Brussell, 12.5.2021

COM(2021) 400 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Perkors għal Pjaneta b'Saħħitha għal Kulħadd


Pjan ta' Azzjoni tal-UE: "Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija"

{SWD(2021) 140 final} - {SWD(2021) 141 final}


1.Introduzzjoni

Filwaqt li qed isir sforz globali bla preċedent fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19, it-theddid persistenti għas-saħħa tal-pjaneta tagħna jitlob rimedji urġenti wkoll. It-tibdil fil-klima, it-tniġġis ambjentali 1 , it-telf tal-bijodiversità u użu mhux sostenibbli tar-riżorsi naturali joħolqu riskji multipli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-ekosistema. Dawn jinkludu mard infettiv u mard mhux komunikabbli, reżistenza antimikrobika u skarsezza tal-ilma 2 . Biex tinbena Pjaneta f’Saħħitha għal Kulħadd, il-Patt Ekoloġiku Ewropew 3 jitlob lill-UE biex timmonitorja, tirrapporta, tipprevjeni u tirrimedja aħjar it-tniġġis tal-arja, tal-ilma, tal-ħamrija u tal-prodotti għall-konsumatur, fost affarijiet oħrajn.

Hemm urġenza għall-azzjoni: It-tniġġis jista’ jikkawża l-kanċer, il-mard tal-qalb iskemiku, il-mard pulmonari ostruttiv, l-attakki ta’ puplesija, il-kondizzjonijiet mentali u newroloġiċi, id-dijabete u aktar 4 (ara l-Illustrazzjoni 1). Minkejja li sar progress tanġibbli, fl-2015 it-tniġġis xorta wassal għal madwar 9 miljun mewta prematura madwar id-dinja (16 % tal-imwiet kollha) – tliet darbiet aktar imwiet mill-imwiet bl-AIDS, bit-tuberkulożi, u bil-malarja flimkien u 15-il darba aktar imwiet mill-imwiet bil-gwerer kollha u minħabba forom oħra ta’ vjolenza 5 . Fl-UE, kull sena, it-tniġġis jikkawża mewta minn kull tmienja 6 .

Illustrazzjoni 1: L-aktar 10 mardiet mhux komunikabbli li jikkawżaw imwiet attribwibbli għall-ambjent (sors: EEA – Ambjent tajjeb għas-saħħa, ħajjiet b’saħħithom, 2018 abbażi tal-WHO (2016))

Il-ġlieda kontra t-tniġġis hija wkoll ġlieda għall-ġustizzja u għall-ugwaljanza. L-impatti l-aktar dannużi tat-tniġġis fuq is-saħħa tal-bniedem tipikament jiġġarrbu mill-gruppi l-aktar vulnerabbli. Dawn jinkludu t-tfal, li jistgħu jsofru ħsara serja fit-tul fuq l-iżvilupp tagħhom, il-persuni b’kundizzjonijiet mediċi, il-persuni anzjani, il-persuni b’diżabilità u dawk li jgħixu f’kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi aktar foqra 7 . Madwar id-dinja, il-pajjiżi bi dħul baxx u medju jġorru l-piż tal-mard relatat mat-tniġġis, bi kważi 92 % tal-imwiet relatati mat-tniġġis 8 .

It-tniġġis jhedded ukoll il-bijodiversità tagħna u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-estinzjoni kontinwa tal-massa tal-ispeċijiet. Flimkien mal-bidliet fl-użu tal-art u tal-baħar, l-isfruttament żejjed tar-riżorsi naturali, it-tibdil fil-klima u l-ispeċijiet aljeni invażivi, it-tniġġis huwa wieħed mill-ħames fatturi ewlenin li jikkawżaw it-telfien tal-bijodiversità. Illum dan qed jhedded is-sopravivenza ta’ aktar minn miljun mit-tmien miljun speċi ta’ pjanti u annimali li huma stmati li jeżistu fuq il-pjaneta, u s-sitwazzjoni hija mistennija li tmur għall-agħar, sakemm aħna ma ninbidlux 9 . B’mod ġenerali, l-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) huwa mhedded minn firxa ta’ riskji ambjentali dejjem jeskalaw u li jsaħħu lil xulxin.

Il-progress ekonomiku u t-tnaqqis fit-tniġġis jistgħu jmorru flimkien: bejn l-2000 u l-2017, il-PDG tal-UE żdied bi 32 % filwaqt li l-emissjonijiet tas-sustanzi ewlenin li jniġġsu fl-arja naqsu b’10 % (l-ammonijaka, prinċipalment mill-agrikoltura) għal 70 % (l-ossidi tal-kubrit, prinċipalment mill-produzzjoni industrijali) 10 . Madankollu, it-tkabbir kumplessiv ta’ ħames darbiet aktar tal-ekonomija globali f’dawn l-aħħar ħamsin sena ġab miegħu konsegwenzi kbar ħafna għall-ambjent globali 11

Il-każ ekonomiku għal azzjoni fuq it-tniġġis huwa ċar u l-benefiċċji għas-soċjetà jegħlbu bil-kbir il-kostijiet, bħalma l-kostijiet li jirriżultaw minn nuqqas ta’ azzjoni jegħlbu bil-kbir il-kostijiet ta' nuqqas ta' azzjoni. Pereżempju, it-tniġġis tal-arja jiswa lill-attivitajiet tas-saħħa u lil dawk ekonomiċi madwar EUR 330 sa 940 biljun fis-sena fl-UE 12 , inkluż il-jiem tax-xogħol mitlufa, il-kostijiet tal-kura tas-saħħa, it-telfien tar-rendiment tal-għelejjel u l-ħsara lill-bini, filwaqt li l-miżuri kollha fl-UE biex tittejjeb il-kwalità tal-arja għandhom kost ikkombinat stmat ta’ EUR 70 sa 80 biljun fis-sena 13 . Id-domanda dejjem tikber għal prodotti u servizzi li jniġġsu inqas tinvolvi opportunitajiet ta’ negozju sinifikanti, u din diġà qed timmobilizza lill-kumpaniji tal-UE lejn soluzzjonijiet innovattivi. L-isforzi ta’ rkupru jistgħu jappoġġaw din ix-xejra. Azzjoni dwar it-tniġġis issa tfisser ukoll solidarjetà interġenerazzjonali.

Fl-istess ħin, irridu ħarsa ġenerali integrata aħjar lejn it-tniġġis sabiex l-atturi pubbliċi u privati jkunu jistgħu jindirizzaw il-kwistjonijiet konnessi tat-tniġġis tul l-ispazju u ż-żmien ukoll u jindirizzaw l-interazzjoni tagħhom ma’ konsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi oħra bl-aktar mod effettiv possibbli fid-deċiżjonijiet tagħhom ta’ politika, investiment u xiri.

Il-biċċa l-kbira tal-Ewropej jappoġġaw azzjoni kontra t-tniġġis: huma jgħidu li l-ħarsien tal-ambjent huwa importanti ħafna u t-tniġġis huwa l-aktar problema ambjentali importanti wara t-tibdil fil-klima 14 . Il-biċċa l-kbira tar-rispondenti għall-konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar dan il-pjan ta’ azzjoni 15 huma tal-fehma li l-atturi soċjetali rilevanti mhumiex qed jagħmlu biżżejjed u li l-UE u l-gvernijiet nazzjonali jridu jieħdu azzjoni. Iż-żieda fl-azzjoni internazzjonali, l-implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni relatata mat-tniġġis, il-promozzjoni tal-edukazzjoni formali u l-influwenzar tat-tibdil fl-imġiba ġew identifikati bħala l-aktar modi effettivi ’l quddiem. 

It-tniġġis ma jiqafx mal-fruntieri. Filwaqt li t-tniġġis jidħol fl-UE permezz tal-oċeani, tax-xmajjar, tal-irjieħ jew ta’ prodotti importati, l-UE tikkawża wkoll tniġġis sinifikanti fi bnadi oħra fid-dinja permezz tax-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum tagħha stess kif ukoll permezz tal-iskart tagħha. Fl-istess ħin, l-UE għandha għodod b’saħħithom biex tikkontribwixxi għall-isforzi tal-mitigazzjoni tat-tniġġis madwar id-dinja, permezz tal-politiki u l-fondi tagħha, id-diplomazija ekoloġika tagħha, kif ukoll billi tistimula l-innovazzjoni, bi produzzjoni aktar nadifa u konsum aktar sostenibbli ta’ oġġetti u servizzi.

Il-każ ambjentali, morali, soċjoekonomiku u dak tas-saħħa pubblika biex l-UE tmexxi l-ġlieda globali kontra t-tniġġis, illum huwa aktar b’saħħtu minn qatt qabel 16 . Issa huwa ż-żmien li nkunu ambizzjużi, li nwettqu l-aspirazzjonijiet leġittimi tan-nies li jkollhom is-saħħa, l-ambjent u l-għajxien tagħhom protetti – u li nagħmlu paċi mal-pjaneta tagħna.

2.Lejn tniġġis żero tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija

2.1.L-ambizzjoni ta’ tniġġis żero

Il-viżjoni ta’ tniġġis żero għall-2050: Pjaneta f’Saħħitha għal Kulħadd

It-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija jitnaqqas għal livelli li mhumiex aktar ta’ ħsara għas-saħħa u għall-ekosistemi naturali u li jirrispettaw il-konfini li l-pjaneta tagħna tista’ tlaħħaq magħhom, u b’hekk jinħoloq ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi.

L-ambizzjoni ta’ tniġġis żero 17 hija objettiv trażversali li jikkontribwixxi għall-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli 18 u li jikkomplementa l-għan tan-newtralità klimatika sal-2050 f’sinerġija mal-ekonomija nadifa u ċirkolari u mal-għanijiet stabbiliti mill-ġdid dwar il-bijodiversità. Din hija parti integrali mill-biċċa l-kbira tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u ta’ inizjattivi oħrajn 19 , u l-Kummissjoni se tkompli tinkludi l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero f’inizjattivi ta’ politika futuri.

L-objettiv ewlieni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni huwa li jipprovdi direzzjoni għall-inklużjoni tal-prevenzjoni tat-tniġġis fil-politiki rilevanti kollha tal-UE, għall-massimizzazzjoni tas-sinerġiji b'mod effettiv u proporzjonat, għaż-żieda fl-implimentazzjoni u għall-identifikazzjoni ta’ lakuni jew ta’ kompromessi possibbli. Biex imexxi lill-UE lejn il-viżjoni għall-2050 ta’ Pjaneta f’Saħħitha għal Kulħadd, dan il-pjan ta’ azzjoni jistabbilixxi miri ewlenin għall-2030 biex jitħaffef it-tnaqqis fit-tniġġis.

Il-miri ta’ tniġġis żero għall-2030 20

Skont il-liġi tal-UE, l-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku u b’sinerġija ma’ inizjattivi oħrajn, sal-2030 l-UE jenħtieġ li tnaqqas:

1. b’aktar minn 55 % l-impatti fuq is-saħħa (imwiet prematuri) mit-tniġġis tal-arja;

2. bi 30 % is-sehem tan-nies affettwati b’mod kroniku mill-istorbju mit-trasport;

3. b’25 % l-ekosistemi tal-UE fejn it-tniġġis tal-arja jhedded il-bijodiversità;

4. b’50 % it-telf tan-nutrijenti, l-użu u r-riskju tal-pestiċidi kimiċi, l-użu tal-pestiċidi l-aktar perikolużi, u l-bejgħ tal-antimikrobiċi għall-annimali tar-razzett u fl-akkwakultura;

5. b’50 % l-iskart tal-plastik fil-baħar u bi 30 % il-mikroplastik rilaxxat fl-ambjent;

6. b’mod sinifikanti t-total tal-ġenerazzjoni tal-iskart u b’50 % l-iskart muniċipali residwu.

Dan il-pjan ta’ azzjoni jistabbilixxi wkoll azzjonijiet ewlenin għall-2021-2024 biex jiġu kkomplementati l-ħafna azzjonijiet rilevanti f’inizjattivi oħrajn tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, inkluż l-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà.

Filwaqt li l-miżuri ta’ lockdown għall-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 wasslu għal arja u ilma temporanjament aktar nodfa, u storbju mnaqqas f’ħafna postijiet, it-tnaqqis fl-attivitajiet ekonomiċi kollha mhuwiex il-mod kif l-UE tipprevedi l-perkors tagħha stess u dak tad-dinja lejn tniġġis żero. Minflok, l-UE tista’ ssostni l-prosperità filwaqt li tittrasforma l-modi ta’ produzzjoni u konsum u tmexxi l-investimenti lejn tniġġis żero. L-investimenti f’disinn nadif u sostenibbli, f’mudelli kummerċjali tal-ekonomija ċirkolari, fi trasport u f’mobilità aktar nodfa, f’teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi, f’soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u f’diġitalizzazzjoni sostenibbli joffru opportunitajiet b’saħħithom biex tiġi kkonsolidata t-tmexxija tal-UE fit-tkabbir ekoloġiku, filwaqt li jitnaqqsu l-inugwaljanzi, jinħolqu l-impjiegi u tissaħħaħ ir-reżiljenza kollettiva.

Il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027 u n-NextGenerationEU jipprovdu opportunitajiet baġitarji mingħajr preċedent biex jiġu appoġġati investimenti bħal dawn u biex jiġu miġġielda t-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità, it-tnaqqis tar-riżorsi u t-tniġġis fl-UE - u globalment 21 .

Il-ġerarkija ta’ tniġġis żero

Flimkien mal-isforzi biex tinkiseb in-newtralità klimatika, l-UE teħtieġ “ġerarkija ta’ tniġġis żero” aktar effettiva (ara l-Illustrazzjoni 1) filwaqt li jitqiesu l-prinċipji minquxa fit-Trattat: b’mod partikolari, il-politiki ambjentali tal-UE jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li l-azzjoni preventiva jenħtieġ li tittieħed, li l-ħsara ambjentali, bħala prijorità, jenħtieġ tiġi rrettifikata f’ras il-għajn u li min iniġġes jenħtieġ li jħallas.

Wasal iż-żmien li “titreġġa’ lura l-piramida” ta’ azzjoni u li jiġi kkunsidrat mill-ġdid il-mod kif il-prodotti u s-servizzi jiġu ddisinjati, prodotti, ikkonsenjati, imwettqa u/jew użati u mormija. Dan ifisser li l-ewwel u qabel kollox, jenħtieġ li t-tniġġis jiġi evitat f’ras il-għajn. Meta l-prevenzjoni sħiħa tat-tniġġis mill-bidu nett ma tkunx (għadha) possibbli, jenħtieġ li t-tniġġis jiġi mminimizzat. Fl-aħħar nett, meta jkun hemm it-tniġġis, jenħtieġ li dan jiġi rrimedjat – u li l-ħsara relatata tiġi kkumpensata.

Illustrazzjoni 2:    Il-ġerarkija ta’ tniġġis żero – it-treġġigħ lura tal-piramida ta’ azzjoni, u l-prijoritizzazzjoni tal-approċċi għall-indirizzar tat-tniġġis

2.2.It-titjib tas-saħħa u tal-benesseri tagħna 

L-UE għandha qafas regolatorju robust fis-seħħ biex tillimita t-tniġġis tal-arja ambjentali. Madankollu, l-għadd ta’ mwiet prematuri u mard ieħor attribwibbli għat-tniġġis tal-arja għadu għoli. Dan jista’ jiġi attribwit għall-fatt li xi standards tal-UE għall-kwalità tal-arja għadhom inqas stretti mill-istandards li d-WHO rrakkomandat fl-2005, u l-mod kif ġew implimentati d-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali kien effettiv biss parzjalment 22 .

Irridu protezzjoni aħjar tas-saħħa pubblika f’konformità wkoll mal-pjan tal-Ewropa biex jingħeleb il-kanċer. Għal dan il-għan, fl-2022, il-Kummissjoni se tipproponi li l-istandards tal-UE għall-kwalità tal-arja jiġu allinjati aktar mill-qrib mar-rakkomandazzjonijiet li jmiss tad-WHO u li d-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, l-immudellar u l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jissaħħu biex jgħinu lill-awtoritajiet lokali, filwaqt li tittejjeb l-infurzabbiltà ġenerali tal-qafas regolatorju. B’mod parallel, il-Kummissjoni se tintroduċi rekwiżiti aktar stretti biex tindirizza t-tniġġis tal-arja fis-sors, bħal mill-agrikoltura, mill-industrija, mit-trasport, mill-bini u mill-enerġija, inkluż permezz ta’ għadd ta’ miżuri u strateġiji tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (bħall-mobbiltà sostenibbli u intelliġenti, il-mewġa ta’ rinnovazzjoni, u mill-għalqa sal-platt).

