IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.9.2021
COM(2021) 538 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
L-14-il RAPPORT FINANZJARJU TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL KUNSILL DWAR IL-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA' GARANZIJA
SENA FINANZJARJA 2020
{SWD(2021) 239 final}
Werrej
1.PROĊEDURA BAĠITARJA
1.1.
L-Abbozz tal-Baġit tal-2020 u l-Ittra Emendatorja 1/2020
1.2.
L-Adozzjoni tal-Baġit tal-2020
1.3.
Id-dħul assenjat lill-FAEG
2.IL-POŻIZZJONI TAL-LIKWIDITÀ U L-ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET
2.1.
Il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet
2.1.1.
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2020
2.1.2.
Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2020
2.1.3.
Eżekuzzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ivvotati - Nefqa taħt ġestjoni diretta magħmula mill-Kummissjoni
2.2.
Pagamenti ta’ kull xahar
2.2.1.
Pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża
3.L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG 2020
3.1.
L-użu tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG
3.2.
Kummenti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit
3.2.1.
Kapitolu 05 02: Interventi fis-swieq agrikoli
3.2.2.
Kapitolu 05 03: Pagamenti diretti
3.2.3.
Kapitolu 05 04: Żvilupp Rurali
3.2.4.
Kapitolu 05 07: Awditjar tan-nefqa agrikola
3.2.5.
Kapitolu 05 08: Strateġija u koordinament tal-politiki
4.L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT LILL-FAEG
Annessi (ara d-dokument separat):
|
Anness 1
Anness 2
Anness 3-I
Anness 3-II
Anness 4
|
Il-proċedura baġitarja għall-Approprjazzjonijiet tal-FAEG tal-2020
L-analiżi tal-eżekuzzjoni baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2020
L-analiżi tal-eżekuzzjoni Baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2020. id-dħul assenjat. C4
L-analiżi tal-eżekuzzjoni Baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2020. id-dħul assenjat. C5
L-eżekuzzjoni Baġitarja tal-FAEG skont l-artikolu u skont l-Istat Membru – Is-sena finanzjarja 2020
|
|
Nota: Dan ir-rapport huwa akkumpanjat minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dettaljat. It-test sħiħ ta’ dan id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (bil-Malti) u t-tabelli annessi (bl-Ingliż) se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit web Europa tad-DĠ Agrikoltura (
http://ec.europa.eu/agriculture/cap-funding/financial-reports/eagf/index_mt.htm
).
|
1.PROĊEDURA BAĠITARJA
1.1.L-Abbozz tal-Baġit tal-2020 u l-Ittra Emendatorja 1/2020
L-Abbozz tal-Baġit tal-2020 ġie adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Lulju 2019. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn proposti għall-FAEG kienu jammontaw għal total ta’ EUR 43 531,8 miljun. Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz tal-Baġit tal-2020 fit-3 ta’ Settembru 2019, filwaqt li naqqas l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG b’EUR 239,9 miljun. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-23 ta’ Ottubru 2019, filwaqt li żied l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG bi EUR 32 miljun meta mqabbla mal-Abbozz tal-Baġit.
Fil-15 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ppubblikat l-Ittra Emendatorja (AL) Nru 1 għall-Abbozz tal-Baġit tal-2020 li żżid il-ħtiġijiet fl-impenji bi EUR 304,3 miljun meta mqabbla mal-Abbozz tal-Baġit. Madankollu, dawn il-ħtiġijiet addizzjonali ġew ikkumpensati biż-żieda ta’ EUR 354 miljun fid-dħul assenjat, li mistenni jkun disponibbli fl-2020. B’riżultat ta’ dan, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn mitluba għall-FAEG fl-AL naqsu b’EUR 49,7 miljun meta mqabbel mal-Abbozz tal-Baġit.
Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, magħmul minn membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, qabel rigward test konġunt fl-20 ta’ Novembru 2019.
1.2.L-Adozzjoni tal-Baġit tal-2020
Il-Baġit tal-2020 ġie ddikjarat bħala adottat mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew fil-25 ta’ Novembru u fis-27 ta’ Novembru 2019, rispettivament. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn totali tal-baġit għall-FAEG ammontaw għal EUR 43 410,1 miljun u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tiegħu ammontaw għal EUR 43 380,0 miljun.
