Strasburgu, 14.12.2021

COM(2021) 801 final

2021/0421(NLE)

Proposta għal

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika

{SWD(2021) 452 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew 1 (“il-Patt Ekoloġiku”) nieda strateġija ġdida sabiex l-Unjoni Ewropea tinbidel f’soċjetà sostenibbli, ġusta u prosperuża, b’ekonomija moderna, ċirkolari u kompetittiva u newtrali għall-klima fl-2050. Huwa jenfasizza l-impenn tal-Kummissjoni li tindirizza t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali u li twettaq l-objettivi adottati skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-“Ftehim ta’ Pariġi”) sabiex iżżomm iż-żieda fit-temperatura globali sew taħt iż-2 °C u tkompli bl-isforzi sabiex din tinżamm sa 1,5 °C. Il-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni dwar il-politika klimatika u ambjentali jkun enormi għan-nies, b’mod partikolari dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, f’termini ta’ standards tal-għajxien, saħħa u benesseri. Bil-ħsieb tat-triq lejn in-newtralità karbonika, il-ħtieġa għal tranżizzjoni ġusta hija parti integrali mill-Patt Ekoloġiku li enfasizza li l-ebda persuna u l-ebda post ma jenħtieġ li jitħallew lura.

F’Ġunju tal-2021, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew adottaw il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima” 2 , li tistabbilixxi l-objettiv vinkolanti tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050 3 , u mira intermedja vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku nett fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ mill-anqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2030. Sabiex jintlaħqu dawn il-miri, il-Kummissjoni pproponiet il-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %” f’Lulju tal-2021. Il-pakkett jinkludi sett koerenti ta’ miżuri fi proposti leġiżlattivi. Fost dawn, il-pakkett jippreżenta proposta għall-istabbiliment ta’ Fond Soċjali għall-Klima ġdid 4 ta’ EUR 72,2 biljun għall-perjodu bejn l-2025 u l-2032 sabiex jiġu appoġġati l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, l-utenti tat-trasport u l-mikrointrapriżi affettwati mill-introduzzjoni tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-fjuwils użati fit-trasport bit-triq u fil-binjiet.

Il-ġustizzja u s-solidarjetà huma prinċipji fundamentali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fil-livell internazzjonali, l-Istati Membri approvaw b’mod partikolari l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u l-Ftehim ta’ Pariġi, li jirreferi għall-“ħtiġijiet ta’ tranżizzjoni ġusta tal-forza tax-xogħol u l-ħolqien ta’ xogħol diċenti u impjiegi ta’ kwalità”. Dan huwa kkonfermat u f’konformità mal-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta’ Pariġi, l-Aġenda Strateġika tal-Kunsill Ewropew mill-2019 sal-2024 u l-Artikolu 2(2) tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, kif ukoll il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għal tranżizzjoni ġusta lejn ekonomiji u soċjetajiet ambjentalment sostenibbli għal kulħadd jipprovdu wkoll qafas ta’ politika stabbilit fuq livell internazzjonali għal tranżizzjoni ġusta. Barra minn hekk, l-Istati Membri u s-sħab soċjali approvaw id-Dikjarazzjoni ta’ Silesia dwar is-Solidarjetà u t-Tranżizzjoni Ġusta tal-2018, adottata fil-COP-24 f’Katowice, u d-Dikjarazzjoni tal-2021 dwar l-Appoġġ tal-Kundizzjonijiet għal Tranżizzjoni Ġusta fuq Livell Internazzjonali, adottata fil-COP-26 fi Glasgow.

Huma meħtieġa azzjonijiet ta’ politika sabiex jappoġġaw lin-nies u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom għal tranżizzjoni ekoloġika b’suċċess. Il-viżjoni għal tranżizzjoni ġusta lejn Ewropa Soċjali b’saħħitha u b’newtralità klimatika tirrifletti l-20 prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li ġew ipproklamati fis-Summit ta’ Gothenburg f’Novembru tal-2017, u li jinkludu l-“ġabra ta’ regoli soċjali” għal swieq tax-xogħol u sistemi tas-sigurtà soċjali ġusti u li jiffunzjonaw tajjeb fl-Ewropa tas-seklu 21. L-implimentazzjoni tal-Pilastru se tappoġġa tranżizzjoni ġusta, li hija essenzjali sabiex tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 5 għandu l-għan li jgħaqqad il-forzi fil-livelli kollha sabiex il-prinċipji jinbidlu f’azzjonijiet konkreti. Dan jistabbilixxi tliet miri ewlenin tal-UE għall-2030 fl-oqsma tal-impjiegi, tal-ħiliet u tat-tnaqqis tal-faqar, li ntlaqgħu mill-mexxejja tal-UE fid-Dikjarazzjoni ta’ Porto ta’ Mejju u mill-Kunsill Ewropew f’Ġunju tal-2021. Dan jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali Ewropea fil-politiki kollha tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika tkun soċjalment ekwa u ġusta.

Permezz ta’ politiki xierqa li jakkumpanjawha, it-tranżizzjoni tista’ toħloq madwar miljun impjieg fl-UE sal-2030 6 u 2 miljun impjieg sal-2050 7 . Tista’ toħloq impjiegi li b’mod partikolari jirrikjedu ħiliet medji, u li huma bi ħlas medju 8 , b’impatti li jvarjaw bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni u s-setturi. Dan jista’ jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tal-polarizzazzjoni tas-suq tax-xogħol li tirriżulta minn megatendenzi oħrajn, b’mod partikolari d-diġitalizzazzjoni, għaż-żieda fl-introjtu u għat-tnaqqis tal-faqar b’mod ġenerali 9 . Kif inhu enfasizzat fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 u l-proposti leġiżlattivi tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, ir-riallokazzjoni sinifikanti tal-ħaddiema fi ħdan u fost is-setturi se teħtieġ investiment fuq skala kbira fit-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet. Pereżempju, filwaqt li huwa stmat li sal-2030 jistgħu jinħolqu 160 000 impjieg addizzjonali tal-kostruzzjoni fl-UE permezz tat-tranżizzjoni klimatika 10 , bħalissa hemm diskrepanzi fil-ħiliet li huma viżibbli fi professjonijiet relatati mad-disinn, it-teknoloġiji u l-materjali ekoloġiċi f’dan is-settur. Politiki ta’ akkumpanjament xierqa jistgħu jnaqqsu - u saħansitra jipprevjenu - il-faqar enerġetiku, li jirriżulta minn taħlita ta’ introjtu baxx, sehem għoli mill-introjtu disponibbli li jintefaq fuq l-enerġija u effiċjenza enerġetika baxxa. Barra minn hekk, jistgħu jippromwovu l-aċċess għal għażliet ta’ trasport u ta’ mobbiltà affordabbli u b’emissjonijiet baxxi, jindirizzaw l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi, reġjonali u tas-saħħa, itejbu s-saħħa u l-benesseri, u jippromwovu l-ugwaljanza, b’mod ġenerali u wkoll għal persuni żvantaġġati.

Sabiex jiġi rrealizzat bis-sħiħ il-potenzjal tal-impjiegi u soċjali tat-tranżizzjoni ekoloġika, huwa essenzjali li jintużaw l-għodod kollha disponibbli u li l-politiki xierqa ta’ akkumpanjament jiġu stabbiliti fil-livelli tal-UE, tal-Istati Membri, reġjonali u lokali. Min-naħa l-oħra, fin-nuqqas ta’ politiki tal-impjiegi u soċjali mfassla tajjeb, hemm riskji soċjoekonomiċi. Għalhekk huwa kruċjali li l-awtoritajiet responsabbli jistabbilixxu l-politiki xierqa, u jagħmlu dan mingħajr ma jimminaw l-inċentivi għall-bidliet fl-investiment u fil-konsum meħtieġa mit-tranżizzjoni. Huwa importanti li tali mekkaniżmi jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn miżuri li jiżguraw governanza inklużiva u l-involviment attiv ta’ dawk l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika.

Filwaqt li l-Istati Membri stabbilew u qegħdin iħejju għadd kbir ta’ azzjonijiet sabiex jippromwovu tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika, hemm lok sabiex ikompli jissaħħaħ it-tfassil ta’ politiki li jappoġġaw tranżizzjoni ekoloġika ġusta u li tiġi żgurata l-koerenza tal-isforzi bejn id-diversi għodod disponibbli fil-livell tal-UE u dak nazzjonali (ara t-taqsima li jmiss). Għalhekk, il-Kummissjoni ħabbret bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill sa tmiem l-2021 sabiex tipprovdi gwida ulterjuri lill-Istati Membri dwar kif għandhom jindirizzaw l-aspetti soċjali u tax-xogħol tat-tranżizzjoni ekoloġika bl-aħjar mod. B’mod parallel mat-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni qiegħda timmonitorja mill-qrib ukoll l-iżviluppi fuq medda qasira ta’ żmien fis-swieq tal-enerġija, xprunati primarjament mill-iżviluppi tas-suq globali u, fit-13 ta’ Ottubru 2021, ippreżentat Komunikazzjoni dwar “L-indirizzar taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija: sett ta’ għodod għall-azzjoni u l-appoġġ” li tiddeskrivi miżuri immedjati sabiex jiġu protetti l-konsumaturi u n-negozji 11 . Din il-proposta li jmiss saret referenza għaliha wkoll f’dik il-Komunikazzjoni bħala qafas ta’ politika sabiex tiġi appoġġata tranżizzjoni ekoloġika ġusta fuq medda medja ta’ żmien u sabiex tinbena reżiljenza għal kwalunkwe żvilupp futur fil-prezzijiet.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika tal-impjiegi, il-ħiliet, l-aspetti soċjali u distributtivi tat-tranżizzjoni ekoloġika

F’konformità mal-Linji Gwida Politiċi tal-Kummissjoni mill-2019 sal-2024 12 , il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenfasizza li, bħala parti minn “ġabra ta’ regoli soċjali” ġdida, id-drittijiet soċjali u d-dimensjoni soċjali Ewropea jeħtieġ li jissaħħu fil-politiki kollha tal-Unjoni kif stabbilit fit-Trattati, b’mod partikolari l-Artikolu 3 tat-TUE u l-Artikolu 9 tat-TFUE, sabiex nimxu lejn deċennju aktar ekoloġiku u diġitali li fih l-Ewropej jistgħu jirnexxu. Min-naħa tiegħu, il-Patt Ekoloġiku Ewropew jipprevedi l-integrazzjoni tas-sostenibbiltà fil-politiki kollha tal-UE, b’mod partikolari billi jsegwi l-finanzjament u l-investiment ekoloġiċi u jiżgura tranżizzjoni ġusta.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19 (EASE) 13 enfasizzat li l-UE u l-Istati Membri jenħtieġ li jaġixxu flimkien sabiex jippromwovu rkupru dinamiku, rikk fl-impjiegi u inklużiv u li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fis-suq tax-xogħol Ewropew. Il-linji gwida tal-2020 għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri 14 ddikjaraw li l-azzjoni politika jenħtieġ li tgħaqqad miżuri li jagħtu spinta lid-domanda għax-xogħol, iżidu l-provvista tax-xogħol, itejbu l-aċċess għall-impjiegi, għall-ħiliet u għall-kompetenzi, u jtejbu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u l-effettività tad-djalogu soċjali, filwaqt li jqisu l-impatt ambjentali, tal-impjiegi u soċjali tagħhom. Ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi propost għall-2022 enfasizza li l-investiment fit-titjib u fit-tiġdid tal-ħiliet huwa prijorità ewlenija sabiex jitrawwem irkupru inklużiv u sabiex jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi 15 . L-Istati Membri huma mistiedna, fost l-oħrajn, jintroduċu appoġġ għar-riallokazzjoni tal-ħaddiema, pereżempju permezz ta’ inċentivi u taħriġ ta’ reklutaġġ imfassla tajjeb, b’mod partikolari lejn l-ekonomija ekoloġika u diġitali, filwaqt li jipproteġu lill-ħaddiema matul it-tranżizzjoni. Dan huwa f’konformità mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill preċedenti relatati, bħal dawk dwar it-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ 16 , u dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza 17 .

Fil-qafas tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika 18 , l-Istati Membri jfasslu pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima (NECPs), li jkopru perjodi ta’ għaxar snin, filwaqt li jqisu l-perspettiva fit-tul, u l-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, jiġifieri s-sigurtà tal-enerġija; is-suq intern tal-enerġija; l-effiċjenza enerġetika; id-dekarbonizzazzjoni; ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività. Tali NECPs għandhom jiġu aġġornati ħames snin wara l-ewwel sottomissjoni tal-NECPs u sussegwentement kull għaxar snin. Skont l-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika, f’każ li Stat Membru jsib li għandu numru sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, fil-pjan tiegħu għandu jinkludi objettiv indikattiv nazzjonali sabiex jitnaqqas il-faqar enerġetiku flimkien ma’ perjodu ta’ żmien li fih għandhom jintlaħqu l-objettivi kif ukoll politiki u miżuri sabiex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku, inklużi miżuri ta’ politika soċjali u programmi nazzjonali rilevanti oħra 19 . Filwaqt li diversi Stati Membri żviluppaw inizjattivi konkreti mmirati lejn l-indirizzar tal-faqar enerġetiku u/jew l-appoġġ lill-konsumaturi vulnerabbli li jistgħu jindirizzaw ukoll l-effetti distributtivi potenzjali tal-politiki dwar il-klima 20 , il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-2020 tal-NECPs finali kkonkludiet 21 li,“maġġoranza kbira mill-Istati Membri għad iridu jiżviluppaw strateġiji u objettivi aktar ċari permezz ta’ approċċ trażversali biex jidentifikaw u jkejlu l-konsegwenzi soċjali, dawk fuq l-impjieg u l-ħiliet, u impatti distribuzzjonali oħra tat-tranżizzjoni enerġetika, u jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod xieraq kif għandhom jiġu indirizzati dawn l-isfidi”.

Skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni 22 , li jkopri fost l-oħrajn il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew + (FSE+), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF), l-Istati Membri huma mistennija jqisu l-kontenut tal-NECPs integrati tagħhom u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward dawn il-pjanijiet, għall-programmi tagħhom, inkluż matul ir-rieżami ta’ nofs it-terminu. Il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta (TJTPs) taħt il-JTF jenħtieġ li jiffokaw fuq l-indirizzar tal-impatt soċjoekonomiku tat-tranżizzjoni f’territorji magħżula li jiddependu fuq il-fjuwils fossili jew fuq attivitajiet industrijali intensivi fil-gassijiet serra u jinkludu taqsima ġenerali dwar il-proċess ta’ tranżizzjoni nazzjonali bbażat fuq l-NECPs. Il-Pjattaforma għal Tranżizzjoni Ġusta ġiet stabbilita sabiex tappoġġa lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fl-użu tar-riżorsi tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta. Minbarra l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (il-pilastru 1), fih skema dedikata taħt Invest EU (il-pilastru 2) u faċilità ta’ self għas-settur pubbliku (il-pilastru 3).

Bi tlieta mis-sitt pilastri li jistabbilixxu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ffokati fuq l-elementi soċjali, il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs) taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) jiddefinixxu numru sinifikanti ta’ riformi u investimenti li jindirizzaw l-aspetti tat-tranżizzjoni ġusta kemm f’termini ta’ riformi kif ukoll ta’ investimenti. Il-pjanijiet nazzjonali u l-programmi operazzjonali jridu jiġu implimentati fil-perjodu ta’ finanzjament attwali. Filwaqt li r-riformi u l-investimenti huma mfassla sabiex ikollhom impatt fit-tul, minħabba din id-durata limitata, huma ma jipprovdux għal approċċ kompletament komprensiv dwar it-tranżizzjoni ġusta fil-livell nazzjonali lil hinn mill-2027, b’mod partikolari fid-dawl tal-miri klimatiċi tal-UE.