Fit-Tieni Perspettiva dwar l-Arja Nadifa tagħha, il-Kummissjoni tirrapporta li l-miżuri li l-Istati Membri ħabbru fil-programmi nazzjonali tagħhom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja mhux se jkunu biżżejjed biex jintlaħqu l-livelli tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-ammonijaka meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi għall-2030: l-ammonijaka hija prekursur qawwi ta’ materja partikolata fina (PM2.5), u l-miżuri l-aktar kosteffettivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tagħha huma kollha relatati mal-agrikoltura, b’mod partikolari mal-prattiki tal-għalf tal-annimali, mal-ġestjoni tad-demel u mal-użu tal-fertilizzanti 23 . F’dan ir-rigward, kif imħabbar mill-istrateġija mill-għalqa sal-platt, il-Kummissjoni, fl-isforzi tagħha biex tibni sistema sostenibbli tal-ikel u trobbija aktar sostenibbli tal-bhejjem, se tiffaċilita t-tqegħid fis-suq ta’ materjali alternattivi tal-għalf u addittivi innovattivi tal-għalf. Il-Kummissjoni qed tivvaluta wkoll jekk hijiex meħtieġa aktar leġiżlazzjoni biex jiġu limitati l-emissjonijiet tal-ammonijaka. Ir-rieżami tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet tal-ammonijaka mit-trobbija intensiva tal-bhejjem. Barra minn hekk, jistgħu jkunu meħtieġa aktar miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka, inter alia taħt il-politika agrikola komuni, jew billi t-trattament tad-demel isir vinkolanti.

Kif imħabbar fl-istrateġija għal mobbiltà sostenibbli u intelliġenti, il-Kummissjoni se tindirizza t-tniġġis tal-arja u dak akustiku mit-trasport, inkluż permezz tal-istandards Euro 7 il-ġodda għall-vetturi tat-triq u ta’ ttestjar imtejjeb tal-emissjonijiet fil-kontrolli tal-affidabbiltà stradali, f’sinerġija mal-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tas-CO2. Abbażi tal-aktar evidenza reċenti, se tqis il-ħtieġa li jiġu limitati l-emissjonijiet tal-PM2.5 u tan-nanopartikoli mit-tipi kollha ta’ magni bil-kombustjoni u mill-brejkijiet kemm f’vetturi konvenzjonali kif ukoll f’dawk elettriċi, flimkien mal-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ inkwinanti taħt sett usa’ ta’ kondizzjonijiet tal-użu u tul il-ħajja tal-vetturi. .

F’konformità mas-sejbiet tal-evalwazzjoni tal-2017 tad-Direttiva dwar l-Istorbju Ambjentali 24 u tal-evalwazzjoni tal-2020 tad-Direttiva dwar l-Istorbju ta’ Barra 25 , il-Kummissjoni se tiffoka fuq l-indirizzar aħjar tal-istorbju f’ras il-għajn, b’mod partikolari billi tiżgura implimentazzjoni xierqa fil-prattika u, fejn xieraq, titjib tal-qafas regolatorju tal-UE relatat mal-istorbju dwar it-tajers, il-vetturi tat-triq, il-ferroviji, l-inġenji tal-ajru, anki f’livell internazzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli fuq l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar l-Istorbju ta’ Barra biex tindirizza t-tagħmir ta’ barra. Din se tirrieżamina l-progress 26 fl-2022 u se tqis jekk hemmx il-ħtieġa li jiġu stabbiliti miri għat-tnaqqis fl-istorbju fil-livell tal-UE fid-Direttiva dwar l-Istorbju Ambjentali. Il-pjanijiet ta’ azzjoni dwar l-istorbju meħtieġa mid-Direttiva jenħtieġ li jiġu integrati aħjar fil-pjanijiet ta’ mobbiltà urbana sostenibbli u li jibbenefikaw minn estensjoni ta’ trasport pubbliku nadif u minn mobbiltà aktar attiva. Flimkien, il-miżuri ta’ tnaqqis fl-istorbju msemmija hawn fuq jistgħu sa ċertu punt isewwu l-ħsara li ssir mit-tniġġis akustiku kroniku.

Għat-tniġġis tal-arja mill-bini, sar progress fl-eliminazzjoni gradwali tat-tisħin li jniġġes bil-faħam u biż-żejt kombustibbli, filwaqt li t-tniġġis mill-ħruq tal-bijomassa għadu sfida, b’mod partikolari meta jintużaw installazzjonijiet antiki u ineffiċjenti. Il-Kummissjoni se tippromwovi l-integrazzjoni tal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero ma’ objettivi għall-enerġija nadifa u l-effiċjenza enerġetika, bħal fil-mewġa ta’ rinnovazzjoni u f’inizjattivi tal-Bauhaus Ewropew Ġdid, irkupru u użu mill-ġdid ta’ skart tal-kostruzzjoni u meta jiġu rieżaminati r-rekwiżiti dwar l-ekodisinn u t-tikkettar enerġetiku għal apparati tat-tisħin, bħala prijorità, b’mod partikolari, dawk għat-tisħin tal-fjuwil solidu sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2024. L-UE se tkompli tappoġġa wkoll it-tranżizzjoni lejn enerġija aktar nadifa u tisħin domestiku aktar nadif f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi tal-viċinat.

Fir-rigward tal-kwalità tal-arja ta’ ġewwa, il-politiki tal-UE indirizzaw bosta mid-determinanti tagħha, mill-arja ambjentali sal-materjali tal-bini u l-prodotti għall-konsumatur, is-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ, kif ukoll it-tipjip. Il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) ikkontribwixxiet ukoll b’mod sinifikanti għall-progress dwar il-kwistjoni, u se tkompli tagħmel dan permezz tal-Qafas Strateġiku li jmiss dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. L-inizjattiva dwar il-mewġa ta’ rinnovazzjoni 27 se tippermetti li tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ temperaturi u livelli ta’ umdità tajbin għas-saħħa f’bini ġdid u f’bini li jkun għaddej minn rinnovazzjonijiet kbar, filwaqt li tiġi indirizzata l-kwistjoni tad-dekontaminazzjoni ta’ sustanzi tossiċi, inkluż l-asbestos. Madankollu, l-UE ma għandhiex approċċ integrat komprensiv. Il-COVID-19 u l-possibbiltajiet imnaqqsa li rriżultaw biex noħorġu fil-beraħ reġgħu enfasizzaw l-importanza li jiġi żgurat li, f’kull ħin, l-arja ta’ ġewwa u ta’ barra li niġbdu man-nifs tkun nadifa. Bit-titjib fl-iżolament tal-bini, l-iżgurar ta’ kwalità tal-arja ta' ġewwa se jsir saħansitra aktar importanti. Il-binjiet tal-iskejjel jistħoqqilhom ukoll attenzjoni partikolari. Il-Kummissjoni se tanalizza d-diskrepanzi fl-għarfien u fil-politika, f’sinerġija mal-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropew Ġdid u filwaqt li tqis ir-riżultati ta’ proġetti rilevanti ta’ Orizzont Ewropa. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni se tivvaluta l-perkorsi u l-għażliet ta’ politika biex tittejjeb il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa, filwaqt li tiffoka fuq id-determinanti u s-sorsi tat-tniġġis ewlenin u tesplora modi biex titqajjem kuxjenza pubblika akbar u jitnaqqsu r-riskji.

Minn Jannar 2023, id-Direttiva riveduta dwar l-Ilma tax-Xorb se tipprovdi protezzjoni ogħla tas-saħħa tal-bniedem bis-saħħa ta’ standards aktar stretti għall-kwalità tal-ilma, filwaqt li tindirizza sustanzi niġġiesa ta’ tħassib, bħal interferenti endokrinali u mikroplastiċi, u twassal għal ilma saħansitra aktar nadif mill-vit għal kulħadd – u anqas ħtieġa għal fliexken tal-plastik. Sal-2023, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk huwiex meħtieġ ukoll li jiġu indirizzati parametri ġodda fir-rieżami li għaddej tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm 28 . Taħt ir-rieżami li jmiss tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi, se tiġi analizzata l-possibbiltà li jiġi introdott monitoraġġ permanenti tal-parametri rilevanti għas-saħħa fl-ilmijiet mormija. Dan jista’ jgħinna nkunu preparati għal kwalunkwe theddida epidemika ġdida 29 . Ir-rieżami u, fejn ikun rilevanti, l-immodernizzar ta’ liġijiet oħra dwar l-ilma u l-baħar, b’mod partikolari biex dawn isiru aktar adatti biex inaqqsu l-kontaminanti kimiċi u l-mikroplastiċi, se jgħinu wkoll fiż-żamma tal-kwalità tal-ilma li nixorbu u tal-frott tal-baħar li nieklu. Il-Kummissjoni identifikat, fl-istrateġija mill-għalqa sal-platt, azzjonijiet li se jikkontribwixxu għall-mixja lejn tniġġis żero fis-sistemi tal-ikel, bħal-linji gwida strateġiċi l-ġodda għall-akkwakultura tal-UE. L-aġġornament tal-listi ta’ sustanzi problematiċi għall-ilma tal-wiċċ u għall-ilma ta’ taħt l-art se jipproteġi n-natura u s-saħħa tal-bniedem mill-aktar sustanzi rilevanti abbażi tal-aktar informazzjoni xjentifika intuwittiva aġġornata. B’mod parallel, il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-ħolqien ta’ Żoni ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet fl-ibħra kollha tal-UE 30 biex tittejjeb il-kapaċità tal-arja fuq il-bastimenti u fil-bliet tal-portijiet u ż-żoni kostali, u l-kwalità tal-ibħra li ngħumu fihom.

Għal benesseri mentali u fiżiku aħjar, il-Kummissjoni se tqis il-promozzjoni ta’ siti mhux imniġġsa u siti rinaturalizzati bħala żoni ekoloġiċi pubbliċi potenzjali fil-proposta li jmiss tagħha għal miri legalment vinkolanti tal-UE dwar ir-restawr tan-natura, fl-istrateġija l-ġdida dwar il-ħamrija u fl-azzjonijiet urbani kollha ta’ ekoloġizzazzjoni, kif imħabbar fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030. Hija u tagħmel dan, se timmira li tirrimedja kemm jista’ jkun l-inugwaljanzi soċjali għal aċċess ekwu għall-infrastruttura ekoloġika fil-bliet. Barra minn hekk, sal-2025, il-Kummissjoni se tiffinalizza rieżami komprensiv tal-maġġoranza tal-liġijiet tal-UE dwar l-iskart biex tadattahom għall-prinċipji tal-ekonomija nadifa u ċirkolari, fejn il-prevenzjoni tal-iskart tiżdied, ir-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja jwassal għal ċikli ta’ materjali sekondarji nodfa u l-iskart residwu jiġi mminimizzat.

Bl-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà, il-Kummissjoni se tħares aħjar is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent minn sustanzi kimiċi perikolużi. B’mod partikolari, hija se tipproponi miżuri biex jiġu eliminati gradwalment l-aktar sustanzi kimiċi ta’ ħsara – bħal interferenti endokrinali u sustanzi persistenti – speċjalment fi prodotti għall-konsumatur, u miżuri biex jiġu sostitwiti u mminimizzati s-sustanzi kollha ta’ tħassib fl-ekonomija u fis-soċjetà 31 .

Il-kooperazzjoni internazzjonali kontinwa se tiġi intensifikata mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), mal-OECD, mal-Konvenzjoni fuq it-Tniġġis Transkonfini u fit-Tul tal-Arja u ma’ inizjattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin oħra, inkluż organizzazzjonijiet speċifiċi għas-settur bħall-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO). Fir-rigward tat-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija mill-farmaċewtiċi, minbarra l-mira tal-UE dwar it-tnaqqis fil-bejgħ tal-antimikrobiċi, il-Kummissjoni se tħeġġeġ il-kooperazzjoni internazzjonali biex jiġu indirizzati r-riskji ambjentali f’pajjiżi oħra fejn l-emissjonijiet farmaċewtiċi mill-manifattura u minn sorsi oħra jistgħu jikkontribwixxu, fost affarijiet oħra, għat-tixrid tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) 32 .

Inizjattiva ewlenija 1: It-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa permezz ta’ tniġġis żero

Mill-2022 ’il quddiem, il-Kummissjoni se tiżgura li r-Reġistru tal-Inugwaljanzi b’rabta mal-Kanċer imħabbar reċentement u l-Atlas tad-Demografija jiġu mitmugħin regolarment b’data dwar il-monitoraġġ u l-perspettivi tat-tniġġis u li, sal-2024, il-ħtieġa li jkun hemm Reġistru tal-Inugwaljanzi li jidentifika t-tendenzi, id-disparitajiet u l-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni tal-UE tiġi vvalutata wkoll għal mard ieħor relatat mat-tniġġis, biex jiġi megħjun l-immirar ta’ interventi fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali. Dan se jippermetti wkoll lin-nies iqabblu kemm it-tniġġis jaffettwa s-saħħa tagħhom bejn ir-reġjuni differenti fejn jgħixu, jistudjaw u jaħdmu.

Inizjattiva ewlenija 2: L-appoġġ għal azzjoni ta’ tniġġis urban żero

Bħala parti mis-Sena ta' Bliet Aktar Ekoloġiċi futura 33 , f’sinerġija mal- 34 Missjoni ta’ Orizzont Ewropa għal Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti, mar-reviżjoni tal-Pakkett dwar il-Mobilità Urbana, mal-Patt tas-Sindki, u mal-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropew il-Ġdid, il-Kummissjoni se tidentifika ħtiġijiet ewlenin ta’ ekoloġizzazzjoni u innovazzjoni urbani għall-prevenzjoni tat-tniġġis, inkluż fuq ġewwa. Sal-2024, din se tippremja lill-bliet li jirrapportaw l-aktar progress bejn l-2021 u l-2023 fit-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija. Dan se jgħin lin-nies jibbenefikaw minn azzjonijiet kontra t-tniġġis li huma mfassla apposta għall-inħawi lokali immedjati tagħhom.

2.3.Ngħixu fil-limiti planetarji tagħna

Biex l-impronta tat-tniġġis tagħna tinżamm fil-konfini li l-pjaneta tagħna – u għaldaqstant l-umanità – tista’ tlaħħaq magħhom 35 , irridu nimplimentaw l-oqfsa regolatorji eżistenti tal-UE li jipproteġu l-arja, l-ilma ħelu, l-ibħra u l-oċeani aktar malajr u aħjar, filwaqt li naħdmu b’mod urġenti lejn qafas biex jiġi vvalutat b’mod regolari l-istatus tal-ħamrija tal-UE u nieħdu azzjoni fil-livelli kollha biex jiġu indirizzati t-tniġġis u d-degradazzjoni tal-ħamrija.

Minn perspettiva tal-kwalità tal-arja, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, se ssewgwi l-Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja u l-impenji ta’ tnaqqis biex tiżgura li d-Direttiva dwar l-Impenji Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet (NEC) tiġi implimentata bis-sħiħ, sabiex sal-2030 l-għadd ta’ ekosistemi tal-art u tal-ilma ħelu fejn l-ewtrofikazzjoni relatata mat-tniġġis tal-arja thedded il-bijodiversità, jitnaqqas b’25 % 36 .

Fir-rigward tat-tniġġis tal-ilma ħelu u tal-baħar, il-ksib ta’ “status tajjeb” skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina iqarrab lill-UE lejn il-ksib tal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero għall-ekosistemi akkwatiċi kollha.

Madankollu, l-evalwazzjoni tal-2019 ikkonkludiet li l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-ilma ħelu għadha insuffiċjenti 37 , minħabba fatturi bħan-nuqqas ta’ investiment, l-inklużjoni limitata ta’ objettivi dwar il-protezzjoni tal-ilma ħelu f’oqsma ta’ politika oħrajn, l-implimentazzjoni kajmana ta’ miżuri u l-ħtieġa li jiġi indirizzat aħjar it-tniġġis kimiku. Għalhekk, implimentazzjoni aktar stretta se tkun l-azzjoni prinċipali. Il-Kummissjoni se timmira b’mod partikolari li tiżgura li l-Istati Membri jippromwovu konsum sostenibbli u effiċjenti tal-ilma, jiskoraġġixxu t-tniġġis tal-ilma u jippreżentaw kont tal-ilma soċjalment ġust lill-utenti kollha tal-ilma u lil dawk kollha li jniġġsu l-ilma, inkluż l-industrija, l-agrikoltura u l-konsumaturi domestiċi, filwaqt li jagħmlu l-aħjar użu mid-dħul għal investimenti sostenibbli 38 . Hija se tappoġġa wkoll monitoraġġ aħjar u tnaqqis fit-tniġġis minn sustanzi ewlenin fl-ilmijiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art.

Il-“Missjoni għall-Oċeani, Ibħra, Ilmijiet Kostali u Interni f'Saħħithom” li ġiet proposta, se jkollha l-għan li tappoġġa l-innovazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki u liġijiet tal-UE, biex jinkisbu oċeani, ibħra u ilmijiet f’saħħithom u ħielsa mit-tniġġis. Il-Kummissjoni se tadotta wkoll “Pjan ta’ Azzjoni għan-Navigazzjoni Interna 2021-2027” (NAIADES III), biex tappoġġa bidla modali gradwali lejn trasport fl-ilmijiet navigabbli interni b’emissjonijiet żero 39 .

