IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 12.8.2021
COM(2021) 476 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm Pericles 2020 għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni fl-2020
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 12.8.2021
COM(2021) 476 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm Pericles 2020 għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni fl-2020
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm Pericles 2020 għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni fl-2020
1.Ġenerali
Il-programm “Pericles 2020” (minn hawn ’il quddiem “il-Programm”) huwa programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni. Huwa jissostitwixxi l-programm Pericles li ġie stabbilit fl-2001 u li kien jopera fil-perjodu 2002-2013. Il-Programm kien stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 1 . L-applikazzjoni tiegħu ġiet estiża għal Stati Membri mhux parteċipanti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/768 tal-11 ta' Mejju 2015 2 . Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 jistabbilixxi li l-programm jibqa’ għaddej sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Artikolu 13(3) tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħti informazzjoni annwali dwar ir-riżultati tal-Programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-Rapport Annwali jirrispondi għal dan ir-rekwiżit għas-sena 2020.
Il-pandemija globali tal-COVID-19 u l-miżuri relatati ta’ tbegħid soċjali u restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar affettwaw l-implimentazzjoni tal-Programm Pericles b’mod profond fl-2020. Pericles jippromwovi l-kooperazzjoni transnazzjonali u transfruntiera bejn l-awtoritajiet tal-banek ċentrali u dawk tal-infurzar tal-liġi kemm fl-UE, kif ukoll internazzjonalment, sabiex jiggarantixxi l-protezzjoni globali tal-euro kontra l-falsifikazzjoni. Il-programm huwa implimentat prinċipalment permezz ta’ azzjonijiet bħal konferenzi, korsijiet ta’ taħriġ tekniku u skambju tal-persunal b’firxa wiesgħa ta’ parteċipanti mill-Istati Membri tal-UE u minn pajjiżi terzi, li flimkien mas-suġġett sensittiv u tekniku għalhekk jinvolvi li l-parteċipanti jkunu fiżikament preżenti u r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, tal-kiri tal-post u għas-sussistenza. Ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u fuq il-laqgħat wiċċ imb wiċċ imposti minħabba l-pandemija minn Marzu 2020 'l hawn wasslu biex l-implimentazzjoni sikura ta’ dawn l-azzjonijiet ma kinitx għadha possibbli, u rriżultaw biex l-azzjonijiet kollha ġew riskedati għall-2021. Għalhekk, il-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet imsemmija f’dan ir-rapport għad iridu jsiru. Sa fejn ikun possibbli u meħtieġ minħabba l-evoluzzjoni tal-pandemija, xi attivitajiet ippjanati jistgħu jiġu ttrasformati f’attivitajiet diġitali jew ibridi.
2.Programm ta’ Ħidma Annwali 2020
a.Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Annwali fl-2020
Il-baġit annwali għall-implimentazzjoni tal-programm għas-sena 2020 ġie stabbilit għal EUR 1 100 000 u kien iffinanzjat mil-linja baġitarja 01.020400 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2020. It-total ta’ EUR 1 095 203 ġie impenjat fl-2020 3 . Il-Programm huwa implimentat permezz ta’ azzjonijiet kofinanzjati (għotjiet) li joriġinaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u permezz ta’ “azzjonijiet tal-Kummissjoni”, organizzati direttament mill-Kummissjoni. It-trasferiment ta’ EUR 121 046 sar fl-2020 mill-baġit għall-azzjonijiet tal-Kummissjoni għall-baġit tal-għotjiet biex ikompli jappoġġa l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri.
L-implimentazzjoni tal-Programm tirrifletti l-impenn tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni biex iħarsu l-euro mill-falsifikazzjoni. Id-diskussjonijiet dwar l-istrateġija pluriennali fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Iffalsifikar tal-Euro (ECEG, Euro Counterfeiting Experts Group) għamluha possibbli li fl-2020 jiġi impenjat 99,56 % tal-baġit globali 4 . Il-Programm għamel impenn li jiffinanzja disa’ (9) proġetti b’kollox 5 . B’kollox, ngħataw seba’ (7) għotjiet b’suċċess minn applikazzjonijiet li oriġinaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tnaqqis minn 10 għotjiet fl-2019. Applikazzjoni partikolari ppreżentata sat-tieni skadenza ma ngħatatx għotja minħabba li ma kinitx tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà. Barra minn hekk, ġew iffinanzjati żewġ azzjonijiet tal-Kummissjoni, li waħda minnhom kellha titħassar minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19 6 , u l-oħra hija impenn biex jiġu koperti l-kostijiet biex il-programm futur Perikles IV (2021 – 2027) jiġi inkoporat fl-għodda eGrants, sistema kompletament elettronika (paperless) għall-ġestjoni tal-għotjiet.
