IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.8.2021
COM(2021) 459 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
dwar l-applikazzjoni fl-2020 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.8.2021
COM(2021) 459 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
dwar l-applikazzjoni fl-2020 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
Werrej
I.L-aċċess għad-dokumenti
1.Nagħmlu l-informazzjoni u d-dokumenti disponibbli permezz ta’ Reġistri u Siti tal-Internet
2.Qafas legali—żviluppi
3.Analiżi tal-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti
3.1.L-għadd ta’ applikazzjonijiet (ara l-Anness – Tabelli 3 u 4)
3.2.Proporzjon ta’ applikazzjonijiet għal kull Direttorat Ġenerali/Servizz tal-Kummissjoni Ewropea (ara l-Anness – Tabella 5)
3.3.Profil soċjali u okkupazzjonali tal-applikanti (Anness – Tabella 6)
3.4.L-oriġini ġeografika tal-applikanti (Anness – Tabella 7)
4.L-Applikazzjoni tal-Eċċezzjonijiet għad-Dritt ta’ Aċċess
4.1.Tipi ta’ aċċess ipprovdut (Anness – Tabelli 8 u 9)
4.2.L-eċċezzjonijiet invokati għad-dritt ta’ aċċess (Anness – Tabella 10)
4.2.1.Stadju inizjali
4.2.2.Stadju konfermatorju
5.Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew
6.Ġurisprudenza Ġdida dwar l-Aċċess għad-Dokumenti
6.1.Il-Qorti tal-Ġustizzja
6.1.1.Kjarifiki ta’ xi regoli sostantivi
6.1.2.Kjarifiki ta’ xi regoli proċedurali
6.2.Il-Qorti Ġenerali
6.2.1.Kjarifiki ta’ xi regoli sostantivi
6.2.2.Kjarifiki ta’ xi regoli proċedurali
6.3.Kawżi tal-qorti introdotti kontra l-Kummissjoni Ewropea fl-2020
It-trasparenza hija waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni ta’ von der Leyen li tirfed l-azzjonijiet kollha. Wieħed mill-elementi essenzjali tagħha huwa d-dritt li wieħed jitlob u jikseb aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet Ewropej.
Dan id-dritt taċ-ċittadin jirriżulta min-natura demokratika, miftuħa u indipendenti tal-amministrazzjoni Ewropea. Il-prinċipji tiegħu huma mnaqqxa fl-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jagħtuhom effett sħiħ u għandhom rwol ċentrali fl-iżgurar li d-deċiżjonijiet tal-Istituzzjonijiet jittieħdu b’mod kemm jista’ jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin.
Quddiem l-isfidi tal-pandemija fl-2020, il-Kummissjoni stinkat biex tissalvagwardja l-effettività tad-dritt ta’ aċċess taċ-ċittadini għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet. Ir-rapport annwali attwali, abbozzat f’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jidentifika x-xejriet, l-isfidi u l-karatteristiċi ewlenin tal-politika, tal-azzjoni u tal-prattika tal-Kummissjoni relatati mal-aċċess għad-dokumenti. Huwa jipprovdi wkoll is-sejbiet tal-Ombudsman Ewropew dwar l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-Regolament u tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Qrati tal-UE.
I.L-aċċess għad-dokumenti
Fl-2020, il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet aċċess għal firxa wiesgħa ta’ dokumenti fil-pussess tagħha, wara talbiet speċifiċi sottomessi fl-ambitu tar-Regolament. Dan l-aċċess ikkomplementa l-pubblikazzjoni proattiva mill-istituzzjoni ta’ minjiera ta’ informazzjoni u ta’ dokumentazzjoni fuq id-diversi reġistri u paġni web tagħha. Is-sena 2020 kienet waħda mingħajr preċedent għall-Kummissjoni Ewropea. Fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, f’konformità mal-miżuri drastiċi ta’ konteniment adottati mill-Istati Membri 1 , fl-2020, il-Kummissjoni Ewropea qiegħdet kważi l-persunal kollu tagħha, ħlief għall-membri tal-persunal li jwettqu kompiti kritiċi/essenzjali, fil-modalità ta’ telexogħol sakemm kellu jingħata avviż ulterjuri.
Dan ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-Regolament fis-sena 2020. Ir-rapport huwa bbażat fuq data statistika li hija miġbura fil-qosor fl-Anness 2 .
L-istatistika tirrifletti l-għadd ta’ applikazzjonijiet li waslu u t-tweġibiet ipprovduti fl-2020. Tipprovdi wkoll data aktar preċiża fir-rigward tal-istatistika miksuba għas-snin preċedenti, wara korrezzjonijiet tal-ikkowdjar regolari sussegwenti 3 . Madankollu, l-istatistika ma tirriflettix l-għadd ta’ dokumenti mitluba jew divulgati (parzjalment), li kienu ferm aktar numerużi. Filwaqt li l-applikanti jistgħu jitolbu aċċess għal dokument wieħed, aktar ta’ spiss jitolbu aċċess għal għadd kbir ta’ dokumenti, jew saħansitra għal fajls sħaħ dwar suġġett jew proċedura speċifiku/a.
Fil-qosor, l-istatistika turi li d-dokumenti mitluba ġew iddivulgati kompletament jew parzjalment f’aktar minn 81 % mit-8 001 kawża fl-istadju inizjali, u ngħata aċċess usa’ jew saħansitra sħiħ f’37,4 % mill-265 kawża eżaminati fl-istadju konfermatorju. Id-data mhux biss tikkonferma l-ftuħ tal-Kummissjoni Ewropea, iżda wkoll l-impenn tal-istituzzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti bħala parti mill-politika ta’ trasparenza ġenerali tagħha, fiċ-ċirkostanzi kollha, inkluż fis-sitwazzjoni ta’ pandemija mingħajr preċedent li kkaratterizzat is-sena 2020.
L-impatt tal-COVID-19
Il-pandemija tal-COVID-19 biddlet l-enfasi tal-istituzzjoni għall-koordinazzjoni tar-rispons immedjat tal-Unjoni għall-pandemija u għall-iżvilupp ta’ pjan ta’ rkupru ekonomiku komprensiv.
Il-Kummissjoni Ewropea nnegozjat ma’ kumpaniji tal-prodotti farmaċewtiċi f’isem l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u dan wassal għall-iffirmar inizjali ta’ sitt ftehimiet, b’aktar taħditiet esploratorji ma’ manifatturi tal-vaċċini addizzjonali li ġew konklużi fl-2020 u fil-bidu tal-2021.
B’mod parallel, il-Kummissjoni Ewropea ħadet serje ta’ azzjonijiet biex tindirizza d-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 u ħeġġet lill-atturi kollha, inklużi l-postijiet tas-suq online u l-media soċjali, biex jgħinu f’din il-ġlieda 4 .
Fil-qafas ta’ din is-sitwazzjoni ta’ pandemija mingħajr preċedent, il-Kummissjoni Ewropea mxiet mal-prinċipji gwida tagħha għall-funzjonament tagħha, jiġifieri: it-trasparenza, il-kolleġġjalità u l-effiċjenza 5 .
Il-Kummissjoni Ewropea stinkat biex toħloq l-ambjent meħtieġ biex tappoġġa network ta’ manifattura sigur u l-ottimizzazzjoni għall-produzzjoni ta’ vaċċini kontra l-COVID-19. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Ewropea qablet mal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea biex, akkont u f’isem l-Istati Membri, tikkonkludi Ftehimiet ta’ Xiri bil-Quddiem mal-manifatturi tal-vaċċini bil-għan li jiġu akkwistati vaċċini għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 fil-livell tal-Unjoni, għal kulħadd, f’kundizzjonijiet sikuri u bi prezz ġust.
Fi sforz biex tiġi żgurata trasparenza kemm jista’ jkun sħiħa tal-proċess għax-xiri tal-vaċċini kontra l-COVID-19, il-Kummissjoni Ewropea stinkat biex tippubblika informazzjoni f’waqtha dwar l-iffirmar tal-kuntratti u s-sitwazzjoni attwali tan-negozjati mal-manifatturi tal-vaċċini. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni kienet involuta f’konsultazzjonijiet mal-manifatturi tal-vaċċini involuti f’dak il-proċess dwar il-possibbiltà li jiġu divulgati kuntratti li jikkonċernaw tali xiri.
B’riżultat ta’ dan, ġew ippubblikati b’mod progressiv verżjonijiet editjati ta’ ftehimiet għax-xiri ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 fuq bażi proattiva.
Madankollu, l-objettiv tal-akkwist ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 minn manifatturi kummerċjali jirrikjedi li xi interessi leġittimi li jistgħu jiġu mminati permezz tad-divulgazzjoni ta’ dokumenti jkunu protetti kif xieraq, b’mod partikolari informazzjoni kummerċjali sensittiva jew il-kapaċità tal-Kummissjoni li tinnegozja mal-manifatturi kummerċjali portafoll ta’ kuntratti varjat.