Il-Kummissjoni se tirrieżamina d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina sal-2023, filwaqt li se tqis l-istat tal-implimentazzjoni ta’ liġijiet tal-UE li jindirizzaw sorsi ewlenin ta’ tniġġis u l-ħtieġa li jitnaqqas il-plastik u skart ieħor, l-istorbju taħt l-ilma u l-kontaminanti. Filwaqt li tibni fuq is-suċċess tal-valur limitu tal-UE miftiehem reċentement għall-iskart fix-xtut 40 , il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri fuq il-valuri limitu tal-UE għal-livelli massimi ta’ storbju taħt l-ilma li jirriżulta mit-trasport marittimu, mill-kostruzzjoni, mit-tħammil u minn attivitajiet oħra lil hinn mill-kosta.

Ir-rieżami li jmiss tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi 41 , f’sinerġija mal-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ 42 , se jgħin biex jiżdied il-livell ta’ ambizzjoni biex jitneħħew nutrijenti mill-ilma mormi u jagħmel l-ilma trattat kif ukoll il-ħama lesti għal użu mill-ġdid, u b’hekk tiġi appoġġata biedja aktar ċirkolari, inqas niġġiesa. Dan se jindirizza wkoll sustanzi niġġiesa emerġenti bħall-mikroplastiċi u l-mikrosustanzi niġġiesa, inkluż il-farmaċewtiċi. Se jittieħdu passi lejn l-effiċjenza enerġetika u n-newtralità karbonika kif ukoll lejn applikazzjoni aħjar tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”. Ir-rieżami se jħares ukoll lejn it-titjib fl-aċċess għall-ġustizzja, fil-miżuri sanitarji għal kulħadd u fl-informazzjoni. Dan ir-rieżami se jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni konkreta tal-pjan ta’ azzjoni integrat futur għall-ġestjoni tan-nutrijenti, li jindirizza b’mod olistiku sfida ambjentali li ilha teżisti, jimmassimizza s-sinerġiji bejn il-politiki u jagħmel l-aħjar użu mill-arkitettura ekoloġika tal-politika agrikola komuni l-ġdida, speċjalment permezz tal-kondizzjonalità u tal-ekoskemi. Bl-istess mod, kif imħabbar fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u fl-Istrateġija għall-Bijodiversità, jenħtieġ li jitnaqqas it-tniġġis mill-pestiċidi fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija billi jitnaqqas b’50 % sal-2030 l-użu u r-riskju ġenerali tagħhom, inkluż dawk l-aktar perikolużi. Dan se jinkiseb b’żieda fl-adozzjoni ta’ ġestjoni integrata tal-pestiċidi, bir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, bil-promozzjoni ta’ prattiki agroekoloġiċi, inkluż il-biedja organika, u bl-evitar tal-użu ta’ pestiċidi kimiċi f’żoni sensittivi. Minbarra l-indirizzar tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, dan se jnaqqas ukoll il-kost tat-trattament tal-ilma tax-xorb. Tekniki innovattivi, inkluż il-bijoteknoloġija, jistgħu jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis fid-dipendenza fuq il-pestiċidi 43 .

Barra minn hekk, il-“Missjoni fil-qasam tas-Saħħa tal-Ħamrija u l-Ikel”, flimkien mas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni agrikola (EIP AGRI), se jippromwovu l-adozzjoni mifruxa ta’ prattiki għat-tnaqqis fil-pestiċidi u fin-nutrijenti billi jippromwovu l-innovazzjonijiet u l-iskambju ta’ għarfien. Din se jkollha l-għan li tiżgura li, sal-2030, 75 % tal-ħamrija tkun f’saħħitha, anke bis-saħħa ta’ objettiv speċifiku dwar it-tnaqqis fit-tniġġis tal-ħamrija u t-titjib fir-restawr.

Bħala parti mill-istrateġija li jmiss tal-UE dwar il-ħamrija, il-Kummissjoni se tiżviluppa miżuri biex jiżdiedu b’mod sinifikanti l-isforzi biex jiġu identifikati, investigati, ivvalutati u rimedjati s-siti kontaminati, sabiex sal-2050, it-tniġġis tal-ħamrija ma jibqax ikun ta’ riskju għas-saħħa jew għall-ambjent. Kontaminazzjoni ġdida tal-ħamrija jenħtieġ li tiġi evitata kemm jista’ jkun, iżda meta din isseħħ minkejja miżuri preventivi u miżuri oħra, jenħtieġ li r-riskji jiġu indirizzati minnufih. Madwar l-UE kollha, madwar 2,8 miljun sit huma potenzjalment ikkontaminati, li minnhom 390 000 huma mistennija li jirrikjedu rimedju. Sal-2018, ġew irrapportati biss madwar 65 500 sit li ġew irrimedjati 44 . Huwa kruċjali li l-Istati Membri kollha jkollhom reġistru għal siti (potenzjalment) ikkontaminati, iżidu l-isforzi biex jirrimedjaw dawn is-siti u jiżviluppaw kriterji ċari biex tingħata prijorità lid-dekontaminazzjoni. Il-proposta li jmiss għal miri legalment vinkolanti tal-UE dwar ir-restawr tan-natura se tikkunsidra li tindirizza r-restawr ta’ ekosistemi degradati tal-ħamrija. Il-Kummissjoni se tiżviluppa wkoll lista ta’ sorveljanza ta’ prijorità tal-UE għall-kontaminanti tal-ħamrija kif ukoll gwida, eż. għal passaport għall-użu sikur, sostenibbli u ċirkolari ta’ ħamrija skavata abbażi tal-esperjenzi tal-Istati Membri fejn dawn jeżistu. Biex tinftiehem aħjar il-kwistjoni tat-tniġġis diffuż tal-ħamrija fl-UE, il-Kummissjoni se taħdem lejn l-integrazzjoni ta’ modulu ta’ tniġġis żero fl-istħarriġ futur tal-LUCAS dwar il-ħamrija 45 . Id-disponibbiltà u l-għarfien tal-għażliet ta’ finanzjament pubbliku u privat għall-identifikazzjoni, għall-investigazzjoni u għar-rimedju ta’ ħamrija kontaminata se jiġu promossi u ffaċilitati.

Fuq livell internazzjonali, l-UE se tappoġġa l-kooperazzjoni globali u reġjonali fil-qasam tal-ilma transkonfinali 46 , u se taħdem ma’ sħab ewlenin b’mod bilaterali. Din se tkompli trawwem il-kooperazzjoni bejn fora reġjonali rilevanti, bħal fil-baċiri tax-xmajjar Ewropej (ir-Renu, id-Danubju) u se tkompli ssegwi l-adozzjoni u l-implimentazzjoni globali tal-Konvenzjoni tal-UNECE dwar il-Protezzjoni u l-Użu ta’ Passaġġi tal-Ilma Transkonfinali u Għadajjar Internazzjonali. Din se tkompli ssaħħaħ il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani u se tappoġġa lill-pajjiżi sħab biex tiżgura li l-oċeani jkunu nodfa, f’saħħithom u ġestiti b’mod sostenibbli 47 . L-UE se tappoġġa wkoll il-koordinazzjoni tal-baċiri tal-baħar reġjonali biex tkejjel, tivvaluta u tindirizza b’mod konġunt tipi differenti ta’ tniġġis. Diversi baċiri tax-xmajjar u tal-baħar reġjonali jbatu wkoll minn tniġġis storiku, parzjalment marbut mat-Tieni Gwerra Dinjija 48 , li akkumula fis-sedimenti, u li joħloq riskji sinifikanti għall-ekosistemi akkwatiċi iżda wkoll għas-saħħa tal-bniedem, permezz tal-ħut u tal-frott tal-baħar bil-qoxra. Se żżid ukoll l-impenn tagħha ma’ pajjiżi terzi fl-indirizzar tal-iskart fil-baħar. Barra minn hekk, kooperazzjoni aktar mill-qrib fir-reġjun tal-Mediterran, b’mod partikolari permezz tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha u tal-Unjoni għall-Mediterran, se tkompli tkun prijorità. L-UE qed tmexxi wkoll l-iżviluppi fl-IMO biex jiġu regolati l-iskariki fil-baħar minn bastimenti mgħammra b’sistemi tat-tindif tal-gass tal-egżost 49 . Hija se tkompli tappoġġa wkoll is-Sħubija Globali għall-Ħamrija biex tkompli tipprevjeni t-tniġġis u timminimizza r-riskji mit-tniġġis li ntiret fil-ħamrija.  

Inizjattiva ewlenija 3: Il-promozzjoni ta’ tniġġis żero fost ir-reġjuni

Sal-2024 u f’kooperazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kummissjoni se tippreżenta Tabella ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni ekoloġika tar-reġjuni tal-UE 50 biex tkejjel, b’mod partikolari l-isforzi tar-reġjuni tal-UE biex jintlaħqu l-miri rilevanti għat-tniġġis stabbiliti skont dan il-pjan ta’ azzjoni u strateġiji oħra. Din se tkun il-bażi għall-ippremjar tal-aħjar prestazzjonijiet u għall-għoti ta’ premju għar-Reġjun Ekoloġiku tas-Sena, possibbilment fil-kuntest tar-REGIOSTARS. Iċ-ċittadini se jkunu jistgħu jivverifikaw il-progress maż-żmien u anke joħolqu tellieqa għal tniġġis żero b’opportunitajiet ġodda ta’ turiżmu u negozju.

2.4.Lejn tniġġis żero mill-produzzjoni u l-konsum

It-tmexxija tal-UE lejn tniġġis żero tirrikjedi, f’sinerġija mill-qrib mal-pjan ta’ azzjoni għal ekonomija ċirkolari, sistemi industrijali aktar sostenibbli 51 , teknoloġiji aktar nodfa, mudelli kummerċjali u drawwiet tal-konsum anqas niġġiesa, implimentazzjoni aktar malajr tal-prinċipju “min iniġġes iħallas”, u applikazzjoni ulterjuri tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi.  

Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED) 52 hija l-istrument ewlieni li jirregola l-emissjonijiet ta’ inkwinanti fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija minn aktar minn 52 000 mill-akbar installazzjonijiet industrijali tal-UE. L-IED tagħmel l-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet industrijali kondizzjonali fuq installazzjoni li tikkonforma mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT). Din mexxiet lil dawn l-industriji biex inaqqsu b’mod progressiv l-emissjonijiet u kkontribwixxiet għal kondizzjonijiet ekwi. Pereżempju, l-impjanti l-kbar tal-kombustjoni issa jarmu seba’ darbiet inqas sustanzi li jniġġsu fl-arja milli kienu jagħmlu 20 sena ilu. Madankollu, l-emissjonijiet fl-arja mill-installazzjonijiet tal-IED għadhom jammontaw għal kważi EUR 100 biljun fis-sena fi ħsarat 53 . Dan jitlob għal iktar sforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet li jifdal, inkluż għall-ilma u għall-ħamrija – kif ukoll biex jiġi żgurat li l-operaturi rilevanti ta’ installazzjonijiet industrijali kbar u ta’ stabbilimenti partikolarment perikolużi jirrimedjaw il-kontaminazzjoni mill-operazzjonijiet industrijali tagħhom jew f’każ ta’ aċċidenti industrijali kbar.

Wara l-evalwazzjoni reċenti tal-IED 54 , il-Kummissjoni se tirrevedi r-regoli tal-UE dwar l-emissjonijiet industrijali 55 , filwaqt li tirrikonoxxi li teknoloġiji jew proċessi tal-produzzjoni ġodda spiss se jippermettu li jitnaqqsu l-emissjonijiet kemm ta’ sustanzi niġġiesa kif ukoll dawk ta’ gassijiet serra, anki f’setturi li fil-preżent mhumiex koperti. Ir-reviżjoni se jkollha l-għan li taċċellera l-adozzjoni ta’ innovazzjoni fit-tniġġis żero, toħloq kondizzjonijiet ekwi anke għal setturi oħrajn li jniġġsu ħafna, ittejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja, u tagħmilha aktar faċli li jitqabblu l-prestazzjonijiet tal-Istati Membri fl-indirizzar tal-emissjonijiet industrijali. Osservatorju ġdid tal-Innovazzjoni skont l-IED se jkollu rwol ewlieni fil-monitoraġġ tal-innovazzjonijiet u fl-aċċellerazzjoni tal-identifikazzjoni ta’ tekniki ġodda. Id-diġitizzazzjoni, l-ipproċessar tad-data u approċċi innovattivi ġodda bħat-telerilevament, l-intelliġenza artifiċjali u t-tagħlim awtomatiku jistgħu jintużaw biex iħaffu u jittrasformaw il-mod kif ir-regolaturi u l-industrija jindirizzaw l-emissjonijiet industrijali. Barra minn hekk, biex sal-2050 iwasslu għal “landfill u skariku ta’ ilma mormi kważi żero”, is-“sħubija Proesses4Planet”, is-“Sħubija għal Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika” u s-“Sħubija għall-Azzar Nadif” ta’ Orizzont Ewropa se jesploraw modi biex jitrawmu teknoloġiji rivoluzzjonarji u soluzzjonijiet aktar sistemiċi, bħas-simbjożi industrijali u l-ktajjen tal-provvista ċirkolari li bihom l-iskart jew il-prodotti sekondarji ta’ industrija jew ta’ intrapriżi żgħar u medji (SMEs) isiru l-materja prima għal oħra. Il-pjan direzzjonali tat-teknoloġija industrijali dwar l-industriji ċirkolari taħt l-“ERA l-ġdida” se jipprovdi evidenza u jipproponi aġendi ta’ investiment 56

It-tħaddin tal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero fil-produzzjoni u l-konsum ifisser ukoll li s-sustanzi kimiċi, il-materjali u l-prodotti għandhom ikunu sikuri u sostenibbli kemm jista’ jkun mid-disinn u tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom 57 , u b’hekk iwasslu għal ċikli ta’ materjali mhux tossiċi. Il-Kummissjoni diġà adottat il-pjan ta’ azzjoni l-ġdid għal ekonomija ċirkolari u l-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà, u ħabbret diversi inizjattivi oħra biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi tat-tniġġis. L-inizjattiva ta’ politika dwar il-prodotti sostenibbli se jkollha l-għan li tiżgura li l-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE jsiru dejjem aktar sostenibbli u li jgħaddu mit-test taċ-ċirkolarità, u dan jagħmel kemm il-produzzjoni kif ukoll il-konsum aktar favur l-ambjent u jimminimizza l-iskart u t-tniġġis. Il-metodi tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (PEF) u tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet (OEF) 58 jappoġġaw tqabbil trasparenti, robust, sistematiku u integrat tal-prodotti u tal-organizzazzjonijiet fis-suq tal-UE. Minbarra diversi azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali identifikati tal-prodotti farmaċewtiċi permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġija farmaċewtika u tal-approċċ strateġiku tal-UE għall-farmaċewtiċi fl-ambjent 59 , huma previsti wkoll miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati t-tniġġis bil-mikroplastiċi 60 , is-sustanzi niġġiesa organiċi persistenti (POPs) 61 fl-iskart u s-sustanzi ta’ ħsara u persistenti fil-prodotti bħas-sustanzi per- u polifluworoalkiliċi (PFAS) fl-użi mhux essenzjali kollha 62 . Il-Kummissjoni se tistieden ukoll lill-operaturi pubbliċi u privati biex jagħmlu “wegħdiet ta’ tniġġis żero 63 biex iħeġġu lill-konsumaturi jagħżlu prodotti u servizzi li jniġġsu inqas, bħal dawk bl-Ekotikketta tal-UE. Dawn il-wegħdiet se jkunu għall-ħwienet tradizzjonali u għal swieq online u se jkunu bbażati fuq dikjarazzjonijiet verifikabbli u trasparenti li għalihom se tikkontribwixxi wkoll l-inizjattiva futura dwar l-Asserzjonijiet Ambjentali.

L-assenjazzjoni ta’ prezz tajjeb għat-tniġġis u l-ħolqien ta’ inċentivi għal alternattivi, kif meħtieġ mill-prinċipju “min iniġġes iħallas”, jikkostitwixxu xprunatur ewlieni biex jiġu stimolati produzzjoni u konsum aktar nodfa 64 . Illum, minkejja diversi talbiet, it-tniġġis għadu prinċipalment indirizzat permezz tar-regolamentazzjoni u l-kostijiet esterni tiegħu mhumiex internalizzati għal kollox. Hemm lok għall-promozzjoni ta’ użu ulterjuri tal-istrumenti tal-prezzijiet 65 . Biex tappoġġa dan il-proċess, il-Kummissjoni se tadotta rakkomandazzjonijiet dwar kif ikomplu jiġu promossi strumenti u inċentivi rilevanti biex jiġi implimentat aħjar il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u għalhekk jiġi eliminat gradwalment it-“tniġġis mingħajr ħlas”, b’segwitu għar-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li ġej. Sadanittant, din se tqis kif ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija tista’ tgħin biex jiġi żgurat li l-utenti jiġu mħeġġin jagħżlu sorsi tal-enerġija anqas niġġiesa.