Id-differenza bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament hija dovuta għall-fatt li, għal ċerti miżuri li jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni, jintużaw approprjazzjonijiet differenzjati. Dawn il-miżuri jirrigwardaw prinċipalment il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli, l-istrateġija tal-politika u l-miżuri ta’ koordinazzjoni għall-agrikoltura.
Speċifikament, mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-FAEG ivvutati għall-qasam ta’ politika 05 (l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali), li jammontaw għal EUR 43 410,1 miljun: EUR 2 530,1 miljun ġew previsti għal interventi fi swieq agrikoli skont il-kapitolu 05 02; EUR 40 621,0 miljun ġew previsti għal pagamenti diretti skont il-kapitolu 05 03; EUR 205,9 miljun ġew previsti għall-awditu tan-nefqa agrikola skont il-kapitolu 05 07; u EUR 41,4 miljun għall-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politiki skont il-kapitolu 05 08.
Jingħataw aktar dettalji fl-Anness 1.
1.3.Id-dħul assenjat lill-FAEG
F’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni
, id-dħul li joriġina mill-korrezzjonijiet finanzjarji skont id-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-konformità jew tal-kontabbiltà, minn irregolaritajiet u mill-imposta fuq il-ħalib huwa indikat bħala dħul assenjat għall-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG. Skont dawn ir-regoli, id-dħul assenjat jista’ jintuża sabiex ikopri l-finanzjament ta’ kwalunkwe nefqa tal-FAEG. Jekk parti minn dan id-dħul ma tintużax, mela din il-parti tiġi riportata awtomatikament għas-sena baġitarja ta’ wara.
Waqt l-istabbiliment tal-baġit għall-2020, saret stima ta’ dan id-dħul kemm għall-ammont li kien mistenni li jinġabar matul is-sena baġitarja 2020, kif ukoll għall-ammont li kien mistenni jiġi riportat mis-sena baġitarja 2019 għall-2020. Din l-istima kienet tammonta għal EUR 1 071 miljun, u tqieset meta l-Awtorità Baġitarja adottat il-baġit għall-2020. B’mod partikolari:
¾id-dħul mill-korrezzjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità u mill-irregolaritajiet ġie stmat għal EUR 592 miljun u EUR 127 miljun rispettivament, filwaqt li ma kienx antiċipat dħul mill-imposta fuq il-ħalib. B’hekk, l-ammont totali ta’ dħul assenjat li kien mistenni jinġabar matul is-sena baġitarja 2020 kien stmat għal EUR 719 miljun;
¾L-ammont ta’ dħul assenjat li mistenni li jiġi riportat mis-sena baġitarja 2019 għall-2020 kien stmat għal EUR 352 miljun.
Fil-baġit għall-2020, dan id-dħul li kien inizjalment stmat għal EUR 1 071 miljun kien assenjat għal żewġ skemi, jiġifieri:
¾EUR 150 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex;
¾EUR 921 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku (il-pagamenti diretti).
Għal dawn l-iskemi, is-somma tal-approprjazzjonijiet ivvotati mill-Awtorità Baġitarja u tad-dħul assenjat tikkorrispondi mal-istima totali tal-approprjazzjonijiet disponibbli ta’:
¾EUR 849 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;
¾EUR 17 038 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku (pagamenti diretti).
2.IL-POŻIZZJONI TAL-LIKWIDITÀ U L-ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET
2.1.Il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet
2.1.1.Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2020
|
F’EUR
|
|
It-taqsima tan-nefqa tal-baġit (1)
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
It-taqsima tad-dħul tal-baġit (AR) (2)
|
Previżjonijiet
|
|
1. Approprjazzjonijiet inizjali tal-FAEG, li minnhom
|
43 410 105 687,00
|
43 380 031 798,00
|
1. Deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni
|
592 000 000.00
|
|
1a. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża
|
43 245 200 000,00
|
43 245 200 000,00
|
2. Irregolaritajiet
|
127 000 000,00
|
|
1b Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta
|
164 905 687,00
|
134 831 798,00
|
3. Imposta addizzjonali mill-produtturi tal-ħalib
|
-
|
|
2. Baġit Emendatorju
|
48 655 078,00
|
48 655 078,00
|
Previżjoni totali tal-AR
|
719 000 000,00
|
|
3. Trasferiment lejn il-FAEG jew mill-FAEG matul is-sena
|
|
-9 639 000,00
|
|
|
|
4. Approprjazzjonijiet finali għall-FAEG, li minnhom
|
43 458 760 765,00
|
43 419 047 876,00
|
|
|
|
4 a. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża
|
43 298 480 078,00
|
43 298 480 078,00
|
|
|
|
4b Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta
|
160 280 687,00
|
120 567 798,00
|
|
|
|
(1)
L-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2020 wara li tnaqqas id-dħul assenjat li kellu jinġabar fl-2020, kif ukoll id-dħul riportat mill-2019 għall-2020 f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 2018/1046.