Sorsi oħrajn disponibbli ta’ finanzjament jappoġġaw azzjonijiet komplementari ulterjuri f’dan il-qasam, inklużi ERASMUS+, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG), l-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU), il-Fond għall-Modernizzazzjoni u l-introjtu mill-irkant taħt is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), il-programm LIFE+ u l-Programm Orizzont Ewropa. B’mod partikolari, ir-Regolament dwar l-FSE+ 23 jistipula li l-FSE+ għandu jkollu l-għan li jikkontribwixxi, f’konformità mal-objettivi speċifiċi tiegħu skont l-Artikolu 4(1), għall-objettivi relatati ma’ Ewropa aktar ekoloġika u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju permezz tat-titjib tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ meħtieġa għall-adattament tal-ħiliet u tal-kwalifiki, it-titjib tal-ħiliet inkluż dak tal-forza tax-xogħol, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f’setturi relatati mal-ambjent, mal-klima, mal-enerġija, mal-ekonomija ċirkolari u mal-bijoekonomija.

Diversi strateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni oħrajn jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ekoloġika ġusta. L-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet tal-2020 24 għandha l-għan li tagħti s-setgħa lill-individwi sabiex jitgħallmu u jiżguraw li l-ħiliet tagħhom ikunu adattati għat-tranżizzjoni doppja. Fl-Aġenda għall-Ħiliet, il-Kummissjoni tħabbar sett ta’ azzjonijiet sabiex tappoġġa l-akkwist ta’ ħiliet għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż dwar kontijiet individwali tal-apprendiment 25 , approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali 26 u apprendiment għas-sostenibbiltà ambjentali 27 . Il-Patt għall-Ħiliet 28 għandu l-għan li jimmobilizza l-partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi sabiex jieħdu azzjoni konkreta għat-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet ta’ persuni fis-suq tax-xogħol, u, fejn rilevanti, jgħaqqad l-isforzi fi sħubijiet. Sal-aħħar ta’ Novembru tal-2021, kienu ġew stabbiliti ħames sħubijiet bħal dawn 29 , li impenjaw ruħhom għat-titjib u għat-tiġdid tal-ħiliet ta’ 1,5 miljun ruħ fis-snin li ġejjin. Sa tmiem Novembru tal-2021, il-Patt għall-Ħiliet kien ġabar aktar minn 500 membru, inklużi organizzazzjonijiet tan-negozju settorjali, kumpaniji kbar u żgħar, universitajiet, fornituri tal-VET, sħab soċjali, kmamar tal-kummerċ, awtoritajiet reġjonali u lokali u servizzi għall-impjiegi pubbliċi u privati. L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida aġġornata tal-UE tappoġġa l-ħolqien tal-impjiegi fl-ekonomija ekoloġika, filwaqt li tistipula, pereżempju, ir-rwoli importanti tal-investimenti fil-ħiliet, is-sħubijiet pubbliċi-privati aġli, il-kooperazzjoni fl-istimulazzjoni tad-djalogu soċjali, kif ukoll il-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi, bħal permezz tad-diversi alleanzi madwar l-Ewropa, b’mod partikolari dwar il-batteriji, l-idroġenu nadif, il-plastiks ċirkolari, u l-materja prima. L-Aġenda tal-Konsumatur Ġdida 30 għandha l-għan li tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika sabiex tagħti s-setgħa, tappoġġa u tippermetti lil kull konsumatur, irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, li jkollu rwol attiv fit-tranżizzjoni ekoloġika mingħajr ma jimponi stil ta’ ħajja speċifiku u mingħajr diskriminazzjoni soċjali 31 .

Barra minn hekk, il-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE 32 għandha l-għan li ssaħħaħ iż-żoni rurali, u tagħmilhom aktar konnessi, reżiljenti u prosperi, anke permezz tat-tranżizzjoni ekoloġika. Fl-aħħar nett, il-qafas strateġiku tal-UE dwar ir-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni għall-2020 sal-2030 jistabbilixxi seba’ objettivi fil-livell tal-UE għall-perjodu sal-2030, li jinkludu ż-żieda tal-aċċess ugwali effettiv għal akkomodazzjoni u servizzi essenzjali adegwati u desegregati 33 .

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-ġustizzja soċjali hija integrata fit-tfassil tal-proposti leġiżlattivi fil-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. B’mod partikolari, ir-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija 34 toffri possibbiltajiet għall-eżenzjoni temporanja tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli minn taxxi ogħla fuq l-enerġija. Ir-riformulazzjonijiet proposti tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika 35 u tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija 36 , u r-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli 37 jistimulaw l-iffrankar tal-enerġija li jista’ jkun strument b’saħħtu sabiex jittaffa l-faqar enerġetiku. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” se tiżgura li l-gruppi ekonomikament żvantaġġati jibbenefikaw minn soluzzjonijiet ta’ effiċjenza enerġetika li jitqiesu bħala l-ewwel għażla fid-deċiżjonijiet ta’ politika, ippjanar u investiment u f’oqsma ta’ politika oħra. Barra minn hekk, il-proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tinkludi obbligu speċifiku għall-Istati Membri li jappoġġaw lil unitajiet domestiċi foqra fl-enerġija u vulnerabbli sabiex jiksbu l-iffrankar tal-enerġija. Ir-Regolament propost dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi se jiżgura li l-infrastrutturi 38 tal-iċċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil għal vetturi b’emissjonijiet żero se jilħqu lill-partijiet kollha tal-Ewropa u se jkunu aċċessibbli għal kulħadd.

Barra minn hekk, filwaqt li kull Stat Membru se jkollu jikkontribwixxi għall-mira miżjuda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, jitqiesu punti tat-tluq differenti u kapaċitajiet differenti. Strumenti bħar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 39 għandhom l-għan li jġibu distribuzzjoni ġusta tal-isforzi bejn l-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u r-reġjuni. Il-Fond għall-Modernizzazzjoni 40 jappoġġa għaxar Stati Membri tal-UE b’introjtu aktar baxx fit-tranżizzjoni tagħhom għan-newtralità klimatika billi jgħin sabiex jiġu mmodernizzati s-sistemi tal-enerġija tagħhom u tittejjeb l-effiċjenza enerġetika. Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta 41 huwa mfassal sabiex jindirizza l-impatti soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni ekoloġika, filwaqt li jiffoka fuq ir-reġjuni, l-industriji u l-ħaddiema li jiffaċċjaw l-akbar sfidi matul it-tranżizzjoni.

Il-Fond Soċjali għall-Klima propost se jgħin sabiex jittaffa l-impatt fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, l-utenti tat-trasport u l-mikrointrapriżi li huma affettwati b’mod sinifikanti miż-żidiet fil-prezzijiet tal-fjuwils fossili bħala riżultat tal-introduzzjoni tal-iskambju ta’ emissjonijiet għall-fjuwils użati fil-binjiet u fit-trasport bit-triq. Se jippromwovi l-ġustizzja u s-solidarjetà bejn u fi ħdan l-Istati Membri filwaqt li jtaffi r-riskju ta’ faqar enerġetiku u sfidi tat-trasport, filwaqt li jikkomplementa l-mekkaniżmi eżistenti. Il-Fond se jappoġġa lill-unitajiet domestiċi meta jinvestu fl-effiċjenza enerġetika u fit-tisħin u t-tkessiħ nodfa tal-binjiet, inkluża l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u se jiffinanzja wkoll l-aċċess għal mobbiltà mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi. Fejn meħtieġ, sakemm iseħħ l-impatt tal-investimenti fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet u tal-kontijiet tal-enerġija tal-gruppi vulnerabbli, il-Fond se jippermetti lill-Istati Membri jiffinanzjaw miżuri li jipprovdu appoġġ temporanju permezz ta’ introjtu dirett lil unitajiet domestiċi vulnerabbli u lil unitajiet domestiċi li huma utenti vulnerabbli tat-trasport sabiex inaqqsu l-impatt immedjat taż-żieda fil-prezz tal-fjuwils fossili li tirriżulta mill-inklużjoni tal-binjiet u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

Barra minn hekk, kif definit fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 u f’xi wħud mill-inizjattivi tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu ulterjuri mill-introjtu iġġenerat mill-irkanti tal-kwoti, l-imposti u t-taxxi fuq il-prezzijiet tal-enerġija, kif ukoll mit-taxxi ambjentali sabiex jiġu appoġġati gruppi żvantaġġati.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta se tkun ibbażata fuq l-Artikolu 292 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 149 tat-TFUE u l-Artikolu 166 tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-Istati Membri se jfasslu u se jagħżlu l-miżuri u l-investimenti sabiex jiżguraw tranżizzjoni ġusta għan-newtralità klimatika, inklużi miżuri dedikati li jistgħu jipproponu taħt il-finanzjament, l-istrumenti ta’ politika u l-mekkaniżmi ta’ governanza eżistenti.

Proporzjonalità

L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa sabiex tinkiseb tranżizzjoni ekoloġika rapida u robusta li twassal għall-miri vinkolanti adottati fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima filwaqt li ħadd ma jitħalla lura, f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Aġenda Strateġika tal-Kunsill Ewropew għall-2019-24, ir-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar “Ewropa soċjali b’saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti” 42 , ir-Rapport tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-ebda Patt Ekoloġiku mingħajr patt soċjali” 43 , u l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjun dwar “Ewropa Soċjali b’saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti” 44 . Din tirrikjedi wkoll li jiġi żgurat li l-isfidi soċjali u tax-xogħol li jirriżultaw mit-tranżizzjoni ekoloġika jiġu indirizzati b’mod koerenti u effiċjenti fl-Istati Membri kollha.

Skont il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-UE tal-Pjanijiet Nazzjonali integrati għall-Enerġija u l-Klima finali ppubblikati f’Settembru tal-2020 45 , huma meħtieġa sforzi addizzjonali sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta fir-reġjuni l-aktar affettwati. Il-gwida għall-Istati Membri tidher meħtieġa u proporzjonata meta wieħed iqis l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta.

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn għall-Istati Membri, l-implimentazzjoni tal-gwida ta’ politika pprovduta f’din ir-Rakkomandazzjoni se tiġi mmonitorjata permezz tal-proċess tas-Semestru Ewropew u proċessi eżistenti oħra, b’mod partikolari l-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika, kif adegwat.

Għażla tal-istrument

L-istrument propost huwa proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Din tkompli tibni fuq il-korp eżistenti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u hija konformi mat-tip ta’ strumenti disponibbli għall-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-impjiegi u l-politika soċjali. Din tistabbilixxi miżuri li għandhom jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri u tipprovdi bażi b’saħħitha għall-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-kompetenza tal-Istati Membri fl-oqsma ta’ politika rilevanti.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Is-servizzi tal-Kummissjoni diġà wettqu għadd ta’ attivitajiet ta’ konsultazzjoni ġenerali u mmirati dwar it-tranżizzjoni ekoloġika, inklużi l-aspetti soċjali u tax-xogħol tagħha, b’mod partikolari permezz ta’:

·Konsultazzjonijiet immirati, kif ukoll konsultazzjonijiet pubbliċi online bħala parti mill-pakketti leġiżlattivi “Lesti għall-mira ta’ 55 %” ta’ Lulju tal-2021 u ta’ Diċembru tal-2021 (eż. Is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, u oħrajn);

·Laqgħat bilaterali/multilaterali tal-partijiet ikkonċernati, inkluż aktar minn 50 laqgħa dwar ir-reviżjoni tal-ETS, b’mod partikolari fil-kuntest tal-pakkett adottat fl-14 ta’ Lulju 2021;

·Konsultazzjoni pubblika miftuħa online dwar il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 (Marzu sa Ġunju tal-2020; aktar minn 1 000 tweġiba), wara konsultazzjoni ta’ erba’ ġimgħat dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Bidu.

Għat-tħejjija ta’ din il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, f’Ottubru u f’Novembru tal-2021, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjonijiet u skambji mmirati mal-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO), mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (KPS), mal-Kumitat tal-Politika Ekonomika (KPE), mas-sħab soċjali Ewropej, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-qasam tal-politiki dwar id-diżabilità, soċjali u tal-impjiegi.

Il-konsultazzjonijiet ipprovdew appoġġ ġenerali għal inizjattiva li tindirizza l-aspetti soċjali u tax-xogħol tat-tranżizzjoni, filwaqt li żguraw li ħadd ma jitħalla lura. B’mod aktar speċifiku, il-partijiet qablu, b’mod ġenerali, fuq il-ħtieġa għal diversi elementi: pakketti ta’ politika komprensivi sabiex tinkiseb tranżizzjoni ġusta, inklużi miżuri għat-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet; l-użu tajjeb tal-politiki u l-istrumenti ta’ finanzjament eżistenti, l-evitar tad-duplikazzjoni u tal-piż amministrattiv; fehim imtejjeb tal-impatti fuq l-impjiegi u dawk soċjali tal-politiki dwar it-tibdil fil-klima, inklużi l-effetti fuq il-kwalità tal-impjiegi, u l-monitoraġġ u r-rapportar relatati bbażati fuq data mill-ħajja reali u indikaturi rilevanti; l-integrazzjoni tal-ugwaljanza, iżda wkoll talbiet għal aktar fondi u l-bini tal-kapaċità, b’mod partikolari għall-SMEs; l-integrazzjoni fil-mekkaniżmi ta’ governanza eżistenti; u l-involviment tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-istrateġiji ta’ finanzjament għal tranżizzjonijiet ġusti.

Il-Kummissjoni nediet ukoll Sejħa għall-Evidenza miftuħa mid-29 ta’ Ottubru 2021 sad-19 ta’ Novembru 2021, wara li rċeviet 66 kontribuzzjoni minn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati: awtoritajiet pubbliċi, sħab soċjali Ewropej u nazzjonali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam tal-affarijiet soċjali, iżda wkoll organizzazzjonijiet klimatiċi u ambjentali u istituzzjonijiet akkademiċi u tar-riċerka.

B’mod ġenerali, ir-rispondenti wrew appoġġ qawwi għal strateġija fit-tul dwar it-tranżizzjoni ekoloġika u laqgħu l-enfasi fuq l-impjiegi u l-aspetti soċjali. B’mod aktar speċifiku, l-impatt potenzjali fuq l-inugwaljanzi, l-impjiegi u l-ħiliet issemma f’diversi kontribuzzjonijiet, b’appell ġenerali għall-għoti ta’ finanzjament adegwat, kif ukoll assistenza teknika rigward l-istrumenti ta’ finanzjament disponibbli għall-Istati Membri, b’enfasi partikolari fuq ir-reġjuni, is-setturi u l-gruppi vulnerabbli. Il-kontribuzzjonijiet enfasizzaw ukoll il-ħtieġa akbar li jsir investiment f’inizjattivi ta’ tiġdid u titjib tal-ħiliet, fil-bini tal-kapaċità u fl-infrastrutturi. Kien hemm appoġġ ġenerali għat-tisħiħ tad-djalogu soċjali u tan-negozjar kollettiv, u xi rispondenti talbu għad-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-kodeċiżjoni. Barra minn hekk, il-maġġoranza l-kbira tal-kontribuzzjonijiet saħqu dwar il-ħtieġa għal immappjar u analiżi granulariIssemmew kwistjonijiet oħrajn f’diversi kontribuzzjonijiet, b’mod partikolari miżuri ta’ appoġġ permezz ta’ introjtu dirett għal ħaddiema u unitajiet domestiċi vulnerabbli, aċċess għal servizzi essenzjali, inkluż it-trasport, u l-iżgurar tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol li huwa adattat għal “impjiegi ekoloġiċi”.    

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni Ewropea tiġbor għarfien espert fil-politiki soċjali, tal-impjiegi u dawk relatati permezz, fost l-oħrajn, tal-Osservatorju tas-Sitwazzjoni Soċjali (SSM) 46 , sabiex trawwem l-għarfien fl-oqsma tal-politika soċjali, tal-protezzjoni soċjali u tal-impjiegi filwaqt li twettaq riċerka rilevanti għall-politika u bbażata fuq l-evidenza dwar is-sitwazzjoni soċjoekonomika attwali fl-UE. Erba’ oqsma ewlenin ta’ riċerka huma koperti mill-SSM: Il-faqar, l-inugwaljanza fl-introjtu, l-inugwaljanzi soċjali, is-saħħa u l-benesseri; l-impjiegi, il-qgħad u l-eżiti tas-suq tax-xogħol; il-politiki tal-istat soċjali, il-politiki soċjali u l-politiki tas-suq tax-xogħol; u l-impatti fuq is-suq tax-xogħol u dawk distributtivi tal-megatendenzi.