Riżorsi
Fil-Kummissjoni Ewropea, it-trattament tal-aċċess inizjali għat-talbiet għal dokumenti jiġi ttrattat fuq bażi deċentralizzata mid-diversi Direttorati Ġenerali u servizzi tal-Kummissjoni. Kull Direttorat Ġenerali u servizz jinnomina mill-anqas espert legali wieħed għal dan il-kompitu, li jaġixxi bħala “koordinatur tal-aċċess għad-dokumenti”.
Skont id-daqs tas-servizz u l-għadd ta’ talbiet li jaslu, il-“koordinaturi tal-aċċess għad-dokumenti” jiġu normalment assistiti minn xi persunal ta’ appoġġ u huma fdati bil-koordinazzjoni tal-abbozz tat-tweġibiet mal-unitajiet inkarigati mill-oqsma ta’ politika sottostanti.
It-talbiet konfermatorji jiġu ttrattati mis-Segretarjat Ġenerali.
Tim speċifiku fi ħdan l-Unità tas-Segretarjat Ġenerali għat-Trasparenza, il-Ġestjoni tad-Dokumenti u l-Aċċess għad-Dokumenti jittratta talbiet konfermatorji, sabiex jiġi żgurat rieżami amministrattiv indipendenti tat-tweġiba mogħtija fl-istadju inizjali. Barra minn hekk, l-Unità tipprovdi gwida, taħriġ u pariri orizzontali lid-Direttorati Ġenerali u lis-servizzi kollha tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-Servizz Legali, filwaqt li tiżgura l-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni uniformi tar-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
L-Unità timmaniġġa wkoll is-sistema tal-IT madwar il-Kummissjoni Ewropea kollha li tittratta t-talbiet inizjali u konfermatorji għall-aċċess għad-dokumenti: Gestdem. Fl-2020, il-Kummissjoni kompliet tiżviluppa ulterjorment is-sistema futura tagħha għat-trattament tat-talbiet għal aċċess permezz ta’ portal online elettroniku, jiġifieri l-“Aċċess Elettroniku għad-Dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea” (jew l-“EASE”).
L-għan tal-proġett EASE huwa li joħloq soluzzjoni tal-IT ta’ punt uniku ta’ servizz, elettronika u integrata b’mod sħiħ għas-sottomissjoni u għat-trattament ta’ applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti tal-Kummissjoni. L-għan aħħari tiegħu huwa li jġib il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE eqreb lejn iċ-ċittadini. L-EASE huwa skedat li se jidħol fil-produzzjoni f’nofs l-2021. Huwa jikkonsisti f’żewġ partijiet, jiġifieri:
(1).portal online ġdid li jippermetti liċ-ċittadini (i) jissottomettu u jkollhom stampa ġenerali tal-applikazzjonijiet tagħhom ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni, (ii) jikkomunikaw mal-Kummissjoni kif ukoll (iii) ifittxu dokumenti li jkunu diġà ġew iddivulgati; u
(2).sistema ġdida ta’ ġestjoni tal-każijiet li tippermetti lill-persunal tal-Kummissjoni jirreġistra, jattribwixxi u jittratta l-applikazzjonijiet ta’ aċċess għad-dokumenti. Din se tissostitwixxi l-Gestdem, is-sistema attwali tal-IT użata għal dan il-għan.
Barra minn hekk, f’kooperazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika, fl-2020, it-tim tal-proġett kompla jaħdem fuq l-Istudju dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, li l-għan tiegħu huwa li jidentifika “każijiet ta’ użu” li fihom it-tekniki tal-intelliġenza artifiċjali jkunu jistgħu jissimplifikaw it-trattament tal-applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti.
Bħala konklużjoni, il-proġett il-ġdid EASE jenħtieġ li jipprovdi aktar trasparenza u jressaq liċ-ċittadini eqreb lejn il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE.
1.Nagħmlu l-informazzjoni u d-dokumenti disponibbli permezz ta’ Reġistri u Siti tal-Internet
Il-Kummissjoni tippubblika varjetà wiesgħa ta’ dokumenti legali, ta’ politika, amministrattivi u oħrajn fuq siti web u reġistri differenti. Ħafna huma disponibbli fir-Reġistru tad-Dokumenti tal-Kummissjoni, fir-Reġistru tal-Atti Delegati u f’reġistri korporattivi oħrajn ġestiti mis-Segretarjat Ġenerali, filwaqt li oħrajn jistgħu jinstabu fuq siti web ġestiti mid-Direttorati Ġenerali jew fil-EUR-Lex.
Fl-2020, ġew miżjuda 19 849 dokument ġdid mar-Reġistru tad-Dokumenti tal-Kummissjoni (ara l-Anness – Tabella 1), li jaqgħu fil-Kategorija C, COM, JOIN, ĠU, PV, SEC jew SWD 6 . Dan jirrappreżenta żieda ta’ madwar 8,2 % meta mqabbel mal-2019.
Il-proġett li għaddej bħalissa “Tiġdid tar-Reġistru tad-Dokumenti tal-Kummissjoni” li għandu l-għan li jittrasforma r-Reġistru tad-Dokumenti tal-Kummissjoni fl-għodda ewlenija ta’ pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-istituzzjoni baqa’ miexi ’l quddiem 7 .
Fl-2020, l-għadd ta’ viżitaturi tas-sit web “Aċċess għad-Dokumenti” fuq Europa 8 żdied b’aktar mid-doppju, b’14 716-il viżitatur meta mqabbel mas-6 642 fis-sena preċedenti. Bl-istess mod, l-għadd ta’ paġni li ġew ikkonsultati żdied bi kważi 141,6 %, b’24 429 paġna kkonsultata (ara l-Anness – Tabella 2) 9 .
Iż-żewġ pjattaformi għadhom għodod tat-tfittxija utli li jippermettu liċ-ċittadini jipparteċipaw aktar mill-qrib u b’mod attiv fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll li jippermettu l-politika dwar l-aċċess għad-dokumenti u trasparenza usa’ b’mod ġenerali.
Fl-2020, il-Kummissjoni Ewropea kompliet tippubblika firxa wiesgħa ta’ informazzjoni u dokumenti b’mod proattiv u faċli għall-utent. Fl-istess ħin, l-istituzzjoni fittxet b’mod kostanti li tesplora għodod ġodda mfassla biex ikomplu jżidu t-trasparenza tal-attivitajiet globali tagħha u jinvolvu liċ-ċittadini fil-proċess demokratiku. Minkejja l-pandemija tal-COVID-19, fl-2020 il-Kummissjoni Ewropea rnexxielha tuża sforzi mmirati biex ittejjeb aktar it-trasparenza tal-attivitajiet ewlenin kollha tagħha.
Xi eżempji li juru dan l-isforz huma elenkati hawn taħt.
Pubblikazzjoni tal-ispejjeż tal-missjonijiet tal-Membri tal-Kummissjoni
Fl-2020, il-Kummissjoni kompliet tippubblika fuq is-sit web Europa ħarsa ġenerali lejn l-ispejjeż tal-missjonijiet għal kull Membru tal-Kummissjoni kull xahrejn, li jkopru l-missjonijiet kollha, f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea.
Tali pubblikazzjoni tipprovdi trasparenza kemm dwar il-kostijiet kif ukoll dwar l-iskop tal-missjonijiet rispettivi. Tista’ tinstab link għall-informazzjoni rilevanti fuq il-paġna web rispettiva ta’ kull Kummissarju.
Brexit
Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar 2020, wara r-ratifika tal- Ftehim dwar il-Ħruġ mill-UE u mir-Renju Unit.
Matul il-proċess ta’ negozjar, il-Kummissjoni, bħala negozjatur tal-Unjoni Ewropea, baqgħet impenjata li tiżgura livell massimu ta’ trasparenza. Għal din ir-raġuni, id-dokumenti ta’ negozjar tal-Kummissjoni kondiviżi mal-Istati Membri tal-UE, mal-Kunsill Ewropew, mal-Parlament Ewropew, mal-Kunsill, mal-parlamenti nazzjonali, u mar-Renju Unit, ġew rilaxxati regolarment għall-pubbliku, flimkien ma’ dokumenti oħrajn li jinfurmaw lill-pubbliku dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati u l-kwistjonijiet diskussi 10 .
Politika kummerċjali
Il-politika kummerċjali taffettwa liċ-ċittadini kollha tal-UE. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea tisma’ l-kontribut miċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex il-politika tal-UE tkun tirrifletti l-valuri u l-interessi tas-soċjetà tagħna kollha kemm hi. Għaldaqstant, din il-politika tissawwar bil-kontribut taċ-ċittadini tal-UE, li jingħata qabel, matul u wara l-proċess ta’ negozjar.
Fl-2020, it-trasparenza u l-involviment mal-pubbliku komplew ikunu fatturi essenzjali fi ħdan il-politika kummerċjali sabiex jiġu żgurati d-demokrazija, il-fiduċja tal-pubbliku u r-responsabbiltà. L-informazzjoni dwar 84 laqgħa ta’ kumitati u djalogi stabbiliti fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali tagħha ġiet ippubblikata fl-2020, flimkien ma’ 34 rapport ta’ negozjati; u informazzjoni dwar 16-il laqgħa ta’ Gruppi ta’ Esperti 11 .