(2)
AR: Id-dħul assenjat li jrid jinġabar matul is-sena finanzjarja. Ma hemm l-ebda ammont ta’ dħul li ddaħħal fil-linja tad-dħul (p.m.), iżda l-ammont tal-previżjoni huwa indikat fil-kummenti baġitarji
|
2.1.2.Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2020
|
|
|
F’EUR
|
|
|
Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Ġestjoni kondiviża (1)
|
44 156 243 297,63
|
|
44 156 243 297,63
|
|
|
Nefqa taħt ġestjoni diretta
|
158 591 816,48
|
|
98 309 811,62
|
|
|
Total
|
44 314 835 114,11
|
|
44 254 553 109,25
|
|
(1)
Ammonti impenjati. Impenji u pagamenti minbarra d-dħul assenjat ta’ EUR 580 665 888,61 (ara l-punt 4 u l-anness 3-I) riċevuti għall-ġestjoni kondiviża: EUR 43 575 577 409,02
Għas-sena finanzjarja 2020, l-ammont proprju tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn użati kien jammonta għal EUR 44 314 835 114,1, filwaqt li dak għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kien jammonta għal EUR 44 254 553 109,3. Fit-taqsima 3.2 hawn taħt jingħataw aktar dettalji dwar l-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża.
2.1.3.Eżekuzzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ivvotati - Nefqa taħt ġestjoni diretta magħmula mill-Kummissjoni
|
F’EUR
|
|
Nefqa taħt ġestjoni diretta
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
Riport għall-2021 (2)
|
|
Approprjazzjonijiet (C1)(1)
|
160 280 687,00
|
120 567 798,00
|
-
|
|
Eżekuzzjoni (C1)
|
158 591 816,48
|
98 309 811,62
|
17 490 660,00
|
|
Approprjazzjonijiet ikkanċellati
|
1 688 870,52
|
4 767 326,38
|
-
|
|
(1)
C1 tirreferi għall-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit. Dan l-ammont jinkludi trasferimenti minn “ ġestjoni kondiviża” għall-ammont ta’ EUR 4 625 000,00 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament, trasferimenti “’l barra” mill-FAEG għall-ammont totali ta’ EUR -9 639 000,00 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
(2)
Riport għall-2021 għal approprjazzjonijiet mhux differenzjati biss.
|
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għan-nefqa taħt ġestjoni diretta fil-baġit tal-2020 kienu EUR 160,3 miljun. Fl-2020 ġie impenjat ammont ta’ EUR 158,6 miljun. Il-bilanċ ta’ dawn l-approprjazzjonijiet, jiġifieri EUR 1,7 miljun, ġie kkanċellat.
Il-maġġoranza tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-FAEG għan-nefqa taħt ġestjoni diretta magħmula mill-Kummissjoni huma approprjazzjonijiet differenzjati.
Ir-riport awtomatiku għall-2021, li jirrigwarda biss approprjazzjonijiet mhux differenzjati, jammonta għal EUR 17,5-il miljun.
2.2.Pagamenti ta’ kull xahar
2.2.1.Pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża
2.2.1.1.Pagamenti ta’ kull xahar għall-provvediment tan-nefqa
L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jiddikjara li “l-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru mill-Kummissjoni għal nefqa magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tal-Istati Membri matul ix-xahar ta’ referenza”. Il-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru lil kull Stat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara dak li fih tkun saret in-nefqa.