Soġġett għall-iżviluppi epidemjoloġiċi, l-azzjonijiet kollha jew se jiġu implimentati bil-parteċipazzjoni fil-post fl-2021 jew aktar tard, jew inkella l-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex tittrasformahom f’azzjonijiet virtwali jew ibridi fejn possibbli.
Ċart I u Ċart II: Tip ta’ azzjoni ffinanzjata u l-għadd ta’ azzjonijiet ippjanati għal kull Stat Membru (l-azzjonijiet li għalihom saru impenji fl-2020, ara l-Anness I)
Ta’ min ninnutaw li Franza, l-Italja u Spanja, l-Istati Membri l-aktar affettwati mill-falsifikazzjoni tal-euro, din is-sena reġgħu ngħataw għotjiet minn Pericles. Barra minn hekk, in-Netherlands u r-Rumanija wkoll irċevew għotjiet bħala parti mill-programm fl-2020. Ta’ min ninnutaw ukoll b’mod partikolari l-Pulizija Olandiża, applikant tal-ewwel darba għall-Programm Pericles 2020, li juri s-sehem akbar ta’ aktar awtoritajiet nazzjonali kompetenti bħala benefiċjarji fil-programm. L-isforzi kollha tagħhom isaħħu l-protezzjoni tal-euro, li huwa ta’ benefiċċju għall-Istati Membri l-oħrajn kollha.
L-azzjonijiet li għalihom saru impenji fl-2020 kienu jikkonsistu f’żewġ (2) konferenzi, żewġ (2) sessjonijiet ta’ taħriġ tekniku, żewġ (2) skambji ta’ persunal, studju wieħed, u l-proġett ta’ migrazzjoni għall-eGrants. L-azzjonijiet mistennija li jsiru kemm ġewwa kif ukoll barra, skont il-ħtiġijiet speċifiċi għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni. Mindu twaqqaf, il-Programm ikkonsolida l-approċċ reġjonali tiegħu billi implimenta azzjonijiet li jinvolvu reġjuni fid-dinja li huma partikolarment importanti għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Għas-sena 2020, l-għotjiet ingħataw għal azzjonijiet biex isiru fl-Amerika Latina (jekk ir-restrizzjonijiet tal-pandemija jippermettu, Spanja se torganizza seminar ta’ taħriġ fl-Urugwaj b’parteċipanti minn 19-il pajjiż tal-Amerika Latina b’kollox 7 ) u fl-Ewropa tax-Xlokk (jekk jippermettu r-restrizzjonijiet tal-pandemija, ir-Rumanija se torganizza konferenza fuq tlett ijiem f’Bucharest b’rappreżentanti minn 13-il pajjiż b’kollox, kemm Stati Membri kif ukoll pajjiżi fir-reġjun 8 ).
Aktar informazzjoni dwar l-oriġini u l-isfond professjonali tal-parteċipanti li mistennija jieħdu sehem fl-impenji tal-2020 tal-Programm se tingħata f’edizzjoni futura tar-rapport annwali dwar Pericles, soġġett għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19.
b.Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet skont il-Programm ta’ Ħidma Annwali 2020
Ħarsa ġenerali aktar dettaljata lejn l-azzjonijiet Pericles impenjati skont il-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2020 jinstab fl-Anness I. Ħarsa ġenerali aktar dettaljata lejn dawn l-azzjonijiet se tingħata f’edizzjoni futura tar-rapport annwali Pericles, soġġett għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19.