B’segwitu għal avvenimenti preċedenti dwar is-suġġett, f’Novembru tal-2021, l-SSM kellu s-seminar annwali tiegħu tar-riċerka, taħt it-titolu “Aspetti Soċjali u tax-Xogħol tat-Tranżizzjoni għan-Newtralità Klimatika”. L-avveniment iffoka fuq l-impatti potenzjali tat-tranżizzjoni ekoloġika f’termini ta’ impjiegi, il-kwalità tal-impjiegi, il-ħiliet u impatti distributtivi oħra bħall-faqar enerġetiku u l-aċċess għal servizzi essenzjali.

Skont is-sejbiet ewlenin diskussi mal-esperti, fil-livell aggregat, l-impatt mistenni huwa ġeneralment pożittiv, bi spinta ta’ impjiegi mbassra fis-setturi tal-iffrankar tal-enerġija, tal-kostruzzjoni u tal-enerġija rinnovabbli, inkluż għal ħaddiema b’livell baxx u medju ta’ ħiliet. B’kuntrast għal dan, l-impjiegi u l-pagi huma mistennija jitnaqqsu fl-“industriji kannella” intensivi fl-enerġija u diffiċli jitnaqqsu, u dan jenfasizza l-ħtieġa għal investiment fl-isfida enormi tat-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet.

Fost l-istrumenti ta’ politika identifikati mill-esperti sabiex titrawwem tranżizzjoni ġusta kienu t-taxxi, it-trasferimenti, is-sussidji u r-regolamenti, li kollha jinvolvu livelli differenti ta’ ekwità u effiċjenza. L-esperti qablu b’mod ġenerali fuq l-importanza tat-tpaċija, permezz ta’ trasferimenti u sussidji, ta’ ċerti effetti rigressivi jew sproporzjonati b’mod partikolari għal familji b’introjtu baxx u b’introjtu medju baxx, ukoll sabiex jattiraw u jissalvagwardjaw l-aċċettazzjoni soċjali tal-miżuri ta’ politika.

Is-seminar identifika wkoll oqsma li jistgħu jibbenefikaw minn aktar riċerka, inkluż dwar: (a) id-dimensjoni ġeospazjali tal-impjiegi, l-effetti soċjali u distributtivi tal-azzjoni klimatika, inkluż permezz ta’ simulazzjonijiet ulterjuri li jkopru l-pajjiżi kollha tal-UE u l-istima tal-impatti skont iż-żona u l-grad ta’ urbanizzazzjoni; (b) l-integrazzjoni tal-mudelli makro u mikro, inkluż immudellar aktar granulari tat-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, b’mod partikolari fis-setturi kollha, u l-ħtiġijiet ta’ investiment soċjali relatati sabiex jiġi appoġġat it-tiġdid tal-ħiliet u t-titjieb tal-ħiliet; (c) l-integrazzjoni tad-distribuzzjoni tal-introjtu u tal-mudelli tal-baġit tal-unitajiet domestiċi fil-mudelli makro ta’ bażi; u (d) l-iżvilupp ta’ indikaturi ta’ “natura ekoloġika” fil-kompiti, l-impjiegi u l-ħiliet.

Valutazzjoni tal-impatt

L-istrument propost – Rakkomandazzjoni tal-Kunsill – joffri gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ politiki soċjali, tal-impjiegi u politiki relatati sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika. Madankollu, peress li jipprovdi gwida flessibbli lill-Istati Membri fir-rigward tal-għażla u t-tfassil tal-miżuri, ma hijiex meħtieġa valutazzjoni tal-impatt.

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjah jipprovdi ħarsa ġenerali u diskussjoni tal-evidenza disponibbli li tirfed l-interventi ta’ politika rakkomandati, filwaqt li jibni fuq l-analiżi preżentati fir-rapporti ta’ valutazzjoni tal-impatt rilevanti li jakkumpanjaw il-Komunikazzjoni dwar il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 u l-inizjattivi tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. Dan jintegra evidenza ġdida minn analiżi addizzjonali mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi aġġornamenti tal-indikaturi tal-faqar enerġetiku skont il-kategorija ta’ introjtu għal dawk l-Istati Membri li għalihom diġà hemm data tal-2020 disponibbli fil-bażi ta’ data EU-SILC. Fl-aħħar nett, jibbenefika mill-feedback riċevut matul konsultazzjonijiet immirati fil-ħarifa tal-2021, meta l-Kummissjoni Ewropea ikkomunikat, fost l-oħrajn, mal-Istati Membri, is-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili, inkluż iż-żgħażagħ, u l-esperti fil-qasam tal-analiżi tas-suq tax-xogħol, tal-politika soċjali u tat-tranżizzjoni ġusta.

Uħud mill-aktar biċċiet ta’ evidenza rilevanti jikkonċernaw l-aspetti ta’ politika li ġejjin:

Id-dimostrazzjoni ta’ kif il-potenzjal tal-ħolqien tal-impjiegi tat-tranżizzjoni jiddependi kemm fuq l-appoġġ attiv għat-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol kif ukoll fuq il-kapaċità tal-ħaddiema li jiksbu sett ta’ ħiliet adattat għal suq tax-xogħol u xenarju industrijali kkaratterizzat minn impjiegi ekoloġiċi u proċessi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-klima.

L-għoti ta’ evidenza ta’ mmudellar għall-kapaċità li l-introjtu mit-taxxa jiġi ttrasferit lil hinn mix-xogħol lejn il-ġenerazzjoni tal-introjtu relatata mal-klima, sabiex jiġu internalizzati l-esternalitajiet ambjentali negattivi billi jiġi promoss il-“prinċipju ta’ min iniġġes iħallas” u jittejbu l-eżiti tas-suq tax-xogħol filwaqt li jitnaqqas l-esponiment għall-perikli ambjentali, b’mod partikolari għal dawk l-aktar vulnerabbli, kif ukoll għall-kapaċità li jittaffew l-effetti distributtivi negattivi permezz ta’ miżuri mmirati li jittrasferixxu lura l-introjtu mit-taxxi fuq l-enerġija u l-ipprezzar tal-karbonju lill-unitajiet domestiċi l-aktar affettwati, b’mod partikolari dawk vulnerabbli.

L-enfasi fuq kif investimenti dedikati fl-effiċjenza enerġetika, id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin, tat-tkessiħ u tat-trasport, l-aċċess għal servizzi essenzjali, inklużi soluzzjonijiet alternattivi ta’ mobbiltà sostenibbli, u s-sensibilizzazzjoni, ikkomplementati fejn meħtieġ b’appoġġ temporanju u mmirat permezz ta’ introjtu dirett għall-konsumaturi u l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, jistgħu jiżguraw tranżizzjoni tal-enerġija ġusta u inklużiva, b’enfasi fuq l-aktar persuni u unitajiet domestiċi affettwati, b’mod partikolari dawk vulnerabbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Ma ġie identifikat l-ebda impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali. Għall-kuntrarju, l-inizjattiva tippromwovi d-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi t-titoli ta’ Ugwaljanza u Solidarjetà, bħad-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti (l-Artikolu 31), id-dritt għall-edukazzjoni (l-Artikolu 14), u d-dritt għas-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali (l-Artikolu 34), li jirreferi għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u s-servizzi soċjali li jipprovdu protezzjoni f’ċerti każijiet, kif ukoll id-dritt għal għajnuna soċjali u għal għajnuna għall-akkomodazzjoni.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta għal Rakkomandazzjoni ma teħtieġx riżorsi addizzjonali mill-baġit tal-UE.

L-opportunitajiet ta’ finanzjament skont il-baġit tal-UE relatati mat-tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika diġà huma disponibbli f’konformità mal-politika tal-objettivi u l-loġika tal-intervent tal-fondi u l-programmi differenti 47 .

Ir-Rakkomandazzjoni tinkludi gwida li tirreferi għall-baġits nazzjonali u r-rwol possibbli tagħhom fl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Huwa propost li l-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Barra minn hekk, huwa propost li l-Istati Membri jqisu din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill fl-aġġornament tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) integrati tagħhom fl-2023 (għall-abbozzi tal-NECPs) u fl-2024 (għall-NECPs finali) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika (“ir-Regolament dwar il-Governanza”) u fir-rapporti ta’ progress nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima tagħhom skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. B’mod partikolari, ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li tinforma l-integrazzjoni ta’ aspetti ta’ tranżizzjoni ġusta fil-miżuri u fl-azzjonijiet previsti taħt kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija deskritti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar il-Governanza. Ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li tinforma wkoll azzjonijiet u miżuri nazzjonali speċifiċi mmirati lejn l-indirizzar tal-impjiegi, il-ħiliet, il-faqar enerġetiku u aspetti soċjali u distributtivi oħrajn tas-suq intern tal-enerġija, fejn l-Istati Membri jagħżlu li jieħdu tali azzjonijiet, u b’hekk jappoġġawhom, b’mod partikolari dawk b’numru sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, sabiex jiddeskrivu politiki u miżuri adegwati li jindirizzaw il-kwistjoni fl-NECPs integrati tagħhom f’konformità mal-Artikolu 3(3d), inklużi miżuri ta’ politika soċjali u programmi u politiki nazzjonali rilevanti oħra.

Permezz tal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza multilaterali u l-mekkaniżmi ta’ governanza stabbiliti, il-Kummissjoni se tanalizza l-impatti possibbli tat-tranżizzjoni, se tidentifika l-aktar persuni affettwati u se tindirizza, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż lill-Istati Membri fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, fuq bażi tal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi u dawk soċjali tal-Istati Membri.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

§ 1 sa 2 jindikaw is-suġġett, l-objettivi u l-istruttura ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

§ 3 tinkludi definizzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-fini tar-Rakkomandazzjoni.

§ 4 sa 7 jirrakkomandaw lill-Istati Membri jistabbilixxu u jimplimentaw pakketti ta’ politika komprensivi u koerenti għal tranżizzjoni ekoloġika ġusta bil-għan li jipprovdu appoġġ attiv għal impjiegi ta’ kwalità; jiżguraw aċċess għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi; jipprovdu għal sistemi ta’ benefiċċji fiskali ġusti u ta’ protezzjoni soċjali; jiżguraw aċċess għal servizzi essenzjali affordabbli u għall-akkomodazzjoni bħala parti mit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika.

§ 8 sa 9 jirrakkomandaw lill-Istati Membri jistabbilixxu u jimplimentaw elementi trasversali oħrajn li jippromwovu tranżizzjoni ekoloġika ġusta u inklużiva, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi żgurat approċċ inklużiv tal-ekonomija kollha, u jipprovdu għal bażi ta’ evidenza b’saħħitha li hija meħtieġa sabiex jiġu stabbiliti politiki soċjali u tas-suq tax-xogħol sodi li jippromwovu tranżizzjoni ġusta u inklużiva.

§ 10 tirrakkomanda lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mill-finanzjament pubbliku u privat bil-għan li jipprovdu appoġġ finanzjarju effettiv, b’mod partikolari billi jimpenjaw u jużaw riżorsi nazzjonali adegwati; jfasslu taħlita adegwata ta’ miżuri fil-pjanijiet nazzjonali skont il-Fond Soċjali għall-Klima propost; u jiżguraw l-użu koerenti u ottimali tal-finanzjament marbut mat-tranżizzjoni ġusta fil-livelli kollha, inkluż fil-livell tal-UE.

§ 11 tilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tieħu azzjonijiet ta’ segwitu għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, b’mod partikolari bil-ħsieb li tippromwovi dibattitu pubbliku dwar it-tranżizzjoni ġusta, it-titjib tal-bażi tad-data u l-metodoloġija, il-monitoraġġ u l-analiżi tal-prospetti, ir-rieżami tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fil-kuntest tas-sorveljanza multilaterali b’mod partikolari fis-Semestru Ewropew u fil-kuntest tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

2021/0421 (NLE)

Proposta għal

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 166(4), u l-Artikolu 292 flimkien mal-Artikolu 149 tiegħu.

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-emissjonijiet tal-gassijiet serra jeħtieġ li jitnaqqsu b’mod urġenti, b’mod partikolari sabiex titnaqqas iż-żieda fil-livell tal-baħar u l-probabbiltà ta’ avvenimenti estremi tat-temp li diġà jaffettwaw lil kull reġjun madwar id-dinja 48 u sabiex jitnaqqsu l-kostijiet ekonomiċi u soċjali assoċjati mal-effetti tat-tisħin globali 49 . L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) f’Diċembru tal-2015 (“il-Ftehim ta’ Pariġi”) 50 , li jorbot lill-Partijiet tiegħu sabiex iżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali għal ferm anqas minn 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u sabiex isegwu sforzi sabiex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali.

(2)It-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali jippreżentaw theddid serju li jeħtieġ azzjoni urġenti, kif affermat mill-ġdid reċentement fis-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) fuq il-Bażi tax-Xjenza Fiżika. It-tbatija tal-bniedem u t-telf ekonomiku li jirriżultaw minn avvenimenti estremi aktar frekwenti relatati mal-klima, bħall-għargħar, il-mewġ tas-sħana, in-nixfiet u n-nirien fil-foresti, qegħdin isiru aktar komuni. Fl-UE, dan it-telf diġà jammonta għal medja ta’ aktar minn EUR 12-il biljun fis-sena 51 . Dan it-telf jista’ jilħaq EUR 175 biljun addizzjonali (1,38 % tal-PDG tal-UE) fis-sena jekk it-tisħin globali jilħaq 3 °C ogħla mil-livelli preindustrijali. 3 °C meta mqabbel ma’ EUR 65 biljun għal 2 °C u EUR 36 biljun fis-sena għal 1,5 °C. Dan ikun ta’ dannu sproporzjonat għal ċerti gruppi, b’mod partikolari għal persuni li diġà jinsabu f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u f’reġjuni li diġà qegħdin jiffaċċjaw sfidi.

(3)Il-Patt Ekoloġiku Ewropew 52 jistabbilixxi l-istrateġija sabiex l-Unjoni ssir l-ewwel kontinent b’newtralità klimatika u jittrasforma l-Unjoni f’soċjetà sostenibbli, aktar ġusta u aktar prospera li tirrispetta l-limiti tal-pjaneta. Il-ħtieġa għal tranżizzjoni ġusta hija parti integrali mill-Patt Ekoloġiku li enfasizza li l-ebda persuna u l-ebda post ma jenħtieġ li jitħallew lura. Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima 53 tistabbilixxi objettiv vinkolanti għall-Unjoni kollha ta’ newtralità klimatika sal-2050 u mira intermedja vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku nett fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. It-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali sal-2030 54 għandu l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent.

(4)It-trasformazzjoni għal ekonomija u għal soċjetà b’newtralità klimatika teħtieġ azzjoni ta’ politika komprensiva u investiment sostanzjali f’ħafna oqsma, bħall-azzjoni klimatika, l-enerġija, l-ambjent, l-industrija, ir-riċerka u l-innovazzjoni. 55 Sabiex tintlaħaq il-mira vinkolanti fil-livell tal-Unjoni għall-2030, il-Kummissjoni ressqet il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” 56 fl-14 ta’ Lulju 2021. Dan il-pakkett jinkludi proposti għall-aġġornament tal-leġiżlazzjoni rilevanti, inklużi s-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) 57 , id-Direttivi dwar it-tassazzjoni tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli, ir-Regolament dwar l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet, ir-Regolament dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, id-Direttiva dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, u r-Regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi fir-rigward tas-setturi barra mill-ETS attwali, jiġifieri s-setturi tat-trasport u tal-binjiet. Dan jinkludi wkoll proposti leġiżlattivi ġodda, b’mod partikolari sabiex jiġi appoġġat l-użu ta’ fjuwils aktar nodfa fis-setturi tal-avjazzjoni u tat-trasport marittimu, kif ukoll sabiex jiġi introdott Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera u jiġi stabbilit Fond Soċjali għall-Klima, li huwa direttament relatat mal-introduzzjoni proposta ta’ sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-fjuwils użata fil-binjiet u fit-trasport bit-triq. Il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, flimkien ma’ miżuri meħuda fil-livell tal-UE sabiex jiġu appoġġati u inċentivati l-investimenti pubbliċi u privati meħtieġa se jgħinu sabiex jiġi appoġġat u aċċellerat it-tkabbir ta’ swieq ġodda, pereżempju għal fjuwils nodfa u vetturi b’emissjonijiet baxxi, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet tat-tranżizzjoni sostenibbli kemm għan-negozji kif ukoll għaċ-ċittadini.