Flimkien mal-isforzi madwar id-dinja skont il-Konvenzjoni ta’ Minamata, fl-2022 il-Kummissjoni se tirrevedi r-Regolament dwar il-Merkurju 66 biex jiġi eliminat gradwalment l-użu tal-amalgama dentali u jiġu pprojbiti l-manifattura u l-kummerċ ta’ għadd ta’ prodotti miżjuda bil-merkurju, inkluż ċerti lampi. Dan se jsir f’sinerġija ma’ strumenti rilevanti tal-UE, inkluż id-Direttiva dwar ir-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Perikolużi 67 .

Id-Direttiva Seveso III 68 għandha l-għan li tikkontrolla perikli ta’ aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, u għalhekk għandha rwol ewlieni fit-tmexxija ta’ UE industrijalizzata ħafna lejn tniġġis żero minn aċċidenti industrijali. Matul dawn l-aħħar 10 snin, għall-kważi 12 000 stabbiliment perikoluż ibbażat fl-UE kopert mid-Direttiva, kien hemm inqas minn 30 aċċident kbir fis-sena fl-UE, b’impatti dejjem aktar imnaqqsa. Il-Kummissjoni se tkompli tikkonsolida l-appoġġ tagħha lill-Membri, eż. dwar il-valutazzjoni tar-riskji tal-istabbilimenti u l-konsegwenzi tal-aċċidenti. Dan se jikkomplementa wkoll il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili 69 .

Fuq livell internazzjonali, l-UE se tkompli tappoġġa l-ħidma fuq l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) fil-ftehimiet ambjentali multilaterali kollha, bħall-Konvenzjonijiet ta’ Stokkolma u ta’ Minamata, kif ukoll permezz tal-proġett tal-OECD dwar il-BAT. Din se tikkontribwixxi wkoll b’mod attiv għar-rieżami tal-Protokoll ta’ Kyiv li jikkonċerna r-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (PRTR) biex tiġbor l-għarfien dwar il-livelli u t-tendenzi tal-emissjonijiet industrijali. Biex tkompli tindirizza l-impronta esterna tat-tniġġis tal-UE, il-Kummissjoni se tipproponi rieżami ambizzjuż tar-Regolament dwar Vjeġġi ta' Skart biex jiġu mmonitorjati aħjar l-esportazzjonijiet tal-iskart, jiġi żgurat it-trattament sostenibbli tagħhom u jiġu ristretti l-esportazzjonijiet tal-iskart li jkollhom impatti ta’ ħsara fuq l-ambjent u s-saħħa f’pajjiżi terzi. Pereżempju, il-vetturi li ma għadhomx jintużaw (ELVs), li huma skart perikoluż u li ma jistgħux jiġu esportati lejn pajjiżi li mhumiex fl-OECD, spiss jiġu ttikkettati bħala karozzi użati u esportati illegalment 70 . Dan iwassal għal theddid serju ta’ tniġġis ikkawżat mill-ġestjoni ħażina tagħhom 71 . L-UE se tkompli tissieħeb ukoll ma’ pajjiżi ewlenin għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-iskart u se tiffaċilita l-kooperazzjoni intra- u interreġjonali.

Inizjattiva ewlenija 4: L-iffaċilitar tal-għażliet tat-tniġġis żero

Mill-2022 ’il quddiem, il-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-operaturi tas-settur pubbliku u privat jagħmlu “wegħdiet ta’ tniġġis żero” biex jippromwovu l-aħjar għażliet disponibbli bi “skart kważi żero”, u b’mod ġenerali prodotti u servizzi li wrew li kienu inqas niġġiesa tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom, b’enfasi fuq prodotti u servizzi bl-Ekotikketta tal-UE, inkluż akkomodazzjonijiet turistiċi u sustanzi u materjali anqas tossiċi 72 . Dan se jipprovdi lin-nies b’aktar offerti u informazzjoni dwar għażliet aktar nodfa.

3.Il-ħolqien ta’ Trasformazzjoni fi Tniġġis Żero flimkien

3.1.L-iżgurar ta’ implimentazzjoni u infurzar aktar stretti

Skont it-tieni Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali 73 , il-lakuni attwali fl-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE jiswew lis-soċjetà total ta’ madwar EUR 55 biljun fis-sena, b’69 % ta’ dak il-kost dovut għal implimentazzjoni insuffiċjenti ta’ liġijiet dwar l-arja, l-istorbju, l-ilma u l-emissjonijiet/inċidenti industrijali 74 .  

Il-Kummissjoni se tiffoka dejjem aktar l-isforzi tagħha ta’ implimentazzjoni u ta’ infurzar biex tiżgura li l-liġijiet kollha tal-UE dwar il-prevenzjoni tat-tniġġis jiġu rispettati b’mod effettiv u jġibu l-benefiċċji maħsuba għall-ambjent u għas-saħħa. Dan jinkludi ħidma upstream mal-Istati Membri biex tiġi żgurata traspożizzjoni rapida u preċiża u jiġu promossi l-għodod kollha disponibbli.

Biex ittejjeb il-konformità mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kollha mal-liġijiet tal-UE dwar il-prevenzjoni tat-tniġġis, il-Kummissjoni se:

·tippromwovi żieda fil-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u n-networks Ewropej ta’ aġenziji ambjentali, spetturi, awdituri, pulizija, prosekuturi u mħallfin fil-qafas tal-Forum dwar il-Konformità u l-Governanza Ambjentali 75 , bil-għan li jiġu żviluppati azzjonijiet konġunti ġodda fil-katina tal-konformità;

·tlaqqa’ flimkien awtoritajiet ambjentali u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar (eż. dawk responsabbli għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trasport, l-enerġija, l-agrikoltura, is-sajd, is-sorveljanza marittima jew il-protezzjoni tal-konsumatur) biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u jfasslu azzjonijiet ta’ konformità transsettorjali lejn tolleranza żero għat-tniġġis fil-livell nazzjonali u transkonfinali;  

·ittejjeb il-qafas legali orizzontali billi ssaħħaħ id-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali 76 ;

·tevalwa sal-2023 l-adegwatezza għall-użu tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (ELD) għall-iskop tagħha 77 , inkluż l-aspetti tagħha relatati mat-tniġġis, u tirrevediha jekk ikun meħtieġ;

·tikkunsidra l-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet standardizzati dwar l-assigurazzjoni tal-konformità għal proposti leġiżlattivi ġodda u timmonitorja l-applikazzjoni proporzjonata u dissważiva tal-klawżoli penali fis-seħħ;

·tħeġġeġ l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri, ta’ spezzjonijiet eżistenti u ta’ kontrolli tal-konformità u klawżoli ta’ penali oħra u tivvaluta possibbiltajiet biex dawn jittejbu, fejn ikun rilevanti;

·tippromwovi l-użu ta’ teknoloġiji mill-aktar avvanzati biex jagħtu spinta lill-kapaċitajiet nazzjonali għall-monitoraġġ u għall-verifika tal-konformità.

Is-soċjetà ċivili għandha rwol importanti bħala gwardjan tal-konformità. Il-Kummissjoni se tevalwa u, fejn ikun meħtieġ, se ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, f’konformità mal-Komunikazzjoni tagħha dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali 78 . L-informaturi huma protetti wkoll meta dawn jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-UE dwar it-tniġġis 79 .

Il-Kummissjoni se tagħti wkoll attenzjoni lis-sistemi nazzjonali sabiex dawn jippermettu lill-imħallfin jiżguraw id-dritt tal-individwi u tal-NGOs għal rimedju effettiv skont il-liġi tal-UE, b’mod konformi mar-Regolament rivedut ta’ Aarhus 80 .

Inizjattiva ewlenija 5: Kooperazzjoni fl-infurzar ta’ tniġġis żero

Mill-2022, il-Kummissjoni se tlaqqa’ flimkien l-awtoritajiet ambjentali u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar (eż. dawk responsabbli mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trasport, l-enerġija, l-agrikoltura jew il-protezzjoni tal-konsumatur) biex tibda’ l-iskambju tal-aħjar prattiki u tħeġġeġ lill-Istati Membri jfasslu azzjonijiet ta’ konformità transsettorjali lejn tolleranza żero għat-tniġġis fil-livell nazzjonali u transkonfinali. In-nies fl-aħħar mill-aħħar se jibbenefikaw minn arja, ilma u ħamrija aktar nodfa u minn anqas storbju, bis-saħħa ta’ infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni relatata mat-tniġġis.

3.2.It-tisħiħ tal-bidla fis-soċjetà kollha għal tniġġis żero

L-ambizzjoni ta’ tniġġis żero tirrikjedi azzjoni kollettiva u bidla kollettiva, peress li t-tniġġis jirriżulta minn diversi attivitajiet fil-biċċa l-kbira tas-setturi ekonomiċi, huwa regolat minn awtoritajiet internazzjonali, tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali u fl-aħħar mill-aħħar jaffettwa lin-nies kollha u lill-ambjent madwar id-dinja. Kulħadd għandu rwol x’jaqdi. 

Għan-negozji u l-gvernijiet, l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero toffri opportunità importanti għall-innovazzjoni billi jsir investiment f’teknoloġiji, fi prodotti u f’servizzi nodfa. L-investimenti privati huma xprun ewleni. Fl-2019, inħarġu 51 % aktar bonds ekoloġiċi madwar id-dinja meta mqabbla mal-2018 (għal total ta’ USD 257,7 biljun), l-aktar minħabba żieda fl-adozzjoni fl-UE 81 . L-implimentazzjoni tal-kriterji ambjentali (il-protezzjoni tal-ilma, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, l-ekonomija ċirkolari u l-bijodiversità) skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija Sostenibbli 82 se tkun opportunità importanti biex tiġi appoġġata din it-tendenza inkoraġġanti. Biex tgħin lill-kumpaniji u lill-gvernijiet ikejlu l-prestazzjoni ekonomika tal-mudelli u tal-proġetti kummerċjali tagħhom billi jirriflettu l-valur veru tan-natura, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa prattiki standardizzati ta’ kontabbiltà tal-kapital naturali u rapportar ambjentali aktar strett, bħal fil-proposta għal Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv Sostenibbli 83 u, fejn ikun rilevanti, tippromwovi l-prevenzjoni tat-tniġġis bħala parti mill-verifika tas-sostenibbiltà għal proġetti kbar appoġġati minn InvestEU. Dan għandu jgħin jiżgura li l-aspetti relatati mal-arja, mal-ilma u mal-ħamrija jiġu riflessi b’mod adegwat fl-iżvilupp ta’ prattiki standardizzati fin-negozji, fil-proġetti, fil-prodotti u fil-gvern u jiġu promossi fi sħab pubbliċi-privati 84 .

L-UE se tkompli tippromwovi fuq livell internazzjonali aġenda ta’ finanzjament ekoloġiku biex timmobilizza l-kapital privat għal investimenti ambjentalment sostenibbli li jappoġġaw l-objettivi ta’ tniġġis żero, inkluż permezz tal-Pjattaforma Internazzjonali dwar Finanzi Sostenibbli. Din se timpenja ruħha mal-Istati Membri, mal-Bank Ewropew tal-Investiment u ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs) rilevanti oħrajn biex timmobilizza strumenti bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli+ biex tkompli tiżviluppa u żżid l-investimenti fil-prevenzjoni tat-tniġġis 85 . Mill-2022 ’il quddiem, il-Kummissjoni se tiżgura li, meta tippremja lill-imprendituri (eż. permezz tal-Premjijiet Kummerċjali Ewropej għall-Ambjent), l-isforzi tagħhom ta’ tniġġis żero jiġu rikonoxxuti u ppubblikati kif xieraq. Dan se jgħin lil dawn il-kumpaniji fuq quddiem biex jikkonsolidaw il-pożizzjoni tagħhom fis-suq, filwaqt li jenfasizza r-rendiment tat-tniġġis tagħhom għall-klijenti futuri tagħhom.

Il-finanzjament pubbliku se jkun meħtieġ ukoll, flimkien mal-investiment privat, billi sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali miftiehma se jkun meħtieġ investiment madwar l-UE kollha ta’ EUR 100-150 biljun addizzjonali fis-sena sal-2030, b’sehem sinifikanti minnu għal investimenti fil-prevenzjoni u fil-kontroll tat-tniġġis 86 . Ir-rieżami li jmiss tal-qafas ta’ governanza ekonomika se jinkludi referenza għal investiment pubbliku ekoloġiku fil-kuntest tal-kwalità tal-finanzi pubbliċi. Il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027 u n-NextGenerationEU se joffru wkoll appoġġ finanzjarju għat-tnaqqis u għall-kontroll tat-tniġġis permezz tal-politika ta’ koeżjoni, il-pjanijiet nazzjonali taħt il-Faċilita għall-Irkupru u r-Reżiljenza u strateġiji nazzjonali rilevanti oħrajn, bħall-pjanijiet strateġiċi nazzjonali taħt il-politika agrikola komuni, li jistgħu jħeġġu l-implimentazzjoni ta’ prattiki agrikoli ta’ benefiċċju. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-Istati Membri biex tkompli tiżviluppa u ttejjeb is-servizzi konsultattivi nazzjonali għall-bdiewa biex jibnu l-kapaċità għal prattiki inqas niġġiesa, b’mod partikolari biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka u tan-nitrati. Il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza huma għodda biex jiġu indirizzati l-isfidi u jiġu sfruttati l-benefiċċji tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, li jistgħu jinkludu l-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis, b’mod partikolari dawk identifikati f’rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. F’konformità mar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Kummissjoni se tivvaluta l-pjanijiet kontra, fost l-oħrajn, il-miri ta’ tranżizzjoni doppja, diġitali u ekoloġika. Il-finanzjament taħt il-Politika ta’ Koeżjoni se jikkontribwixxi sostanzjalment għall-ksib tal-objettiv ta’ tniġġis żero permezz ta’ investimenti, inter alia, fl-effiċjenza enerġetika, fl-enerġija rinnovabbli, fit-trattament tal-ilma mormi, fil-ġestjoni tal-iskart, f’miżuri għall-kwalità tal-arja, fi trasport urban sostenibbli u f’infrastruttura ekoloġika. Dan se jappoġġa azzjoni kemm fil-livell nazzjonali, fil-livell reġjonali kif ukoll f’dak lokali. Il-Kummissjoni tinsab lesta wkoll li tappoġġa lill-Istati Membri permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku biex tipprovdi appoġġ tekniku għar-riformi relatati mat-tniġġis fl-Istati Membri tal-UE, li jistgħu jiġu ffinanzjati b’mezzi nazzjonali jew b’fondi tal-UE. Il-Kummissjoni qed tiżviluppa wkoll Viżjoni fit-Tul għaż-Żoni Rurali, li għandha l-ambizzjoni li tikkontribwixxi b’azzjonijiet konkreti wkoll għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

Orizzont Ewropa se jappoġġa riċerka u innovazzjoni mmirati rilevanti għall-ambizzjoni ta’ tniġġis żero bħala waħda mill-prijoritajiet tiegħu. L-inizjattivi strateġiċi ewlenin huma l-missjonijiet 87  u s-sħubiji 88 bħall-missjonijiet proposti għal “Oċeani, Ibħra, Ilmijiet Kostali u Interni f'Saħħithom” 89 u għas-“Saħħa tal-Ħamrija u l-Ikel” 90 u l-missjoni għal “Bliet newtrali għall-klima u intelliġenti” u s-sħubiji dwar ir-riskji mis-sustanzi kimiċi (PARC), it-trasformazzjoni tal-industrija Ewropea tal-proċessi (“Process4Planet”), is-sigurtà tal-ilma għall-pjaneta (“Water4All”), dwar it-“Trasport fuq l-ilma b’emissjonijiet żero” (ZEWT) jew “ Lejn trasport bit-triq mingħajr emissjonijiet” (2ZERO). Barra minn hekk, Orizzont Ewropa se jkompli jappoġġa r-riċerka dwar is-sustanzi niġġiesa u t-tipi ta’ tniġġis ta’ tħassib emerġenti bħat-tniġġis tad-dawl u l-impatti tiegħu fuq il-bijodiversità, jew it-tniġġis bin-nanopartikoli.