Barra minn hekk, għall-ewwel darba, ġew ippubblikati 11-il deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-Trattati Bilaterali fuq l-Investiment tal-Istati Membri, u rekord sommarju mhux sensittiv ta’ kumitat tal-Istrumenti għad-Difiża tal-Kummerċ. Barra minn hekk, ġew organizzati 17-il laqgħa ta’ Djalogu tas-Soċjetà Ċivili biex jiġu aġġornati n-negozjati individwali li għaddejjin bħalissa, jew biex jiġu diskussi abbozzi ta’ rapporti tal-SIAs u l-aġenda kummerċjali ġenerali 12 .
Dawn il-miżuri jibnu fuq l-approċċ trasparenti proattiv tal-politika kummerċjali li diġà ġie segwit mill-Kummissjoni Ewropea.
L-eżempji msemmija hawn fuq ta’ pubblikazzjoni proattiva jikkostitwixxu biss ftit istanzi li juru l-isforzi tal-istituzzjoni biex tagħti spinta lit-trasparenza fit-tifsira wiesgħa tagħha 13 .
2.Qafas legali—żviluppi
Bħalissa hemm żewġ proposti pendenti għall-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jiġifieri:
-il-proposta tal-2008 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, COM(2008)229 final 2008/0090 (COD) 14 ; u
-il-Proposta tal-2011 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, COM(2011)137 final 2011/0073(COD) 15 .
L-ewwel proposta tal-2008, magħrufa wkoll bħala l-“Proposta riformulata” peress li kienet tikkonsisti f’riformulazzjoni sostanzjali tar-Regolament, ġiet introdotta mill-Kummissjoni fit-30 ta’ April 2008 wara l-“Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza” tagħha. Din l-inizjattiva, li tnediet fid-9 ta’ Novembru 2005, kienet tinkludi tabilħaqq rieżami tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 bħala parti mill-isforz tal-Kummissjoni biex toħloq aktar ftuħ.
L-għan tal-Proposta Riformulata huwa li:
-tikseb aktar trasparenza fil-qasam leġiżlattiv;
-tallinja r-Regolament mad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1367/2006;
-tirrifletti l-fehmiet tal-Parlament Ewropew kif stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ April 2006 (fejn il-Parlament Ewropew kien appella lill-Kummissjoni biex tressaq xi proposti għall-emenda tar-Regolament dwar xi punti speċifiċi) u r-riżultati tal-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika mniedi mill-Green Paper tal-Kummissjoni; kif ukoll,
-li tinkorpora l-kjarifiki pprovduti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-prattika tal-Ombudsman Ewropew.
It-tieni proposta sottomessa fil-21 ta’ Marzu 2011, immirata lejn “il-Lisbonizzazzjoni” tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jiġifieri billi jiġi estiż id-dritt ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji kollha sabiex ir-Regolament jiġi allinjat mal-Artikolu 15(3) il-ġdid tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Din il-proposta ma kinitx maħsuba biex tippreġudika l-proċedura li għaddejja bħalissa għal riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni tal-2008, li hija ħalliet intatta.
Fid-29 ta’ Jannar 2020, wara t-talba tal-Parlament Ewropew fil-qafas tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti fis-16 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni pproponiet l-irtirar taż-żewġ proposti fil-“Programm ta’ Ħidma 2020” tagħha 16 .
Dan tal-aħħar intbagħat lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew għall-konsultazzjoni f’konformità mal-punt 9 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Peress li l-Parlament Ewropew oppona l-irtirar tal-proposti, il-Kummissjoni, permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Settembru 2020, qablet li ma tirtirahomx u li tappoġġa diskussjoni politika ulterjuri.
Għalhekk, l-att ta’ rtirar li jikkorrispondi mal-Anness IV tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2020, li fih il-lista finali ta’ proposti rtirati, ġie ppubblikat fid-29 ta’ Settembru 2020 mingħajr ma ġew inklużi ż-żewġ proposti relatati mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 17 .
Konsegwentement, iż-żewġ proposti għadhom pendenti u jibqgħu l-bażi għal kwalunkwe diskussjoni leġiżlattiva u politika ulterjuri. Minkejja dan, il-Kummissjoni tqis li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 kif interpretat skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jkompli jipprovdi qafas legali xieraq u effiċjenti għall-iżgurar tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti.
3.Analiżi tal-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti
3.0.L-għadd ta’ applikazzjonijiet (ara l-Anness – Tabelli 3 u 4)
§Applikazzjonijiet inizjali
Kif muri mill-graff ta’ hawn taħt, fl-2020, l-għadd ta’ applikazzjonijiet inizjali kien laħaq it-8 001 18 . Din iċ-ċifra tirrifletti żieda qawwija ta’ kważi 7,5 % meta mqabbla mal-2019 19 .
Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet 9 181 tweġiba inizjali, meta mqabbla ma’ 8 449 fl-2019, li jindika żieda ta’ kważi 8,7 %.
Fost dawn it-tweġibiet inizjali, 8 164 inħarġu fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (meta mqabbel ma’ 7 612 fl-2019) 20 . Dan l-għadd juri żieda ta’ madwar 7,25 % f’sena waħda.
L-għadd ta’ “tweġibiet mogħtija”, kif estratt mill-bażi tad-data, jinkludi t-tipi kollha ta’ segwitu pprovduti mill-Kummissjoni Ewropea, li jestendu minn:
-it-tweġibiet mogħtija fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (inkluż fejn ma jinżammux dokumenti); sa
-it-tweġibiet ipprovduti fl-ambitu ta’ oqfsa legali differenti (minħabba l-kontenut tal-applikazzjoni jew l-istatus tal-applikant 21 , eċċ.); jew saħansitra
-għeluq wara nuqqas mill-applikanti li jipprovdu l-kjarifiki mitluba jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti proċedurali.
§Applikazzjonijiet konfermatorji
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet konfermatorji li jitolbu rieżami mill-Kummissjoni Ewropea ta’ tweġibiet inizjali li jirrifjutaw l-aċċess kompletament jew parzjalment, l-għadd tagħhom kien jammonta għal 309 fl-2020, li jirrifletti tnaqqis ta’ kważi 7,5 % meta mqabbel mal-2019. Din hija l-ewwel darba li jista’ jiġi osservat tnaqqis fl-għadd ta’ applikazzjonijiet konfermatorji mill-2015.
Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet 298 tweġiba, li fosthom 265 kienu bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Dan l-aħħar numru jirrifletti tnaqqis ta’ kważi 10,5 % meta mqabbel mal-2019 kif muri mill-graff ta’ hawn taħt.
3.1.Proporzjon ta’ applikazzjonijiet għal kull Direttorat Ġenerali/Servizz tal-Kummissjoni Ewropea (ara l-Anness – Tabella 5)
§Aċċess għad-dokumenti tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Ta’ min jinnota li d-data li tappartjeni għall-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (“OLAF”) indikata hawn taħt, tikkonċerna esklussivament applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti relatati mal-attivitajiet amministrattivi tiegħu, li huma rreġistrati f’Gestdem.
Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti li jikkonċernaw l-attivitajiet investigattivi tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, minħabba s-sensittività partikolari ta’ dawn tal-aħħar, huma soġġetti għal proċedura speċifika f’konformità mal-Artikolu 3(3) u mal-Artikolu 4 tar-Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 22 .
Fl-2020, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi rċieva 16-il applikazzjoni inizjali u tliet applikazzjonijiet konfermatorji fir-rigward tal-attivitajiet investigattivi tiegħu, li għalhekk ma humiex koperti minn dan ir-rapport.
Barra minn hekk, fir-rigward tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”), jenħtieġ li jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni żżomm biss dokumenti tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija. Għalhekk, id-data li tappartjeni għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna f’dan ir-rapport tikkonċerna biss applikazzjonijiet għall-aċċess għal tali dokumenti.
§Applikazzjonijiet inizjali
Fl-2020, is-Segretarjat Ġenerali 23 rċieva l-ogħla proporzjon ta’ applikazzjonijiet inizjali (10,2 %).
Dan kien segwit mill-qrib mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari 24 , li kien jirrappreżenta kważi 7,7 % tal-applikazzjonijiet inizjali. Din iċ-ċifra turi l-interess kbir kostanti tal-applikanti fi kwistjonijiet relatati mas-saħħa, li kien prevalenti anke qabel il-pandemija tal-Covid-19 25 .
Dan kien segwit mid-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali 26 (7,3 %), mid-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs 27 (7,1 %), mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni 28 (6,2 %), mid-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni 29 (4,8 %), mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali 30 (4,7 %) mid-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport 31 (4,5 %), u mid-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali 32 (4 %).
Il-bqija tad-dipartimenti u tas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea kull wieħed kienu jirrappreżentaw anqas minn 4 % tal-applikazzjonijiet inizjali kollha.
§Applikazzjonijiet konfermatorji
L-ogħla proporzjon ta’ applikazzjonijiet konfermatorji li waslu fl-2020 mis-Segretarjat Ġenerali oriġinaw mit-tweġibiet inizjali pprovduti mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (15,2 %).