(5)L-Istati Membri impenjaw ruħhom fl-Aġenda Strateġika tal-Kunsill Ewropew għall-2019 sal-2024 sabiex jiżguraw tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika li hija inklużiva u li ma tħalli ’l ħadd lura. Fil-livell internazzjonali, l-Istati Membri approvaw l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u rratifikaw il-Ftehim ta’ Pariġi, li jirreferu għall-ħtiġijiet ta’ tranżizzjoni ġusta tal-forza tax-xogħol u l-promozzjoni ta’ xogħol deċenti u impjiegi ta’ kwalità. Il-Linji Gwida tal-ILO jipprovdu qafas ta’ politika stabbilit fil-livell internazzjonali għal tranżizzjoni ġusta lejn ekonomiji u soċjetajiet ambjentalment sostenibbli għal kulħadd. 58 Barra minn hekk, 54 firmatarju (pajjiżi u sħab soċjali) approvaw id-Dikjarazzjoni ta’ Silesia dwar is-Solidarjetà u t-Tranżizzjoni Ġusta tal-2018, adottata fil-COP-24 f’Katowice, inkluża l-Kummissjoni Ewropea f’isem l-Unjoni Ewropea 59 u 21 Stat Membru individwali tal-UE. L-Unjoni Ewropea u għaxar Stati Membri individwali ffirmaw id-Dikjarazzjoni tal-2021 dwar l-appoġġ tal-kundizzjonijiet għal tranżizzjoni ġusta fuq livell internazzjonali, adottata fis-COP-26 fi Glasgow, b’impenn li tiġi inkluża informazzjoni dwar tranżizzjoni ġusta fir-Rapporti ta’ Trasparenza Biennali fil-kuntest tar-rapportar dwar il-politiki u l-miżuri tagħna sabiex jinkisbu l-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-livell nazzjonali tagħna.

(6)Il-ġustizzja u s-solidarjetà huma prinċipji fundamentali tal-politiki tal-Unjoni lejn tranżizzjoni ekoloġika u rekwiżiti għall-appoġġ pubbliku wiesa’ u sostnut tagħha. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jenfasizza li t-tranżizzjoni trid tkun ġusta u inklużiva, u trid tpoġġi lin-nies l-ewwel u tagħti attenzjoni partikolari għall-appoġġ ta’ dawk ir-reġjuni, l-industriji, il-ħaddiema, l-unitajiet domestiċi u l-konsumaturi li se jiffaċċjaw l-akbar sfidi. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni dwar Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti 60 tenfasizza li l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew se tagħti lill-Ewropa l-għodod sabiex tistinka għal aktar fir-rigward tal-konverġenza f’livelli ogħla, il-ġustizzja soċjali u l-prosperità kondiviża.

(7)Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 61 jenfasizza li l-unità, il-koordinazzjoni u s-solidarjetà huma meħtieġa għall-mixja lejn deċennju aktar ekoloġiku u diġitali li fih l-Ewropej jistgħu jirnexxu. Huwa ppropona tliet miri ewlenin tal-UE għall-2030, jiġifieri li mill-anqas 78 % tal-popolazzjoni ta’ bejn l-20 u l-64 sena jenħtieġ li tkun f’impjieg sal-2030 62 ; mill-anqas 60 % tal-adulti kollha jenħtieġ li jipparteċipaw fit-taħriġ kull sena 63 ; in-numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali jenħtieġ li jitnaqqas b’mill-anqas 15-il miljun sal-2030 64 . Dawn il-miri ewlenin tal-2030 intlaqgħu mill-mexxejja tal-UE fid-Dikjarazzjoni ta’ Porto ta’ Mejju tal-2021 65 u mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju tal-2021.

(8)Permezz tal-istabbiliment ta’ politiki ta’ akkumpanjament xierqa 66 , it-tranżizzjoni ekoloġika tista’, b’mod aggregat, toħloq madwar miljun impjieg ta’ kwalità addizzjonali 67 fl-UE sal-2030 u 2 miljuni sal-2050 68 , f’setturi bħal dawk tal-kostruzzjoni, tal-ICT jew tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jittaffa t-tnaqqis fit-tul ta’ impjiegi li jirrikjedu ħiliet medji bħala riżultat tal-awtomatizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni. Madankollu, f’xenarju pessimistiku, l-impatti tat-tranżizzjoni ekoloġika lejn in-newtralità klimatika flimkien ma’ taħlita ta’ politiki mhux adegwati jistgħu jimplikaw telf ta’ impjiegi u tal-PDG sa 0,39 % fl-Unjoni, u telf ta’ impjiegi sa 0,26 % 69 .

(9)L-impatti tat-tranżizzjoni ekoloġika fuq in-negozju u l-impjiegi se jvarjaw skont is-settur, il-professjoni, ir-reġjun u l-pajjiż, u dan jimplika bidliet fl-impjiegi fi ħdan is-setturi u l-ekosistemi industrijali, kif ukoll riallokazzjonijiet kbar tax-xogħol bejniethom 70 . Ir-ristrutturar u l-aġġustament fil-kumpaniji, fis-setturi u fl-ekosistemi kkonċernati jeħtieġu l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda ta’ negozju u riallokazzjonijiet kbar tax-xogħol fis-setturi u fir-reġjuni kollha. Pereżempju, it-telf tal-impjiegi huwa mistenni f’xi attivitajiet ta’ estrazzjoni jew fil-produzzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-fjuwils fossili, kif ukoll f’partijiet tas-settur tal-karozzi. Min-naħa l-oħra, huma mistennija opportunitajiet ġodda ta’ impjiegi f’attivitajiet ta’ żamma tal-valur ċirkolari u fil-produzzjoni sostenibbli tat-trasport u l-enerġija. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jsegwu approċċi granulari, b’enfasi fuq ir-reġjuni u l-ekosistemi individwalikkonċernati, f’kollaborazzjoni mas-sħab soċjali u/jew mal-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati lokali u reġjonali.

(10)Bil-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità għal kulħadd flimkien ma’ miżuri meħuda sabiex jittaffa u jiġi evitat il-faqar enerġetiku u tat-trasport, it-tranżizzjoni ekoloġika tista’ tikkontribwixxi sabiex jiżdied l-introjtu u jitnaqqsu l-inugwaljanzi u l-faqar b’mod ġenerali 71 . B’hekk tista’ tgħin sabiex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi u l-esklużjoni soċjali li kienu jeżistu qabel, ittejjeb is-saħħa u l-benesseri, u tippromwovi l-ugwaljanza. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil ċerti gruppi tal-popolazzjoni, b’mod partikolari dawk li huma diġà f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. B’mod partikolari dawn jinkludu unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju baxx, li jonfqu sehem għoli mill-introjtu tagħhom fuq servizzi essenzjali bħall-enerġija, it-trasport u l-akkomodazzjoni, kif ukoll intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Ir-riżultati tal-immudellar juru li l-kwistjoni ta’ jekk it-taxxi ambjentali humiex progressivi jew rigressivi se tiddependi l-aktar fuq it-tfassil tal-istrument, inkluż, pereżempju, il-punt sa fejn it-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu jew għażliet oħra għar-riċiklaġġ tal-introjtu huma mmirati lejn persuni b’introjtu baxx 72 .

(11)Attivitajiet ta’ żamma tal-valur ċirkolari (inklużi mudelli tan-negozju ta’ tiswija, użu mill-ġdid, manifattura mill-ġdid u servitizzazzjoni) jistgħu jrawmu aċċess affordabbli u sostenibbli għall-prodotti u s-servizzi. Dawn jiġġeneraw ukoll impjiegi u opportunitajiet f’diversi livelli ta’ ħiliet, inkluż għan-nisa, għall-persuni b’diżabilità u għall-gruppi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, b’intrapriżi tal-ekonomija soċjali attivi f’dawn l-oqsma. Bl-evitar ta’ xiri ta’ affarijiet ġodda, inaqqsu bil-kbir l-emissjonijiet tal-karbonju, filwaqt li l-impjiegi maħluqa huma qrib il-prodotti li jeħtieġ li jinżammu, jiġu rinnovati jew kondiviżi.

(12)Skont l-aħħar data disponibbli fl-EU-SILC għall-2019 u l-2020 73 , il-faqar enerġetiku affettwa lil madwar 8 % tal-popolazzjoni tal-UE, jiġifieri aktar minn 35 miljun persuna, li ma setgħux iżommu djarhom sħan b’mod adegwat, b’differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri u bejn il-kategoriji tal-introjtu 74 . B’mod ġenerali, l-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku jistma li aktar minn 50 miljun unità domestika fl-Unjoni Ewropea jesperjenzaw il-faqar enerġetiku. Il-faqar enerġetiku, li jirriżulta minn taħlita ta’ introjtu baxx, sehem għoli mill-introjtu disponibbli li jintefaq fuq l-enerġija u effiċjenza enerġetika baxxa, ilu sfida ewlenija għall-Unjoni għal xi żmien. Din il-forma ta’ faqar taffettwa mhux biss lill-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, iżda wkoll lill-unitajiet domestiċi b’introjtu medju baxx f’ħafna Stati Membri 75 . Unitajiet domestiċi bi ħtiġijiet tal-enerġija ogħla mill-medja, li jinkludu familji bit-tfal, persuni b’diżabilità, u persuni akbar fl-età, huma wkoll aktar suxxettibbli għall-faqar enerġetiku 76 u għall-effetti tiegħu. In-nisa, u b’mod partikolari l-ġenituri waħedhom u n-nisa akbar fl-età 77 , huma wkoll affettwati b’mod partikolari mill-faqar enerġetiku. Minbarra l-faqar enerġetiku, il-kunċett ta’ faqar fit-trasport qiegħed jiġi rikonoxxut dejjem aktar fejn għal ċerti kategoriji tal-popolazzjoni ma huwiex possibbli li jinkiseb livell ta’ servizzi tat-trasport li huwa soċjalment u materjalment meħtieġ. Mingħajr il-miżuri ta’ akkumpanjament xierqa sabiex itaffu u jipprevjenu l-faqar enerġetiku u fit-trasport, dan ir-riskju jiġi aggravat b’mod partikolari minħabba l-internalizzazzjoni tal-kostijiet tal-emissjonijiet fil-formazzjoni tal-prezzijiet jew minħabba l-kostijiet tal-adattament lejn alternattivi b’effiċjenza ogħla u b’emissjonijiet aktar baxxi.

(13)Il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali u tas-solidarjetà huma integrati bis-sħiħ fit-tfassil tal-oqfsa rilevanti dwar il-klima, l-enerġija u l-ambjent fil-livell tal-Unjoni 78 , inkluż permezz tal-“prinċipju ta’ min iniġġes iħallas” u l-kondiviżjoni tal-isforzi bejn l-Istati Membri kif ukoll f’xi ridistribuzzjoni tal-kwoti tal-ETS għall-finijiet ta’ solidarjetà, ta’ tkabbir u ta’ interkonnessjonijiet fl-Unjoni u l-użu tagħhom għall-Fond għall-Modernizzazzjoni li jikkontribwixxi għall-ħtiġijiet sinifikanti ta’ investiment tal-Istati Membri b’introjtu baxx sabiex jimmodernizzaw is-sistemi tal-enerġija tagħhom. Barra minn hekk, il-qafas tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-politika tal-enerġija jipprovdi lill-Istati Membri b’għodod sabiex jiżguraw il-protezzjoni ta’ klijenti domestiċi foqra fl-enerġija u vulnerabbli filwaqt li jevitaw distorsjonijiet tas-suq 79 . Filwaqt li dawn l-għodod jgħinu fl-iffaċilitar tat-tranżizzjoni ekoloġika, huma maħsuba sabiex jipprovdu l-mezzi sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni meħtieġa b’mod aktar ġenerali, kif muri pereżempju mill-Komunikazzjoni reċenti dwar “L-indirizzar tal-prezzijiet tal-enerġija: sett ta’ għodod għall-azzjoni u l-appoġġ” 80 . Barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ Fond Soċjali għall-Klima ta’ EUR 72,2 biljun għall-perjodu bejn l-2025 u l-2032 jappoġġa unitajiet domestiċi vulnerabbli, utenti tat-trasport u mikrointrapriżi affettwati mill-introduzzjoni ta’ skambju ta’ emissjonijiet għall-fjuwils użati fit-trasport bit-triq u fil-binjiet 81 . Il-Fond jiffaċilita l-indirizzar tal-impatti soċjali permezz ta’ miżuri u investimenti maħsuba sabiex inaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili permezz ta’ żieda fl-effiċjenza enerġetika tal-binjiet, id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, inkluża l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u l-għoti ta’ aċċess imtejjeb għal mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi għall-benefiċċju ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli u ta’ utenti vulnerabbli tat-trasport, ikkomplementat b’appoġġ temporanju għall-introjtu dirett għal unitajiet domestiċi vulnerabbli, inklużi utenti vulnerabbli tat-trasport, fejn meħtieġ.

(14)L-Istati Membri għandhom firxa ta’ għodod għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jiddeskrivu u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom għal tranżizzjoni ġusta. Il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) jenħtieġ li jivvalutaw in-numru ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku u jiddeskrivu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-implikazzjonijiet soċjali u territorjali tat-tranżizzjoni enerġetika 82 . Il-Pjanijiet ta’ Tranżizzjoni Territorjali Ġusta (TJTPs) jenħtieġ li jidentifikaw it-territorji eliġibbli għall-appoġġ taħt il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta sal-2027 83 . Iffinanzjat minn NextGenerationEU, il-Pjanijiet ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRPs) nazzjonali jistabbilixxu riformi u investimenti sabiex irawmu t-tranżizzjoni ekoloġika, it-tkabbir inklużiv, il-koeżjoni soċjali u territorjali, ir-reżiljenza u l-prospetti għall-ġenerazzjoni li jmiss, b’orizzont ta’ implimentazzjoni sal-2026. 84

(15)Filwaqt li tibni fuq il-prinċipji u l-politiki tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali b’mod partikolari, hemm lok sabiex jittejjeb it-tfassil tal-politiki b’mod komprensiv u trasversali, u tiġi żgurata l-koerenza tal-isforzi ta’ nfiq, fil-livelli tal-UE u nazzjonali. Fil-valutazzjoni tagħha tal-NECPs finali 85 , filwaqt li rrikonoxxiet li jipprovdu xi indikaturi u politiki dwar il-faqar enerġetiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhux dejjem jipprovdu prijoritizzazzjoni ċara tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament għal tranżizzjoni ġusta, u lanqas għat-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet jew għall-appoġġ ta’ aġġustamenti fis-suq tax-xogħol. It-TJTPs jenħtieġ li jiffokaw fuq territorji magħżula u għalhekk ma humiex mistennija li jistabbilixxu strateġija u politiki ġenerali għal tranżizzjoni ġusta fil-livell nazzjonali. Filwaqt li r-riformi u l-investimenti li jappoġġaw u li jgħinu jiffinanzjaw huma mfassla sabiex jipprovdu impatt dejjiemi, kemm it-TJTPs kif ukoll l-RRPs huma limitati fiż-żmien. Xi azzjonijiet għal tranżizzjoni ġusta huma implimentati wkoll fil-kuntest ta’ programmi u inizjattivi oħra, b’mod partikolari l-fondi tal-politika ta’ Koeżjoni. Il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima se jkollhom rwol importanti fl-assistenza għall-gruppi l-aktar affettwati u vulnerabbli fil-kuntest tal-introduzzjoni tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-fjuwils użati fit-trasport bit-triq u fil-binjiet.

