Brussell, 14.4.2021

COM(2021) 170 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar l-Istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-Kriminalità Organizzata 2021-2025











{SWD(2021) 74 final}


Introduzzjoni

Moħbija mill-perspettiva pubblika minħabba n-natura opaka tal-attivitajiet tagħha, il-kriminalità organizzata hija theddida sinifikanti għaċ-ċittadini Ewropej, għan-negozji, għall-istituzzjonijiet tal-istat kif ukoll għall-ekonomija kollha kemm hi. Kif enfasizzat fl-aħħar Valutazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar it-Theddida mill-Kriminalità Serja u Organizzata (European Union Serious and Organised Crime Threat Assessment, 2021 EU SOCTA) 1 , fl-Istati Membri kollha jeżistu gruppi kriminali organizzati. Ix-xenarju tal-kriminalità organizzata huwa kkaratterizzat minn ambjent f’network li fih il-kooperazzjoni bejn il-kriminali hija fluwida, sistematika u mmexxija minn punt fokali orjentat lejn il-profitt. Il-gruppi tal-kriminalità organizzata jużaw il-profitti illegali kbar tagħhom biex jinfiltraw l-ekonomija leċita u l-istituzzjonijiet pubbliċi, inkluż permezz tal-korruzzjoni, li jdgħajfu l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali u jdgħajfu d-dritt tan-nies għas-sikurezza kif ukoll il-fiduċja tagħhom fl-awtoritajiet pubbliċi. Id-dħul kriminali fid-disa’ swieq kriminali ewlenin fl-Unjoni Ewropea ammonta għal EUR 139 biljun fl-2019 2 , li jikkorrispondi għal 1 % tal-Prodott Domestiku Gross tal-Unjoni. Kif enfasizzat fl-Istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà 3 , l-azzjoni meħuda fil-livell tal-UE biex tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata trid titkompla u tissaħħaħ.

Il-kumplessità tal-mudell kummerċjali tal-gruppi tal-kriminalità organizzata kienet, b’mod partikolari, esposta fl-2020 fl-investigazzjoni konġunta, immexxija mill-awtoritajiet Franċiżi u Olandiżi bl-appoġġ tal-Europol u tal-Eurojust, biex iżarmaw l-EncroChat, network tat-telefown kriptat użat ħafna min-networks kriminali. Il-każ EncroChat sa issa wassal għal aktar minn 1,800 arrest u aktar minn 1,500 investigazzjoni ġdida. Barra minn hekk, hija wriet il-punt sa fejn il-gruppi tal-kriminalità organizzata joperaw b’mod transnazzjonali u online fis-swieq kriminali kollha f’ambjent f’network, bl-użu ta’ modi operandi dejjem aktar sofistikati u ta’ teknoloġiji ġodda. F’Marzu 2021, operazzjoni konġunta oħra wara l-intrużjoni abbużiva ta’ Sky ECC, network kriptat li fih kienu emigraw ħafna utenti preċedenti ta’ EncroChat, wasslet għall-prevenzjoni ta’ aktar minn 70 inċident vjolenti, il-qbid ta’ aktar minn 28 tunnellata ta’ sustanzi ta’ droga u l-arrest ta’ aktar minn 80 suspettat involut fil-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-drogi fil-Belġju u fin-Netherlands. Tnedew aktar minn 400 investigazzjoni ġdida kontra gruppi tal-kriminalità organizzata b’riskju għoli.