3.Implimentazzjoni fl-2020 ta’ azzjonijiet li sar impenn dwarhom f’baġits preċedenti tal-Programm 9
Fis-sena 2020 seħħet l-implimentazzjoni ta’ azzjoni waħda mill-Kummissjoni li sar impenn dwarha taħt baġits preċedenti tal-Programm. L-azzjoni kienet taħriġ tekniku dwar il-protezzjoni tal-muniti tal-euro, li sar f’Belgrad, is-Serbja, bejn it-3 u l-5 ta’ Marzu 2020. Din l-azzjoni kellha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar -il-falsifikazzjoni tal-muniti tal-euro fis-Serbja u l-pajjiżi ġirien, biex tiżdied il-kapaċità teknika fis-Serbja, kif ukoll biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn is-Serbja u l-Montenegro, u bejn is-Serbja u l-UE. L-azzjoni tirrefletti l-prijorità kontinwa tal-Programm Pericles li jrawwem kooperazzjoni reġjonali aħjar fl-Ewropa tax-Xlokk biex jiġġieled il-falsifikazzjoni tal-flus 10 .
Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, ħames (5) azzjonijiet ippjanati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja, tal-Bulgarija, tal-Portugall u tal-Italja, li ġew iffinanzjati bħala parti mis-Sejħa għal Proposti tal-2019, li kellhom isiru fl-2020, ġew riskedati għall-2021 jew aktar tard. Ħarsa aktar dettaljata lejn dawn l-azzjonijiet se tingħata f’edizzjoni futura tar-rapport annwali Pericles, soġġett għall-implimentazzjoni tagħhom fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19.
4.Konklużjonijiet u t-triq ’il quddiem
Il-programm “Pericles 2020” jibqa’ għodda importanti u effiċjenti fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Il-Programm jifforma l-bażi għall-appoġġ ta’ studji, iż-żamma u l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni, u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-atturi kollha involuti fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro. Dan huwa appoġġat wkoll mill-fatt li fl-2020, 99,56 % 11 tal-pakkett baġitarju ġie impenjat, li jirrifletti l-interess tal-Istati Membri fil-Programm u l-għadd jikber ta’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti bħala benefiċjarji fil-programm. Għaldaqstant, l-impenji li saru taħt il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2020 jirriflettu r-rakkomandazzjoni tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm biex titħeġġeġ parteċipazzjoni akbar tal-Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali fil-programm.
Il-Kummissjoni regolarment tqassam ir-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati skont il-Programm lill-esperti tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Iffalsifikar tal-Euro (ECEG). Fl-2020, saru żewġ (2) laqgħat tal-ECEG. Il-Programm juri livell għoli ta’ konsistenza u komplementarjetà ma’ programmi u azzjonijiet rilevanti oħra fil-livell tal-Unjoni minħabba li huwa ddedikat esklussivament għal u jiffoka fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra forom speċifiċi ta’ kriminalità organizzata, b’mod partikolari l-falsifikazzjoni tal-euro. Dan huwa minnu għall-istrument tal-Assistenza Teknika u Skambju tal-Informazzjoni (TAIEX) tad-DĠ NEAR, li ta’ sikwit jintuża biex jiġu appoġġati n-negozjati tal-adeżjoni, u l-Fond tas-Sigurtà Interna tad-DĠ HOME - il-Pulizija 12 , li jkopri l-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha b’mod ġenerali.
Il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill bdew il-proċedura leġiżlattiva biex il-programm jitkompla lil hinn mill-2020 bħala l-programm Pericles IV bħala parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss 13 .
Abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-Programm u tal-analiżi kontinwa tat-theddid emerġenti li ġew diskussi fl-ECEG, il-prijoritajiet għall-2021 huma dawn li ġejjin 14 :
·L-attivitajiet ta’ appoġġ bl-għan li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li huma milquta b’mod partikolari mill-produzzjoni u mid-distribuzzjoni ta’ flus foloz;
·It-trawwim ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi terzi fejn hemm suspett jew evidenza tal-preżenza ta’ produzzjoni ta' flus foloz tal-euro;
·Iż-żamma ta' qafas effiċjenti għall-ħarsien tal-euro fix-Xlokk tal-Ewropa;
·Żviluppi topiċi:
oKaratteristiċi ta’ sigurtà tal-muniti tal-euro;
oDistribuzzjoni ta’ flus foloz u komponenti ta’ kwalità għolja fuq id-darknet, u karti tal-flus użati fil-films jew repliki użati għax-xeni online (inklużi karti b’disinn mibdul);
oL-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 dwar l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni;
oAppoġġ għall-istabbiliment/tisħiħ tal-NCOs.