(16)Tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050 se tiżgura li ħadd ma jitħalla lura, b’mod partikolari l-ħaddiema u l-unitajiet domestiċi l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika, u dawk li diġà jinsabu f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Għal dan il-għan, kif stabbilit f’din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu pakketti ta’ politika komprensivi 86 , isaħħu l-elementi trasversali li jippromwovu tranżizzjoni ekoloġika ġusta, u jagħmlu l-aħjar użu mill-finanzjament pubbliku u privat. Il-pakketti ta’ politika jenħtieġ li jqisu lil dawk in-nies u l-unitajiet domestiċi li huma l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika, b’mod partikolari mit-telf ta’ impjiegi iżda wkoll mit-tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u/jew rekwiżiti ġodda ta’ kompiti fuq ix-xogħol, kif ukoll dawk soġġetti għal impatti negattivi fuq l-introjtu disponibbli, in-nefqa, u l-aċċess għal servizzi essenzjali. Bħala parti mill-aktar gruppi affettwati, il-pakketti ta’ politika jenħtieġ li b’mod partikolari - iżda mhux biss - iqisu lin-nies u lill-unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, b’mod partikolari n-nies l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, pereżempju minħabba l-ħiliet tagħhom, il-kundizzjonijiet territorjali tas-suq tax-xogħol, jew karatteristiċi oħrajn, bħas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Barra minn hekk, in-nies u l-unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli jistgħu jinkludu lil dawk li jgħixu fil-faqar jew li jinsabu f’riskju ta’ faqar u/jew faqar enerġetiku, li jiffaċċjaw ostakli għall-mobbiltà, jew piż żejjed tal-kostijiet tal-akkomodazzjoni. Il-pakketti ta’ politika jenħtieġ li jiġu adattati għaċ-ċirkostanzi lokali, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-partijiet l-aktar vulnerabbli u remoti tal-UE, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda.

(17)L-appoġġ attiv għal impjieg ta’ kwalità jenħtieġ li jiffoka fuq l-għoti ta’ għajnuna lill-ħaddiema, lil dawk li qegħdin ifittxu impjieg, lil persuni li ma humiex impjegati, u li ma humiex jirċievu edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) u lil dawk li jaħdmu għal rashom l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika. B’mod partikolari, persuni mhux irrappreżentati biżżejjed bħan-nisa jew persuni b’kapaċitajiet komparattivament baxxi sabiex jadattaw għall-bidliet fis-suq tax-xogħol jeħtieġu appoġġ sabiex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom u sabiex isibu impjieg, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19 (EASE) 87 . Filwaqt li jibnu fuq gwida ta’ politika preċedenti 88 , il-pakketti ta’ politika jenħtieġ li għalhekk jinkludu miżuri mfassla sabiex jappoġġaw inċentivi għar-reklutaġġ u t-tranżizzjoni, appoġġ għall-intraprenditorija u miżuri għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, b’mod partikolari għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u fit-territorji l-aktar affettwati. Dawn jenħtieġ li jrawmu wkoll l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tar-regoli eżistenti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-appoġġ għal ristrutturar soċjalment responsabbli f’konformità mar-regoli u l-istandards eżistenti. Is-sħab soċjali għandhom rwol vitali x’jaqdu sabiex jikkontribwixxu għall-indirizzar, permezz tad-djalogu, tal-konsegwenzi soċjali u tal-impjiegi tal-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika.

(18)L-aċċess għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi għal kulħadd huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-forza tax-xogħol ikollha l-ħiliet meħtieġa sabiex twettaq it-tranżizzjoni ekoloġika. L-aspetti ta’ tranżizzjoni ġusta jenħtieġ li għalhekk jiġu integrati fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-ħiliet, f’konformità mal-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet u mal-Istrateġija Industrijali aġġornata ġdida tal-UE 89 . Is-sħubijiet għall-ħiliet skont il-Patt għall-Ħiliet se jkunu wkoll lieva importanti. Għarfien u tbassir aġġornati dwar is-suq tax-xogħol u l-ħiliet, inkluż fil-livelli reġjonali, settorjali u okkupazzjonali jippermettu l-identifikazzjoni u t-tbassir tal-ħtiġijiet rilevanti ta’ ħiliet speċifiċi għall-okkupazzjoni u trasversali, ukoll bħala bażi għall-adattament tal-kurrikuli sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ ħiliet għat-tranżizzjoni ekoloġika. Il-VET jenħtieġ li jgħammru liż-żgħażagħ u lill-adulti, b’mod partikolari lin-nisa, bil-ħiliet meħtieġa sabiex tiġi evitata t-tranżizzjoni ekoloġika 90 . L-apprendistati u t-traineeships imħallsa, inklużi komponenti ta’ taħriġ b’saħħithom, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari lejn attivitajiet li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali, u setturi li jiffaċċjaw nuqqasijiet partikolari ta’ ħiliet. Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja jenħtieġ li tiġi promossa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ tiġdid u titjib tal-ħiliet, fost l-oħrajn billi l-individwi jingħataw is-setgħa li jfittxu taħriġ li jkun imfassal għall-ħtiġijiet tagħhom u permezz ta’ korsijiet qosra u b’assigurazzjoni tal-kwalità dwar il-ħiliet għat-tranżizzjoni ekoloġika, li jibnu fuq l-approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali, li se jagħmilha wkoll aktar faċli sabiex jiġu vvalutati u rikonoxxuti l-eżiti ta’ tali korsijiet.

(19)Il-kompożizzjoni tas-sistemi ta’ benefiċċji fiskali u tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali jenħtieġ li tiġi rieżaminata skont il-ħtiġijiet speċifiċi li jirriżultaw mit-tranżizzjoni ekoloġika, filwaqt ssir riflessjoni wkoll dwar il-“prinċipju ta’ min iniġġes iħallas” u l-ħtieġa li l-politiki ta’ akkumpanjament ma jintroduċux sussidji għall-konsum tal-fjuwils fossili, ma jorbtux lill-konsumaturi ma’ teknoloġija speċifika u ma jnaqqsux l-inċentivi għar-rinnovazzjonijiet tal-binjiet, għal sostituzzjonijiet tas-sistema tal-enerġija termali u għal miżuri ġenerali għall-effiċjenza enerġetika. Taħlita ta’ diversi politiki tista’ tappoġġa l-aktar unitajiet domestiċi u ħaddiema vulnerabbli l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika. Skont is-sitwazzjoni nazzjonali u individwali, din tista’ pereżempju tinvolvi t-trasferiment tat-tassazzjoni lil hinn mix-xogħol u lejn objettivi klimatiċi u ambjentali f’konformità mal-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija 91 , rieżami tal-iskemi tal-qgħad u/jew appoġġ temporanju u mmirat permezz ta’ introjtu dirett, fejn meħtieġ. Is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u ta’ inklużjoni soċjali jistgħu jiġu vvalutati u, fejn applikabbli, adattati fid-dawl tat-tranżizzjoni ekoloġika, b’mod partikolari sabiex jipprovdu sigurtà tal-introjtu, speċjalment matul tranżizzjonijiet minn impjieg għal ieħor, u sabiex jipprovdu servizzi soċjali, tas-saħħa u tal-kura adegwati permezz ta’ infrastruttura soċjali adegwata, speċjalment fit-territorji l-aktar affettwati (eż. żoni rurali u remoti) sabiex tiġi evitata l-esklużjoni soċjali, u jiġu indirizzati r-riskji għas-saħħa. Sabiex tinbena reżiljenza fiżika u finanzjarja għall-impatti irriversibbli tat-tibdil fil-klima b’mod inklużiv, jeħtieġ li jiġu promossi s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju, it-tnaqqis tar-riskju u s-soluzzjonijiet ta’ trasferiment tar-riskju, b’mod partikolari billi tiżdied id-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet tal-assigurazzjoni u billi jsir investiment fil-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u fl-adattament għat-tnaqqis tal-impatti fiżiċi tat-tibdil fil-klima u b’hekk jitnaqqas it-telf kif ukoll id-distakk fil-protezzjoni tal-klima, filwaqt li jitqiesu l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, kif ukoll żoni rurali u remoti. Il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, inkluż is-sistemi ta’ protezzjoni ċivili fil-livell nazzjonali u tal-UE, jenħtieġ li tissaħħaħ sabiex jiġu evitati x-xokkijiet relatati mal-klima kif ukoll ikun hemm tħejjija u rispons aħjar għalihom.

(20)Kulħadd għandu d-dritt ta’ aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kwalità tajba, inklużi l-enerġija, it-trasport, is-sanità, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali, u l-appoġġ għal aċċess ugwali għal tali servizzi jenħtieġ li jkun disponibbli għal dawk fil-bżonn 92 . Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu pprovduti l-aċċess għal akkomodazzjoni soċjali jew għal assistenza għall-akkomodazzjoni ta’ kwalità tajba għal dawk fil-bżonn 93 . L-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju, il-klijenti vulnerabbli, inklużi l-utenti finali, il-persuni li qegħdin jiffaċċjaw jew li huma fil-faqar enerġetiku, u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali għandhom jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”. Minbarra l-protezzjoni u l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi tal-enerġija, huma meħtieġa miżuri speċifiċi sabiex jiġu evitati u indirizzati l-kawżi ewlenin tal-faqar enerġetiku, b’mod partikolari billi jiġu promossi investimenti mmirati lejn titjib fl-effiċjenza enerġetika, speċjalment fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-proposta dwar id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika 94 riformulata adottata fl-14 ta’ Lulju 2021, kif ukoll il-proposta għad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija 95 adottata fl-14 ta’ Diċembru 2021, li tindirizza wkoll l-ostakli mhux ekonomiċi ewlenin għar-rinnovazzjoni bħal inċentivi maqsuma, inklużi l-konfigurazzjonijiet tas-sid-inkwilin, u strutturi ta’ sjieda konġunta. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lil ċerti gruppi partikolari li jinsabu f’riskju akbar li jiġu affettwati mill-faqar enerġetiku, bħan-nisa, il-persuni b’diżabbiltà, l-anzjani, it-tfal, u l-persuni ta’ sfond razzjali jew etniku minoritarju. L-isfidi ta’ mobbiltà li kienu jeżistu minn qabel u li qegħdin jitfaċċaw jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ u l-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa, bħat-trasport pubbliku. L-affordabbiltà, l-aċċessibbiltà u s-sikurezza tal-mobbiltà sostenibbli u modi differenti tat-trasport, inkluż it-trasport privat u pubbliku huma kruċjali sabiex jiġi żgurat li kulħadd jibbenefika mit-tranżizzjoni ekoloġika u jkun parti minnha. Il-mobbiltà urbana għandha rwol sinifikanti f’dan il-kuntest, kif rifless ukoll mill-Qafas Ewropew għall-Mobbiltà Urbana 96 adottat fl-14 ta’ Diċembru 2021.

(21)Approċċ tal-ekonomija kollha għat-tranżizzjoni ġusta jenħtieġ li jappoġġa l-azzjoni politika, abbażi tal-koordinazzjoni tat-tfassil tal-politika u l-kapaċitajiet operazzjonali msaħħa fil-livelli kollha u fl-oqsma ta’ politika rilevanti kollha, filwaqt li jagħti wkoll rwol attiv lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-involviment tas-sħab soċjali fil-livelli u fl-istadji kollha, kif ukoll il-parteċipazzjoni effettiva u li tħalli impatt fuq is-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati. Tali koordinazzjoni u impenn jistgħu jiżguraw li l-prinċipji tal-Patt Ekoloġiku Ewropew dwar il-ġustizzja u s-solidarjetà jiġu integrati fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-politika mill-bidu nett, billi jipprovdu l-bażi għal appoġġ ġenerali u fit-tul għal politiki inklużivi li javvanzaw it-tranżizzjoni ekoloġika.

(22)Bażi ta’ evidenza b’saħħitha hija essenzjali sabiex jiġu stabbiliti politiki soċjali u tas-suq tax-xogħol sodi li jiżguraw tranżizzjoni ġusta u inklużiva. Għal dan il-għan, l-armonizzazzjoni u l-konsistenza gradwali tad-definizzjonijiet, il-kunċetti, il-klassifikazzjonijiet u l-metodoloġiji, b’mod partikolari abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1563 dwar il-faqar enerġetiku 97 , jiffaċilitaw il-valutazzjonijiet u l-komparabbiltà tagħhom. Aktar azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-bażi ta’ għarfien li tista’ tikkontribwixxi għall-politika u għad-diskors pubbliku. Min-naħa l-oħra, l-iskambji mal-pubbliku fid-diversità kollha tiegħu u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin, pereżempju dwar l-eżiti tal-evalwazzjonijiet, l-eżerċizzji ta’ previżjoni u ta’ monitoraġġ, jistgħu jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika u s-sjieda.

(23)Huma meħtieġa data u indikaturi xierqa granulari u ta’ kwalità għolja b’mod partikolari sabiex jiġu vvalutati l-impatti fuq l-impjiegi u dawk soċjali u distributtivi tal-politiki dwar it-tibdil fil-klima. Tali data u indikaturi bħalissa ma humiex kompletament disponibbli. Pereżempju, filwaqt li sar xi progress fir-rigward tal-kejl tal-faqar enerġetiku, jistgħu jiġu żviluppati indikaturi għall-valutazzjoni tal-faqar fit-trasport. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jistgħu jissaħħu permezz ta’ numru ta’ azzjonijiet, b’enfasi fuq indikaturi, tabelli ta’ valutazzjoni kif ukoll proġetti pilota fuq skala żgħira u l-esperimentazzjoni tal-politika. L-azzjonijiet jistgħu jibnu fuq, jew jużaw, tabelli ta’ valutazzjoni eżistenti bħat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali u d-dashboard tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li fihom informazzjoni rilevanti dwar aspetti speċifiċi ta’ politiki ta’ tranżizzjoni ġusta

(24)Fl-aħħar nett, l-użu ottimali u effiċjenti tal-finanzjament pubbliku u privat u l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi kollha disponibbli u l-użu effettiv tagħhom, huma ta’ importanza partikolari fid-dawl tal-ħtiġijiet sinifikanti ta’ investiment li jirriżultaw mit-tranżizzjoni ekoloġika. Fil-livell tal-Unjoni, l-azzjonijiet rilevanti huma appoġġati permezz tal-baġit tal-UE u NextGenerationEU. Dawn se jiġu implimentati taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (JTM), inkluż il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni, l-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU), l-ERASMUS+ u l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG), il-programm LIFE, il-programm Orizzont Ewropa, il-Fond għall-Modernizzazzjoni 98 , il-Fond Soċjali għall-Klima u l-fondi taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, billi tipprovdi għarfien espert tekniku mfassal apposta għat-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi, inklużi dawk li jippromwovu tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità tal-karbonju.

(25)Is-Semestru Ewropew huwa l-qafas ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika u dwar l-impjiegi tal-UE, inkluż fir-rigward tal-aspetti ekonomikament u soċjalment rilevanti tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Dan se jkompli jkollu dan ir-rwol fil-fażi ta’ rkupru u fl-avvanz tat-tranżizzjonijiet doppji, strutturati madwar l-erba’ dimensjonijiet ta’ sostenibbiltà kompetittiva u f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Skont is-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib l-eżiti u l-impatti soċjoekonomiċi u, fejn rilevanti, tipproponi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż immirati sabiex tiżgura li ħadd ma jitħalla lura. Il-komplementarjetà mal-miżuri appoġġati taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tkun prijorità. Għalhekk, il-monitoraġġ ta’ din ir-Rakkomandazzjoni se jsir fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, fuq bażi ta’ valutazzjonijiet adegwati, evalwazzjonijiet tal-impatt tal-politika, u l-istat tal-implimentazzjoni tal-gwida pprovduta f’din ir-Rakkomandazzjoni.