Il-pagamenti ta’ kull xahar huma rimborż tan-nefqa netta (wara t-tnaqqis tad-dħul) li tkun diġà twettqet u jsiru disponibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri
. Il-kontabbiltà ta’ kull xahar tan-nefqa u tad-dħul hija soġġetta għal kontrolli u korrezzjonijiet abbażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn il-pagamenti jsiru finali wara l-verifiki tal-Kummissjoni skont il-proċedura għall-approvazzjoni tal-kontijiet tal-kontabbiltà.
Il-pagamenti magħmula mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2019 u l-15 ta’ Ottubru 2020 huma koperti mis-sistema għall-pagamenti ta’ kull xahar.
Għas-sena finanzjarja kollha, it-total tal-ammonti deċiżi tal-pagamenti ta’ kull xahar kienu ta’ EUR 44 011,7 million. Filwaqt li jitqiesu l-ammonti rkuprati minn deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni u mir-rimborż ta’ ammonti sospiżi preċedentement, tħallsu effettivament EUR 43 707,2 miljun lill-Istati Membri.
2.2.1.2.Deċiżjonijiet dwar pagamenti ta’ kull xahar
Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta’ pagament għal kull wieħed mit-12-il perjodu tas-sena finanzjarja. Barra minn hekk, f’Diċembru ġiet adottata deċiżjoni addizzjonali, li taġġusta n-nefqa totali imposta għas-sena.
3.L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG 2020
3.1.L-użu tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG
L-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG kienet tammonta għal EUR 44 314,8 miljun. Din in-nefqa ġiet iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet inizjali tal-baġit, bl-użu tad-dħul assenjat lill-FAEG u ammont mill-Baġit Emendatorju Nru 9. Id-dħul assenjat lill-FAEG huwa magħmul mill-ammont ta’ EUR 348,2 miljun riportat mill-2019 u minn parti mid-dħul assenjat miġbur fl-2020 li jammonta għal EUR 525,2 miljun minn total ta’ EUR 580,7 miljun. Fil-qasam ta’ politika 05, in-nefqa tal-FAEG ammontat għal EUR 2 662,3 miljun għal miżuri tas-suq u għal EUR 41 396,3 miljun għal pagamenti diretti.
Għad-dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-baġit skont il-qasam ta’ politika, jekk jogħġbok ara l-Anness 2.
L-Anness 4 jippreżenta t-tqassim tan-nefqa fuq il-miżuri tas-suq, il-pagamenti diretti u l-awditjar tan-nefqa agrikola, skont l-entrata, skont is-sors tal-fond u skont l-Istat Membru.
3.2.Kummenti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit
Hawn taħt qed jiġi ppreżentat kummentarju qasir dwar l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet kif ukoll dwar l-użu tad-dħul assenjat disponibbli abbażi tad-dettalji mogħtija fl-annessi 2, 3-I u 3-II. Il-linji tal-baġit b’rata ta’ eżekuzzjoni qrib ħafna tal-ammonti bbaġitjati mhumiex deskritti f’din it-taqsima.
3.2.1.Kapitolu 05 02: Interventi fis-swieq agrikoli
3.2.1.1.Daħla
L-eżekuzzjoni totali (f’approprjazzjonijiet ta’ impenji) għal dan il-kapitolu ammontat għal EUR 2 662,3 miljun u ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvotati li jammontaw għal EUR 2 530,1 miljun u mid-dħul assenjat li jammonta għal EUR 83,7 miljun. Dan tal-aħħar kien maħsub biex ikopri n-nefqa mġarrba fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (għad-dettalji, ara l-punt 3.2.1.2). Fil-partiti fejn il-ħtiġijiet kienu aktar mill-approprjazzjonijiet baġitarji, in-nefqa addizzjonali ġiet koperta permezz ta’ trasferimenti minn partiti tal-baġit oħrajn, jew permezz tal-Baġit Emendatorju Nru 9/2020. Għall-miżuri tas-suq fejn intużaw anqas approprjazzjonijiet tal-baġit milli kien mistenni, l-approprjazzjonijiet disponibbli li rriżultaw ġew ittrasferiti għal linji baġitarji oħrajn fi ħdan il-FAEG sabiex ikopru n-nefqa addizzjonali skont kif kien meħtieġ (għad-dettalji dwar it-trasferimenti li saru, ara l-Anness 2).