Qed jinħoloq dejjem aktar potenzjal innovattiv sinifikanti minn soluzzjonijiet diġitali biex jitnaqqas it-tniġġis, li spiss ikun ta’ benefiċċju wkoll għal objettivi oħra tal-Patt Ekoloġiku 91 . Dawn jistgħu jaċċelleraw it-tranżizzjoni lejn tniġġis żero iżda jeħtieġu deċiżjonijiet f’waqthom biex isir l-aħjar użu mill-opportunitajiet filwaqt li jiġu mmitigati r-riskji. Pereżempju, l-iżvilupp ta’ għodod diġitali mmirati biex jgħinu lill-bdiewa jnaqqsu l-impronta ambjentali tagħhom bis-saħħa ta’ rekwiżiti viżwalizzati faċilment skont il-liġijiet tal-UE jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-impatti niġġiesa ta’ xi wħud mill-attivitajiet tagħhom. B’mod aktar ġenerali, biex tittejjeb id-disponibbiltà tad-data mis-settur pubbliku u privat u biex in-negozji, dawk li jfasslu l-politika, ir-riċerkaturi u ċ-ċittadini jiġu megħjunin jifhmu u jivviżwalizzaw aħjar it-tniġġis, id-data ta’ rilevanza għall-ambizzjoni ta’ tniġġis żero 92 se tiġi kondiviża b’mod miftuħ bħala parti mill-Ispazju tad-Data tal-Patt Ekoloġiku 93 . Il-Programm ta’ Osservazzjoni tad-Dinja “Copernicus” se jkun element kostitwenti ewlieni għall-inizjattiva “Destinazzjoni d-Dinja” tal-UE, u se jipprovdi ammonti kbar ta’ data u informazzjoni dwar l-Osservazzjoni u l-monitoraġġ tad-Dinja. Il-Kummissjoni ħabbret ukoll inizjattiva “GreenData4All” 94 biex timmodernizza, ixxerred u tikkondividi b’mod attiv id-data pubblika u privata b’appoġġ għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, filwaqt li tibni fuq il-progress li sar skont id-Direttiva INSPIRE 95 u tinkludi d-Direttiva dwar l-aċċess pubbliku għal informazzjoni ambjentali 96 . Barra minn hekk, permezz ta’ bliet u komunitajiet intelliġenti taħt il-Programm Ewropa Diġitali, pereżempju, il-Kummissjoni se tinvesti fil-pilotaġġ u fit-tnedija ta’ soluzzjonijiet diġitali għal tniġġis żero kif ukoll fl-iżvilupp ta’ tewmin diġitali lokali – mudelli virtwali ta’ bliet – li se jgħinu lill-bliet jindirizzaw sfidi kumplessi ambjentali u ta’ ppjanar 97 .

Filwaqt li tikkomplementa l-isforzi taħt il-Patt Klimatiku Ewropew 98 , il-Kummissjoni se toffri lin-nies possibbiltajiet ġodda biex jitgħallmu dwar it-tniġġis u jieħdu azzjoni. Se jiġu żviluppati apps u materjal ta’ informazzjoni dedikati, bl-ewwel żvilupp ikun dak tal-App tal-Indiċi tal-Kwalità tal-Arja 99 , li tiffaċilita l-aċċess għad-data disponibbli f’ħin reali u komparabbli madwar l-UE, u dak tal-kalkolatur tal-impronta tal-konsumatur 100 , li se jippermetti lin-nies jivvalutaw l-impronti tal-konsum tagħhom stess. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni dedikati ta’ “tniġġis żero” ma’ organizzazzjonijiet sħab se jinkludu kits edukattivi, il-promozzjoni ta’ attivitajiet dedikati ta’ tniġġis żero għall-pubbliku ġenerali, għall-istudenti u għall-gruppi vulnerabbli.

B’mod ċar, it-trasformazzjoni għal tniġġis żero teħtieġ mhux biss finanzjament u teknoloġiji iżda wkoll nies kapaċi biex jagħmlu l-aħjar użu mit-tnejn. U dan ma jgħoddx biss għall-ħiliet diġitali. Il-Kummissjoni se timplimenta l-Aġenda għall-Ħiliet 101 , fost l-oħrajn billi tappoġġa l-iżvilupp ta’ ħiliet ekoloġiċi ewlenin stabbiliti għas-suq tax-xogħol biex jiġi ggwidat it-taħriġ fl-ekonomija kollha bi ħsieb li tinħoloq ġenerazzjoni ta’ professjonisti konxji tal-klima, tal-ambjent u tas-saħħa u operaturi ekonomiċi ekoloġiċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tiżgura adozzjoni wiesgħa ta’ moduli ta’ taħriġ tal-UE mfassla apposta għall-kura tas-saħħa u għal ħaddiema oħra fis-settur tal-kura soċjali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jittrattaw riskji ambjentali, filwaqt li tiżgura wkoll adozzjoni wiesgħa mill-UE tal-aħjar prattiki aġġornati regolarment biex isir progress tanġibbli fl-identifikazzjoni u fit-tnaqqis tal-esponiment għar-riskji ambjentali fi gruppi vulnerabbli.

Biex tgħin tiżgura li t-tranżizzjoni ekoloġika u s-sostenibbiltà jsiru parti mill-kurrikulu tal-edukazzjoni, fi tmiem l-2021, il-Kummissjoni se tipproponi Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni għas-sostenibbiltà ambjentali u Qafas Ewropew ta’ Kompetenza għat-Tibdil fil-Klima u l-Iżvilupp Sostenibbli. Imnedija f’Diċembru 2020, il-Koalizzjoni ta’ Edukazzjoni għall-Klima se tappoġġa soluzzjonijiet innovattivi mal-għalliema u mal-istudenti, inkluż dwar l-iżvilupp ta’ ħiliet ekoloġiċi. Il-programm Erasmus+ se jsaħħaħ id-dimensjoni ekoloġika fl-edukazzjoni u fit-taħriġ kif ukoll se jżid l-għadd ta’ opportunitajiet ta’ mobbiltà f’oqsma ta’ studju ekoloġiċi li jħarsu ’l quddiem, bħall-Ippjanar Urban, is-Sostenibbiltà u l-Innovazzjoni jew ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM).

Il-bliet u r-reġjuni huma fuq quddiem nett fl-implimentazzjoni ta’ liġijiet, politiki u programmi rilevanti għat-tniġġis. Ħafna bliet diġà qed jieħdu azzjoni akbar, b’kompetituri fuq quddiem impenjati fin-network tal-Belt Kapitali Ekoloġika Ewropea u tan-Network Ewropew Green Leaf. Madankollu, bosta bliet għadhom qed isibuha diffiċli biex jindirizzaw it-tniġġis b’mod suffiċjenti. Pereżempju, l-istandards għall-kwalità tal-arja tal-UE għadhom qed jinkisru f’aktar minn 100 belt fl-UE. Il-Kummissjoni se tkompli tħeġġeġ, timmotiva u taħdem mal-bliet, skont il-Ftehim dwar il-Bliet Ekoloġiċi reċenti, b’mod partikolari, sabiex dawn jimpenjaw ruħhom li jżidu l-azzjoni lokali tagħhom fuq l-arja, l-istorbju, l-ilma, in-natura u l-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari u l-iskart 102 . Il-Missjoni tal-Bliet proposta ta’ Orizzont Ewropa sejra, permezz ta’ approċċ xprunat mid-domanda u transsettorjali allinjat mal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero, tappoġġa 100 belt fit-tranżizzjoni tagħhom lejn in-newtralità klimatika sal-2030, biex tispira lil bliet Ewropej oħrajn biex jiksbu n-newtralità klimatika sal-2050 u jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għat-tnaqqis tat-tniġġis urban.

Inizjattiva ewlenija 6: Il-wiri ta’ soluzzjonijiet ta’ tniġġis żero għall-bini

Mill-2022 ’il quddiem, il-Kummissjoni se turi mill-istrateġija tal-mewġa ta’ rinnovazzjoni u mill-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropew Ġdid kif proġetti ta’ bini u użu ta’ Tewmin Diġitali Lokali jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal objettivi ta’ tniġġis żero bl-applikazzjoni ta’ prinċipji bbażati fuq “sabiħ, sostenibbli, flimkien”. Dawn ir-riżultati se jikkontribwixxu wkoll għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, b’akkomodazzjoni mtejba u b’inqas tniġġis minn, ġewwa u madwar il-bini, flimkien mal-iffrankar tal-flus.

Inizjattiva ewlenija 7: Laboratorju Ħaj għal soluzzjonijiet diġitali ekoloġiċi u tniġġis żero intelliġenti

Fl-2021, il-Kummissjoni, flimkien mas-sħab, se tniedi Laboratorji Ħajjin 103 għal soluzzjonijiet diġitali ekoloġiċi u għal tniġġis żero intelliġenti biex timpenja ruħha mal-awtoritajiet reġjonali u lokali (pereżempju permezz tal-komunità “Living-in.eu”) u ma’ partijiet ikkonċernati oħra biex jgħinu fl-iżvilupp ta’ azzjonijiet lokali għal trasformazzjoni ekoloġika u diġitali 104 li jikkontribwixxu għall-Koalizzjoni Ekoloġika Diġitali Ewropea 105 u għall-Patt klimatiku Ewropew. Sal-2023, il-membri tal-Laboratorji Ħajjin se jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet dwar l-użu għal użu favur il-klima u l-ambjent ta’ soluzzjonijiet diġitali biex jaċċelleraw l-isforzi ta’ tniġġis żero, b’enfasi partikolari fuq l-involviment taċ-ċittadini.

3.3.Il-promozzjoni ta’ bidla madwar id-dinja għal tniġġis żero

It-tniġġis ma jiqafx mal-fruntieri. Għalhekk, l-UE se tippromwovi l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi fl-azzjoni esterna tagħha, inkluż il-Patt Ekoloġiku, id-diplomazija, il-kummerċ u l-investimenti tagħha, filwaqt li tipprovdi għarfien espert u riżorsi finanzjarji biex tespandi s-sħubiji u l-azzjoni internazzjonali f’pajjiżi terzi u magħhom.

F’konformità mal-aktar strateġiji ta’ politika u reġjonali reċenti 106 , l-UE se tikkoopera mill-qrib ma’ sħab tat-tkabbir u mal-eqreb ġirien tagħna fin-Nofsinhar u fil-Lvant, kif ukoll ma’ sħab tar-Renju Unit u tal-EFTA, dwar sfidi tat-tniġġis, mhux l-inqas għar-ratifika u għall-implimentazzjoni effettiva tal-ftehimiet multilaterali rilevanti dwar it-tniġġis. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi Nordiċi mhux tal-UE, mal-Istati Uniti, mal-Kanada u mar-Russja se tkun importanti wkoll, inkluż il-kollaborazzjoni ssuktata f’fora internazzjonali rilevanti, biex l-ambjent fraġli tar-reġjun tal-Artiku jitħares aħjar minn ħsara relatata mat-tniġġis. B’mod partikolari, l-UE se tavvanza l-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-politiki dwar il-karbonju iswed 107 biex jitnaqqsu l-impatti tat-tibdil fil-klima u tittejjeb il-kwalità tal-arja.

L-UE se timpenja ruħha wkoll ma’ sħab internazzjonali ewlenin, b’mod partikolari fost il-G20 u n-network vast tagħha ta’ ftehimiet kummerċjali bilaterali, biex tavvanza aġenda globali ta’ żero tniġġis, b’enfasi fuq is-saħħa u fuq il-prevenzjoni tat-tniġġis, u se taħdem biex toħloq opportunitajiet tas-suq għal teknoloġiji, prodotti, servizzi u investimenti ekoloġiċi. Se tippromwovi wkoll l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero permezz ta’ politiki ta’ żvilupp u ta’investiment, tevalwa l-impatti relatati mat-tniġġis fl-inizjattivi tal-politika kummerċjali u l-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, u ssaħħaħ l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli.

Fil-livell multilaterali, l-UE se:

·tkompli tappoġġa azzjoni internazzjonali għal tniġġis żero u l-implimentazzjoni tal-prinċipju “min iniġġes iħallas” 108 , f’konformità mal-SDGs u b’segwitu għar-riżoluzzjonijiet mill-Assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent 109 , b’mod partikolari l-pjan ta’ implimentazzjoni “Lejn pjaneta ħielsa mit-tniġġis” 110 u l-Missjoni Innovazzjoni 111 ;

·tkompli tmexxi l-ħidma għal qafas internazzjonali ambizzjuż għal wara l-2020 għall-ġestjoni tajba tas-sustanzi kimiċi u tal-iskart;

·issaħħaħ l-azzjonijiet skont il-Konvenzjonijiet ta’ Basel, ta’ Rotterdam, ta’ Stokkolma u ta’ Minamata fuq l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, is-sustanzi kimiċi perikolużi, is-sustanzi niġġiesa organiċi persistenti u l-merkurju;

·tippromwovi ftehim globali dwar il-plastiks 112 .

L-UE se timmira wkoll li tiżgura li t-tniġġis jiġi indirizzat b’mod effettiv bħala parti minn qafas globali ambizzjuż għal wara l-2020 dwar il-bijodiversità fil-15-il Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.

Il-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-pajjiżi sħab itejbu l-oqfsa ta’ politika u regolatorji tagħhom u jistabbilixxu l-inċentivi x-xierqa biex jitnaqqas it-tniġġis, b’mod partikolari permezz ta’ bbaġitjar ekoloġiku u taxxi ambjentali 113 . Barra minn hekk, l-inizjattiva li ġejja dwar il-governanza korporattiva sostenibbli se tintroduċi dmirijiet ta’ diliġenza dovuta fil-ktajjen tal-valur ekonomiċi kollha, inkluż fir-rigward tal-impatti ambjentali relatati mal-operazzjonijiet tan-negozju. .

Il-Kummissjoni se żżid l-integrazzjoni tal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero fil-programmi ta’ azzjoni esterna tal-UE li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn ekonomiji b’emissjonijiet baxxi u ċirkolari, l-iżvilupp urban sostenibbli, l-enerġija nadifa u soluzzjonijiet ta’ tisjir nadif, l-ilma u l-miżuri sanitarji, l-azzjoni klimatika u ambjentali, is-saħħa, il-mobbiltà sostenibbli u l-agrikoltura. Il-Kummissjoni se ttejjeb ukoll il-kooperazzjoni tagħha mas-sħab internazzjonali biex tiżgura s-sikurezza tal-prodotti esportati lejn is-swieq online u offline tal-UE għall-konsumaturi.

Il-Kummissjoni se tesplora modi kif tinkludi aġenda aktar b’saħħitha dwar is-saħħa u t-tniġġis fuq livell internazzjonali, inkluż billi tagħti attenzjoni aktar mill-qrib lid-determinanti ambjentali ta’ mard mhux komunikabbli fi programmi tas-saħħa ffinanzjati mill-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se taħdem mal-organizzazzjonijiet Tripartite Plus (id-WHO, l-FAO, l-OIE, l-UNEP) biex tilħaq kunsens imġedded globali u effettiv ta’ Saħħa Waħda dwar it-tniġġis ambjentali.

Il-Kummissjoni se tappoġġa azzjoni globali fuq l-esportazzjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw (ELVs) u ta’ vetturi użati u se tħeġġeġ l-adozzjoni ta’ regoli aktar b’saħħithom dwar l-importazzjonijiet tal-aktar vetturi użati niġġiesa, b’mod partikolari fl-Afrika. F’konformità mal-impenji internazzjonali tal-UE, din se tipproponi wkoll regoli ġodda dwar l-esportazzjonijiet ta’ ELVs, b’mod partikolari biex tiddistingwi aħjar il-karozzi użati mill-ELVs u tesplora r-rabta tal-esportazzjonijiet ta’ vetturi użati mal-konformità mar-rekwiżiti tal-UE, eż. dwar l-affidabbiltà stradali u l-emissjonijiet.

L-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u l-iskart ta’ batteriji huma fost l-aktar flussi tal-iskart li qed jikbru malajr, b’mod partikolari f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-Kummissjoni se tappoġġa inizjattivi, b’mod partikolari permezz tal-Konvenzjoni ta’ Basel, biex timmonitorja aħjar il-kummerċ internazzjonali għal dawn il-flussi tal-iskart u ttejjeb il-ġestjoni tagħhom. B’mod partikolari, iż-żieda fl-użu tal-karozzi, fl-enerġija solari u fit-teknoloġija tal-ICT espandiet ħafna l-użu tal-batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ir-riċiklaġġ spiss informali tagħhom jesponi lin-nies għal tniġġis biċ-ċomb ta’ ħsara b’impatt ewlieni fuq it-tfal u l-iżvilupp tagħhom. Il-Kummissjoni se tesplora inizjattiva globali mas-sħab internazzjonali biex jintemm ir-riċiklaġġ informali ta’ batteriji użati taċ-ċomb u tal-aċidu.