Meta tqis l-impatt kontinwu tal-COVID-19 fuq il-programm Pericles 2020, u l-programm futur Pericles IV (2021 - 2027), il-Kummissjoni se tapplika politika ta’ flessibilità u simplifikazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Programm fl-2021, u b’mod partikolari se tħeġġeġ lill-benefiċjarji attwali kif ukoll lill-applikanti futuri biex jesploraw il-possibbiltà li jittrasformaw l-azzjonijiet ippjanati tagħhom f’azzjonijiet diġitali jew ibridi.
Ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-azzjonijiet ta’ Pericles li ttieħed impenn dwarhom f’baġits preċedenti tal-programm Pericles 2020, li madankollu ġew implimentati fl-2020 jew se jiġu implimentati fl-2021 tinstab fl-Anness II.
Fost il-parteċipanti kien hemm esperti Serbi, rappreżentanti tal-Europol u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mill-Montenegro, l-Awstrija, il-Kroazja,
l-Ungerija u s-Slovenja.
Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).
Il-prijoritajiet tal-Programm għall-2021 huma parti essenzjali mill-Programm ta’ Ħidma Annwali, li huwa anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-28.4.2021 dwar il-finanzjament tal-programm Pericles IV u l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali għall-2021- C(2021)2788 final.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 12.8.2021
COM(2021) 476 final
ANNESS
tar-
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm Pericles 2020 għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni fl-2020
Anness I: Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet li għalihom ġew impenjati l-fondi fl-2020
|
Organizzatur 1 |
Attività |
Post u Data |
Kontribuzzjoni tal-Kummissjoni (ammont impenjat f’euro) |
||
|
Seminars |
|||||
|
GIRP Ir-Rumanija |
ASPASIA - Il-Konferenza Seven Seas u skambju tal-persunal bejn pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa u pajjiżi tal-UE li ma jużawx l-euro. Stati Membri |
Bucharest, ir-Rumanija Konferenza ta’ 3 ijiem Segwita minn żjarat ta’ studju fit-12-il pajjiż parteċipanti Lulju 2022 |
112 179.14 |
||
|
Għan ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-għarfien espert.
|
|||||
|
Pulizija Nazzjonali in-Netherlands |
Kuxjenza tal-falsifikazzjoni ta’ dokumenti ta’ valur, l-euro, u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni |
Rotterdam, in-Netherlands 20-22 ta’ April 2022 |
158 353.48 |
||
|
Għan ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-għarfien espert. |
|||||
|
Taħriġ tekniku |
|||||
|
BIBE Spanja |
Kors ta’ taħriġ kontra l-falsifikazzjoni ta’ flus għal esperti minn pajjiżi tal-Amerika Latina |
Montevideo (UY) 23-26 ta’ Novembru 2021 |
218 928.82 |
||
|
Għan ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-għarfien espert. |
|||||
|
BDE Spanja |
Attività ta’ taħriġ dwar l-analiżi tal-muniti foloz għal esperti tekniċi |
Madrid (ES) 16-18 ta’ Novembru 2021 |
41 243.69 |
||
|
Għan ewlieni tal-azzjoni: Biex tiżdied l-effettività fl-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u l-klassifikazzjoni tal-muniti tal-euro foloz.