Dan tal-aħħar ġie segwit mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (8,7 %), mid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija 33 (8,1 %), mis-Segretarjat Ġenerali (7,8 %), mid-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (5,2 %), mid-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (4,9 %) u mis-Servizz Legali 34 (4,5 %). It-tweġibiet inizjali pprovduti mill-bqija tad-dipartimenti u tas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea kull wieħed kienu jirrappreżentaw anqas mill-4 % tat-talbiet għal rieżami konfermatorju.
3.2.Profil soċjali u okkupazzjonali tal-applikanti (Anness – Tabella 6)
L-applikanti jistgħu jindikaw fuq il-formola ta’ applikazzjoni tas-sit web Europa, il-profil soċjali/okkupazzjonali tagħhom billi jagħżlu waħda mid-disa’ kategoriji li ġejjin: ċittadin, akkademiku, avukat, ġurnalista, organizzazzjoni mhux governattiva, kumpanija, Membru tal-Parlament Ewropew, awtoritajiet subnazzjonali jew tal-Istati Membri 35 .
Għal finijiet ta’ statistika, il-profil ta’ “ċittadini” jkopri l-applikanti li indikaw il-profil tagħhom bħala tali, u jikkostitwixxi l-opzjoni prestabbilita li tkopri lil dawk li ma jkunu għażlu l-ebda kategorija soċjali/okkupazzjonali.
§Applikazzjonijiet inizjali
Fl-2020, il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet inizjali, bħal fis-snin preċedenti, oriġinaw miċ-ċittadini. Din il-kategorija ta’ applikant fil-fatt issottomettiet madwar 51,3 % tat-talbiet.
It-tieni post fost l-aktar applikanti prolifiċi, li kien okkupat minn istituzzjonijiet akkademiċi u minn gruppi ta’ riflessjoni fl-2019, fl-2020 inkiseb lura mill-kumpaniji (bħal fl-2018) li kienu jirrappreżentaw 11,7 % tal-applikazzjonijiet inizjali. Madankollu, l-istituzzjonijiet akkademiċi u l-gruppi ta’ riflessjoni segwew mill-qrib b’madwar 10,7 % tal-applikazzjonijiet inizjali. Il-professjonisti legali u l-ġurnalisti (bi 8,9 % u b’7,9 % rispettivament) għadhom applikanti ewlenin, bħal fis-snin preċedenti. L-organizzazzjonijiet mhux governattivi (bi kważi 6 %) jirrappreżentaw l-unika kategorija li jifdal ta’ applikanti li tirrappreżenta aktar minn 5 % tal-applikazzjonijiet inizjali. Dawn kienu segwiti bi ftit distanza mill-bqija tal-kategoriji, li kull waħda minnhom kienet tirrappreżenta anqas minn 2 % tal-applikazzjonijiet inizjali.
§Applikazzjonijiet konfermatorji
Il-maġġoranza tal-applikazzjonijiet konfermatorji fl-2020 oriġinaw minn ċittadini, li kienu jirrappreżentaw 39,8 % ta’ tali applikazzjonijiet (meta mqabbla ma’ 51,5 % fl-2019 u 36,2 % fl-2018).
Il-ġurnalisti kienu fit-tieni pożizzjoni, u ppreżentaw għadd kbir ta’ applikazzjonijiet konfermatorji, li jammontaw għal mhux anqas minn 15,5 %.
It-tielet pożizzjoni hija okkupata minn organizzazzjonijiet mhux governattivi li ppreżentaw 14,9 % tal-applikazzjonijiet konfermatorji, segwiti mill-qrib mill-professjonisti legali, li kienu jirrappreżentaw madwar 12,9 % tal-applikazzjonijiet konfermatorji.
Dawn kienu segwiti bi ftit distanza mill-kumpaniji (7,1 %), mill-istituzzjonijiet akkademiċi u mill-gruppi ta’ riflessjoni (6,2 %) u l-bqija tal-kategoriji kienu jirrappreżentaw anqas minn 4 % tal-applikazzjonijiet konfermatorji.
3.3.L-oriġini ġeografika tal-applikanti (Anness – Tabella 7)
§Applikazzjonijiet inizjali
Fir-rigward tat-tqassim ġeografiku tal-applikazzjonijiet inizjali fl-2020, jidher li dawk ippreżentati minn applikanti mill-Belġju (30,6 %), mill-Ġermanja (11,9 %) u minn Franza (8,8 %) flimkien jammontaw għal aktar minn nofs l-għadd totali ta’ applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni. L-Italja ġiet ir-raba’ bi kważi 7,7 % tal-applikazzjonijiet inizjali, segwita min-Netherlands (5,9 %) u minn Spanja (5,2 %). L-applikazzjonijiet li oriġinaw mill-Istati Membri li jifdal kienu jirrappreżentaw anqas minn 2 % għal kull Stat Membru.
Huwa nnutat tnaqqis kbir fl-għadd ta’ applikazzjonijiet mir-Renju Unit u dan huwa impressjonanti. Fil-fatt, fl-2020, anqas minn 0,5 % tal-applikazzjonijiet inizjali oriġinaw mir-Renju Unit, meta mqabbla ma’ 7,8 % fl-2019, 9,2 % fl-2018 u 15,2 % fl-2017. Il-fatt li r-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar 2020, wara r-ratifika tal- Ftehim dwar il-Ħruġ mill-UE u mir-Renju Unit kellu impatt ċar fuq din id-data.
Fl-2020, id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kompla jiġi eżerċitat ukoll minn applikanti li jirrisjedu jew li għandhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom f’pajjiżi terzi. L-applikazzjonijiet inizjali tagħhom ikkonfermaw iż-żieda żgħira iżda kostanti osservata fis-snin preċedenti, li tammonta għal madwar 11,2 % meta mqabbla ma’ 6,6 % fl-2019, ma’ 5,3 % fl-2018 u ma’ kważi 5 % fl-2017.
§Applikazzjonijiet konfermatorji
Fir-rigward tat-tqassim ġeografiku tal-applikazzjonijiet konfermatorji, l-akbar proporzjon oriġina, bħal fis-snin preċedenti, minn applikanti residenti/stabbiliti fil-Belġju li kienu jirrappreżentaw 27,5 % tal-applikanti kollha, għalkemm jikkonfermaw it-tnaqqis nett li diġà ġie osservat mill-2019.
It-tieni l-akbar kategorija ta’ applikanti oriġinat, bħal fl-2019, mill-Ġermanja (15,5 %), segwita min-Netherlands (8,4 %), minn Spanja u mill-Italja (6,8 % kull wieħed), u minn Franza (6,5 %). Għall-bqija tal-Istati Membri, din iċ-ċifra ma taqbiżx l-4 %.
Fl-aħħar nett, l-għadd ta’ applikazzjonijiet konfermatorji minn applikanti li jirrisjedu jew li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f’pajjiżi terzi, u li kienu jirrappreżentaw mhux anqas minn 8,3 %, osserva żieda netta (meta mqabbla ma’ kważi 1,5 % fl-2019, 2,2 % fl-2018 u 3,6 % fl-2017).
4.L-Applikazzjoni tal-Eċċezzjonijiet għad-Dritt ta’ Aċċess
Id-dritt ta’ aċċess previst fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 huwa soġġett għal numru ta’ eċċezzjonijiet speċifiċi, li huma stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament. Kull rifjut, kemm jekk sħiħ kif ukoll jekk parzjali, irid ikun ġustifikat fl-ambitu ta’ mill-anqas waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet.
4.0.Tipi ta’ aċċess ipprovdut (Anness – Tabelli 8 u 9)
§Stadju inizjali
Fl-2020, ingħata aċċess sħiħ jew parzjali għal dokumenti f’81 % tal-każijiet fl-istadju inizjali (li wera żieda mill-2019, fejn kien laħaq 77,6 %).
Il-perċentwal ta’ tweġibiet kompletament pożittivi żdied b’mod ċar minn 52,8 % fl-2019 għal 55,7 % fl-2020.
Barra minn hekk, il-perċentwal ta’ tweġibiet parzjalment pożittivi kompla jikkonferma x-xejra ta’ żieda kostanti osservata mill-2017 (minn 20,3 % fl-2017, għal 20,8 % fl-2018, 24,8 % fl-2019 u 25,3% fl-2020).
B’mod parallel, it-tnaqqis kostanti fil-perċentwal ta’ aċċess irrifjutat kompletament, li ilu jiġi osservat mill-2016, kompla, u kien jirrappreżenta biss 10,2 % tal-applikazzjonijiet totali inizjali (meta mqabbel ma’ 12,9 % fl-2019, 15,8 % fl-2018; u 18 % u 18,7 %, fl-2017 u fl-2016 rispettivament).
Barra minn hekk, l-2020 irriflettiet tnaqqis żgħir fl-għadd ta’ każijiet li fihom id-dokumenti mitluba jew ma kinux jeżistu jew ma kinux miżmuma mill-istituzzjoni (8,8 % tal-applikazzjonijiet inizjali, meta mqabbla ma’ 9,5 % fl-2019).