Inizjattiva ewlenija 8: Minimizzazzjoni tal-impronta tat-tniġġis estern tal-UE

Mill-2021 ’il quddiem, il-Kummissjoni se tippromwovi tniġġis globali żero fil-fora internazzjonali rilevanti kollha u se taħdem mal-Istati Membri tal-UE u mal-partijiet ikkonċernati biex tnaqqas b’mod sinifikanti l-impronta esterna tat-tniġġis tal-UE, b’mod partikolari billi tipproponi, b’mod konformi mal-impenni internazzjonali tal-UE, li tiġi ristretta l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti li ma għadhomx permessi fis-suq tal-UE, u tipi ta’ skart li għandhom impatti ambjentali ta’ ħsara f’pajjiżi terzi. Dan fl-aħħar mill-aħħar se jnaqqas l-impronta tat-tniġġis globali tal-UE u se jkun ta’ benefiċċju għas-saħħa u għall-ambjent taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

3.4.It-traċċar tal-progress, l-antiċipazzjoni tat-tendenzi u l-integrazzjoni ta’ tniġġis żero

Biex tintegra l-monitoraġġ ta’ tipi differenti ta’ tniġġis u tivvaluta l-impatti tagħhom fuq is-saħħa, fuq l-ambjent, fuq l-ekonomija u dawk soċjali, il-Kummissjoni, fi sħubija mal-aġenziji rilevanti tal-UE 114 , se tiżviluppa Qafas ta’ Monitoraġġ u Prospettiva ta’ Tniġġis Żero 115 integrat bħala parti mill-monitoraġġ usa’ tat-tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (EAP). Ir-riżultati tar-riċerka innovattiva rilevanti, bħal dwar il-bijomonitoraġġ uman 116 , l-espożoma 117 , is-saħħa tal-ħamrija 118 jew il-pollinaturi 119 se jkollhom jiġu adottati aħjar biex jipprovdu ġbir tad-data fit-tul u jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ perspettiva. Biex tikkomplementa l-Qafas ta’ Monitoraġġ u Prospettiva ta’ Tniġġis Żero b’enfasi fuq l-impatti fuq is-saħħa, l-EEA se tiżviluppa “Atlas Ewropew tal-Ambjent u s-Saħħa” li jista’ wkoll jikkontribwixxi sussegwentement għall-“Osservatorju Ewropew tal-Klima u s-Saħħa” 120 .

Il-Qafas ta’ Monitoraġġ u Prospettiva ta’ Tniġġis Żero

Il-monitoraġġ integrat tat-tniġġis se jappoġġa b’mod sostanzjali governanza aħjar dwar tniġġis żero billi joffri informazzjoni intuwittiva ġdida dwar il-livelli u l-impatti ġenerali tat-tniġġis u billi jimmonitorja jekk l-implimentazzjoni tal-politika hijiex fit-triq it-tajba biex jintlaħqu l-objettivi maqbula fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali, anke bħala parti mir-Rieżamijiet regolari tal-Implimentazzjoni Ambjentali u mit-tmien monitoraġġ tal-EAP. Il-Perspettiva ta’ Tniġġis Żero se tanalizza sinerġiji u kompromessi bejn politiki differenti tal-UE, u se tgħin tittraduċi “twissijiet bikrija” f’rakkomandazzjonijiet dwar sustanzi niġġiesa ta’ tħassib dejjem akbar abbażi tal-aħħar sejbiet tar-riċerka (eż. dwar partikoli ultrafini jew it-tniġġis tad-dawl). L-ewwel Rapport dwar il-Monitoraġġ u l-Prospettiva ta’ Tniġġis Żero huwa ppjanat għall-2022.

Filwaqt li tibni fuq il-monitoraġġ u l-perspettivi, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, se tistabbilixxi Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b'rabta mat-Tniġġis Żero biex tlaqqa’ flimkien lill-partijiet ikkonċernati u l-esperti ta’ oqsma ta’ politika differenti (eż. is-saħħa, l-agrikoltura, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport, id-diġitalizzazzjoni u l-ambjent) biex tintegra l-aġenda dwar it-tniġġis żero b’mod effettiv, tgħin toħloq sjieda konġunta, tippromwovi l-kollaborazzjoni u trawwem soluzzjonijiet u azzjonijiet integrati li jimmassimizzaw is-sinerġiji mal-isforzi ta’ rkupru tad-dekarbonizzazzjoni u ta’ wara l-COVID-19.

Din se tiżviluppa u tikkondividi prattiki tajbin dwar suġġetti trasversali bħall-finanzjament għal innovazzjoni u impjiegi ta’ tniġġis żero, it-tisħiħ tal-produzzjoni u tal-konsum sostenibbli kif ukoll il-ħolqien ta’ hubs tematiċi bħal Hub għas-Soluzzjonijiet Diġitali Ekoloġiċi, Hub għat-Teknoloġiji għal Arja Nadifa u Hub għat-Tniġġis tal-Ħamrija. Il-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b'rabta mat-Tniġġis Żero se tistabbilixxi wkoll sinerġiji ma’ inizjattivi rilevanti oħra, bħall-Patt Klimatiku Ewropew. Dan id-djalogu u din il-kollaborazzjoni regolari u interattivi mal-Istati Membri, man-negozji, mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, mal-akkademiċi u ma’ partijiet ikkonċernati oħra se jgħinu wkoll fit-tħejjija tat-tieni Rapport dwar il-Monitoraġġ u l-Prospettiva ta’ Tniġġis Żero sal-2024.

Inizjattiva ewlenija 9: Il-konsolidazzjoni taċ-Ċentri tal-Għarfien tal-UE għal Tniġġis Żero

Mill-2021 ’il quddiem, il-Kummissjoni se tikkonsolida r-rwoli tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) 121 u taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni 122 bħala ċ-Ċentri tal-Għarfien ta’ Eċċellenza tal-UE ta’ Monitoraġġ u Prospettiva ta’ Tniġġis Żero, u se tlaqqa’ flimkien atturi rilevanti fil-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b'rabta mat-Tniġġis Żero biex jiskambjaw ukoll dwar l-aħjar data disponibbli u jinfurmaw lill-pubbliku, b’mod partikolari permezz tal-App tal-Indiċi tal-Kwalità tal-Arja li ġej.

4.Konklużjonijiet

Dan il-pjan ta’ azzjoni jiġi fi żmien meta l-UE stabbilixxiet għaliha nnifisha l-mira li sal-2050 tikseb in-newtralità klimatika u ħaddnet b’determinazzjoni mġedda l-ħtieġa li nimxu lejn mudell ekonomiku nadif u ċirkolari bbażat fuq ekosistemi naturali restawrati u f’saħħithom, lejn waqfien ta’ kwalunkwe telfien ulterjuri tal-bijodiversità u lejn ambjent f’saħħtu u ħieles mis-sustanzi tossiċi għaċ-ċittadini kollha tagħha. Il-pjan jistabbilixxi l-viżjoni ta’ dinja ħielsa mit-tniġġis u tgħaqqad l-isforzi kollha li għaddejjin u dawk ippjanati fi strateġija integrata li tpoġġi l-prevenzjoni tat-tniġġis fuq quddiem nett. Peress li ħafna oqsma ta’ ħidma għadhom għaddejjin jew għadhom qed jibdew jagħtu riżultati, sal-2025 il-Kummissjoni se tqis il-grad ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni, filwaqt li tibni fuq it-tieni Rapport dwar il-Monitoraġġ u l-Prospettiva ta’ Tniġġis Żero. Se tidentifika jekk ikunx hemm bżonn ta’ aktar azzjoni biex jiġi indirizzat it-tħassib emerġenti u biex jiġu rieżaminati l-miri, l-inizjattivi ewlenin u l-azzjonijiet identifikati s’issa, sabiex dan id-deċennju jpoġġi lill-UE fil-perkors lejn tniġġis żero bħala komponent ewlieni tal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

(1) L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2010/75/UE: “‘tniġġis’ tfisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta, bħala riżultat ta’ attivita umana, ta’ sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana jew ħsejjes fl-arja, fil-baħar jew fl-art li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-kwalità tal-ambjent, li tirriżulta fi ħsara għal proprjetà materjali, jew tgħarraq jew tfixkel il-faċilitajiet u l-użi oħra leġittimi tal-ambjent”.
(2) Ara UNEP (2021): Making Peace with Nature.
(3) COM(2019)640.
(4)   IEEP (2020) : “Mental health and the environment”.
(5) The Lancet Commission on pollution and health (Ottubru 2017).
(6) Ir-Rapport tal-EEA Nru 21/2019: Ambjent f’saħħtu, ħajjiet f’saħħithom.
(7) Ir-Rapport tal-EEA Nru 22/2018: Esponiment inugwali u impatti inugwali.
(8) UNEP/EA.4/3 (2018): Il-pjan ta’ implimentazzjoni “Lejn Pjaneta Ħielsa mit-Tniġġis”.
(9) IPBES (2019), Summary for policymakers , pp. 17-19, B.10-B.14; Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (2019), L-ambjent Ewropew – L-istat u l-prospetti 2020 .  
(10) SWD(2019) 427.
(11)

UNEP Report (2021): Making Peace with Nature.

(12) SWD(2013)531.
(13) IIASA (2017): “Costs, benefits and economic impacts of the EU Clean Air Strategy and their implications on innovation and competitiveness”.
(14) ara l-Ewrobarometru Speċjali 501 (Marzu 2020) “L-attitudnijiet taċ-ċittadini Ewropej lejn l-Ambjent”.
(15) Ecorys (2021): “Consultations on the EU Action Plan towards a zero pollution ambition for air, water and soil”, Synopsis Report (ara l-portal “Semma’ leħnek” ”).
(16) The Lancet Commission on pollution and health (2018).
(17) Kif stabbilit permezz ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni u l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà (COM(2020) 667).
(18) Ara eż. il-miri tal-SDG 3, 6, 11, 12, 14, 15.
(19) Bħall-ambizzjoni klimatika għall-2030, l-istrateġija għall-adattament klimatiku, il-patt klimatiku, l-inizjattivi dwar l-enerġija nadifa, l-istrateġija dwar il-mewġa ta’ rinnovazzjoni, l-istrateġija għal mobbiltà sostenibbli u intelliġenti, il-pjan ta’ azzjoni għal ekonomija ċirkolari, l-istrateġija għall-bijodiversità u l-istrateġija mill-għalqa sal-platt, l-istrateġija industrijali l-ġdida għall-Ewropa u l-istrateġija farmaċewtika tal-UE, il-pjan ta’ azzjoni tal-Ewropa biex jingħeleb il-kanċer u l-aġenda l-ġdida tal-Ewropa għall-konsumaturi, kif ukoll il-komunikazzjoni dwar il-multilateraliżmu fis-seklu 21 u r-rieżami tal-politika kummerċjali.
(20) L-oriġini, il-linji bażi, il-metodoloġiji u l-isfond ta’ dawn il-miri: ara l-Anness 2.
(21) L-Anness VI tal-Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza juri b’mod ċar dawn is-sinerġiji
(22) SWD(2019) 427, WHO (2006). Air quality guidelines – global update 2005. L-aġġornament li jmiss huwa mistenni fl-2021; EEA: Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa – Rapport tal-2020 (pp. 13-14).
(23)   COM(2021) 3 .
(24) Il-Komunikazzjoni dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali (COM(2017)151).
(25)   COM(2020)715 .
(26) Abbażi tat-tendenzi tat-tniġġis akustiku li jirriżultaw mill-istorbju tal-Istati Membri.
(27) COM(2020) 662; Id-Direttiva 2010/31/UE, ara wkoll id-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija.
(28)

Ara l-portal “Semma’ leħnek” .

(29) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni UE (C(2021) 1925).
(30)

https://www.iiasa.ac.at/web/home/research/researchPrograms/air/Shipping_emissions_reductions_main.pdf

(31) COM(2020)667.
(32) COM(2020)761; COM(2019) 128.
(33)

Ippjanata għall-2022, skont it-tul tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni.

(34) https://ec.europa.eu/info/horizon-europe/missions-horizon-europe/assessment-criteria_en.
(35) Ir-Rapport tal-EEA Nru 1/2020: Is Europe living within the limits of our planet ?
(36)

Id-Direttiva (UE) 2016/2284. It-tniġġis tal-arja jikkontribwixxi għall-ewtrofikazzjoni, li biha jiġi ddepożitat eċċess tan-nutrijent nitroġenu fil-ħamrija u fl-ilmijiet.