L-użu tal-vjolenza minn kriminali involuti fil-kriminalità organizzata qed jiżdied fl-UE, kif ukoll it-theddida minn inċidenti vjolenti minħabba l-użu frekwenti ta’ armi tan-nar jew ta’ splussivi fi spazji pubbliċi 4 . L-aġilità li biha l-gruppi tal-kriminalità organizzata jadattaw u jisfruttaw il-bidliet fl-ambjent li joperaw fih, ġiet ikkonfermata matul il-pandemija tal-COVID-19. Il-gruppi kriminali sfruttaw il-pandemija biex jespandu l-attivitajiet tal-kriminalità online 5 u biex jinvolvu ruħhom fi frodi inkluż fi prodotti mediċinali ffalsifikati. Id-domanda għolja sostnuta għat-tilqim tal-Covid-19 twassal għal insegwiment attraenti għall-kriminali li jfittxu li jinvolvu ruħhom fil-produzzjoni u l-provvista ta’ vaċċini ffalsifikati jew fi skemi ta’ frodi mmirati lejn individwi jew awtoritajiet pubbliċi. Sa issa l-gvernijiet tal-UE identifikaw tentattivi ta’ ingann u ta’ offerti foloz minn frodaturi li ppruvaw ibigħu aktar minn 1,1 biljun doża ta’ tilqim għal prezz totali ta’ aktar minn EUR 15,4 biljun 6 . Il-kriżi ekonomika li rriżultat mill-pandemija żżid ir-riskji tal-attivitajiet tal-kriminalità organizzata u li dawn ikomplu jinfiltraw is-soċjetà u l-ekonomija.

It-theddid transnazzjonali u l-modi operandi li qed jevolvu tal-gruppi tal-kriminalità organizzata li joperaw offline u online jirrikjedu rispons ikkoordinat, aktar immirat u adattat. Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali li joperaw fuq il-post huma fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni u s-sħubijiet globali huma ta’ importanza kbira biex jiżguraw kooperazzjoni effettiva kif ukoll skambju ta’ informazzjoni u għarfien fost l-awtoritajiet nazzjonali, appoġġati minn qafas komuni tal-liġi kriminali u mezzi finanzjarji effettivi. Barra minn hekk, il-Kriminalità Organizzata hija emblematika tar-rabta bejn is-sigurtà interna u esterna. L-involviment internazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inklużi passi ulterjuri biex jiġu żviluppati sħubijiet u kooperazzjoni ma’ pajjiżi fil-viċinat immedjat u lil hinn minnu, huwa meħtieġ biex tiġi indirizzata din l-isfida transnazzjonali.

Kemm il-Parlament Ewropew 7 kif ukoll il-Kunsill 8 saħqu li l-kriminalità organizzata tikkawża ħsara enormi u enfasizzaw l-importanza ta’ azzjoni qawwija min-naħa tal-UE biex tiġġieled kull forma ta’ attività kriminali organizzata.

Din l-Istrateġija tibni fuq il-kisbiet tal-passat, tidentifika linji ta’ ħidma ta’ prijorità biex tipproteġi aħjar liċ-ċittadini u lill-ekonomija minn gruppi ta’ kriminalità organizzata u tressaq azzjonijiet konkreti fuq terminu medju u fit-tul, li se jiġu żviluppati b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Hija tikkostitwixxi l-ewwel Strateġija ddedikata dwar il-kriminalità organizzata mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona 9 .

1.It-tisħiħ tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja

Il-kriminalità organizzata tal-lum hija intrapriża internazzjonali. 65 % tal-gruppi kriminali attivi fl-Istati Membri tal-UE huma magħmula minn membri ta’ nazzjonalitajiet multipli 10 . Ir-rotot tat-trasport ta’ drogi, armi tan-nar jew prodotti ffalsifikati huma mifruxa tul il-kontinenti kollha permezz ta’ katina tal-provvista globali. Il-gruppi mobbli tal-kriminalità organizzata involuti fil-kriminalità organizzata tal-proprjetà jaqsmu mingħajr dewmien minn ġurisdizzjoni għal oħra biex iwettqu r-reati tagħhom. Billi joperaw f’ġurisdizzjonijiet differenti, il-gruppi kriminali jevitaw li jiġu identifikati u jisfruttaw id-differenzi tal-liġijiet nazzjonali applikabbli.

1.1.Skambju bla xkiel tal-informazzjoni u aċċess f’waqtu għaliha

F’żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha ma jkunx hemm kontrolli fil-fruntieri interni, jista’ jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà permezz ta’ kooperazzjoni robusta tal-pulizija u dik ġudizzjarja madwar l-Istati Membri. L-aċċess f’waqtu għall-informazzjoni, b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u b’mod partikolari l-protezzjoni tad-data, huwa essenzjali għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ kriminalità organizzata. L-Unjoni Ewropea pprovdiet lill-infurzar tal-liġi b’firxa wiesgħa ta’ għodod biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni li wera li huwa kruċjali biex jinkixfu l-attivitajiet u n-networks kriminali.

Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) ippermettiet lill-uffiċjali l-aktar esposti li jidentifikaw u jillokalizzaw mingħajr dewmien persuni u oġġetti involuti fil-kriminalità organizzata u biex jieħdu azzjoni kif xieraq. L-informazzjoni f’din il-bażi tad-data kondiviża tista’ tgħin lill-uffiċjali jarrestaw persuna, jissekwestraw oġġett jew jistabbilixxu l-movimenti ta’ vjaġġar ta’ persuni involuti f’investigazzjoni. Fl-2020 biss, saru kwazi erba’ biljun tfittxija fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen li rriżultaw f’aktar minn 200,000 hit. Ir-rieżami tal-2018 tal-qafas tas-SIS 11 saħħaħ b’mod konsiderevoli l-funzjonalitajiet tas-sistema u introduċa għadd ta’ għodod ġodda, li jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali jdaħħlu allerti dwar persuni f’riskju ta’ ħtif jew traffikar ta’ bnedmin jew jitolbu kontrolli ta’ investigazzjoni ta’ persuni suspettati. Ir-riforma tagħti wkoll aċċess lill-Europol għall-allerti tas-SIS u għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari u tagħmel użu aktar effettiv ta’ data bijometrika, billi tintroduċi l-possibbiltà li jintużaw immaġnijiet tal-wiċċ għal finijiet ta’ identifikazzjoni u li jiġu inklużi profili tad-DNA biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta’ persuni neqsin. L-implimentazzjoni ta’ dawn in-novitajiet miexja ’l quddiem b’ritmu mgħaġġel sabiex is-sistema l-ġdida tkun kompletament operattiva sa tmiem l-2021, bl-atti ta’ implimentazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika kkompletati, bil-ħidma fl-iżvilupp tekniku tas-SIS għaddejja sew u bl-ewwel passi meħuda biex jiġi żviluppat manwal tas-SIS u attivitajiet ta’ taħriġ għall-utenti tas-SIS.

Il-potenzjal tas-SIS fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata se jkompli jissaħħaħ permezz tal-qafas il-ġdid għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni 12 . Huwa kruċjali li l-isforzi kollha jiġu ddedikati biex tinkiseb interoperabbiltà sħiħa sa tmiem l-2023. Dan se jiffaċilita l-aċċess tal-infurzar tal-liġi għal informazzjoni rilevanti fis-sistemi ta’ informazzjoni ċentralizzati tal-UE u jippermetti d-detezzjoni ta’ identitajiet multipli, essenzjali fil-ġlieda kontra l-frodi tal-identità li spiss tintuża mill-kriminali biex iwettqu reati jew jaħarbu mill-ġustizzja. Fil-qafas tal-interoperabbiltà, qed tiġi żviluppata funzjonalità ta’ detettur ta’ identitajiet multipli li, billi tivverifika d-data fost dawn is-sistemi, se tgħin biex jiġi indirizzat b’mod effettiv l-użu frodulenti tal-identitajiet.