(26)Barra minn hekk, bħala parti mill-abbozz u l-aġġornament finali tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) tagħhom fl-2023 u fl-2024, rispettivament, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-Governanza 99 , l-Istati Membri jenħtieġ li jibbażaw fuq din ir-Rakkomandazzjoni sabiex jikkunsidraw l-integrazzjoni tal-impjiegi, valutazzjonijiet tal-impatt soċjali u distributtivi u aspetti ta’ tranżizzjoni ġusta fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u jkomplu jsaħħu l-miżuri ta’ politika sabiex jiġu indirizzati dawn l-impatti, b’enfasi partikolari fuq il-faqar enerġetiku.

(27)Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni jista’ jibni fuq l-evidenza eżistenti fil-kuntest tal-proċessi ta’ sorveljanza multilaterali stabbiliti, b’mod partikolari taħt is-Semestru Ewropew. Il-Kunsill jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu lill-Kumitat tal-Impjiegi u lill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, f’konformità mal-Artikoli 150 u 160 tat-TFUE rispettivament, jeżaminaw fil-qasam ta’ kompetenza rispettiv tagħhom l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fuq bażi ta’ rapportar adegwat mill-Kummissjoni u għodod multilaterali oħra ta’ sorveljanza. Barra minn hekk, f’dan l-isfond, il-Kummissjoni qiegħda taħdem sabiex ittejjeb id-disponibbiltà tad-data, sabiex taġġorna, tiżviluppa u tuża oqfsa u gwida metodoloġika, inkluż għall-kejl tal-faqar enerġetiku u fit-trasport u l-inugwaljanzi ambjentali, u sabiex tevalwa l-effettività u l-impatt attwali tal-miżuri ta’ politika.

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

OBJETTIV

(1)F’konformità mal-prinċipji tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tiżgura li t-tranżizzjoni tal-Unjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u ambjentalment sostenibbli sal-2050 tkun ġusta u ma tħalli lil ħadd lura.

(2)L-Istati Membri huma mistiedna, għal dak il-għan, li jadottaw u, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali kif rilevanti, li jimplimentaw pakketti ta’ politika komprensivi u koerenti, li jindirizzaw l-aspetti tal-impjiegi u dawk soċjali sabiex jippromwovu tranżizzjoni ġusta fil-politiki kollha, b’mod partikolari l-politiki klimatiċi, tal-enerġija u ambjentali, kif ukoll sabiex jagħmlu l-aħjar użu mill-finanzjament pubbliku u privat.

DEFINIZZJONIJIET

(3)Għall-fini ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a)“Tranżizzjoni ekoloġika” tfisser it-tranżizzjoni tal-ekonomija u s-soċjetà tal-UE lejn l-ilħuq tal-objettivi klimatiċi u ambjentali primarjament permezz ta’ politiki u investimenti, f’konformità mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima li tistabbilixxi l-obbligu li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Ftehim ta’ Pariġi.

(b)“Objettivi klimatiċi u ambjentali” tfisser is-sitt objettivi stabbiliti mir-Regolament (UE) 2020/852 100 , jiġifieri: il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; l-adattament għat-tibdil fil-klima; l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar; it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis; u l-ħarsien u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi.

(c)“Persuni u unitajiet domestiċi l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika” tfisser dawk li l-aċċess effettiv tagħhom għal impjieg ta’ kwalità, inkluż impjieg indipendenti, u/jew għall-edukazzjoni u t-taħriġ u/jew għal standard deċenti ta’ għajxien u servizzi essenzjali huwa limitat b’mod sinifikanti jew f’riskju li jkun limitat b’mod sinifikanti b'konsegwenza diretta jew indiretta tat-tranżizzjoni ekoloġika.

(d)“Persuni u unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli” tfisser dawk li, indipendentement mit-tranżizzjoni ekoloġika, jiffaċċjaw jew jinsabu f’riskju li jiffaċċjaw sitwazzjoni ta’ aċċess limitat b’mod sinifikanti għal impjieg ta’ kwalità, inkluż impjieg indipendenti, u/jew għall-edukazzjoni u t-taħriġ, u/jew għal standard deċenti ta’ għajxien u servizzi essenzjali, li jimplika kapaċitajiet baxxi ta’ adattament għall-konsegwenzi tat-tranżizzjoni ekoloġika.

(e)“Intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju” tfisser intrapriżi li jimpjegaw anqas minn 250 persuna, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom waħedhom, u li għandhom fatturat annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, u/jew total annwali tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun, ikkalkolat f’konformità mal-Artikoli 3 sa 6 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 101 .

(f)“Faqar enerġetiku” tfisser is-sitwazzjoni definita fl-Artikolu 2(49) tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika riformulata 102 , jiġifieri “in-nuqqas ta’ aċċess ta’ unità domestika għal servizzi essenzjali tal-enerġija li jirfdu standard tal-għajxien u tas-saħħa diċenti, inkluż tisħin, tkessiħ, tidwil adegwati u enerġija għall-apparati domestiċi, fil-kuntest nazzjonali rilevanti, tal-politika soċjali eżistenti u ta’ politiki rilevanti oħra 103 .

(g)“Servizzi essenzjali” tfisser servizzi ta’ kwalità tajba, inklużi l-ilma, is-sanità, l-enerġija, it-trasport u l-mobbiltà, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali; l-appoġġ għall-aċċess għal dawn is-servizzi jenħtieġ li jkun disponibbli għal dawk fil-bżonn, f'konformità mal-prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, flimkien mal-għoti ta’ opportunitajiet ta’ ffrankar tal-kostijiet, inkluż permezz ta’ servizzi ta’ użu mill-ġdid, tiswija, donazzjoni u kondiviżjoni.

(h)“Pakkett ta’ politika” tfisser sett komprensiv u koerenti ta’ miżuri ta’ politika li jintegraw il-politiki dwar l-impjiegi, il-ħiliet u dawk soċjali mal-politiki dwar il-klima, l-enerġija, it-trasport, l-ambjent u politiki oħra ta’ tranżizzjoni ekoloġika, permezz ta’ approċċ ikkoordinat sew ibbażat fuq strateġija nazzjonali waħda jew aktar u/jew pjanijiet ta’ azzjoni, u li jibbenefikaw minn mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u governanza fil-livell tal-UE kif xieraq.

PAKKETTI TA’ POLITIKA GĦAL TRANŻIZZJONI EKOLOĠIKA ĠUSTA

(4)Sabiex jipprovdu appoġġ attiv għal impjiegi ta’ kwalità għal tranżizzjoni ġusta u jibnu fuq ir-Rakkomandazzjoni EASE, l-Istati Membri huma mħeġġa, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, jikkunsidraw il-miżuri li ġejjin b’appoġġ għall-persuni l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika, b’mod partikolari dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, u, fejn adegwat, jgħinuhom sabiex jgħaddu, permezz ta’ impjieg jew impjieg indipendenti, lejn attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali:

(a)Jappoġġaw b’mod effettiv l-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità, b’mod partikolari permezz ta’ assistenza mfassla għat-tfittix ta’ impjieg u korsijiet ta’ tagħlim flessibbli u modulari li jimmiraw ukoll il-ħiliet ekoloġiċi u diġitali fejn xieraq. Iqisu wkoll programmi ta’ impjieg imfassla tajjeb, immirati u marbuta maż-żmien li jippreparaw lill-benefiċjarji permezz tat-taħriġ, b’mod partikolari persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, għal parteċipazzjoni kontinwa fis-suq tax-xogħol.

(b)Jagħmlu użu effettiv mill-inċentivi mmirati u mfassla tajjeb għar-reklutaġġ u għat-tranżizzjoni, inkluż billi jikkunsidraw l-użu adegwat tas-sussidji u l-inċentivi għall-pagi u r-reklutaġġ marbuta mal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, sabiex jakkumpanjaw it-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol u l-mobilità tal-forza tax-xogħol fir-reġjuni u l-pajjiżi fid-dawl tal-opportunitajiet u tal-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika.

(c)Jippromwovu l-intraprenditorija, inklużi l-intrapriżi soċjali 104 , b’mod partikolari f’reġjuni li qegħdin jiffaċċjaw sfidi ta’ tranżizzjoni u, fejn xieraq, f’setturi li jippromwovu objettivi klimatiċi u ambjentali bħall-ekonomija ċirkolari. L-appoġġ jenħtieġ li jikkombina miżuri finanzjarji, inklużi għotjiet, self jew ekwità, u miżuri mhux finanzjarji, inklużi servizzi ta’ taħriġ u konsulenza, imfassla għal kull fażi taċ-ċiklu tal-ħajja tan-negozju. Dan jenħtieġ li jkun inklużiv u aċċessibbli għal gruppi mhux rappreżentati biżżejjed u żvantaġġati.

(d)Jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi, b’mod partikolari f’territorji l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika u, fejn xieraq, setturi li jippromwovu objettivi klimatiċi u ambjentali bħall-ekonomija ċirkolari, billi jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi u s-swieq għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, b’mod partikolari dawk li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali bil-ħsieb li jiġu promossi l-kompetittività, l-innovazzjoni u l-impjiegi fis-suq uniku kollu, inkluż fis-setturi u fl-ekosistemi ta’ rilevanza strateġika f’kuntesti nazzjonali u lokali.

(e)Jiżguraw l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tar-regoli eżistenti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-involviment tal-ħaddiema, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità tal-impjiegi fit-tranżizzjoni, inkluż f’attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali.

(f)Irawmu l-użu ta’ standards tal-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli 105 , inkluż permezz ta’ kriterji għall-għoti soċjali li joħolqu opportunitajiet għal persuni l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika, filwaqt li jippromwovu wkoll kriterji għall-għoti ekoloġiku.

(g)Jipprevedu l-involviment sħiħ u sinifikanti tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom fir-rigward tal-antiċipazzjoni tal-bidla u l-ġestjoni tal-proċessi ta’ ristrutturar inklużi dawk marbuta mat-tranżizzjoni ekoloġika, f’konformità mal-Qafas ta’ Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar 106 .

(5)Sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi kif ukoll opportunitajiet ugwali, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw il-miżuri li ġejjin, li jridu jiġu implimentati f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, b’mod partikolari b’appoġġ għall-persuni u l-unitajiet domestiċi l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika, b’mod partikolari dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli.

(a)Jintegraw l-aspetti soċjali u tal-impjiegi tat-tranżizzjoni ekoloġika fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-ħiliet skont l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet u jistabbilixxu u jmexxu b’mod proattiv is-sħubijiet tal-partijiet ikkonċernati skont il-Patt għall-Ħiliet, jiżguraw b’mod partikolari li l-ħiliet ikunu fil-qalba ta’ mogħdijiet ta’ tranżizzjoni maħluqa b’mod konġunt għall-ekosistemi industrijali rilevanti li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali.

(b)Jiżviluppaw għarfien u previżjoni aġġornati dwar is-suq tax-xogħol u l-ħiliet, jidentifikaw u jipprevedu l-ħtiġijiet relatati ma’ ħiliet speċifiċi għall-professjoni u trasversali. Jibnu fuq għodod u inizjattivi eżistenti, inkluż l-għarfien espert tas-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-kooperazzjoni magħhom. Jadattaw il-kurrikuli tal-edukazzjoni u t-taħriġ kif xieraq.

(c)Jipprovdu edukazzjoni u taħriġ inizjali ta’ kwalità għolja u inklużivi, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, li jipprovdu lill-istudenti b’ħiliet u kompetenzi rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika. It-tagħlim għas-sostenibbiltà – inklużi x-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), l-approċċi interdixxiplinarji, u l-ħiliet diġitali – jenħtieġ li jkunu parti integrali minn dawn il-programmi. Jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jiġu attirati n-nisa u gruppi oħra li attwalment ma humiex irrappreżentati biżżejjed fis-setturi professjonali kkonċernati.

(d)Jintroduċu jew isaħħu skemi ta’ appoġġ għall-apprendistati u t-traineeships imħallsa b’komponent ta’ taħriġ b’saħħtu, b’mod partikolari f’intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, inklużi dawk li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali u f’setturi li jiffaċċjaw nuqqasijiet partikolari ta’ ħiliet, bħall-kostruzzjoni u l-ICT. Skemi bħal dawn jenħtieġ li jkunu soġġetti għal monitoraġġ u għal evalwazzjoni, u għas-salvagwardja tal-kwalità tal-impjiegi, f’konformità mal-Qafas Ewropew għal Apprendistati ta’ Kwalità u Effettivi 107 u l-Qafas ta’ Kwalità għat-Traineeships 108 .

(e)Iżidu l-parteċipazzjoni tal-adulti fit-taħriġ matul il-ħajja tax-xogħol, f’konformità mal-ħtiġijiet tat-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet għat-tranżizzjoni ekoloġika, billi tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ appoġġ għat-taħriġ fi ħdan l-impjiegi, it-tranżizzjonijiet professjonali u għall-ħiliet trasversali, b’mod partikolari sabiex tiġi ffaċilitata l-konverżjoni mill-ġdid lejn setturi u attivitajiet ekonomiċi li mistennija jespandu. Għal dan il-għan, jipprovdu intitolamenti għat-taħriġ f’konformità mar-Rakkomandazzjoni proposta tal-Kunsill dwar kontijiet individwali ta’ tagħlim 109 u fil-forma ta’ liv għat-taħriġ imħallas u gwida għall-karriera. Jappoġġaw l-iżvilupp ta’ korsijiet qosra, assigurati mill-kwalità u rikonoxxuti b’mod wiesa’ li jibnu fuq l-approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali 110 .

(6)Sabiex tiġi żgurata l-ġustizzja kontinwa tas-sistemi ta’ benefiċċji fiskali u tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika, u fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom 111 , l-Istati Membri huma mħeġġin jikkunsidraw il-miżuri li ġejjin b’appoġġ għan-nies u għall-unitajiet domestiċi l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika, b’mod partikolari dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, sabiex jappoġġaw it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol, inkluż it-tranżizzjonijiet lejn attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali, il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-faqar enerġetiku u tat-trasport u l-mitigazzjoni tal-impatti rigressivi tal-miżuri ta’ politika:

(a)Jivvalutaw u, fejn meħtieġ, jadattaw is-sistemi ta’ tassazzjoni fid-dawl tal-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, b’mod partikolari billi l-piż tat-taxxa jiġi ttrasferit lil hinn mix-xogħol u jitnaqqas il-porzjon ta’ taxxa għal gruppi b’introjtu baxx u medju lejn sorsi oħra li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali, permezz tal-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-impatti rigressivi, il-preservazzjoni tal-karattru progressiv tat-tassazzjoni diretta u s-salvagwardja tal-finanzjament ta’ miżuri adegwati ta’ protezzjoni soċjali u ta’ investiment, speċjalment dawk immirati lejn it-tranżizzjoni ekoloġika.

(b)Jivvalutaw u, fejn applikabbli, jadattaw is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u l-politiki ta’ inklużjoni soċjali fid-dawl tal-isfidi tal-impjiegi, dawk soċjali u tas-saħħa ppreżentati mit-tranżizzjoni ekoloġika, sabiex jiġu żgurati l-adegwatezza u s-sostenibbiltà kontinwi tagħhom. Għal dan il-għan, jikkunsidraw kif il-provvediment ta’ sigurtà adegwata tal-introjtu inkluż permezz ta’ skemi innovattivi ta’ tranżizzjoni minn impjieg għal ieħor, il-benefiċċji tal-qgħad u s-sistemi ta’ introjtu minimu jistgħu jiġu żgurati u adattati bl-aħjar mod għall-ħtiġijiet li jirriżultaw mit-tranżizzjoni ekoloġika. Jiżguraw ukoll il-provvediment u l-finanzjament sostenibbli ta’ servizzi soċjali, tas-saħħa u tal-kura fit-tul ta’ kwalità għolja, affordabbli u aċċessibbli, speċjalment għan-nies u għall-unitajiet domestiċi l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika, b’mod partikolari billi jsir investiment fl-infrastruttura soċjali għall-indukrar tat-tfal, għall-kura fit-tul u għall-kura tas-saħħa.