(37) SWD(2019) 439 u SWD(2020) 259.
(38) L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE.
(39) Ara l-portal “Semma’ leħnek” .
(40) Inqas minn 20 oġġett mormi għal kull 100 metru ta’ kosta – ara wkoll https://ec.europa.eu/jrc/en/news/eu-member-states-agree-threshold-value-keep-europe-s-beaches-clean
(41) Ara l-portal “Semma’ leħnek” .
(42) Ara l-portal “Semma’ leħnek” .
(43) https://ec.europa.eu/food/plant/gmo/modern_biotech/new-genomic-techniques_en
(44) JRC (2018). L-istatus tal-kontaminazzjoni lokali tal-ħamrija fl-Ewropa.
(45)   Stħarriġ tal-Użu tal-Art u tal-Erja tal-Kopertura tal-Art .
(46) u anke tagħmel użu minn għodod ta’ kooperazzjoni reġjonali, eż. Strateġiji makroreġjonali tal-UE, programmi Interreg
(47) JOIN(2016) 49.
(48) Studju li għaddej dwar munizzjonijiet mhux sploduti taħt l-ilma jista’ jagħti informazzjoni intuwittiva rilevanti addizzjonali u bażi għal azzjoni ulterjuri possibbli tal-UE biex tingħata għajnuna lill-Istati Membri kkonċernati.
(49) Dawn is-sistemi, imsejħa wkoll purifikaturi, jintużaw biex inaqqsu l-emissjonijiet li jniġġsu fl-arja, iżda l-iskariki tagħhom jistgħu jagħmlu ħsara lill-ambjent tal-baħar.
(50) Il-bini fuq pjattaformi eżistenti, eż. l- Istħarriġ dwar il-kwalità tal-ħajja fil-bliet Ewropej, 2020 jew iċ- Ċentru tal-Għarfien għal Politiki Territorjali .
(51) F’sinerġija mal-istrateġija industrijali l-ġdida għall-Ewropa.
(52) Id-Direttiva 2010/75/UE.
(53) SWD(2020) 181.
(54) Wood (2021): Wider environmental impacts of industry decarbonisation, rapport finali tal-istudju .
(55) Id-Direttiva 2010/75/UE u r-Regolament (KE) Nru 166/2006.
(56) COM(2020) 628.
(57)   Informazzjoni tal-EEA (2021) : “Safe and sustainable by design”; Mapping study for the development of sustainable-by-design criteria (il-21 ta’ April 2021) - https://op.europa.eu/s/o9e2
(58) https://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/
(59) COM(2020) 761, COM(2019) 128.
(60) Ara l-portal “Semma’ Leħnek” .  
(61) Ara l-portal “Semma’ Leħnek” .
(62) COM(2020) 667.
(63) Dawn il-wegħdiet se jkunu komplementari għall-inizjattiva dwar il-Wegħda ta’ Konsum Ekoloġiku u għall-wegħdiet skont il-Patt Klimatiku Ewropew, u se jiġu mfittxija sinerġiji mat-tnejn li huma.
(64) L-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(65) Fl-2019, is-sehem tat-taxxi ambjentali fid-dħul totali fl-EU-27 kien inqas minn 6 %, li kien inqas minn 2,5 % tal-PDG. 78 % tat-taxxi ambjentali huma bbażati fuq it-tassazzjoni fuq l-enerġija, 19 % fuq it-taxxi fuq it-trasport, u 3 % biss fuq it-tniġġis u r-riżorsi. Dawn in-numri kienu fil-biċċa l-kbira stabbli matul dawn l-aħħar għoxrin sena.
(66) Ir-Regolament (UE) 2017/852.
(67) Id-Direttiva 2011/65/UE
(68) Id-Direttiva 2012/18/UE.
(69) Id-Deċiżjoni (UE) 2013/1313. “Ħarsa ġenerali lejn ir-riskji ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem li l-UE tista’ tiffaċċja” SWD(2020)330. Is-servizzi ta’ rispons ta’ emerġenza taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jaħdmu flimkien biex jipprevjenu, jirrispondu u jirrimedjaw għat-tniġġis minn inċidenti industrijali u tal-baħar, u diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem oħrajn.
(70) L-UE hija l-akbar esportatur ta’ vetturi użati madwar id-dinja, b’mod partikolari lejn l-Afrika tal-Punent u l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu u l-Asja Ċentrali. Ara https://www.unenvironment.org/news-and-stories/press-release/new-un-report-details-environmental-impacts-export-used-vehicles  
(71) Inkluż it-trattament mhux sikur taż-żejt, il-batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu u l-ħruq mhux ikkontrollat tal-plastik/tal-gomma.
(72) F’sinerġija, fejn ikun rilevanti, mal-Patt Klimatiku Ewropew u ma’ inizjattivi rilevanti oħrajn.
(73) COM(2019) 149.
(74) COWI/EUNOMIA (2019): “ The costs of not implementing EU environmental law ”, rapport ta’ studju finali.
(75) COM(2018) 10.
(76) https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12779-Improving-environmental-protection-through-criminal-law
(77) Id-Direttiva 2004/35/KE.
(78) COM(2020) 643.
(79) Id-Direttiva (UE) 2019/1937.
(80) COM(2020) 642.
(81) L-użu tar-rikavati s’issa jservi prinċipalment l-enerġija, il-bini u t-trasport (aktar minn 80 %); is-sehem tal-ilma huwa ta’ 9 %, bl-iskart u l-użu tal-art madwar 6 % flimkien. Sors: Id-DĠ ENV, analiżi interna li ġiet aġġornata l-aħħar f’Lulju 2020 , abbażi tal- Climate Bonds Initiative: 2019 Green Bond Market Summary .
(82) Ir-Regolament (UE) 2020/852.
(83) COM(2021) 189.
(84) L-azzjonijiet se jiġu kkombinati ma’ azzjonijiet ta’ kontabbiltà tal-kapital naturali mħabbra fil-Patt Ekoloġiku Ewropew.
(85) Filwaqt li tibni b’mod partikolari fuq l-esperjenzi ta’ suċċess taħt il-Pjattaforma ta’ Investiment tal-Viċinat, il-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent, il-Programm ta’ Investiment għall-Inħawi ta’ Tniġġis Partikolari fil-Mediterran, is-Sħubija Ambjentali tad-Dimensjoni tat-Tramuntana jew l-Inizjattiva tal-Oċeani Nodfa.
(86)   COM(2020) 21, SWD(2020) 98.
(87)   https://ec.europa.eu/info/horizon-europe/missions-horizon-europe_en
(88)   https://ec.europa.eu/info/horizon-europe/european-partnerships-horizon-europe_en
(89) Eż. din il-missjoni dwar l-oċeani se tindirizza l-iskart tal-plastik, il-mikroplastiċi, is-sustanzi kimiċi, in-nutrijenti, u l-istorbju taħt l-ilma.
(90) Eż. din il-missjoni se tindirizza t-tniġġis tal-ħamrija f’żoni rurali u f’żoni urbani, u r-restawr ta’ siti kkontaminati, u se tippromwovi l-adozzjoni wiesgħa ta’ prattiki għat-tnaqqis fil-pestiċidi u n-nutrijenti
(91) SWD(2021) 141; innota li eż. is-servizzi ta’ Copernicus diġà jipprovdu data u informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja, l-ilma ħelu, l-ibħra u l-ħamrija.
(92) Filwaqt li tibni fuq pjattaformi u inizjattivi diġà eżistenti bħan-Network Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet), il-Pjattaforma ta' Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi (IPCheM), kif ukoll id-Dashboard u s-Servizz ta’ Sorveljanza Marittima In Situ ta’ Copernicus
(93) COM(2020) 66
(94) Kif stabbilit fl-istrateġija Ewropea għad-data, ara l-portal “Semma Leħnek” .
(95) Id-Direttiva 2007/2/KE.
(96) Id-Direttiva 2003/4/KE.
(97) Ara SWD(2021) 141.
(98) COM(2020) 788, eż. “djalogi maċ-ċittadini online u interattivi, [...] se jistiednu lil dawk li jattendu biex jikkontribwixxu [...] dwar xi tfisser Ewropa b’emissjonijiet u tniġġis żero għall-komunità u għall-ħajja ta’ kuljum tagħhom”.
(99) l-użu ta’ data “aġġornata” dwar il-kwalità tal-arja rrapportata uffiċjalment, ikkumplimentata, fejn ikun meħtieġ, b’data mmudellata dwar il-kwalità tal-arja mis-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Atmosfera ta’ Copernicus (CAMS).
(100) Għodda skedata li tkun disponibbli sat-tieni trimestru tal-2021 fuq https://eplca.jrc.ec.europa.eu/ConsumerFootprint.html
(101) COM(2020) 274
(102) https://ec.europa.eu/environment/topics/urban-environment/green-city-accord_en
(103) Nibnu fuq l-esperjenzi fil-livell tal-UE (eż. in- Network Ewropew tal-Laboratorji Ħajjin ) jew tal-Istati Membri (eż. l- Aġenda Ġermaniża tal-Politika Diġitali għall-Ambjent ); Il-Laboratorji Ħajjin għandhom l-għan li jintegraw il-proċessi ta’ riċerka u innovazzjoni f’komunitajiet u f’ambjenti tal-ħajja reali. Dawn joperaw bħala intermedjarji bejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-kumpaniji, il-bliet u r-reġjuni għall-kokreazzjoni ta’ valur konġunt, il-prototipar rapidu jew il-validazzjoni għall-espansjoni tal-innovazzjoni u tan-negozji.
(104) Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ambjent 2020: “ Id-diġitalizzazzjoni għall-benefiċċju tal-Ambjent ”.
(105) https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/companies-take-action-support-green-and-digital-transformation-eu
(106) Ara COM(2020) 641, SWD(2020) 223, JOIN(2020) 7, u JOIN(2021) 2.
(107) Il-karbonju iswed—magħruf b’mod komuni bħala nugrufun—huwa partikola żgħira ffurmata mill-ħruq mhux komplut ta’ fjuwils fossili, ta’ fjuwils imħallta u sintetiċi, u tal-bijomassa.
(108) COM(2020) 313.
(109) Riżoluzzjonijiet dwar, pereżempju, it-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija; sustanzi kimiċi u skart; skart fil-baħar; plastik li jintuża darba biss
(110)   https://www.unenvironment.org/ietc/resources/publication/towards-pollution-free-planet  
(111) http://mission-innovation.net/
(112) Irreferi għal COM(2020) 98.
(113) F’ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw, żieda fl-ammont ta’ dħul iġġenerat mit-tassazzjoni ambjentali tista’ tnaqqas id-dipendenza tal-Istat fuq l-għajnuna u fuq il-finanzjament b’dejn, u tgħin timmobilizza r-riżorsi domestiċi għas-servizzi pubbliċi. Billi t-taxxi ambjentali huma aktar diffiċli biex jiġu evitati, pereżempju, mit-taxxi korporattivi jew mit-taxxi fuq l-introjtu personali, dawn jistgħu wkoll isaħħu r-responsabbiltà tal-Istat, itejbu l-moral tat-taxxa u jsaħħu l-governanza fiskali, ara https://www.oecd.org/environment/tools-evaluation/environmentaltaxation.htm
(114) B’mod partikolari, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA).
(115) SWD(2021) 140.
(116)   https://www.hbm4eu.eu/
(117)   https://www.humanexposome.eu/
(118) L-Istħarriġ dwar l-użu tal-art u l-kopertura tal-art .
(119) Il-Pollinator Information Hive tal-UE dwar il-Pollinaturi bħala parti mill-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi, COM(2018) 395.
(120) https://climate-adapt.eea.europa.eu/observatory
(121) F’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u aġenziji rilevanti oħra.
(122) F’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ dipartimenti oħra tal-Kummissjoni, b’mod partikolari mal-Eurostat.

Brussell, 12.5.2021

COM(2021) 400 final

ANNESSI

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Perkors għal Pjaneta b'Saħħitha għal Kulħadd





Pjan ta' Azzjoni tal-UE: "Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija"

{SWD(2021) 140 final} - {SWD(2021) 141 final}


ANNESS 1 — LISTA TA’ AZZJONIJIET

NRU

AZZJONIJIET

Skeda ta’ żmien

Intejbu saħħitna u l-benessri tagħna

Inizjattiva ewlenija 1

It-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa permezz ta’ tniġġis żero Entrati regolari tad-data dwar il-monitoraġġ tat-tniġġis u l-perspettivi fir-Reġistru tal-Inugwaljanzi b'rabta mal-Kanċer u l-Atlas tad-Demografiji.

mill-2022

Inizjattiva ewlenija 2

L-appoġġ għal azzjoni ta' tniġġis urban żero
Bħala parti mis-Sena futura tal-Bliet Aktar Ekoloġiċi, f’sinerġija mal-Missjoni proposta ta’ Orizzont Ewropa għal Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti, ir-reviżjoni tal-Pakkett dwar il-Mobilità Urbana, il-Patt tas-Sindki, u l-inizjattiva Bauhaus Ewropea ġdida, l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ewlenin tal-ekoloġizzazzjoni urbana u tal-innovazzjoni biex jiġi evitat it-tniġġis, inkluż fuq ġewwa.

mill-2022

1

Reviżjoni tad-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent 

2022

2

L-introduzzjoni ta’ limiti tal-emissjonijiet aktar stretti għall-vetturi bil-mutur (Euro 7)

2021

3

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-arja u tal-istorbju mit-trasport fis-sors billi jiġu aġġornati , fejn rilevanti, l-oqfsa regolatorji tal-UE jew internazzjonali

mill-2021

4

Rapport ta’ Implimentazzjoni dwar id-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali 

2022

5

Segwitu tal-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar l-Istorbju fuq Barra

2022/2023

6

Valutazzjoni tal-mogħdijiet u l-għażliet ta’ politika biex titjieb il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa, u tiġi proposta miżura leġiżlattiva skont kif rilevanti

2023

7

Reviżjoni u, jekk meħtieġ, reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm

2021-2023

8

Appoġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva l-ġdida dwar l-Ilma tax-Xorb u adozzjoni tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni rilevanti

mill-2022

9

Rieżami u, jekk ikun meħtieġ, reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u tar-rekwiżiti dwar l-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija għal apparat tat-tisħin 

mill-2021

Ngħixu fi ħdan il-fruntieri planetarji tagħna

Inizjattiva ewlenija 3

Promozzjoni ta’ tniġġis żero fost ir-reġjuni 
B’kooperazzjoni mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, il-preżentazzjoni ta’ Tabella ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni ekoloġika tar-reġjuni tal-UE biex tkejjel, b’mod partikolari, l-isforzi fil-ksib tal-miri relevanti għat-tniġġis.

2024

10

Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali u tad-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art

2022

11

Rieżami u, jekk ikun meħtieġ, reviżjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina

2021-2023

12

Tnaqqis tal-istorbju taħt l-ilma u tal-iskart fil-baħar permezz ta’ valuri ta’ limitu tal-UE li għandhom jiġu stabbiliti skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina

2022

13

Reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi f’sinerġija mar-rieżami tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali u l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ

2022

14

Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Linji Gwida Strateġiċi għal akkwakultura tal-UE aktar sostenibbli u kompetittiva — Aspetti tal-prestazzjoni ambjentali

2022-2023

15

Identifikazzjoni u restawr ta’ siti kkontaminati bi:

·l-istabbiliment ta’ lista ta’ sorveljanza prijoritarja tal-UE għall-kontaminanti tal-ħamrija u l-introduzzjoni ta’ modulu ta’ tniġġis żero tal-ħamrija fl-istħarriġ futur tal-LUCAS;

·l-investigazzjoni tal-aħjar prattiki u l-għoti ta’ gwida għal passaport għall-użu sikur, sostenibbli u ċirkolari tal-ħamrija skavata;

·l-iffaċilitar u l-promozzjoni tal-għarfien dwar il-finanzjament pubbliku u privat għall-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, il-valutazzjoni u r-restawr tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art ikkontaminati.

2022

2024

2024




Lejn tniġġis żero mill-produzzjoni u l-konsum

Inizjattiva ewlenija 4

L-iffaċilitar tal-għażliet tat-tniġġis żero 
It-tħeġġiġ tal-operaturi tas-settur privat u tas-settur pubbliku biex jagħmlu “wegħda ta’ tniġġis żero” għall-promozzjoni tal-aħjar għażliet disponibbli li jniġġsu l-inqas u li jkunu viċin kemm jista’ jkun ta’ skart żero.

mill-2022

16

Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali u tar-Regolament dwar il-PRTR Ewropew

2021/2022

17

Rakkomandazzjonijiet abbażi ta’ kontroll tal-idoneità tal-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas

2024

18

Reviżjoni tar-Regolament dwar il-Merkurju 

2022

19

Appoġġ għall-ħidma internazzjonali dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi teknoloġiji ġodda u emerġenti, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet industrijali u dwar ir-reviżjoni tal-Protokoll ta’ Kiyv biex jittejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar dawk l-emissjonijiet

mill-2021

L-iżgurar ta’ implimentazzjoni u infurzar aktar stretti

Inizjattiva ewlenija 5

Kollaborazzjoni fl-infurzar ta’ tniġġis żero
Tlaqqigħ ta’ awtoritajiet ambjentali u awtoritajiet oħra tal-infurzar biex jingħata bidu għall-iskambju tal-aħjar prattiki u biex l-Istati Membri jiġu mħeġġa jfasslu azzjonijiet ta’ konformità transettorjali lejn tolleranza żero għat-tniġġis fil-livell nazzjonali u transkonfinali.

mill-2022

20

Reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali

2021

21

Kontroll tal-idoneità tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali

2023



Spinta lill-bidla fis-Soċjetà għal tniġġis żero

Inizjattiva ewlenija 6

Il-wiri ta’ soluzzjonijiet ta’ tniġġis żero għall-bini
Wiri mill-istrateġija tal-mewġa ta’ rinnovazzjoni u l-inizjattiva Bauhaus Ewropea ġdida ta’ kif il-proġetti ta’ bini u l-użu tat-Tewmin Diġitali Lokali jistgħu jikkontribwixxu għal objettivi ta’ tniġġis żero.

mill-2022

Inizjattiva ewlenija 7

Laboratorju ħaj għal soluzzjonijiet diġitali ekoloġiċi u tniġġis żero intelliġenti 
Tnedija ta’ Laboratorji Ħajjin għal soluzzjonijiet diġitali ekoloġiċi u tniġġis żero intelliġenti biex jgħinu fl-iżvilupp ta’ azzjonijiet lokali għat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali. 

2021

22

Il-bini tal-kapaċità u t-titjib tal-għarfien dwar prattiki li jniġġsu inqas b’servizzi ta’ konsulenza nazzjonali għall-bdiewa

mill-2023

23

Il-kompilazzjoni u l-aċċessibbiltà f’format diġitali tal-obbligi ewlenin kollha dwar il-ġestjoni tan-nutrijenti li jirriżultaw mil-liġi tal-UE biex tiġi limitata l-impronta ambjentali tal-attivitajiet tal-biedja

2023

24

Il-ħolqien ta’ kontribut ta’ tniġġis żero għall-Ispazju Ewropew tad-Data tal-Patt Ekoloġiku Ewropew biex titjieb id-disponibbiltà tad-data

2023

25

Il-ħolqien ta’ Destinazzjoni d-Dinja biex jiġi żviluppat mudell diġitali bi preċiżjoni għolja ħafna tad-Dinja bid-data ta’ Copernicus bħala element kostitwenti ewlieni għall-monitoraġġ tal-istat tal-arja, tal-ilma ħelu, tal-ibħra u tal-ħamrija

mill-2024

26

Taħriġ imtejjeb u appoġġ edukattiv dwar ir-riskji ambjentali inklużi l-farmaċewtiċi permezz ta’

·moduli ta’ taħriġ tal-UE mfassla apposta għall-ħaddiema fil-kura tas-saħħa u ħaddiema oħra fis-settur tal-kura soċjali 

·Linji gwida għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa dwar l-użu prudenti tal-farmaċewtiċi u appoġġ biex jiġu inklużi aspetti ambjentali fit-taħriġ u l-programmi ta’ żvilupp professjonali

·Taħriġ u appoġġ edukattiv għall-professjonisti u l-operaturi ekonomiċi konxji mill-klima, l-ambjent u s-saħħa.

mill-2021

Il-promozzjoni ta’ bidla dinjija għal tniġġis żero

Inizjattiva ewlenija 8

Minimizzazzjoni tal-impronta tat-tniġġis estern tal-UE 
Promozzjoni tat-tniġġis żero globali fil-fora internazzjonali relevanti kollha u ħidma mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati tal-UE.

mill-2021

27

Avvanz tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-politiki dwar il-karbonju iswed biex jitnaqqsu l-impatti tat-tibdil fil-klima u titjieb il-kwalità tal-arja

mill-2021

28

Appoġġ għal azzjoni globali dwar l-esportazzjoni ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw u vetturi użati 

mill-2021/2022

29

Appoġġ ta’ inizjattivi għal monitoraġġ u ġestjoni aħjar tal-kummerċ internazzjonali għall-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u skart ta’ batteriji

mill-2021

30

Appoġġ għal inizjattiva globali biex jintemm ir-riċiklaġġ informali ta’ batteriji użati tal-aċidu u taċ-ċomb

mill-2021/2022

L-intraċċar tal-progress, l-antiċipazzjoni tax-xejriet u l-integrazzjoni tat-tniġġis żero

Inizjattiva ewlenija 9

Konsolidazzjoni taċ-Ċentri ta’ Għarfien tal-UE għal Tniġġis Żero 
Konsolidazzjoni tar-rwoli tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) bħala ċ-Ċentri tal-Għarfien ta’ Eċċellenza tal-UE għal Tniġġis Żero.

mill-2021

31

Rapporti ta’ Monitoraġġ u Prospettiva ta’ Tniġġis Żero

2022 u 2024

32

L-iżvilupp ta’ “Atlas Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa

2023/2024

33

Tnedija tal-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b'rabta mat-Tniġġis Żero (inklużi ċentri tematiċi, eż. dwar soluzzjonijiet diġitali, teknoloġija tal-arja nadifa, tniġġis tal-ħamrija)

mill-2021

Minbarra dawn l-azzjonijiet, ħafna azzjonijiet ta’ “tniġġis żero” diġà ppjanati skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew u inizjattivi oħra se jkunu essenzjali biex tinkiseb l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero 1 .