L-investigaturi li jaħdmu b’mod iżolat fi Stat Membru wieħed ta’ spiss ma jkunux jistgħu jistabbilixxu l-involviment ta’ grupp tal-kriminalità organizzata wara reat speċifiku. Il-qafas ta’ Prüm tal-2008 13 jippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, matul l-investigazzjonijiet tagħhom, li jfittxu d-DNA u l-marki tas-swaba’ fil-bażijiet tad-data ta’ Stati Membri oħra fuq bażi ta’ hit-no-hit permezz ta’ konnessjonijiet bilaterali, u li jfittxu data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. Filwaqt li l-qafas ta’ Prüm wera li huwa strumentali biex jissolvew ħafna reati fl-Ewropa, in-natura deċentralizzata tiegħu wasslet biex ħafna konnessjonijiet bilaterali bejn il-bażijiet tad-data nazzjonali tal-Istati Membri ma ġewx stabbiliti minħabba l-kumplessità teknika u r-riżorsi finanzjarji u umani importanti involuti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet jistgħu jieħdu ġimgħat jew saħansitra xhur biex jikkondividu d-data personali wara hit. Biex ittejjeb l-effiċjenza tal-investigazzjonijiet kriminali u ssaħħaħ l-iskambju awtomatizzat ta’ informazzjoni dwar il-kriminali, il-Kummissjoni se tipproponi li timmodernizza l-qafas ta’ Prüm biex tindirizza l-ħtiġijiet operazzjonali tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, f’konformità mad-drittijiet fundamentali u r-rekwiżiti tan-neċessità u tal-proporzjonalità, u biex tallinja d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data mad-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi 14 . Il-Kummissjoni qed tesplora għażliet biex tiżgura l-konnessjoni ta’ bażijiet ta’ data rilevanti bejn l-Istati Membri kollha u biex tħaffef l-iskambju ta’ informazzjoni wara hit. Il-Kummissjoni qed tivvaluta wkoll il-ħtieġa li jiġu skambjati kategoriji ta’ data addizzjonali rilevanti għall-investigazzjonijiet kriminali, bħal immaġnijiet tal-wiċċ, liċenzji tas-sewqan, rekords tal-pulizija u ballistiċi, taħt il-qafas ta’ Prüm, u li l-Europol jiżdied bħala sieħeb ġdid f’dan il-qafas.

Minħabba d-dimensjoni transfruntiera u internazzjonali tal-kriminalità organizzata, l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar hija essenzjali biex jiġu identifikati vjaġġaturi b’riskju għoli li b’mod ieħor ma jkunux magħrufa mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u biex jiġu stabbiliti rabtiet bejn il-membri ta’ gruppi kriminali. L-ipproċessar tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) jassisti lill-awtoritajiet rilevanti fl-identifikazzjoni ta’ persuni involuti f’attivitajiet kriminali mwettqa minn gruppi organizzati. Sabiex jiġi żgurat li din l-għodda tintuża fil-potenzjal sħiħ tagħha, il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tad-Direttiva dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri 15 u tappoġġa l-kooperazzjoni u l-iskambju tad-data tal-PNR bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari bl-iskambju tal-aħjar prattiki, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet meħtieġa 16 . L-Informazzjoni Antiċipata dwar il-Passiġġieri (API), id-data bijografika tal-passiġġieri miġbura mit-trasportaturi bl-ajru matul iċ-check-in, hija ta’ valur daqstant ieħor 17 , anki minħabba l-komplementarjetà tagħha mad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri. Reviżjoni tal-qafas legali attwali 18  tippermetti varjetà ta’ titjib, b’mod partikolari dwar il-preċiżjoni tad-data u l-kompletezza tad-data. Aktar importanti minn hekk, il-Kummissjoni se tanalizza l-użu potenzjali tad-data tal-API biex tfittex b’mod sistematiku d-data tal-Europol għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u possibbilment testendi l-użu tagħha għall-movimenti intra-Schengen u għat-trasportaturi u l-kowċis tat-trasport fuq l-ilma. B’dan l-objettiv, il-Kummissjoni se tagħmel proposta biex tirrevedi d-Direttiva dwar l-Informazzjoni Avvanzata dwar il-Passiġġieri fl-ewwel nofs tal-2022, abbażi ta’ Valutazzjoni tal-Impatt li fiha l-għażliet ta’ hawn fuq u l-impatti tagħha se jiġu esplorati aktar.

1.2.Oqfsa ta’ kooperazzjoni avvanzata

Il-partijiet ewlenin tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi madwar l-UE huma bbażati fuq il-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen. Dan il-pedament huwa kkomplementat minn strumenti oħra tal-UE, bħalma huma d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-UE, kif ukoll il-kapitoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (id-Deċiżjoni ta’ Prüm).