3.2.1.2.Artikolu 05 02 08: Frott u ħxejjex
Approprjazzjonijiet totali ta’ EUR 902,7 miljun kienu disponibbli biex ikopru l-ħtiġijiet baġitarji tal-miżuri kollha għal dan is-settur. L-Awtorità Baġitarja vvutat approprjazzjonijiet ta’ EUR 700,5 miljun filwaqt li qieset id-dħul stmat assenjat għal dan is-settur (EUR 150 miljun). Barra minn hekk, ġew ittrasferiti EUR 69,8 miljun matul il-baġit għall-2020 minn linji baġitarji oħrajn fi ħdan l-istess kapitolu. Minbarra dan, il-baġit issaħħaħ b’EUR 48,7 miljun permezz tal-Baġit Emendatorju Nru 9/2020. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2020 kienet tammonta għal EUR 902,7 miljun.
3.2.1.3.Artikolu 05 02 09: Prodotti tas-settur tal-vitikultura
Il-baġit ippreveda EUR 1 026,1 miljun approprjazzjoni sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet stmati tal-miżuri kollha għal dan is-settur. Sar trasferiment ta’ EUR 30,6 miljun sabiex tiġi koperta l-eżekuzzjoni totali li ammontat għal EUR 1 056,7 miljun. In-nefqa tinkludi wkoll il-miżuri ta’ appoġġ adottati minn nofs l-2020, biex jiġi miġġieled l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tal-inbid, b’mod partikolari EUR 250,2 miljun għd-distillazzjoni waqt il-kriżi u EUR 21,1 miljun għall-miżuri tal-ħżin waqt il-kriżi.
3.2.1.4.Artikolu 05 02 10: Promozzjoni
Fir-rigward tal-miżuri ta’ promozzjoni, il-pagamenti mill-Istati Membri, is-sottoeżekuzzjoni ta’ EUR 9,3 miljun meta mqabbla mal-ħtiġijiet ibbaġitjati kienet dovuta primarjament għall-pandemija tal-COVID-19. Id-differenza ġiet ittrasferita lejn artikoli baġitarji oħra.
Fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ promozzjoni taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kummissjoni impenjat approprjazzjonijiet għall-ammont totali previst fil-baġit għal dawn l-azzjonijiet (EUR 100,9 miljun).
3.2.1.5.Artikolu 05 02 11: Prodotti oħrajn tal-pjanti
Ġew ibbaġitjati approprjazzjonijiet ta’ EUR 234,4 miljun li minnhom EUR 232 miljun għall-POSEI (esklużi l-Pagamenti Diretti) skont il-partita tal-baġit 05 02 11 04. Sar trasferiment ta’ EUR 6,7 miljun barra l-artikolu baġitarju.
3.2.1.6.Artikolu 05 02 12: Ħalib u prodotti tal-ħalib
Il-baġit ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 0,1 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha għal dan is-settur, filwaqt li l-eżekuzzjoni kienet ta’ EUR 1 miljun.
B’mod partikolari, sar tisħiħ tal-baġit ta’ EUR 0,9 miljun, prinċipalment għal miżuri ta’ ħżin tal-butir u tal-krema. Miżuri oħrajn, il-ħalib għall-iskejjel u l-miżuri ta’ ħżin għat-trab tal-ħalib xkumat ġew imsaħħa b’ammonti minuri.
3.2.1.7. Artikolu 05 02 13: Ċanga u vitella
Il-baġit ippreveda EUR 50 miljun għal miżuri oħra (linja 99), sabiex tiġi koperta n-nefqa għal miżura eċċezzjonali adottata għal dan is-settur. Il-limitu massimu għal din il-miżura ntuża kważi kollu mill-Istat Membru kkonċernat u l-ammont residwu (EUR 0,5 miljun) ġie ttrasferit barra mill-artikolu. Dan l-artikolu baġitarju kien affettwat ukoll mill-miżuri ta’ ħżin privat li twettqu fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19. Il-baġit tal-2020 ma ppreveda l-ebda approprjazzjoni għall-miżuri ta’ ħżin taċ-ċanga u tal-vitella filwaqt li ġġarrbet xi nefqa (EUR 0,1 miljun).