(c)Jipprovdu, fejn meħtieġ, u filwaqt li jikkumplimentaw il-miżuri deskritti fil-punt 7(a) waqt li jkunu qegħdin jitwettqu, permezz ta’ appoġġ għall-introjtu dirett immirat u temporanju, b’mod partikolari lin-nies u l-unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, sabiex jitnaqqsu l-iżviluppi negattivi fl-introjtu u l-prezzijiet, marbuta wkoll ma’ inċentivi mtejba sabiex jintlaħqu b’mod urġenti l-objettivi klimatiċi u ambjentali meħtieġa filwaqt li jiġu ppreservati s-sinjali tal-prezzijiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika. Għal dan il-għan, jiżguraw id-disponibbiltà ta’ finanzjament xieraq għal dawk il-miżuri, inkluż billi tittejjeb il-kwalità tan-nefqa pubblika, isir l-aħjar użu mill-Fond Soċjali għall-Klima, u jintużaw ir-riżorsi baġitarji maħluqa mit-taxxi ambjentali u tal-enerġija u mis-Sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

(d)Itejbu s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju, it-tnaqqis tar-riskju u s-soluzzjonijiet ta’ trasferiment tar-riskju fir-rigward tal-unitajiet domestiċi u l-intrapriżi, b’mod partikolari l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, speċjalment billi tiġi żgurata d-disponibbiltà u l-affordabbiltà tas-soluzzjonijiet tal-assigurazzjoni, b’mod partikolari għan-nies u l-unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli.

(7)Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal servizzi essenzjali affordabbli u akkomodazzjoni għal persuni u unitajiet domestiċi l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika, b’mod partikolari dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw il-miżuri li ġejjin:

(a)Jimmobilizzaw l-appoġġ finanzjarju pubbliku u privat u l-għoti ta’ inċentivi għal investimenti privati f’sorsi tal-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika, ikkumplimentati minn pariri lill-konsumaturi sabiex jimmaniġġjaw aħjar l-użu tal-enerġija tagħhom u sabiex jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-iffrankar tal-enerġija, sabiex inaqqsu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom, filwaqt li jiġu mmirati unitajiet domestiċi u komunitajiet vulnerabbli. Għal dan il-għan, jiżguraw id-disponibbiltà ta’ finanzjament xieraq għal dawk il-miżuri, inkluż billi tittejjeb il-kwalità tan-nefqa pubblika, isir l-aħjar użu mill-Fond Soċjali għall-Klima, u jintużaw ir-riżorsi baġitarji maħluqa mit-taxxi ambjentali u tal-enerġija u mis-Sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

(b)Jipprevjenu u jnaqqsu l-faqar enerġetiku billi jiġu promossi u implimentati miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika, inklużi investimenti pubbliċi u privati fl-abitazzjonijiet sabiex jiġu stimulati r-rinnovazzjonijiet, inkluż fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali 112 . Għal dan il-għan, jipprovdu inċentivi fiskali, għotjiet u self imfassla tajjeb, flimkien ma’ pariri relatati, ukoll lil intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li tingħata attenzjoni xierqa lill-inċentivi, b’mod partikolari fost is-sidien u l-inkwilini, u l-evoluzzjoni tal-kostijiet tad-djar, speċjalment għall-unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli.

(c)Jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi tal-enerġija, inklużi lill-unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, billi tiġi żviluppata aktar l-awtoprovvista permezz ta’ arranġamenti individwali tal-enerġija rinnovabbli kif ukoll servizzi oħra permezz ta’ komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini 113 , akkumpanjati minn miżuri u kampanji edukattivi, b’enfasi speċjali fuq persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u konsumaturi li jgħixu f’żoni rurali.

(d)Jipprevjenu u jindirizzaw l-isfidi u l-ostakli għall-mobbiltà u t-trasport għall-unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, speċjalment f’reġjuni u fi bliet remoti, rurali u b’introjtu baxx, permezz ta’ miżuri ta’ politika u ta’ appoġġ adegwati u l-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa, sabiex tittejjeb il-konnettività essenzjali, li tippermetti l-aċċess għall-edukazzjoni, is-saħħa, l-impjiegi u l-parteċipazzjoni soċjali. Jiżguraw, b’mod partikolari, id-disponibbiltà, inkluża l-frekwenza, ta’ trasport pubbliku b’emissjonijiet baxxi u, fejn xieraq, jippromwovu l-użu ta’ modi sostenibbli ta’ mobbiltà privata 114 , b’enfasi fuq l-iżgurar ta’ affordabbiltà, aċċessibbiltà u sikurezza.

(e)Jiffaċilitaw l-aċċess għall-konsum sostenibbli, inkluż in-nutrizzjoni, speċjalment għan-nies u għall-unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u b’mod partikolari t-tfal, u jippromwovu opportunitajiet ta’ ffrankar tal-kostijiet marbuta mal-ekonomija ċirkolari. Għal dan il-għan, jipprovdu inċentivi u għodod effettivi, bħal azzjonijiet ta’ innovazzjoni soċjali u inizjattivi lokali, jappoġġaw skemi ta’ użu mill-ġdid, tiswija, donazzjoni u kondiviżjoni, inkluż permezz ta’ intrapriżi tal-ekonomija soċjali, u jippromwovu l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni għas-sostenibbiltà ambjentali għall-istudenti ta’ kull età u fil-livelli kollha tal-edukazzjoni 115 .

ELEMENTI TRASVERSALI GĦALL-AZZJONIJIET TA’ POLITIKA LI JAPPOĠĠAW TRANŻIZZJONI EKOLOĠIKA ĠUSTA

(8)Sabiex tiġi avvanzata t-tranżizzjoni ekoloġika b’mod inklużiv u demokratiku, filwaqt li jiġu integrati objettivi ta’ tranżizzjoni ġusta mill-bidu nett fit-tfassil tal-politika fil-livelli kollha u jiġu żgurat approċċ effettiv ta’ ekonomija sħiħa għal politiki ta’ tranżizzjoni ġusta, l-Istati Membri huma mistiedna:

(a)Jikkoordinaw it-tfassil tal-politika fil-livelli kollha u fl-oqsma ta’ politika rilevanti kollha, b’mod partikolari fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, inkluż ir-riċerka u l-innovazzjoni bil-ħsieb li jinbena qafas ta’ politika integrat u abilitanti li jagħti attenzjoni xierqa lill-impatti distributtivi kif ukoll lill-effetti pożittivi u negattivi, inkluż f’reġjuni transfruntiera, u jintegra strateġiji ta’ evalwazzjoni adegwati u sistematiċi, inklużi valutazzjonijiet ex ante u ex post.

(b)Jagħtu rwol attiv lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, minħabba l-prossimità tagħhom maċ-ċittadini u man-negozji lokali, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ ta’ politiki ta’ tranżizzjoni ġusta.

(c)Jinvolvu s-sħab soċjali fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika previsti taħt din ir-rakkomandazzjoni, inkluż permezz tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv fejn adegwat. Barra minn hekk, jippromwovu aktar l-involviment sħiħ tas-sħab soċjali fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ mogħdijiet ta’ tranżizzjoni għall-ekosistemi industrijali skont l-Istrateġija Industrijali l-Ġdida aġġornata tal-UE.

(d)Jagħtu s-setgħa u jippermettu lill-persuni, lis-soċjetà ċivili u lill-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż in-nisa, il-persuni b’diżabilità, iż-żgħażagħ u t-tfal li jitolbu azzjoni klimatika urġenti, u atturi tal-ekonomija soċjali inkluż permezz tal-Patt Klimatiku Ewropew 116 , bi ħsieb għall-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politika, ukoll billi jagħmlu użu minn mudelli parteċipattivi ġodda li jinvolvu persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli.

(e)Isaħħu l-kapaċitajiet operazzjonali tas-servizzi pubbliċi rilevanti sabiex jipprovdu gwida u appoġġ effettivi għall-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ tranżizzjoni ġusta. B’mod partikolari, isaħħu s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi sabiex jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol u l-informazzjoni dwar il-ħiliet, kif ukoll l-ispettorati tax-xogħol sabiex jiġu ssalvagwardjati l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Barra minn hekk, jimmobilizzaw is-servizzi soċjali u tas-saħħa fejn xieraq, b’mod partikolari sabiex jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol u jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku.

(9)Sabiex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-kwalità tad-data u l-evidenza li huma meħtieġa sabiex jiġu stabbiliti politiki soċjali u tas-suq tax-xogħol sodi għal tranżizzjoni ġusta għan-newtralità klimatika, l-Istati Membri huma mistiedna:

(a)Isaħħu l-bażi tal-evidenza dwar politiki ta’ tranżizzjoni ġusta billi, fost l-oħrajn, javvanzaw l-armonizzazzjoni u l-konsistenza gradwali tad-definizzjonijiet, il-kunċetti u l-metodoloġiji, inkluż abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1563 dwar il-faqar enerġetiku u l-azzjonijiet ta’ segwitu fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Faqar Enerġetiku u l-Konsumaturi Vulnerabbli, u l-użu tal-metodi disponibbli għall-evalwazzjonijiet tal-impatt tal-politika. Jinkludu wkoll strateġiji ta’ evalwazzjoni u ġbir tad-data fit-tħejjija u t-tfassil ta’ miżuri ta’ politika u inizjattivi leġiżlattivi rilevanti.

(b)Jiżviluppaw u jintegraw l-użu ta’ valutazzjonijiet tal-impatt b’saħħithom u trasparenti, soċjali u distributtivi (ex ante) bħala parti mir-riformi u l-miżuri nazzjonali dwar il-klima, l-enerġija u l-ambjent.

(c)Jiżguraw monitoraġġ effettiv u trasparenti u evalwazzjoni indipendenti (ex post) tal-effetti fuq l-impjiegi, soċjali u distributtivi tar-riformi u l-miżuri nazzjonali li jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali, li jinvolvu lis-sħab soċjali u lil partijiet ikkonċernati oħrajn fl-identifikazzjoni ta’ mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni u, kif rilevanti, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ evalwazzjoni u konsultazzjoni.

(d)Isaħħu l-azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni fil-livelli nazzjonali u tal-UE inkluż permezz ta’ finanzjament mill-programm Orizzont Ewropa, sabiex jittejbu l-immudellar u l-valutazzjoni tad-dimensjoni makroekonomika, tal-impjiegi u soċjali tal-politiki dwar it-tibdil fil-klima. Jippromwovu l-involviment tas-sħab soċjali fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet rilevanti ta’ riċerka u innovazzjoni, b’mod partikolari l-missjonijiet ta’ Orizzont Ewropa dwar “L-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluża t-Trasformazzjoni tas-Soċjetà” u dwar “Bliet intelliġenti u newtrali għall-klima”, li jistgħu jgħinu fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet prattiċi b’appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika fil-livelli reġjonali u lokali.

(e)Jippreżentaw l-eżiti tal-evalwazzjonijiet u tal-eżerċizzji ta’ previżjoni u ta’ monitoraġġ lill-pubbliku f’intervalli regolari, u jorganizzaw skambji mas-sħab soċjali, mas-soċjetà ċivili u ma’ partijiet ikkonċernati oħra dwar ir-riżultati ewlenin u l-aġġustamenti possibbli.

L-AĦJAR UŻU TAL-FINANZJAMENT PUBBLIKU U PRIVAT

(10)Sabiex jipprovdu investiment kosteffettiv u appoġġ finanzjarju f’konformità mal-qafas tal-għajnuna mill-istat sabiex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali u tas-swieq tax-xogħol ta’ tranżizzjoni ekoloġika ġusta, filwaqt li jisfruttaw is-sinerġiji bejn il-programmi u l-istrumenti disponibbli, u b’enfasi fuq ir-reġjuni u l-ekosistemi industrijali l-aktar affettwati, l-Istati Membri huma mistiedna:

(a)Jimplimentaw bis-sħiħ ir-riformi u l-investimenti rilevanti taħt il-Pjanijiet ta’ Rkupru u Reżiljenza, filwaqt li jiżguraw il-komplementarjetà ma’ fondi oħra.

(b)Jimmobilizzaw, u jiżguraw użu koerenti u ottimali tal-istrumenti eżistenti u tal-għażliet ta’ finanzjament, inkluża l-assistenza teknika, fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE, sabiex jappoġġaw l-azzjonijiet u l-investimenti rilevanti. L-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE jinkludu, b’mod partikolari, il-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, l-InvestEU, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, l-ERASMUS+, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG), il-programm LIFE, u l-Fond għall-Modernizzazzjoni.

(c)Jimpenjaw u jużaw riżorsi nazzjonali adegwati sabiex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ settijiet komprensivi ta’ miżuri li jwasslu għal tranżizzjoni ekoloġika ġusta. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jiġu ffinanzjati b’mod adegwat, inkluż billi tittejjeb il-kwalità tan-nefqa pubblika, jiġi mmobilizzat aktar finanzjament privat, u/jew jintuża introjtu pubbliku addizzjonali, filwaqt li tintuża wkoll iż-żieda fl-introjtu mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet. Iqisu l-aspetti tal-impjiegi, dawk soċjali u distributtivi fl-iżvilupp ta’ prattiki ta’ bbaġitjar ekoloġiku.

(d)Ifasslu taħlita bbilanċjata ta’ miżuri fil-Pjanijiet Soċjali għall-Klima skont il-Fond Soċjali għall-Klima propost, inkluż billi jiġu kkumplimentati l-investimenti ekoloġiċi, fejn meħtieġ diment li jseħħ l-impatt tal-investimenti fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-kontijiet tal-enerġija, b’miżuri temporanji u mmirati ta’ appoġġ permezz tal-introjtu sabiex jikkumpensaw lill-unitajiet domestiċi u lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli li huma utenti tat-trasport, filwaqt li jitqiesu wkoll kif xieraq l-isfidi rilevanti u speċifiċi għall-pajjiż identifikati u rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

AZZJONIJIET FUTURI GĦAL TRANŻIZZJONI EKOLOĠIKA ĠUSTA

(11)Sabiex isegwi azzjonijiet utli ta’ segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li:

(a)Tkompli ttejjeb l-iskambji mal-partijiet ikkonċernati ewlenin, man-nies u mal-komunitajiet ikkonċernati kif ukoll l-iskambji tal-aħjar prattiki, inkluż fil-kuntest tal-mogħdijiet ta’ tranżizzjoni tal-ekosistemi industrijali 117 , b’mod partikolari f’kuntest transfruntier u b’enfasi fuq ir-reġjuni u s-setturi l-aktar affettwati.

(b)Tappoġġa t-titjib tal-adegwatezza, tal-konsistenza u tal-effettività tal-politiki ta’ tranżizzjoni ġusta tal-Istati Membri, inkluż għall-aspetti tal-impjiegi, dawk soċjali u distributtivi li għandhom jiġu kkunsidrati fit-tfassil, fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fil-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali u tal-istrateġiji fit-tul, possibbilment ukoll fil-kuntest tar-rieżami futur tar-Regolament dwar il-governanza kif xieraq.

(c)Issaħħaħ il-bażi ta’ data, b’mod partikolari billi taċċessa sorsi ta’ data amministrattiva u, fejn rilevanti, data minn sħab soċjali, industriji, soċjetà ċivili, u stħarriġ dwar l-opinjoni pubblika, u taġġorna l-gwida metodoloġika għall-valutazzjoni tal-impatti fuq l-impjiegi, dawk soċjali u distributtivi ta’ tranżizzjoni ġusta u politiki dwar il-klima u l-enerġija inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif xieraq.

(d)Ittejjeb l-analiżi regolari tagħha tal-monitoraġġ u tal-previżjoni dwar l-iżviluppi u r-riskji tal-faqar enerġetiku fl-UE, inklużi l-aspetti soċjali u distributtivi, ukoll sabiex tinforma l-ħidma tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Faqar Enerġetiku u l-Konsumaturi Vulnerabbli u gruppi ta’ esperti rilevanti oħra.