ANNESS 2

Spjegazzjonijiet għall-miri stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero

Mira 1: Sal-2030 l-UE għandha tnaqqas b’aktar minn 55 % l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa (imwiet prematuri)

Bażi: Id-Direttiva dwar l-Impenji Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet (UE) 2016/2284

Deskrizzjoni: It-tnaqqis huwa previst li jinkiseb permezz ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ materja partikolata fina (PM 2.5), jekk l-Istati Membri kollha jimplimentaw il-miżuri kollha mħabbra fl-ewwel Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja tagħhom (l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2284) biex jilħqu l-għanijiet tad-Direttiva, u abbażi tal-implimentazzjoni sħiħa ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra (inklużi, b’mod partikolari, il-politiki dwar l-enerġija u l-klima). It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja minbarra l-PM 2.5 (li huma koperti wkoll mid-Direttiva NEC) se jwassal għal effetti pożittivi addizzjonali fuq is-saħħa.

Sena ta’ referenza: 2005

Bażi tal-evidenza: It-tieni Perspettiva dwar l-Arja Nadifa 2 u studju sottostanti 3

Monitoraġġ: Aġġornament tal-Perspettiva dwar l-Arja Nadifa permezz tal-Qafas ta’ Monitoraġġ u Prospettiva ta’ Tniġġis Żero 4

Mira 2: Sal-2030, l-UE għandha tnaqqas bi 30 % is-sehem ta’ persuni kronikament iddisturbati mill-istorbju tat-trasport

Bażi: Id-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali 2002/49/KE

Deskrizzjoni: Il-mira hija bbażata fuq studju tal-Kummissjoni tal-2021 li janalizza d-data uffiċjali tal-Istati Membri dwar l-esponiment għall-istorbju (l-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali), il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-istorbju li jkopru l-perjodu mill-2018 sal-2024 (l-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali) u l-prospetti tal-EEA tal-2020 dwar l-istorbju ambjentali fl-Ewropa 5 . L-istudju kkwantifika t-tnaqqis fi kwistjonijiet tas-saħħa relatati mal-istorbju li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ miżuri kosteffettivi, inklużi soluzzjonijiet diġà disponibbli fis-suq. Uħud minn dawn jirriżultaw minn limiti speċifiċi tal-istorbju obbligatorji skont il-liġi tal-UE (eż.: fuq it-tajers 6 , fuq vetturi tat-triq 7 , fuq vaguni silenzjużi 8 ), filwaqt li oħrajn (eż.: dwar uċuħ tat-toroq aktar silenzjużi, fuq binarji lixxi u aktar silenzjużi, fuq perjodi u proċeduri tat-titjiriet) jeħtieġu li jittieħdu miżuri fil-livell nazzjonali/lokali skont id-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali flimkien ma’ liġijiet rilevanti oħra tal-UE 9 : il-livell ġenerali ta’ koordinazzjoni u ambizzjoni ta’ dawn tal-aħħar jitħalla għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali/lokali rilevanti. B’mod ġenerali, il-valutazzjoni ta’ xenarji differenti li jintegraw miżuri dwar it-toroq, il-ferroviji u l-ajruporti wriet li, meta mqabbel mal-2017, it-tnaqqis mistenni fi kwistjonijiet tas-saħħa relatati mal-istorbju sal-2030 varja minn 15 % sa 45 %, bl-aktar tnaqqis modest mill-implimentazzjoni ta’ ftit miżuri marbuta mal-limiti speċifiċi tal-istorbju obbligatorji skont il-liġi tal-UE, u l-ogħla tnaqqis minn taħlita tal-ewwel xenarju flimkien ma’ miżuri aktar b’saħħithom fil-livell lokali. Għalhekk, huwa propost tnaqqis ta’ 30 % sal-2030 bħala ambizzjoni realistika, li tista’ tinkiseb prinċipalment permezz ta’ implimentazzjoni aħjar tal-liġi rilevanti tal-UE u permezz ta’ appoġġ sod għal azzjonijiet urbani u reġjonali ta’ tniġġis żero dwar l-istorbju.

Sena ta’ referenza: 2017

Bażi tal-evidenza: Studju tal-UE (2021) “Assessment of potential health benefits of noise mitigation measures in the EU” 10  

Monitoraġġ: Aġġornament tal-valutazzjoni regolari tal-EEA (l-aħħar Rapport Nru 22/2019 tal-EEA 11 ) li għandu jiġi inkluż fil-Qafas ta’ Monitoraġġ u Prospettiva ta’ Tniġġis Żero 12

Mira 3: Sal-2030 l-UE għandha tnaqqas b’25 % l-ekosistemi tal-UE fejn it-tniġġis tal-arja jhedded il-bijodiversità

Bażi: Id-Direttiva dwar l-Impenji Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet (UE) 2016/2284

Deskrizzjoni: It-Tieni Perspettiva dwar l-Arja Nadifa u l-istudju sottostanti tiegħu kkalkulaw li, abbażi tal-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri kollha mħabbra mill-Istati Membri fl-ewwel Programmi Nazzjonali tagħhom għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2284), sal-2030 jista’ jinkiseb tnaqqis ta’ 20 % taż-żoni tal-ekosistema mkejla bħala żoni ogħla mit-‘tagħbijiet kritiċi’ ta’ depożiti tan-nitroġenu meta mqabbel mal-2005.

Dawn l-istimi ma jqisux il-miżuri addizzjonali meħtieġa biex jinkiseb it-tnaqqis ta’ 50 % fit-telf tan-nutrijenti kif stabbilit kemm fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt kif ukoll fl-Istrateġija għall-Bijodiversità u l-miri għar-restawr tan-natura stabbiliti fl-Istrateġija għall-Bijodiversità 2030. Għalhekk, huwa propost tnaqqis ta’ 25 % meta mqabbel mal-2005 bħala ambizzjoni realistika, li tista’ tinkiseb permezz tal-implimentazzjoni tal-miżuri diġà mħabbra mill-Istati Membri fl-ewwel Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja tagħhom flimkien mal-implimentazzjoni tal-miżuri addizzjonali meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u fl-Istrateġija għall-Bijodiversità.

Sena ta’ referenza: 2005

Bażi tal-evidenza: It-Tieni Perspettiva dwar l-Arja Nadifa 13 u l-istudju sottostanti (b’mod partikolari t-Tabella 3.12) 14

Monitoraġġ: Aġġornament tal-Perspettiva dwar l-Arja Nadifa permezz tal-Qafas ta’ Monitoraġġ u Prospettiva ta’ Tniġġis Żero 15

Mira 4: Sal-2030, l-UE għandha tnaqqas b’50 % it-telf tan-nutrijenti, l-użu u r-riskju tal-pestiċidi kimiċi u l-użu ta’ dawk l-aktar perikolużi, u l-bejgħ ta’ antimikrobiċi għall-annimali mrobbija fl-irziezet u fl-akkwakultura

Bażi: L-istrateġija għall-Bijodiversità 16 u l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt 17 stabbilixxew il-miri li ġejjin:

·Tnaqqis ta’ 50 % fit-telf tan-nutrijenti sal-2030. Il-mira għandha tiżgura li ma jkunx hemm deterjorament fil-fertilità tal-ħamrija. Dan se jwassal biex jonqos l-użu tal-fertilizzanti b’mill-inqas 20 %.

·Sal-2030, tnaqqis ta’ 50 % fl-użu ġenerali u r-riskju tal-pestiċidi kimiċi u tnaqqis ta’ 50 % fl-użu tal-pestiċidi aktar perikolużi.

·Tnaqqis ta’ 50 % fil-bejgħ tal-antimikrobiċi għall-annimali mrobbija u fl-akkwakultura sal-2030.

Deskrizzjoni: 

Nutrijenti: Din il-mira se tintlaħaq bl-implimentazzjoni u l-infurzar bis-sħiħ tal-leġiżlazzjoni ambjentali u klimatika relevanti, l-identifikazzjoni mal-Istati Membri tat-tnaqqis tat-tagħbijiet tan-nutrijenti meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, l-applikazzjoni ta’ fertilizzazzjoni bbilanċjata u ġestjoni tan-nutrijenti sostenibbli, l-istimolu tas-swieq għan-nutrijenti rkuprati u bil-ġestjoni aħjar tan-nitroġenu u tal-fosforu tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

Pestiċidi: Din il-mira se tintlaħaq f’għadd ta’ passi, b’mod partikolari, ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, proposti għal dispożizzjonijiet aktar stretti dwar il-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara (IPM) u l-promozzjoni ta’ użu akbar ta’ modi alternattivi sikuri għall-protezzjoni tal-ħsad mill-organiżmi ta’ ħsara u l-mard. Il-mira tinkludi tnaqqis ta’ 50 % ta’ tliet aspetti, l-użu tal-pestiċidi kimiċi, l-użu tal-pestiċidi l-aktar perikolużi u r-riskju li l-użu jikkawża.

L-antimikrobiċi: Ir-Regolamenti l-ġodda dwar il-prodotti mediċinali veterinarji u l-għalf medikat jipprevedu firxa wiesgħa ta’ miżuri biex jintlaħaq dan l-objettiv u biex jippromwovu l-approċċ “saħħa waħda”.

Sena ta’ referenza: Imqabbel mal-2012–2015 (nutrijenti), 2011-2017 (pestiċidi) u 2018 (antimikrobiċi)

Bażi tal-evidenza: L-Istrateġija dwar il-Bijodiversità u l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, l-Anness I tar-Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri fir-rigward tal-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni 18

Monitoraġġ: Indikaturi għall-miri kwantifikati tal-Patt Ekoloġiku 19 li għandhom jiġu inklużi fil-Qafas ta’ Monitoraġġ u Prospettiva ta’ Tniġġis Żero 20

Mira 5: Sal-2030, l-UE għandha tnaqqas b’50 % l-iskart tal-plastik fil-baħar u bi 30 % l-mikroplastik rilaxxat fl-ambjent

Bażi: Id-Direttiva dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (UE) 2019/904 (“Direttiva dwar il-Plastik li Jintuża Darba Biss”) u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina 2008/56/KE, il-Leġiżlazzjoni dwar is-Sustanzi Kimiċi (REACH)

Deskrizzjoni: 

Skart tal-plastik fil-baħar: L-ilħiq tal-mira ta’ tnaqqis ta’ 50 % sal-2030 jinkludi bidliet fil-konsum li jirriżultaw mill-implimentazzjoni soda tal-liġi tal-UE eżistenti (prinċipalment id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart) u ġdida (prinċipalment id-Direttiva dwar il-Plastik li Jintuża Darba Biss). Il-monitoraġġ tal-kwantitajiet ta’ skart fuq ix-xtajtiet, kif meħtieġ mid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, se jintuża bħala indikatur biex jiġi segwit il-progress. Għalhekk, din il-mira se tinkiseb permezz tat-taħlita tal-miżuri previsti biex jitnaqqas l-użu tal-plastik u l-iskart u biex titrawwem ekonomija aktar nadifa u aktar ċirkolari.

Mikroplastiċi: Skont studju tal-Kummissjoni tal-2018 21 , tnaqqis ta’ 30 % sal-2035 tal-emissjonijiet tal-mikroplastiċi fl-ilmijiet tal-wiċċ huwa fattibbli, sakemm tiġi implimentata taħlita ta’ miżuri biex dawn jiġu indirizzati mill-pellets, mit-tajers u mit-tessuti. Barra minn hekk, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ( ECHA ) analizzat li, jekk jiġu applikati miżuri ta’ prevenzjoni xierqa skont ir-Regolament REACH għall-użu tal-mikroplastiċi mqiegħda intenzjonalment fil-prodotti (eż. kożmetiċi, deterġenti), tnaqqis ta’ 60 % fl-emissjonijiet tal-mikroplastiċi matul l-20 sena li ġejjin huwa fattibbli wkoll. Għalhekk, huwa propost tnaqqis ta’ 30 % sal-2030 bħala ambizzjoni realistika, li tista’ tinkiseb prinċipalment permezz tal-implimentazzjoni soda tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari tal-2020.

Sena ta’ referenza: 2016

Bażi tal-evidenza: Valutazzjoni tal-Impatt 22 għall-Proposta ta’ (attwalment) id-Direttiva (UE) 2019/904 (skart tal-plastik) u rapporti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (mikroplastiċi) 23 kif ukoll studji sottostanti 24 għall-valutazzjoni tal-impatt għad-Direttiva dwar il-Plastik li Jintuża Darba Biss

Monitoraġġ: Id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD) tirrikjedi monitoraġġ regolari mill-Istati Membri tal-kwantitajiet ta’ skart fuq ix-xtajtiet. Abbażi ta’ dan, ġew prodotti l-“Linji ta’ Bażi għall-Iskart fuq ix-Xtajtiet tal-Baħar tal-UE” 25 . Il-monitoraġġ tal-MSFD (appoġġat mill-EMODNET 26 ) se jiġi inkluż fil-Qafas ta’ Monitoraġġ u Prospettiva ta’ Tniġġis Żero 27 .

Mira 6: Sal-2030 l-UE għandha tnaqqas b’mod sinifikanti l-ġenerazzjoni totali tal-iskart u l-iskart muniċipali residwu b’50 %

Bażi: Il-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari 28 u d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart 2008/98/KE

Deskrizzjoni: Mira ta’ aspirazzjoni għall-ġenerazzjoni tal-iskart totali u tal-iskart muniċipali residwu per capita fl-UE, li ilhom jiżdiedu b’mod kostanti mill-2014. Il-Kummissjoni beħsiebha ssaħħaħ il-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, li tagħti mandat għall-prijoritizzazzjoni tal-prevenzjoni tal-iskart, billi tipproponi miri għat-tnaqqis tal-iskart u miżuri oħra ta’ prevenzjoni tal-iskart fil-kuntest tar-rieżami tad-Direttiva 2008/98/KE, ippjanata għall-2023.

Sena ta’ referenza: Għad trid tiġi definita

Bażi tal-evidenza: Il-Bażi tad-data tal-Eurostat dwar l-Iskart 29 , rapporti tal-EEA dwar il-Programmi għall-Prevenzjoni tal-iskart 30 u data dwar l-użu mill-ġdid ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 37(3) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart

Monitoraġġ: Indikaturi u l-bażi tad-data tal-Eurostat dwar l-iskart 31 u l-Qafas ta’ Monitoraġġ tal-Ekonomija Ċirkolari 32 li għandhom jiġu inklużi fil-Qafas ta’ Monitoraġġ u Prospettiva ta’ Tniġġis Żero 33  

(1)

 Ara b’mod partikolari l-listi ta’ azzjonijiet fl-annessi għall-inizjattivi li ġejjin (lista mhux eżawrjenti): COM(2020) 98, COM(2020) 102, COM(2020) 299, COM(2020) 301, COM(2020) 380, COM(2020) 381, COM(2020) 562, COM(2020) 662, COM(2020) 663, COM(2020) 667, COM(2020) 696, COM(2020) 741, COM(2020) 761, COM(2020) 788, COM(2020)789, COM(2021) 44, COM(2021) 66, COM(2021) 82 u JOIN(2021) 3.

(2)

  COM(2021) 3

(3)

  https://ec.europa.eu/environment/air/pdf/CAO2-MAIN-final-21Dec20.pdf

(4)

SWD(2021) 141

(5)

https://www.eea.europa.eu/publications/environmental-noise-in-europe

(6)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32009R0661

(7)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32014R0540

(8)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32019R0774

(9)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32014R0598

(10)

ISBN 978-92-76-30696-2, DOI: 10.2779/24566

(11)

  https://www.eea.europa.eu/publications/environmental-noise-in-europe

(12)

SWD(2021) 141

(13)

  COM(2021) 3

(14)

  https://ec.europa.eu/environment/air/pdf/CAO2-MAIN-final-21Dec20.pdf

(15)

SWD(2021) 141

(16)

COM(2020) 380

(17)

COM(2020) 381

(18)

COM(2020) 846, Anness 1

(19)

COM(2020) 846, Anness 1

(20)

SWD(2021) 141

(21)

https://ec.europa.eu/environment/marine/good-environmental-status/descriptor-10/pdf/microplastics_final_report_v5_full.pdf

(22)

SWD/2018/254

(23)

  https://echa.europa.eu/hot-topics/microplastics

(24)

https://ec.europa.eu/environment/pdf/waste/Study_sups.pdf ;   https://ec.europa.eu/environment/marine/good-environmental-status/descriptor-10/pdf/microplastics_final_report_v5_full.pdf

(25)

  https://mcc.jrc.ec.europa.eu/main/dev.py?N=41&O=452

(26)

In-Netwerk Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima, għal aktar dettalji, ara SWD (2021) 141

(27)

SWD(2021) 141

(28)

COM(2020) 98

(29)

https://ec.europa.eu/eurostat/web/waste/data/database

(30)

https://www.eea.europa.eu/themes/waste/waste-prevention

(31)

https://ec.europa.eu/eurostat/web/waste/data/database

(32)

SWD(2018) 29

(33)

SWD(2021) 141