3.2.1.8.Artikolu 05 02 15: Laħam tal-majjal, bajd u pollam, trobbija tan-naħal u prodotti oħrajn li ġejjin mill-annimali
Il-baġit ippreveda approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 71 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha għal dan l-artikolu. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri kienet tammonta biss għal EUR 50,0 miljun. Id-differenza ta’ EUR 21 miljun ġiet ittrasferita lejn artikoli baġitarji oħra.
In-nefqa fuq l-għajnuna speċifika għat-trobbija tan-naħal kienet tammonta għal EUR 36,5 miljun meta mqabbla ma’ ħtiġijiet previsti ta’ EUR 39 miljun inklużi fil-baġit.
Mill-“miżuri oħrajn”, EUR 18,5-il miljun ġew ittrasferiti barra mill-artikolu minħabba li ma kienx hemm wisq użu tal-miżuri eċċezzjonali relatati mat-tifqigħat tal-influwenza avjarja fi Stat Membru wieħed.
3.2.1.9.Artikolu 05 02 18: Skemi għall-iskejjel
In-nefqa mġarrba għall-iskemi għall-iskejjel kienet tammonta għal EUR 162,1 miljun meta mqabbla ma’ ħtiġijiet previsti ta’ EUR 215,0 miljun inklużi fil-baġit. Id-differenza (EUR 52,9 miljun) ġiet ittrasferita barra l-artikolu biex tkopri nefqa oħra tal-FAEG. Dan l-użu baxx jirrifletti r-riperkussjonijiet prattiċi li nqalgħu minħabba l-pandemija tal-COVID-19 għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-iskemi, b’mod partikolari għad-distribuzzjoni tal-prodotti tal-ħalib u tal-frott u l-ħxejjex b’rabta mas-sena skolastika 2019/2020.
3.2.2.Kapitolu 05 03: Pagamenti diretti
Is-sena finanzjarja 2020 kienet il-ħames sena ta’ implimentazzjoni tas-sistema riformata ta’ pagamenti diretti kif deċiż fir-riforma tal-2013 tal-Politika Agrikola Komuni. Il-pagamenti totali għal dan il-kapitolu tal-baġit kienu jammontaw għal EUR 41 396,4 miljun. Dan jinkludi EUR 462,5 miljun li tħallsu għar-rimborż ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja, iffinanzjati minn EUR 466,8 miljun riportati mill-2019 (għad-dettalji, ara l-punt 3.2.2.4). Il-bqija tal-pagamenti li saru, EUR 40 934,0 miljun, ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvotati (EUR 40 621 miljun), u mid-dħul assenjat (EUR 1 312-il miljun). Dan tal-aħħar intuża sabiex ikopri n-nefqa mġarrba għall-iskema ta’ pagament bażiku.
L-approprjazzjonijiet totali li ma ntużawx kienu jammontaw għal EUR 537,7 miljun, li minnhom EUR 533,5 miljun ġew riportati għas-sena finanzjarja 2021. Dan jinkludi l-ammont ta’ EUR 478 miljun tar-riżerva għall-kriżijiet li ma ntużatx, li jikkorrispondi mad-dixxiplina finanzjarja applikata b’mod effettiv fl-2020, li ġie ttrasferit għall-artikolu baġitarju 05 03 09 u mbagħad ġie riportat għall-2021 għar-rimborż mill-Istati Membri lill-bdiewa kkonċernati. Il-bilanċ li fadal tad-dħul assenjat miġbur fl-2020 (EUR 55,5 miljun) ġie riportat għall-2021. Fil-partiti fejn il-ħtiġijiet kienu akbar mill-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit, in-nefqa addizzjonali ġiet koperta permezz ta’ trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet ivvotati minn partiti oħrajn tal-baġit jew tad-dħul assenjat.
Fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19, il-Kummissjoni adottat pakkett biex tipprovdi avvanzi miżjuda għall-pagamenti diretti kif ukoll biex il-kontrolli jkunu aktar flessibbli.