§Stadju konfermatorju
Fl-2020, 49,4 % tat-tweġibiet inizjali kkontestati minn applikazzjonijiet konfermatorji ġew ikkonfermati kompletament fl-istadju konfermatorju (meta mqabbel ma’ 30,1 % fl-2019, 41,7 % fl-2018 u 52,9 % fl-2017). 37,4 % tal-applikazzjonijiet konfermatorji treġġgħu lura kompletament jew parzjalment (meta mqabbla ma’ 53,4 % fl-2019).
4.1.L-eċċezzjonijiet invokati għad-dritt ta’ aċċess 36 (Anness – Tabella 10)
4.1.0.Stadju inizjali
Fl-2020, il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu 37 , bħal fi snin preċedenti, baqgħet l-aktar eċċezzjoni użata ta’ spiss mill-Kummissjoni Ewropea għal rifjut (sħiħ jew parzjali) tal-aċċess fl-istadju inizjali. Din ġiet invokata f’mhux anqas minn 44,1 % tar-rifjuti, meta mqabbla ma’ 41,1 % fl-2019 u kważi 34,5 % fl-2018.
Bħal fis-snin preċedenti, għadd kbir minn dawk ir-rifjuti rriżultaw mill-ħtieġa li jiġu redatti l-ismijiet tal-membri tal-persunal mhux superjuri jew tar-rappreżentanti tal-partijiet terzi li jidhru fid-dokumenti, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-protezzjoni tad-data.
It-tieni eċċezzjoni l-aktar invokata tikkonċerna l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali 38 . Din l-eċċezzjoni ntużat f’aktar minn 14,2 % tar-rifjuti (parzjali jew sħaħ) 39 .
L-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-iskop tal-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-awditi 40 kkonfermat il-post tagħha bħala t-tielet l-aktar li ġiet użata, u tammonta għal 11,6 % tar-rifjuti 41 .
Segwiet l-eċċezzjoni mmirata biex tipproteġi l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddej bħalissa 42 , b’perċentwal ta’ użu ta’ 9,7 % 43 .
L-użu relattiv tal-eċċezzjoni li tipproteġi s-sigurtà pubblika 44 ra tnaqqis żgħir (minn 9,2 % fl-2019 għal 6,4 % fl-2020).
Minbarra l-eċċezzjoni li tipprovdi għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali 45 li kienet tirrappreżenta 5,4 % tal-każijiet 46 , il-bqija tal-eċċezzjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ġew invokati mill-istituzzjoni f’anqas minn 4 % tal-każijiet kull waħda, għar-rifjut tal-aċċess parzjali jew sħiħ għad-dokumenti mitluba fl-istadju inizjali.
4.1.1.Stadju konfermatorju
Minkejja ċertu tnaqqis fl-użu tagħha, il-protezzjoni tal-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u awditi kompliet tkun fl-2019, bħal fis-snin preċedenti, l-aktar raġuni ewlenija invokata ta’ spiss għall-konferma ta’ rifjut (sħiħ jew parzjali) ta’ aċċess, u tirrappreżenta 33 % tal-każijiet (meta mqabbel ma’ 24,3 % fl-2019 u kważi 30,6 % fl-2018).
L-eċċezzjoni li tipproteġi l-privatezza u l-integrità tal-individwu ġiet fit-tieni post (26,5 % meta mqabbel ma’ 22,2 % fl-2019 u 25 % fl-2018).
L-eċċezzjoni li tipproteġi l-interess pubbliku fir-rigward tal-interessi kummerċjali ġiet fit-tielet post fl-2020 b’14,4 %, u b’hekk waqqfet it-tnaqqis kostanti preċedenti fl-użu tagħha osservat mill-2016 sal-2019 inkluża.
Din ġiet segwita mill-eċċezzjoni li tipproteġi r-relazzjonijiet internazzjonali, li ġiet invokata f’7,8 % tar-rifjuti, meta mqabbel ma’ 18,4 % fl-2019.
L-eċċezzjoni li tipproteġi l-proċess magħluq tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni ġiet fil-ħames pożizzjoni b’perċentwal ta’ dipendenza ta’ 5,2 %, u b’hekk uriet żieda żgħira meta mqabbla mal-2019 fejn kienet tirrappreżenta biss 4,2 % tar-rifjuti.
Il-bqija tal-eċċezzjonijiet kienu jirrappreżentaw kull waħda anqas minn 5 % tar-raġunijiet għar-rifjut fl-istadju konfermatorju.
5.Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew
Fl-2020, l-Ombudsman Ewropew fetħet 28 inkjesta ġdida li fihom l-aċċess għad-dokumenti kien jew il-parti prinċipali jew il-parti sussidjarja tal-ilment, meta mqabbel ma’ 32 fl-2019 u 29 fl-2018, u għalqet 23 ilment, meta mqabbel ma’ 42 fl-2019 47 .
Minkejja l-fatt li r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew ma humiex legalment vinkolanti, il-Kummissjoni tagħtihom importanza awtorevoli kbira, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għad-dokumenti. F’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni tieħu passi biex tallinja l-prattika tagħha mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew u tilqa’ l-kooperazzjoni pożittiva ma’ tal-aħħar.
F’dan l-isfond, fl-2020, fi tnejn biss mit-23 każ magħluqa, l-Ombudsman Ewropew sabet istanzi ta’ amministrazzjoni ħażina 48 . Il-21 każ li jifdal kollha ngħalqu mingħajr rimarki jew suġġerimenti għal titjib mill-Ombudsman Ewropew 49 .
6. Ġurisprudenza Ġdida dwar l-Aċċess għad-Dokumenti
Fl-2020, il-Qrati tal-UE komplew jiżviluppaw, fil-qafas ta’ diversi proċedimenti ġudizzjarji, il-korp ta’ ġurisprudenza diġà konsiderevoli li jikkonċerna l-aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-UE. Din il-ġurisprudenza ġġenerata reċentement ikkonfermat fil-biċċa l-kbira l-prassi tal-Kummissjoni Ewropea fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u se tkompli tiggwidaha aktar.
6.0.Il-Qorti tal-Ġustizzja
Fl-2020, il-Qorti tal-Ġustizzja tat biss żewġ sentenzi ewlenin fuq id-dritt ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li fihom il-Kummissjoni Ewropea kienet parti fil-proċedimenti, meta mqabbel ma’ ħamsa fl-2019 50 .
Fiż-żewġ sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appelli. F’waħda minn dawn il-kawżi (jiġifieri l-Kawża C-612/18 P), is-sentenza tal-Qorti Ġenerali li ċaħdet ir-rikors għal annullament introdott kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ikkonfermata.
Barra minn hekk, fiż-żewġ kawżi, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat kwistjonijiet li jvarjaw minn aspetti proċedurali għal punti aktar sostantivi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
6.0.0.Kjarifiki ta’ xi regoli sostantivi
Miż-żewġ sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-2020 fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, waħda minnhom, jiġifieri l-kawża ClientEarth vs Il-Kummissjoni Ewropea 51 , tat lill-Qorti l-opportunità li tiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali pprovduta fl-ambitu tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament.
Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li ċerti partijiet ta’ dokumenti relatati mal-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tas-Soluzzjoni ta’ Tilwim bejn Investituri u Stati u s-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE, jistgħu ma jiġux żvelati mill-Kummissjoni abbażi tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, peress li kienu għadhom qed jiġu nnegozjati fil-qafas tal-ftehim ikkonċernat (is-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment).
Fit-tieni sentenza, jiġifieri fil-Kawża Izba vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li fil-valutazzjoni tal-interess legali tal-applikanti fil-kontinwazzjoni tal-proċedimenti, kellu jitqies il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata kienet ġiet adottata abbażi tal-implimentazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità, li tkopri dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ ksur, diġà aċċettata mill-Qorti tal-Ġustizzja 52 .
6.0.1.Kjarifiki ta’ xi regoli proċedurali
Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li applikant, li t-talba tiegħu għall-aċċess għad-dokumenti kienet inizjalment ġiet miċħuda, jista’ jitlob deċiżjoni kontra l-istituzzjoni kkonċernata mit-talba inkwistjoni, anke jekk it-talba tiegħu tkun ġiet issodisfata wara li jkun ippreżenta rikors quddiem il-Qrati tal-UE, biss meta l-applikant ikun jista’ juri li l-allegata illegalità aktarx li terġa’ sseħħ fil-futur, irrispettivament miċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ 53 .
6.1.Il-Qorti Ġenerali
Fl-2020, il-Qorti Ġenerali tat 10 sentenzi 54 li jinvolvu l-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 55 .
Fost dawn l-għaxar sentenzi, sitta minnhom ċaħdu r-rikorsi għal annullament kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 56 .
F’kawża oħra, hija ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors kontra deċiżjoni negattiva implikata li ma kellhiex skop minħabba l-adozzjoni ta’ deċiżjoni konfermatorja pożittiva espressa 57 .
Fi tlieta minn dawk is-sentenzi, il-Qorti Ġenerali ordnat l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 58 .
Fil-qafas ta’ dan il-korp ta’ ġurisprudenza żviluppat fl-2020, il-Qorti Ġenerali kellha l-opportunità tiċċara kwistjonijiet li jvarjaw minn punti sostantivi għal aspetti aktar proċedurali li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
6.1.0.Kjarifiki ta’ xi regoli sostantivi
Fl-2020, il-kjarifiki sostantivi maħruġa mill-Qorti Ġenerali essenzjalment kienu jduru madwar l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet ta’ hawn taħt.
§Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali
Fir-rigward tal-kunċett ta’ relazzjonijiet internazzjonali li jsejsu l-eċċezzjoni pprovduta fl-ambitu tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tinkludi mhux biss il-fażijiet tan-negozjati iżda wkoll il-fażijiet ta’ implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali 59 u li għad-dokumenti li joriġinaw minn pajjiż terz li d-divulgazzjoni tagħhom tista’ ddgħajjef l-interess li jipproteġi r-relazzjonijiet internazzjonali, l-oppożizzjoni tal-pajjiż terz għad-divulgazzjoni hija waħda miċ-ċirkostanzi li jridu jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskju għall-interess protett 60 .
§Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali
Il-Qorti Ġenerali nnotat li għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ir-regola li skontha l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva ta’ ħames snin jew aktar trid titqies bħala storika, tikkostitwixxi indikazzjoni utli 61 .
Madankollu, jibqa’ miftuħ għall-istituzzjoni kkonċernata li turi li dik l-informazzjoni dejjem fiha wieħed mill-elementi essenzjali tal-pożizzjoni kummerċjali tal-impriża kkonċernata, fejn xieraq wara konsultazzjoni ma’ din tal-aħħar f’konformità mal-Artikolu 4(4) ta’ dak ir-regolament 62 . L-oneru tal-prova f’dan ir-rigward jaqa’ fuq l-istituzzjoni 63 .
§Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċedimenti tal-qorti
Il-Qorti Ġenerali saħqet li l-eċċezzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, tipprekludi d-divulgazzjoni ta’: il-kontenut ta’ dokumenti mħejjija biss għall-finijiet ta’ proċedimenti speċifiċi tal-qorti, inklużi sottomissjonijiet jew dokumenti oħrajn ippreżentati matul il-proċedimenti tal-qorti, dokumenti interni dwar l-investigazzjoni tal-kawża quddiem il-qorti u korrispondenza dwar il-kawża bejn id-Direttorat Ġenerali kkonċernat u s-servizz legali jew l-uffiċċju tal-avukati 64 . Dan jikkonċerna wkoll dokumenti li d-divulgazzjoni tagħhom tista’, fil-kuntest ta’ proċedimenti speċifiċi, tikkomprometti l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, minħabba r-rabta rilevanti tagħhom fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-aċċess, jew ma' tilwima pendenti quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropea, jew ma' proċedimenti pendenti quddiem qorti nazzjonali, li x’aktarx ikunu jirrikjedu referenza għal deċiżjoni preliminari 65 .
§Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għan tal-ispezzjonijiet, tal-investigazzjonijiet u tal-awditi
Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li proċedura tal-Kummissjoni strutturata u formalizzata li għandha l-għan li tiġbor u li tanalizza l-informazzjoni sabiex l-istituzzjoni tkun tista’ tieħu pożizzjoni fil-kuntest tal-funzjonijiet tagħha previsti mit-Trattati trid titqies bħala investigazzjoni. Dan il-kunċett jista’ jkopri l-attività tal-Kummissjoni maħsuba biex tistabbilixxi fatti sabiex tiġi vvalutata sitwazzjoni partikolari 66 .
Barra minn hekk, sabiex proċedura tiġi kklassifikata bħala “investigazzjoni”, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha ma hijiex meħtieġa li tieħu l-forma ta’ deċiżjoni skont it-tifsira tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 tat-TFUE, u, tista’ tikkonsisti minn, fost l-oħrajn, rapport jew rakkomandazzjoni 67 .
Barra minn hekk, il-kunċett ta’ investigazzjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ma huwiex ristrett għal attivitajiet investigattivi mwettqa minn istituzzjoni tal-UE u jinkludi dawk imwettqa mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri għall-protezzjoni tal-interessi speċifiċi tagħha 68 .
§Il-kunċett ta’ interess pubbliku prevalenti
Il-Qorti Ġenerali ħadet l-opportunità biex tisħaq fuq il-limiti tal-kunċett ta’ “raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti” fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-interessi privati, inkluż l-eżerċitar tad-drittijiet tad-difiża tal-applikant fi proċess, huma irrilevanti għall-finijiet li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ interess pubbliku prevalenti skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 69 .
Bl-istess mod, kunsiderazzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw l-interess tal-applikant li jikseb kumpens għad-dannu mġarrab bħala riżultat ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, fil-prinċipju, ma humiex suffiċjenti biex jiġi stabbilit interess pubbliku prevalenti 70 . Minkejja dan, kwalunkwe persuna li tfittex kumpens għal dannu mġarrab bħala riżultat ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tista’ tistabbilixxi l-ħtieġa li jkollha aċċess għal kwalunkwe dokument fil-fajl tal-Kummissjoni, sabiex l-istituzzjoni tkun tista’, fuq bażi ta’ każ każ, tibbilanċja l-interessi li jiġġustifikaw id-divulgazzjoni ta’ tali dokumenti u l-protezzjoni tagħhom, filwaqt li tqis il-fatti rilevanti kollha tal-kawża 71 .
§Preżunzjoni ġenerali tal-kunfidenzjalità
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni tad-dokumenti mitluba fuq preżunzjonijiet ġenerali, li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti 72 .
Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni, biex tapplika l-preżunzjoni fir-rigward ta’ dokumenti mitluba li huma parti minn proċedura Pilota tal-UE, hija mitluba li fid-deċiżjoni kkontestata tidentifika d-dokumenti koperti mit-talba għal aċċess, imbagħad li tikklassifikahom skont il-kategorija jew bħala parti minn fajl amministrattiv partikolari 73 .
Skont il-Qorti Ġenerali, fin-nuqqas ta’ tali identifikazzjoni, il-preżunzjoni tal-kunfidenzjalità ma tkunx konfutabbli 74 u l-Qorti ma tkunx fil-pożizzjoni li teżerċita s-setgħa tagħha ta’ rimedju ġudizzjarju dwar jekk il-Kummissjoni kinitx iġġustifikata meta tqis li d-dokumenti mitluba kienu parti minn proċedura Pilota tal-UE 75 .
Għall-finijiet tal-identifikazzjoni tad-dokumenti rilevanti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità, l-istituzzjoni tista’ madankollu tillimita ruħha li tindika, pereżempju: it-“tipi jew il-kategoriji ta’ dokumenti [..] identifikati mis-servizzi tagħha, jew in-numru jew id-data tagħhom” 76 ; jew, “in-natura tagħhom u l-istituzzjoni jew l-amministrazzjoni li abbozzawhom, mingħajr ma tiddivulga l-kontenut tagħhom” 77 .
6.1.1.Kjarifiki ta’ xi regoli proċedurali
Il-kwistjonijiet proċedurali ewlenin indirizzati fl-2020 mill-Qorti Ġenerali kienu jikkonċernaw ir-restrizzjoni unilaterali ta’ talba għal kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ u n-natura obbligatorja tal-limiti ta’ żmien tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
§Restrizzjoni unilaterali ta’ talba għal kamp ta’ applikazzjoni wiesa’
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-istituzzjonijiet jistgħu, f’ċirkostanzi speċifiċi, jirrestrinġu b’mod unilaterali l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ talba għal kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ 78 .
F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali nnutat li n-natura u l-kontenut tad-dokumenti, u mhux biss in-numru ta’ paġni, huma rilevanti 79 . Għalhekk, is-sempliċi referenza għal għadd ta’ paġni ma hijiex biżżejjed biex jiġi vvalutat l-ammont ta’ xogħol meħtieġ mill-eżami speċifiku u individwali tad-dokumenti mitluba 80 .
Barra minn hekk, istituzzjoni jeħtiġilha tkun eżaminat b’mod ġenwin l-opzjonijiet l-oħrajn kollha possibbli u spjegat fid-dettall, fid-deċiżjoni tagħha, ir-raġunijiet għaliex dawk l-opzjonijiet varji jinvolvu wkoll ammont ta’ xogħol mhux raġonevoli 81 .
L-istituzzjoni li tiddependi fuq l-irrazzjonalità tal-kompitu involut mit-talba għandha l-oneru tal-prova f’dan ir-rigward 82 .
Għażla aleatorja mwettqa mill-istituzzjoni ma tistax tikkostitwixxi bażi xierqa għall-identifikazzjoni ta’ dokumenti li jistgħu jiġu vvalutati fil-qafas tar-restrizzjoni unilaterali tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ talba sproporzjonata, anke fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni min-naħa tal-applikant dwar grupp ta’ dokumenti li jistgħu jkunu ta’ rilevanza partikolari għalih 83 . Tali għażla trid tirriżulta minn valutazzjoni oġġettiva fir-rigward tal-ammont massimu ta’ xogħol li l-istituzzjoni tista’ twettaq fil-limiti ta’ żmien tar-Regolament 84 .