L-Istati Membri kkomplementaw dan il-qafas b’sett kumpless ta’ ftehimiet bilaterali u multilaterali. B’konsegwenza ta’ dan, il-livell ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri mhuwiex uniformi, u dan joħloq ostakli operazzjonali li jipprevjenu l-kooperazzjoni transfruntiera effettiva.

Il-Kummissjoni se tħejji proposta leġiżlattiva għal Kodiċi ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija tal-UE. Dan se jibbaża fuq ir-riżultati ta’ studju estern li għaddej bħalissa u se jkun ibbażat fuq proċess ta’ konsultazzjoni bir-reqqa, filwaqt li titqies il-kompetenza tal-Istati Membri. L-għan huwa li jiġu ssimplifikati u żviluppati d-diversi strumenti għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi inklużi il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, il-linji gwida tal-Kunsill, u l-prattiki tajba tal-Istati Membri minn ftehimiet bilaterali u multilaterali f’ġabra ta’ regoli koerenti u moderni li jkopru wkoll l-għodod investigattivi.

Barra minn hekk, sabiex jiġu indirizzati l-ostakli potenzjali f’dak kollu li jirrigwarda l-kooperazzjoni transfruntiera speċifikament kontra l-istrutturi tal-kriminalità organizzata, il-Kummissjoni nediet studju estern biex tivvaluta jekk id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-2008 dwar il-Kriminalità Organizzata 19 għadhiex adattata għall-iskop tagħha.

L-Europol għandu rwol importanti bħala ċ-ċentru ta’ informazzjoni kriminali tal-UE, billi jappoġġa l-kooperazzjoni tal-pulizija u l-iskambju ta’ informazzjoni u jipproduċi kull erba’ snin ir-rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar it-Theddida mill-Kriminalità Serja u Organizzata (EU SOCTA) 20 . Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet operazzjonali urġenti, bħall-kooperazzjoni ma’ partijiet privati jew l-ipproċessar ta’ settijiet kbar ta’ data, f’Diċembru 2020 il-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ il-mandat tal-Europol 21 . Il-kompetenzi u l-għodod il-ġodda previsti fil-proposta se jippermettu lill-Europol iżid l-appoġġ tiegħu fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill qed jaħdmu fuq il-mandati tagħhom għan-negozjati interistituzzjonali li ġejjin li huma mistennija li jibdew aktar tard din is-sena. Il-Kummissjoni se tiffaċilita n-negozjati u timmira lejn ftehim rapidu mill-koleġiżlaturi sa tmiem l-2021.

Waħda mill-għodod ewlenin biex tiġi implimentata l-Istrateġija attwali u biex jiżdiedu l-isforzi kontra l-istrutturi tal-kriminalità organizzata permezz ta’ operazzjonijiet ikkoordinati hija l-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (European Multidisciplinary Platform Against Criminal Threats, EMPACT). Mill-2010, l-EMPACT tippermetti lill-Istati Membri jidentifikaw it-theddid ta’ kriminalità prijoritarja tal-UE fejn hija meħtieġa azzjoni kollettiva 22 u biex jindirizzaw dan it-theddid kriminali permezz ta’ kooperazzjoni strutturata fil-livell tal-UE bejn l-infurzar tal-liġi, id-dwana, l-awtoritajiet tat-taxxa, il-maġistrati, l-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji Ewropej u, fejn rilevanti, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u s-settur privat 23 .

