekniċi u biex tiċċara u tallinja ċerti dispożizzjonijiet fir-Regolamenti emendati; billi, fost l-oħrajn, l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni jipprevedi definizzjoni komuni ta' “valur iddikjarat”, biex jiġu ċċarati l-valuri li għandhom jiġu pprovduti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-fini ta' verifika tal-konformità u b'mod partikolari għall-ittestjar fiżiku;

D.

billi l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni għandu jidħol fis-seħħ sal-1 ta' Marzu 2021, sabiex l-emendi għar-Regolamenti emendati jibdew japplikaw fl-istess data bħall-biċċa l-kbira tar-Regolamenti emendati;

E.

billi d-deċiżjoni preżenti tingħata bħala miżura eċċezzjonali sabiex jiġi evitat perjodu ta' inċertezza tad-dritt għall-partijiet interessati li jeħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti emendati;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill.

(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/424 tal-15 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti għall-ħażna tad-data skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (ĠU L 74, 18.3.2019, p. 46).

(4)  Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1781 tal-1 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta' trażmissjoni b'veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 (ĠU L 272, 25.10.2019, p. 74).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 tal-1 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 187).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 tal-1 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta' kontroll separat skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 209).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal-1 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 241).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 tal-1 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 267).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal-1 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 285).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal-1 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b'funzjoni ta' bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 313).