3.2.2.1.Artikolu 05 03 01: Pagamenti diretti diżakkoppjati
L-iskemi ewlenin iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (SPUE), l-iskema ta’ pagament bażiku (BPS), il-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent, il-pagament ridistributtiv u l-pagament għall-bdiewa żgħażagħ. L-iskemi ta’ għajnuna kollha f’dan l-artikolu jitħallsu b’mod indipendenti mill-produzzjoni iżda skont ċerti kundizzjonijiet, pereżempju, ir-rispett tal-kundizzjonalità. L-approprjazzjonijiet disponibbli fl-2020 għal pagamenti diretti diżakkoppjati ammontaw għal EUR 35 459,3 miljun, inklużi l-approprjazzjonijiet ivvutati mill-Awtorità Baġitarja li jammontaw għal EUR34 574,0 miljun, trasferimenti tal-artikolu u tal-kapitolu ta’ EUR 40,1 miljun u d-dħul assenjat li kien jammonta għal EUR 845,2 miljun. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-iskemi kollha f’dan l-artikolu ammontat għal EUR 35 403,7 miljun, li jikkorrispondi għal 99,8 % tal-approprjazzjonijiet disponibbli.
3.2.2.2.Artikolu 05 03 02: Pagamenti diretti oħrajn
L-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu kienu jkopru n-nefqa fuq “pagamenti diretti oħrajn”. Dan jinkludi skemi li għalihom xorta jista’ jkun hemm rabta bejn il-pagament u l-produzzjoni, b’kundizzjonijiet iddefiniti sewwa u b’limiti ċari. Bħala konsegwenza tar-riforma tal-2013, l-iskemi miżjuda taħt dan l-Artikolu kienu l-appoġġ akkoppjat volontarju u l-iskema għall-bdiewa żgħar, filwaqt li għadd ta’ linji koprew biss pagamenti residwi relattivament żgħar għal skemi skaduti.
Il-baġit tal-2020 inkluda approprjazzjonijiet ta’ EUR 5 569,0 miljun għal dan l-artikolu baġitarju. L-Istati Membri ġarrbu nefqa li tammonta għal EUR 5 530,0 miljun, li kienet aktar baxxa mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit.
3.2.2.3.Artikolu 05 03 09: Ir-rimborż tal-pagamenti diretti b’rabta mad-dixxiplina finanzjarja
L-Awtorità Baġitarja ma allokat l-ebda approprjazzjoni għal dan l-artikolu. L-għan ta’ dan l-artikolu huwa li jiġbor l-approprjazzjonijiet ivvotati u mhux impenjati tar-riżerva għall-kriżi mhux użata, riportati biex jiffinanzjaw ir-rimborż tad-dixxiplina finanzjarja applikata għall-pagamenti diretti
.
Mill-ammont ta’ EUR 466,8 miljun, li jikkorrispondi mad-dixxiplina finanzjarja applikata matul is-sena finanzjarja 2019 u li ġie riportat għall-baġit tal-2020 għar-rimborż, l-Istati Membri ħallsu lura EUR 462,5 miljun. Id-differenza ta’ EUR 4,3 miljun reġgħet iddaħħlet fil-baġit għall-2020 sabiex tingħata lura lill-Istati Membri permezz ta’ Baġit Emendatorju fis-sena baġitarja li jmiss.
3.2.2.4.Artikolu 05 03 10: Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu
L-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma maħsuba sabiex ikopru n-nefqa għall-miżuri li għandhom jittieħdu bl-għan li jiġu ffaċċjati l-kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola. Ir-riżerva għall-kriżijiet tiġi stabbilita billi, fil-bidu ta’ kull sena, jiġi applikat tnaqqis għall-pagamenti diretti permezz tal-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja f’konformità mal-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kif ukoll f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
. Fl-2020 ir-riżerva għall-kriżijiet ta’ EUR 478,0 miljun ma ntużatx.
Madankollu, fi tmiem l-2020, l-approprjazzjonijiet ivvotati mhux impenjati li jikkorrispondu mal-ammont tad-dixxiplina finanzjarja applikata b’mod effettiv għas-sena tat-talba 2019 ġew ittrasferiti għall-artikolu tal-baġit 05 03 09 sabiex jiġu riportati għas-sena finanzjarja li jmiss għar-rimborż tad-dixxiplina finanzjarja imposta fuq il-bdiewa fis-sena kalendarja 2020.