Permezz tal-EMPACT, l-Istati Membri u s-sħab tagħhom iwettqu aktar minn 200 azzjoni operazzjonali konġunta kull sena, immirati lejn il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, pereżempju l-iżvilupp ta’ stampa tal-intelligence kriminali dwar il-prijoritajiet tal-kriminalità tal-UE, il-bini tal-kapaċitajiet tal-infurzar tal-liġi biex jiġu mmirati reati speċifiċi, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali, it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ prevenzjoni, l-investigazzjonijiet konġunti kontra fenomeni speċifiċi ta’ kriminalità jew gruppi kriminali speċifiċi, u l-indirizzar tal-metodi ta’ dawn il-gruppi kriminali għall-ħasil tal-flus, għat-twettiq ta’ reati online jew għall-kisba ta’ dokumenti frodulenti. Għalkemm l-EMPACT diġà tagħti riżultati operattivi sinifikanti, pereżempju f’termini ta’ drogi maqbuda jew kriminali arrestati, bħalissa ma hijiex qed tintuża sal-potenzjal sħiħ tagħha. Il-kumplessità tagħha, in-nuqqas ta’ għarfien fost l-uffiċjali l-aktar esposti u l-finanzjament insuffiċjenti mhux dejjem jiżguraw is-sjieda u l-involviment attiv tal-Istati Membri u tas-sħab esterni, u jfixklu l-iżvilupp ta’ operazzjonijiet aktar kumplessi li jagħmlu ħsara aktar sinifikanti lill-gruppi tal-kriminalità organizzata.

Il-Kummissjoni se taħdem, flimkien mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha tal-EMPACT biex tistabbilixxi għadd ta’ miżuri, deskritti fid-dettall fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja din l-Istrateġija, sabiex tuża l-potenzjal sħiħ tal-EMPACT, u tibdilha fi strument tassew ewlieni tal-UE għall-kooperazzjoni operattiva multidixxiplinari u b’diversi aġenziji fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-livell tal-UE.

Il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll il-fattibbiltà li l-mekkaniżmu tal-EMPACT jiddaħħal fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Dan jistabbilixxi bis-sħiħ lill-EMPACT bħala strument ewlieni tal-UE għall-Istati Membri u l-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-UE biex jikkooperaw b’mod operattiv fil-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali organizzata u serja. Dan jagħmel lill-EMPACT il-vettur permanenti tal-kooperazzjoni strutturali bejn l-istrateġiji u l-azzjonijiet kriminali Ewropej u nazzjonali, b’metodoloġija u approċċ armonizzati, bħala pedament legali għal sħubijiet konġunti ad hoc ibbażati fuq il-ħtiġijiet operazzjonali. Il-Kummissjoni se tfittex ukoll li ssaħħaħ b’mod sinifikanti l-finanzjament tal-EMPACT, biex din tkun tista’ tiżviluppa operazzjonijiet aktar kumplessi. Il-Kummissjoni se tesplora wkoll, flimkien mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, il-possibbiltà li l-EMPACT attwali tiġi ssimplifikata fuq erba’ pilastri modernizzati u aġġornati 24 , ikkomplementati minn prinċipji ta’ gwida kontra l-kriminalità organizzata. Barra minn hekk, se jkollha l-għan li żżid ir-rwol tan-networks Ewropej u tal-gruppi ta’ esperti fl-appoġġ tal-azzjonijiet tal-EMPACT. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, se tippromwovi ż-żieda fl-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi terzi mal-attivitajiet tal-EMPACT, u se tippromwovi l-iżvilupp tal-metodoloġija tal-EMPACT barra mill-UE, imfassla għall-ħtiġijiet operazzjonali.

Sabiex il-kriminali jitressqu quddiem il-ġustizzja, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jeħtieġ li jaħdmu id f’id: rispons effettiv għall-kriminalità organizzata jeħtieġ aktar passi biex tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Konklużjonijiet tal-Parlament 25 u tal-Kunsill 26 jirrikjedu titjib tat-tħaddim prattiku tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew 27 . Il-Kummissjoni għalhekk qed tinforza l-implimentazzjoni korretta, wara r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew 28 , u se tipprovdi gwida f’manwal aġġornat.

Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati investigazzjonijiet paralleli dwar dawk il-kriminali li joperaw f’diversi ġurisdizzjonijiet, jistgħu jkunu meħtieġa regoli komuni biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jittrasferixxu l-proċedimenti kriminali lejn Stat Membru ieħor, pereżempju l-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna suspettata, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-Deċiżjoni Qafas għall-prevenzjoni ta’ konflitti ta’ ġurisdizzjoni 29 . Il-Kummissjoni bħalissa qed tkompli tistudja din il-kwistjoni biex tesplora l-ħtieġa għal azzjoni tal-UE f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni qed tħares ukoll lejn il-problemi li jinqalgħu fir-rigward tal-ġbir, it-trasferiment u l-użu ta’ evidenza fi proċedimenti transfruntiera u modi possibbli ’l quddiem 30 .