F’dan l-isfond, l-ammont ta’ xogħol li jista’ jkun rilevanti għall-valutazzjoni taż-żmien meħtieġ għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni għall-aċċess ma jistax jirriżulta minn eċċess marbut mat-tfittxija u mal-irkupru ta’ dokumenti fl-arkivji tal-istituzzjoni, iżda l-aktar minn tagħbija eċċessiva tad-dritt li jiġu eżaminati dawk id-dokumenti 85 .
§In-natura mandatorja tal-limiti ta’ żmien tar-Regolament
Il-Qorti Ġenerali tenniet li l-possibbiltà ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, sabiex tinstab soluzzjoni ġusta, tista’ tirrigwarda biss il-kontenut jew in-numru ta’ dokumenti iżda mhux il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta’ dak ir-regolament 86 . Għalhekk, l-istituzzjonijiet ma jistgħux jinjoraw dawk il-limiti ta’ żmien sabiex jirrispondu b’mod favorevoli għar-rieda tal-applikant li jirċievi tweġibiet differiti f’lottijiet 87 .
6.2.Kawżi tal-qorti introdotti kontra l-Kummissjoni Ewropea fl-2020 88
Fl-2020, tressqu seba’ kawżi li jinvolvu lill-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qrati Ewropej.
Sitta minnhom jikkonċernaw rikorsi introdotti quddiem il-Qorti Ġenerali 89 , li wieħed minnhom kien diġà magħluq matul l-2020 b’deċiżjoni li kkonkludiet li ma kienx hemm bżonn ta’ aġġudikazzjoni 90 .
B’mod parallel, ġie introdott appell wieħed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra sentenza tal-Qorti Ġenerali, f’kawża li fiha l-Kummissjoni Ewropea kienet parti fil-proċedimenti 91 .
Il-Kummissjoni Ewropea segwiet b’attenzjoni l-iżviluppi msemmija hawn fuq tal-ġurisprudenza tal-Qrati Ewropej fl-2020.
Tabilħaqq, sebgħa mit-12-il kawża kollha aġġudikati kemm mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mill-Qorti Ġenerali fl-2020 irriżultaw fiċ-ċaħda sħiħa tar-rikorsi għal annullament kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea 92 , u għalhekk ipprevaliet il-pożizzjoni tal-istituzzjoni. Barra minn hekk ġiet konkluża kawża addizzjonali mingħajr ebda ħtieġa ta’ aġġudikazzjoni 93 .
Il-Kummissjoni Ewropea qieset sew ukoll il-kjarifiki kollha sostantivi u proċedurali msemmija hawn fuq ipprovduti mill-Qrati Ewropej fl-2020 fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
Bħal fis-snin preċedenti, is-Segretarjat Ġenerali, flimkien mas-Servizz Legali, organizza b’mod regolari seminars biex jaġġorna lill-persunal tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iżviluppi riċenti fil-ġurisprudenza.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.8.2021
COM(2021) 459 final
ANNESS
tar-
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
dwar l-applikazzjoni fl-2020 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
|
Statistika marbuta mal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 |
1.L-għadd ta’ dokumenti mniżżla fir-reġistru
|
C |
COM |
JOIN |
ĠU |
P |
PV |
SEC |
SWD |
Total |
|
|
2019 |
14 796 |
1 436 |
44 |
127 |
/ |
83 |
1 324 |
522 |
18 337 |
|
2020 |
15 726 |
1 839 |
50 |
119 |
5 |
79 |
1 553 |
478 |
19 849 |
2.Il-Konsultazzjoni tas-sit web dwar l-aċċess għad-dokumenti fuq is-server Europa
|
|
VIŻITATURI |
PAĠNI KONSULTATI |
|
2019 1 |
6 642 |
10 112 |
|
2020 |
14 716 |
24 429 |
3.L-Għadd ta’ applikazzjonijiet inizjali riċevuti u ttrattati
|
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
|
|
Applikazzjonijiet irreġistrati |
6 077 |
6 255 |
6 912 |
7 445 |
8 001 |
|
Tweġibiet mogħtija 2 |
7 139 |
6 716 |
7 257 |
8 449 |
9 181 |
|
Ir-risposti mogħtija abbażi tar-Regolament (KE) 1049/2001 |
5 945 |
5 181 |
6 117 |
7 612 |
8 164 |
4.L-Għadd ta’ applikazzjonijiet ta’ konferma riċevuti u ttrattati
|
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
|
|
Applikazzjonijiet irreġistrati |
295 |
299 |
318 |
334 |
309 |
|
Tweġibiet mogħtija |
258 |
300 |
326 |
319 |
298 |
|
Ir-risposti mogħtija abbażi tar-Regolament (KE) 1049/2001 |
220 |
259 |
288 |
296 |
265 |
5.It-Tweġibiet mogħtija skont id-direttorat ġenerali jew servizz
|
STADJU INIZJALI (%) |
STADJU TA’ KONFERMA (%) |
||||
|
2019 |
2020 |
2019 |
2020 |
||
|
Is-Segretarjat Ġenerali – SG |
8,61 |
10,22 |
7,19 |
7,77 |
|
|
Is-Servizz Legali – SJ |
4,12 |
2,71 |
2,40 |
4,53 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni – DĠ COMM |
0,55 |
0,24 |
0,90 |
0,65 |
|
|
Ispira, iddibatti, involvi ruħek u aċċellera l-azzjoni – IDEA |
0,08 |
0,02 |
0,60 |
0 |
|
|
Task Force għar-Relazzjonijiet mar-Renju Unit – UKTF |
0,54 |
0,37 |
0,60 |
0,97 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit – DĠ BUDG |
0,94 |
1,01 |
0,90 |
0,97 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà inkluż l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu u l-Uffiċċji għall-Amministrazzjoni u l-Pagament ta’ Intitolamenti Individwali – DĠ HR OIL PMO |
2,40 |
2,77 |
4,79 |
3,24 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika – DĠ DIGIT |
0,43 |
0,32 |
0 |
0,32 |
|
|
Is-Servizz tal-Awditjar Intern – IAS |
0,07 |
0,04 |
0,30 |
0,32 |
|
|
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi 3 – OLAF |
0,24 |
0,20 |
0,00 |
0 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji – DĠ ECFIN |
1,25 |
1,69 |
1,80 |
2,91 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs – DĠ GROW |
6,93 |
7,14 |
5,39 |
4,85 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju DĠ DEFIS |
0,03 |
0,61 |
0,00 |
0,65 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni – DĠ COMP |
5,70 |
6,17 |
8,68 |
15,21 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni – DĠ EMPL |
2,34 |
2,56 |
2,10 |
3,56 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali – DĠ AGRI |
3,13 |
2,50 |
2,40 |
1,62 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport – DĠ MOVE |
4,74 |
4,50 |
1,80 |
0,97 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija – DĠ ENER |
3,16 |
3,84 |
1,80 |
8,09 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent – DĠ ENV |
3,87 |
3,31 |
3,89 |
3,88 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni dwar il-Klima – DĠ CLIMA |
1,67 |
1,99 |
1,20 |
0,65 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – DĠ RTD |
2,07 |
1,36 |
2,10 |
0,97 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni – DĠ CNECT |
2,26 |
2,71 |
6,29 |
1,62 |
|
|
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka – JRC |
0,32 |
0,21 |
0,30 |
0,65 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd – DĠ MARE |
1,37 |
0,69 |
1,20 |
0,97 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali – DĠ FISMA |
3,41 |
4,00 |
2,40 |
1,29 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana – DĠ REGIO |
3,76 |
1,75 |
1,50 |
0,65 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tar-Riforma Strutturali – DĠ REFORM |
0,00 |
0,10 |
0,00 |
0,32 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali – DĠ TAXUD |
4,02 |
4,70 |
4,19 |
3,24 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ l-Isport u l-Kultura – DĠ EAC |
0,82 |
0,61 |
1,80 |
0 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari – DĠ SANTE |
8,38 |
7,69 |
2,69 |