|
|||||
|
Skambji tal-persunal |
|||||
|
CCAFM L-Italja |
Skambju tal-Persunal dwar tekniki ta’ investigazzjoni kontra l-falsifikazzjoni tal-flus |
Ruma, l-Italja 6 korsijiet ta’ taħriġ u żjarat fis- 6 pajjiżi parteċipanti. 2021 |
50 465.03 |
||
|
Għan ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-għarfien espert. Trasformazzjoni potenzjali f’azzjoni ibrida/diġitali. |
|||||
|
BDE Spanja |
Skambju tal-persunal dwar proċeduri, għarfien u esperjenzi sabiex jittejbu l-metodi ta’ ħidma interni fiċ-ċentri ta’ analiżi nazzjonali Franċiżi u Spanjoli (NACs) |
Pariġi (FR) Madrid (ES) Q4 2021-Q1 2022 |
30 629.05 |
||
|
Għan ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-għarfien espert. |
|||||
|
Studji |
|||||
|
Monnaie de Paris |
Nanoguard 3, żvilupp u industrijalizzazzjoni ta’ muniti b’sigurtà għolja |
Studju li jinvolvi z-zekek mill-Awstrija, Franza u l-Ġermanja Jannar 2021-Diċembru 2021 |
209 250.00 |
||
|
Għan ewlieni tal-azzjoni: It-titjib tal-elementi ta’ sigurtà tal-muniti futuri tal-euro. |
|||||
|
Għodda E-grants |
|||||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
Żvilupp tal-għodda E-grants |
Brussell |
152 469.00 |
||
|
Għan ewlieni tal-azzjoni: migrazzjoni tal-proċess tal-applikazzjoni tal-programm Pericles minn format stampat għal format diġitali. |
|||||
L-ismijiet sħaħ tal-organizzaturi jinsabu fil-lista ta’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001, ĠU C 264, 12.8.2015, p. 2–29.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 12.8.2021
COM(2021) 476 final
ANNESS
tar-
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm Pericles 2020 għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni fl-2020
Anness II: Azzjonijiet Pericles 2020 li għalihom ġew impenjati fondi taħt baġits preċedenti iżda li ġew implimentati fl-2020 jew se jiġu implimentati fl-2021
|
Organizzatur 1 |
Attività |
Post u Data |
Kontribuzzjoni tal-Kummissjoni (ammont impenjat f’euro) |
||
|
Seminars |
|||||
|
Il-Bulgarija PROB |
Superviżjoni ġenerali tal-legalità f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat |
Sofija (BG) 25-28 ta’ Mejju 2021 |
70 090.87 tunnellati |
||
|
Objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-għarfien espert. Trasformat f’azzjoni ibrida |
|||||
|
Il-Kroazja CNB |
Ir-raba’ konferenza min-Network tal-Balkani għall-Protezzjoni tal-Euro |
Zadar (HR) 21-24 ta’ Settembru 2021 |
83 553.24 |
||
|
Objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-għarfien espert. Trasformazzjoni potenzjali f’azzjoni ibrida/diġitali |
|||||
|
Il-Portugall BDP |
L-għarfien tal-euro u l-ġlieda kontra l-iffalsifikar |
Lisbona (il-Portugall) 30 ta’ Setttembru 2021 u 20-24 ta’ Ġunju 2022 |
69 353,65 |
||
|
Objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-għarfien espert. Trasformat f’azzjoni ibrida |
|||||
|
L-Italja UCFIM |
Qafas legali u operattiv dwar il-flus foloz fl-Ewropa u fiċ-Ċina |
Ruma (IT) Iċ-Ċina 18-20 ta’ Ottubru 2021 |
116 995.20 |
||
|
Objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-għarfien espert. |
|||||
|
Taħriġ tekniku |
|||||
|
Il-Kummissjoni Ewropea ECFIN |
Taħriġ tekniku dwar il-protezzjoni tal-euro |
Belgrad (RS) 3-5 ta’ Marzu 2020 |
69 302.93 2 |
||
|
Objettiv ewlieni tal-azzjoni: Biex tiżdied l-effettività fl-identifikazzjoni tal-muniti tal-euro |
|||||
|
Skambji tal-persunal |
|||||
|
L-Italja GDF |
Il-ġlieda kontra l-iffalsifikar tal-Euro permezz ta’ seminars u ta’ skambji tal-persunal bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-banek ċentrali nazzjonali. |
Ruma u Napli (IT) Lisbona (PT) Il-Belt Valletta (MT) Sofija (BG) Podgorica (MN) Bucharest (RO) Marzu 2022 |
51 807.80 |
||
|
Objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-għarfien espert. |
|||||