(e)Tiżviluppa ulterjorment ir-riċerka u ssaħħaħ l-evidenza dwar id-definizzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-progress lejn il-provvediment ta’ aċċess adegwat għal servizzi essenzjali, anke billi tiżviluppa l-kunċett ta’ “faqar fit-trasport” jekk xieraq, b’mod partikolari fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika lejn ekonomija sostenibbli ta’ benesseri.

(f)Tirrevedi l-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fil-kuntest tas-sorveljanza multilaterali fis-Semestru Ewropew, filwaqt li tibni fuq tabelli ta’ valutazzjoni u oqfsa ta’ monitoraġġ eżistenti, estiżi b’indikaturi addizzjonali fejn meħtieġ. Tikkunsidra l-gwida pprovduta f’din ir-Rakkomandazzjoni skont ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, b’mod partikolari bħala parti mill-valutazzjonijiet tagħha matul l-aġġornament li ġej tal-Pjanijiet Nazzjonali integrati dwar l-Enerġija u l-Klima fl-2023-24.

Magħmul fi Strasburgu,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, COM(2019) 640 final.
(2)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(3)    Sabiex jintlaħaq l-għan fit-tul tat-temperatura stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta’ Pariġi.
(4)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima, COM(2021) 568 final.
(5)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali”, COM(2021) 102 final, l-4 ta’ Marzu 2021.
(6)    Skont il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 (SWD(2020)176 final).
(7)    Il-Kummissjoni Ewropea (2019), “ Sustainable growth for all: choices for the future of Social Europe, Employment and Social Developments in Europe 2019 , l-4 ta’ Lulju 2019. Abbażi tal-analiżi fil-fond li takkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2018) 773.
(8)    Eurofound (2019), “Energy scenario: Employment implications of the Paris Climate Agreement”, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.
(9)    Il-Kummissjoni Ewropea (2019), “Sustainable growth for all: choices for the future of Social Europe, Employment and Social Developments in Europe 2019”, il-Kapitolu 5 “Towards a greener future: employment and social impacts of climate change policies”, l-4 ta’ Lulju 2019.
(10)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa - l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja, SWD(2020) 550 final, l-14 ta’ Ottubru 2021.  Minħabba l-ħtiġijiet ta’ investiment għar-rinnovazzjoni ta’ EUR 275 biljun fis-sena, kif imsemmi fil-Komunikazzjoni, u l-kapaċità ta’ modifiki retroattivi u investimenti fl-effiċjenza enerġetika li joħolqu minn 9 sa 20 impjieg għal kull miljun dollaru investit (SWD(2021) 623 final), iċ-ċifra tista’ tkun ogħla b’mod sinifikanti.
(11)    COM(2021) 660 final.
(12)    “Unjoni li tirsisti għal aktar: L-aġenda tiegħi għall-Ewropa” – Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss mill-2019 sal-2024, 16.7.2019, il-President von der Leyen.
(13)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/402 tal-4 ta’ Marzu 2021 dwar appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19 (EASE) (ĠU L 80, 8.3.2021, p. 1).
(14)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1512 tat-13 ta’ Ottubru 2020 (ĠU L 344, 19.10.2020, p. 22).
(15)    COM (2021) 743 final, Proposta għal Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tal-2022.
(16)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar “Pont għall-Impjiegi - It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ” (ĠU C 372, 4.11.2020, p. 1).
(17)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1).
(18)    ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1.
(19)    L-Artikolu 8(4) tal-proposta ta’ riformulazzjoni tal-EED jitlob ukoll lill-Istati Membri jinkludu informazzjoni dwar miżuri ta’ effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija fl-użu finali miksub fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, fejn applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.
(20)    Eurofound (2021), “Distributional impacts of climate policies in Europe”, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.
(21)    COM(2020) 564 final.
(22)    Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(23)    Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21).
(24)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza”, COM(2020) 274 final, l-1 ta’ Lulju 2020.
(25)    Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kontijiet individwali tal-apprendiment, COM(2021) 773 final, it-8 ta’ Diċembru 2021.
(26)    Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għat-tagħlim tul il-ħajja u l-impjegabbiltà, COM(2021) 770 final, it-8 ta’ Diċembru 2021.
(27)    Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tagħlim għas-sostenibbiltà ambjentali, COM(2021) 557 final, it-8 ta’ Diċembru 2021.
(28)     https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1517&langId=mt .
(29)    Dawn ikopru l-ekosistemi industrijali li ġejjin: l-industrija tal-karozzi; il-mikroelettronika; l-ajruspazju u d-difiża; il-bini tal-vapuri; l-enerġija mill-oċeani.
(30)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Aġenda tal-Konsumatur Ġdida li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-konsumatur għall-irkupru sostenibbli”, COM(2020) 696 final.
(31)

   Kif imħabbar fl-Aġenda tal-Konsumatur Ġdida, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex tagħti s-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika.

(32)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE - Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040”, COM(2021) 345 final.
(33)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni” (għall-2020 sal-2030), COM(2020) 620 final.
(34)    Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tirriforma l-istruttura tal-Unjoni dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (riformulazzjoni), COM(2021) 563 final.
(35)    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni), COM(2021) 558 final.
(36)    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/844/UE tat-30 ta’ Mejju 2018), COM(2021) 802 final.
(37)    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652, COM(2021) 557 final.
(38)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, COM(2021) 559 final.
(39)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, COM(2021) 555 final.
(40)    Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE.) (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).
(41)    Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).
(42)    Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar Ewropa soċjali b’saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti, (2020/2084(INI)).
(43)

   L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-ebda Patt Ekoloġiku mingħajr patt soċjali” (l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja), KESE 2020/01591 (ĠU C 341, 24.8.2021, p. 23).

(44)

   L-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Ewropa Soċjali b’saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti, COR 2020/02167 (ĠU C 440, 18.12.2020, p. 42).

(45)    COM(2020) 564 final.
(46)     https://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=1049  
(47)    Ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti ta’ finanzjament rilevanti u l-interkonnessjonijiet tagħhom, kif ukoll ir-rwol tagħhom fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet magħmula skont din il-proposta, huma deskritti f’aktar dettall fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjah (SWD(2021) 452).
(48)    IPCC, 2021: It-Tibdil fil-Klima 2021: Il-Bażi tax-Xjenza Fiżika. Contribution of Working Group I to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change.
(49)    JRC, PESETA IV, https://ec.europa.eu/jrc/en/peseta-iv/economic-impacts .
(50)    Il-Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).
(51)    Il-Kummissjoni Ewropea (2021), PESETA IV study “Climate change impacts and adaptation in Europe”, Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Sevilla, http://ec.europa.eu/jrc/en/peseta-iv .
(52)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, COM(2019) 640 final.
(53)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(54)    Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030, COM(2020) 652 final.
(55)    Pereżempju fir-rigward tal-infrastruttura, l-Ewropa se tkun teħtieġ madwar EUR 350 biljun f’investiment addizzjonali fis-sena matul dan id-deċennju sabiex tilħaq il-mira tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2030 fis-sistemi tal-enerġija biss, flimkien mal-EUR 130 biljun li se tkun teħtieġ għal għanijiet ambjentali oħrajn.
(56)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lesti għall-mira ta’ 55 %”: nilħqu l-Mira Klimatika tal-UE għall-2030 fi triqitna lejn in-newtralità klimatika”, COM(2021) 550 final.
(57)    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2015/757, COM(2021) 551 final.
(58)    Il-linji gwida jiddefinixxu l-kunċett ta’ tranżizzjoni ġusta u jitolbu lil dawk li jfasslu l-politika u lis-sħab soċjali jippromwovu tranżizzjoni ġusta fil-livell globali.
(59)    Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, 14545/1/18 REV1 tas-26 ta’ Novembru 2018.
(60)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti”, COM(2020) 14, li tniedi l-konsultazzjoni pubblika għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
(61)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali”, COM(2021) 102 final. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat u ffirmat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni fis-Summit ta’ Gothenburg f’Novembru tal-2017, huwa l-kumpass li jiggwida lill-Unjoni lejn Ewropa soċjali b’saħħitha.
(62)    Sabiex jintlaħaq dan l-għan ġenerali, l-Ewropa trid tistinka sabiex tal-anqas tnaqqas bin-nofs id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi meta mqabbla mal-2019; sabiex tnaqqas is-sehem taż-żgħażagħ (ta’ bejn il-15 u d-29 sena) barra mill-edukazzjoni, mill-impjieg jew mit-taħriġ (NEETs) għal 9 %, u sabiex iżżid il-provvista ta’ edukazzjoni u kura bikrija formali tat-tfal (ECEC).
(63)    B’mod partikolari, mill-anqas 80 % ta’ dawk li għandhom bejn is-16 u l-74 sena jenħtieġ li jkollhom ħiliet diġitali bażiċi, u t-tluq bikri mill-iskola jenħtieġ li jkompli jitnaqqas filwaqt li l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell għandha tiżdied.
(64)    Minn 15-il miljun persuna li għandhom jinħarġu mill-faqar jew mill-esklużjoni soċjali, mill-anqas 5 miljuni jenħtieġ li jkunu tfal.
(65)    Il-Kunsill Ewropew, Id-Dikjarazzjoni ta’ Porto, 8.5.2021.
(66)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lesti għall-mira ta’ 55 %”: nilħqu l-Mira Klimatika tal-UE għall-2030 fi triqitna lejn in-newtralità klimatika”, COM(2021) 550 final.
(67)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-Komunikazzjoni “Inżidu l-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 - Ninvestu f’futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-poplu tagħna”, SWD(2020) 176 final. Projezzjonijiet ibbażati fuq E-QUEST bl-użu ta’ xenarju ta’ “tassazzjoni aktar baxxa ta’ ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet”.
(68)    Il-Kummissjoni Ewropea (2019), “Sustainable growth for all: choices for the future of Social Europe, Employment and Social Developments in Europe 2019”, l-4 ta’ Lulju 2019. Abbażi tal-analiżi fil-fond li takkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2018) 773.
(69)    SWD(2020) 176 final.
(70)    SWD(2020) 176 final.
(71)    Il-Kummissjoni Ewropea (2019), “Sustainable growth for all: choices for the future of Social Europe, Employment and Social Developments in Europe 2019”, il-Kapitolu 5, l-4 ta’ Lulju 2019, u l-Kummissjoni Ewropea (2020), “Leaving no one behind and striving for more: fairness and solidarity in the European social market economy”, Employment and Social Developments in Europe 2020”, il-Kapitolu 4.2.2, il-15 ta’ Settembru 2020. Il-faqar ġenerali f’dan il-kuntest jitkejjel bl-użu tal-indikatur miftiehem għar-rata tar-riskju ta’ faqar, f’konformità mal-indikaturi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali u l-mira ewlenija tal-2030 relatata skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
(72)    IEEP (2021), Green taxation and other economic instruments: internalising environmental costs to make the polluter pay .
(73)    Id-data tal-EU-SILC tal-2019 disponibbli għall-Istati Membri kollha; id-data tal-2020 ma hijiex disponibbli għall-Istati Membri kollha sa issa.
(74)    Barra minn hekk, sa 6,2 % tal-Ewropej, jiġifieri aktar minn 27 miljun persuna, għandhom arretrati fil-ħlas tal-kontijiet tal-utilitajiet tagħhom.
(75)    SWD(2019) 579 final.
(76)    Ara r- rapport tal-workshop dwar “Il-Faqar Enerġetiku”, organizzat fid-9 ta’ Novembru 2016 għall-Kumitat tal-PE dwar l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE).
(77)    Ara Il-perspettiva tal-ġeneri dwar l-aċċess għall-enerġija fl-UE (europa.eu) , Il-Ġeneri u l-enerġija | L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (europa.eu) , GFE-Gender-Issues-Note-Session-6.2.pdf (oecd.org) .
(78)    Il-ġustizzja soċjali hija inkorporata wkoll fit-tfassil tal-proposti tal-Kummissjoni li huma parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, inklużi proposti dwar id-Direttiva dwar it-tassazzjoni fuq l-Enerġija, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, id-Direttiva dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, u l-proposta sabiex jiġi stabbilit Fond Soċjali għall-Klima.
(79)    L-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE.) (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125); L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
(80)    COM(2021) 660 final, it-13 ta’ Ottubru 2021.
(81)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, COM(2021) 568 final.
(82)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(83)    Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).
(84)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss”; Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(85)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Valutazzjoni madwar l-UE kollha tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima Immexxu ’l quddiem it-tranżizzjoni ekoloġika u nippromwovu l-irkpru ekonomiku permezz ta’ ppjanar integrat tal-enerġija u tal-klima”, COM(2020) 564 final.
(86)    B’mod partikolari l-Istrateġiji Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli (ASGS) tal-2021 u tal-2022, ir-rakkomandazzjonijiet taż-Żona tal-Euro tal-2021, u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż.
(87)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (2021) 402 tal-4 ta’ Marzu 2021 dwar appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19 (EASE), (ĠU L 80, 8.3.2021, p. 1).
(88)    B’mod partikolari, ir-Rakkomandazzjoni EASE u l-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri adottati f’Ottubru tal-2020 u kkonfermati mill-ġdid f’Ottubru tal-2021.
(89)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa”, COM(2021) 350 final.
(90)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1).
(91)    Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tirriforma l-istruttura tal-Unjoni dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (riformulazzjoni), COM(2021) 563 final.
(92)     “Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” , ipproklamat solennement mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, is-17 ta’ Novembru 2017, il-prinċipju 20.
(93)     “Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” , ipproklamat solennement mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, is-17 ta’ Novembru 2017, il-prinċipju 19 (a).
(94)    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni), COM(2021) 558 final.
(95)    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/844/UE tat-30 ta’ Mejju 2018), COM(2021) 802 final.
(96)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Qafas Ewropew għall-Mobbiltà Urbana”, COM(2021) 811.
(97)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1563 tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar il-faqar enerġetiku (ĠU L 357, 27.10.2020, p. 35).
(98)    Barra mill-baġit tal-UE u l-NGEU.
(99)    F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-Governanza (UE) 2018/1999.
(100)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13) (“Ir-Regolament dwar it-Tassonomija”) jipprovdi sistema ta’ klassifikazzjoni komuni għal attivitajiet ekonomiċi sostenibbli.
(101)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(102)    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni), COM(2021) 558 final.
(103)    Filwaqt li jitħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddefinixxu l-kunċett ta’ “klijenti vulnerabbli”, dan jinkludi unitajiet domestiċi li ma jistgħux isaħħnu jew ikessħu d-djar tagħhom b’mod adegwat u/jew li għandhom arretrati fil-ħlas tal-kontijiet tal-utilitajiet tagħhom f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku, C/2020/9600 final (ĠU L 357, 27.10.2020, p. 35).
(104)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Bini ta’ ekonomija għas-servizz tan-nies: pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali”, COM(2021) 778 final.
(105)    F’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70), u l-Avviż tal-Kummissjoni “Xiri Soċjali – Gwida biex jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet soċjali fl-akkwist pubbliku — It-tieni edizzjoni” (ĠU C 237, 18.6.2021, p. 1).
(106)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, “Qafas tal-kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar”, COM(2013) 882 final.
(107)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta’ Kwalità u Effettivi (ĠU C 153, 2.5.2018, p. 1).
(108)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar Qafas ta’ Kwalità għat-Traineeships (ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1).
(109)    Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kontijiet ta’ tagħlim individwali, COM(2021) 773 final.
(110)    Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għat-tagħlim tul il-ħajja u l-impjegabbiltà, COM(2021) 770 final.
(111)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom (ĠU C 387, 15.11.2019, p. 1).
(112)    F’konformità mal-Linji Gwida riveduti li ġejjin dwar l-għajnuna għall-Klima, l-Enerġija u l-Ambjent previsti li japplikaw mill-2022.
(113)    Kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(114)    F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur”, COM(2020) 789 final.
(115)    Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tagħlim għas-sostenibbiltà ambjentali, COM(2021) 557 final.
(116)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Patt Klimatiku Ewropew”, COM(2020) 788 final.
(117)    Kif imħabbar fl-istrateġija industrijali aġġornata, bħall-kostruzzjoni, l-industriji intensivi fl-enerġija, jew il-mobbiltà.