Il-komunikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fl-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta huma essenzjali u l-Kummissjoni għalhekk se taħdem biex tiżviluppa pjattaforma ta’ kollaborazzjoni għall-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta u biex tħaffef il-kooperazzjoni tal-Eurojust mal-pajjiżi terzi. Barra minn hekk, kif imħabbar fil-Komunikazzjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-UE 31 , sa tmiem l-2021, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta li tippermetti l-komunikazzjoni elettronika sigura u l-iskambju ta’ informazzjoni u dokumenti bejn il-qrati, l-awtoritajiet nazzjonali, u l-aġenziji tal-ġustizzja u l-affarijiet interni fejn rilevanti. Il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll il-modernizzazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust biex tgħin lill-Eurojust jipprovdi feedback lill-awtoritajiet nazzjonali u jiżviluppa rabtiet ġudizzjarji bejn l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin. Jenħtieġ li dan jippermetti lill-Eurojust jaħdem b’mod effiċjenti mas-sħab tiegħu, b’mod partikolari mal-Europol u mal-UPPE, filwaqt li jgħin fil-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet fil-livell nazzjonali u jevita investigazzjonijiet paralleli bil-għan li jiżgura prosekuzzjonijiet effettivi.

1.3. Il-kooperazzjoni internazzjonali

Il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi lil hinn mill-Unjoni hija meħtieġa biex tħarbat in-networks kriminali globali u r-rotot tat-trasport. Huwa essenzjali li tiżdied il-kooperazzjoni internazzjonali inkluż permezz tal-attivitajiet tal-aġenziji rilevanti tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, b’mod partikolari fir-rigward tal-pajjiżi tal-viċinat u tat-tkabbir.

Hemm ħtieġa urġenti li tiġi żviluppata aktar l-intelligence dwar il-kriminalità serja u organizzata fl-Europol u li jissaħħu l-iskambju ta’ informazzjoni u l-azzjonijiet investigattivi ma’ pajjiżi u reġjuni terzi li jikkostitwixxu ċentri ewlenin għall-kriminalità organizzata b’riskju għoli li taffettwa lill-Istati Membri tal-UE, inkluż permezz tal-Uffiċjali ta’ Kollegament bilaterali tal-Istati Membri ssekondati għal dawn l-oqsma kritiċi. Il-Kummissjoni rċeviet direttivi għan-negozjar ta’ ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi biex tiskambja data personali mal-Europol 32 u biex tippermetti l-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Eurojust 33 u se tistinka biex tagħmel progress f’dawn in-negozjati diffiċli.

Barra minn hekk, il-programmi u l-proġetti ta’ kooperazzjoni internazzjonali tal-UE huma rilevanti biex jinbnew networks transkontinentali tal-infurzar tal-liġi u tal-ġustizzja kriminali. L-appoġġ tal-Kummissjoni għal networks bħal dawn u għal operazzjonijiet konġunti se jkompli jespandi.

L-approċċ tal-UE għas-sigurtà esterna fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni se jibqa’ komponent essenzjali tal-isforzi tal-UE biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata sabiex tissaħħaħ l-istabbiltà u jiġu protetti l-interessi tas-sigurtà Ewropej. Ir-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President, appoġġat mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, se jkompli jkollu rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni strateġika u operazzjonali ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, billi jagħmel użu sħiħ mill-għodod esterni tiegħu, bħad-Djalogi ta’ Livell Għoli, in-network ta’ esperti fil-Ġlieda kontra t-Terroriżmu/esperti tas-Sigurtà fid-Delegazzjonijiet tal-UE u, fejn rilevanti, fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna se jkomplu jagħtu prijorità lill-proġetti ta’ bini tal-kapaċità f’pajjiżi terzi u b’mod partikolari fil-pajjiżi tal-viċinat u tat-tkabbir, kemm biex jappoġġaw il-kooperazzjoni operazzjonali mal-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE kif ukoll biex is-sħab jiġu mgħammra bl-għodod li jippermettulhom li jegħlbu strutturi kriminali kumplessi li potenzjalment jaffettwaw lill-UE.