3.2.3.Kapitolu 05 04: Żvilupp Rurali
Għall-Artikolu 05 04 01 (Tlestija tal-Iżvilupp Rurali ffinanzjata mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG - il-Perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006), l-ammont nett finali rkuprat kien ta’ EUR 0,4 miljun.
3.2.4.Kapitolu 05 07: Awditjar tan-nefqa agrikola
3.2.4.1.Artikolu 05 07 01: Kontroll tan-nefqa agrikola
Dan l-artikolu jinvolvi l-miżuri li ttieħdu sabiex jissaħħu l-mezzi ta’ kontrolli fuq il-post u sabiex jittejbu s-sistemi ta’ verifika bil-għan li jiġi limitat ir-riskju ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet għad-detriment tal-baġit tal-Unjoni. Jinkludi wkoll in-nefqa sabiex jiġu ffinanzjati l-korrezzjonijiet possibbli tal-kontabbiltà u tal-konformità favur l-Istati Membri.
L-Unjoni Ewropea ffinanzjat direttament ix-xiri ta’ immaġni bis-satellita fi ħdan il-qafas tal-Amministrazzjoni Integrata u s-Sistema ta’ Kontroll għal ammont ta’ EUR 11,2 miljun.
Il-korrezzjonijiet favur l-Istati Membri wara l-approvazzjoni tal-kontijiet kienu ta’ EUR 5,4 miljun, jiġifieri inqas mill-ammont ibbaġitjat ta’ EUR 17,4 miljun.
Il-korrezzjonijiet favur l-Istati Membri wara l-approvazzjoni tal-konformità tal-kontijiet irriżultaw aktar għolja milli mistenni b’EUR 186,5 miljun minflok l-EUR 176,6 miljun previsti fil-baġit.
3.2.4.2.Artikolu 05 07 02: Soluzzjoni tat-tilwim
L-approprjazzjonijiet f’dan l-artikolu huma maħsuba sabiex ikopru n-nefqa li għaliha l-Kummissjoni tista’ tinżamm responsabbli permezz ta’ deċiżjoni ta’ qorti tal-ġustizzja, inkluż il-kost tal-ħlas għad-danni u l-imgħax. Il-baġit għall-2020 ippreveda approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 1,0 miljun, li minnhom ġew eżegwiti EUR 0,3 miljun. Il-bqija tal-approprjazzjonijiet ġew ittrasferiti lejn partiti oħra tal-baġit.
3.2.5.Kapitolu 05 08: Strateġija u koordinament tal-politiki
L-approprjazzjonijiet impenjati taħt dan il-kapitolu ammontaw għal EUR 35,1 miljun, filwaqt li l-baġit ippreveda approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 41,4 miljun. EUR 5 miljun ġew ittrasferiti sabiex ikopru ħtiġijiet barra minn dan il-kapitolu.
4.L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT LILL-FAEG
Id-dħul assenjat effettivament riportat mill-2019 għall-2020 ammonta għal EUR 348,2 miljun, u ntuża kompletament għall-finanzjament tan-nefqa tas-sena baġitarja 2020, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Finanzjarju. Kif ippreżentat fl-anness 3-II, dan l-ammont kopra n-nefqa ta’ EUR 46,1 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u n-nefqa ta’ EUR 302,1 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku.
Fir-rigward tad-dħul assenjat miġbur fl-2020, l-anness 3-I juri li dan id-dħul kien jammonta għal EUR 580,7 miljun u li dan kien ġej:
¾mill-proċedura tal-korrezzjonijiet tal-approvazzjoni, EUR 450,9 miljun;
¾mill-irċevuti mill-irregolaritajiet, EUR 127,9 miljun;
¾mill-ġbir tal-imposta fuq il-ħalib, EUR 1,9 miljun.
Mid-dħul assenjat miġbur fl-2020, intużaw l-ammonti li ġejjin:
¾EUR 369,7 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku (BPS) (pagamenti diretti).
¾EUR 117,9-il miljun għall-pagamenti għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent (pagamenti diretti).
¾EUR 37,6 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
Il-bilanċ tad-dħul assenjat miġbur fl-2020 (EUR 55,5 miljun) ġie riportat awtomatikament għall-baġit tal-2021.
Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-Annessi 3-I u 3-II.