8,74 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni – DĠ HOME |
4,26 |
4,81 |
5,99 |
3,56 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi – DĠ JUST |
3,13 |
3,01 |
3,59 |
3,88 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ – DĠ TRADE |
6,02 |
3,81 |
10,18 |
5,18 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir – DĠ NEAR |
2,46 |
2,25 |
2,99 |
2,27 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp – DĠ DEVCO |
3,85 |
7,29 |
2,40 |
1,62 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropea – DĠ ECHO |
0,44 |
0,72 |
0 |
0,65 |
|
|
Eurostat – ESTAT |
0,23 |
0,26 |
0,30 |
0,97 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni – DĠ SCIC |
0,08 |
0,02 |
0 |
0 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni – DĠ DGT |
0,23 |
0,06 |
0 |
0,32 |
|
|
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – OP |
0,04 |
0,04 |
0,30 |
0 |
|
|
Is-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija 4 – FPI |
1,54 |
1,49 |
1,80 |
0,65 |
|
|
L-Uffiċċju tal-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell – OIB |
0,26 |
0,02 |
0,30 |
0 |
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal – EPSO |
0,30 |
0,15 |
2,99 |
1,29 |
|
|
Total (%) |
100 |
100 |
100 |
100 |
|
6.Il-profil soċjali u professjonali tal-applikanti
|
STADJU INIZJALI (%) |
STADJU TA’ KONFERMA (%) |
||||
|
2019 |
2020 |
2019 |
2020 |
||
|
Istituzzjoni akkademika/Grupp ta’ riflessjoni |
12,18 |
10,69 |
4,79 |
6,15 |
|
|
Kumpanija/assoċjazzjoni ta’ Negozju |
10,42 |
11,72 |
4,49 |
7,12 |
|
|
Ġurnalista |
8,14 |
7,90 |
11,08 |
15,53 |
|
|
Kumpanija ġuridika/avukat indipendenti |
9,36 |
8,92 |
14,37 |
12,94 |
|
|
MEP/assistent MEP |
0,73 |
1,30 |
0,30 |
3,24 |
|
|
Organizzazzjoni mhux governattiva (NGO) |
5,75 |
5,96 |
12,57 |
14,89 |
|
|
Stati Membri taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 |
1,69 |
1,50 |
0,60 |
0,32 |
|
|
Awtorità (sub)nazzjonali |
0,63 |
0,66 |
0,30 |
0 |
|
|
Mhux speċifikat (Ċittadini) |
51,09 |
51,34 |
51,50 |
39,81 |
|
|
Total (%) |
100 |
100 |
100 |
100 |
|
7.L-oriġini ġeografika tal-applikanti
|
STADJU INIZJALI (%) |
STADJU TA’ KONFERMA (%) |
||||
|
2019 |
2020 |
2019 |
2020 |
||
|
L-Istati Membri tal- UE |
|||||
|
Il-Belġju |
30,95 |
30,63 |
33,23 |
27,51 |
|
|
Il-Bulgarija |
0,93 |
0,49 |
0,30 |
0,97 |
|
|
Iċ-Ċekja |
0,98 |
1,12 |
2,10 |
1,29 |
|
|
Id-Danimarka |
1,88 |
1,71 |
1,50 |
0,32 |
|
|
Il-Ġermanja |
11,91 |
11,91 |
14,07 |
15,53 |
|
|
L-Estonja |
0,13 |
0,25 |
0 |
0 |
|
|
L-Irlanda |
1,53 |
1,51 |
2,69 |
1,94 |
|
|
Il-Greċja |
1,18 |
1,34 |
2,99 |
3,56 |
|
|
Spanja |
5,94 |
5,16 |
12,87 |
6,80 |
|
|
Franza |
8,01 |
8,81 |
5,09 |
6,47 |
|
|
Il-Kroazja |
0,52 |
0,19 |
1,80 |
0,32 |
|
|
L-Italja |
5,52 |
7,65 |
5,09 |
6,80 |
|
|
Ċipru |
0,11 |
0,12 |
0,30 |
0 |
|
|
Il-Latvja |
0,04 |
0,14 |
0 |
0,65 |
|
|
Il-Litwanja |
0,46 |
0,50 |
0 |
0,65 |
|
|
Il-Lussemburgu |
1,45 |
1,06 |
0 |
0,32 |
|
|
L-Ungerija |
0,66 |
0,79 |
0 |
1,29 |
|
|
Malta |
0,26 |
0,32 |
0 |
0,32 |
|
|
In-Netherlands |
4,97 |
5,85 |
4,19 |
8,41 |
|
|
L-Awstrija |
1,48 |
1,94 |
0,90 |
1,29 |
|
|
Il-Polonja |
2,22 |
1,97 |
0,60 |
2,27 |
|
|
Il-Portugall |
1,21 |
0,61 |
0,30 |
0,32 |
|
|
Ir-Rumanija |
0,75 |
0,79 |
0 |
0,32 |
|
|
Is-Slovenja |
0,30 |
0,31 |
0,60 |
0,32 |
|
|
Is-Slovakkja |
0,38 |
0,50 |
0,60 |
0,32 |
|
|
Il-Finlandja |
0,86 |
1,14 |
0,30 |
1,29 |
|
|
L-Iżvezja |
0,99 |
1,46 |
0 |
0,32 |
|
|
Ir-Renju Unit |
7,78 |
0,49 |
8,98 |
1,94 |
|
|
Pajjiżi terzi |
|||||
|
Pajjiżi Ewropej li mhumiex fl-UE |
3,88 |
9,36 |
0,90 |
7,77 |
|
|
L-Afrika |
0,24 |
0,11 |
0 |
0 |
|
|
L-Asja |
1,02 |
0,75 |
0,30 |
0,32 |
|
|
L-Awstralja u n-New Zealand |
0,50 |
0,12 |
0 |
0 |
|
|
L-Amerika ta’ Fuq |
0,95 |
0,75 |
0,30 |
0,32 |
|
|
L-Amerka t’Isfel |
0,03 |
0,12 |
0 |
0 |
|
|
Mhux speċifikat 5 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
Total (%) |
100 |
100 |
100 |
100 |
|
8.It-tip ta’ tweġibiet mogħtija fl-istadju inizjali
|
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
||||||
|
Nru |
% |
Nru |
% |
Nru |
% |
Nru |
% |
Nru |
% |
|
|
Mogħti aċċess sħiħ |
3 622 |
60,93 |
3 201 |
61,78 |
3 633 |
59,39 |
4018 |
52,79 |
4549 |
55,72 |
|
Mogħti aċċess parzjali |
1 214 |
20,42 |
1 050 |
20,27 |
1 274 |
20,83 |
1888 |
24,80 |
2062 |
25,26 |
|
Aċċess irrifjutat |
1 109 |
18,65 |
930 |
17,95 |
969 |
15,84 |
980 |
12,87 |
834 |
10,22 |
|
L-ebda dokumenti miżmuma |
0 |
0 |
0 |
0 |
241 |
3,94 |
726 |
9,54 |
719 |
8,81 |
|
Total |
5 944 |
100 |
5 181 |
100 |
6117 |
100 |
7612 |
100 |
8164 |
100 |
9.It-tip ta’ tweġibiet mogħtija fl-istadju ta’ konferma
|
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
||||||
|
Nru |
% |
Nru |
% |
Nru |
% |
Nru |
% |
Nru |
% |
|
|
Reviżjoni sħiħa – Mogħti aċċess sħiħ |
11 |
5,00 |
14 |
5,40 |
19 |
6,60 |
22 |
7,43 |
8 |
3,02 |
|
Reviżjoni parzjali – Mogħti aċċess parzjali |
104 |
47,27 |
108 |
41,70 |
98 |
34,03 |
136 |
45,95 |
91 |
34,34 |
|
Konferma tar-risposta inizjali – Aċċess irrifjutat |
105 |
47,73 |
137 |
52,90 |
120 |
41,67 |
89 |
30,07 |
131 |
49,43 |
|
L-ebda dokumenti miżmuma |
0 |
0 |
0 |
0 |
51 |
17,70 |
49 |
16,55 |
35 |
13,21 |
|
Total |
220 |
100 |
259 |
100 |
288 |
100 |
296 |
100 |
265 |
100 |
10.Ir-rifjut tal-aċċess skont l-eċċezzjoni applikata
|
Eċċezzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) 1049/2001 |
STADJU INIZJALI (%) |
STADJU TA’ KONFERMA (%) |
|||
|
2019 |
2020 |
2019 |
2020 |
||
|
4.1(a) l-ewwel inċiż – Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna s-sigurtà pubblika |
9,20 |
6,40 |
5,02 |
3,91 |
|
|
4.1(a) it-tieni inċiż – Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna d-difiża u l-kwistjonijiet militari |
0,10 |
0,23 |
0 |
0 |
|
|
4.1(a) it-tielet inċiż – Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali |
5,28 |
5,35 |
18,41 |
7,83 |
|
|
4.1(a) ir-raba’ inċiż – Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna l-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-UE jew ta’ Stat Membru |
0,66 |
1,74 |
0,84 |
1,74 |
|
|
4.1(b) – Protezzjoni tal-privatezza u tal-integrità tal-individwu |
41,05 |
44,08 |
22,18 |
26,52 |
|
|
4.2, l-ewwel inċiż – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali |
15,01 |
14,24 |
12,13 |
14,35 |
|
|
4.2, it-tieni inċiż – Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u tal-pariri ġuridiċi |
3,79 |
3,77 |
4,60 |
2,61 |
|
|
4.2, it-tielet inċiż – Protezzjoni tal-iskop tal-ispezzjonijiet, tal-investigazzjonijiet u tal-awditi |
13,42 |
11,59 |
24,27 |
33,04 |
|
|
4.3, l-ewwel subparagrafu – Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fejn ma tkunx għadha ttieħdet deċiżjoni |
10,16 |
9,71 |
8,37 |
4,78 |
|
|
4.3, it-tieni subparagrafu – Proċess ta’ teħid ta’deċiżjonijiet fejn diġà ttieħdet id-deċiżjoni (opinjonijiet għal użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari) |
0,90 |
2,53 |
4,18 |
5,22 |
|
|
4.4 u 4.5, – Rifjut minn Stat Membru jew minn parti terza 6 |
0,43 |
0,36 |
/ |
/ |
|
|
Total (%) |
100 |
100 |
100 |
100 |
|