L-Interpol hija attur ewlieni ieħor f’dak li għandu x’jaqsam mal-kooperazzjoni internazzjonali kontra l-kriminalità organizzata. It-18-il bażi ta’ data tal-Interpol fihom aktar minn 100 miljun rekord tal-infurzar tal-liġi, inklużi dwar kriminali mfittxija, terroristi suspettati, marki tas-swaba’, vetturi misruqa, dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa u mitlufa, armi u armi tan-nar. Dawn il-bażijiet ta’ data jippermettu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jidentifikaw ir-rabtiet u b’hekk jiffaċilitaw l-investigazzjonijiet kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali. Flimkien ma’ din l-Istrateġija, il-Kummissjoni qed tadotta rakkomandazzjoni lill-Kunsill biex jinfetħu negozjati mal-Interpol dwar ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-Interpol sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni u jiġu indirizzati l-ħtiġijiet operazzjonali.

L-istrument internazzjonali ewlieni li jippermetti l-kooperazzjoni u l-assistenza legali reċiproka fl-investigazzjonijiet tal-kriminalità organizzata huwa l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (UNTOC), li l-UE u l-Istati Membri huma parti għalihom. Fl-2021, il-Kummissjoni se taġġorna d-dikjarazzjoni ta’ kompetenza biex iġġibha konformi mal-bidliet fit-Trattat ta’ Lisbona 34 u biex tiżgura li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ikun jista’ jagħmel użu mir-regoli tal-UNTOC dwar l-assistenza legali reċiproka internazzjonali biex jikkoopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tesplora l-possibbiltà li tinnotifika lill-UPPE bħala awtorità responsabbli fil-kuntest ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni eżistenti fil-livell tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi u, fejn meħtieġ, se tikkunsidra li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi ta’ prijorità magħżula. Kif espress fid-Dikjarazzjoni ta’ Kjoto adottata fl-14-il Kungress tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Kriminalità u l-Ġustizzja Kriminali, l-Unjoni u l-Istati Membri huma impenjati bis-sħiħ biex isaħħu l-qafas internazzjonali li jippromwovi l-istat tad-dritt, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġustizzja kriminali, inkluż permezz ta’ impenn attiv fil-proċessi ta’ rieżami tal-implimentazzjoni tal-UNTOC li għaddejjin bħalissa u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC).

Azzjonijiet ewlenin:

Il-Kummissjoni se: 

·Tipproponi li ssaħħaħ il-qafas ta’ Prüm (Q4 2021); 

·Tipproponi l-ħolqien ta’ Kodiċi tal-UE ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija (Q4 2021);

·Tipproponi r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Informazzjoni Antiċipata dwar il-Passiġġieri (Q1 2022);

·Tistabbilixxi pjattaforma ta’ kollaborazzjoni għal Skwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta (Q4 2021);

·Taħdem mal-partijiet interessati rilevanti kollha, biex tissimplifika, tespandi u timmodernizza l-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT) u tistabbilixxiha bħala l-istrument ewlieni tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali organizzata u serja permezz ta’ sett ta’ azzjonijiet u proposta leġiżlattiva (2023);

·Issaħħaħ il-finanzjament b’mod sinifikanti għall-EMPACT permezz tal-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2021–2027;

·Tibda n-negozjati għal ftehimiet dwar il-kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-pajjiżi terzi;

·Tħaffef in-negozjati dwar il-kooperazzjoni bejn l-Europol u l-pajjiżi terzi;

·Issaħħaħ, b’mod konġunt flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma mħeġġa biex:

·Javvanzaw fin-negozjati leġiżlattivi fir-rigward tar-Reviżjoni tar-Regolament tal-Europol, inklużi l-emendi għar-Regolament dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, bil-għan li jintlaħaq ftehim rapidu.

Il-Kunsill huwa mistieden:

·Jadotta r-rakkomandazzjoni biex jinfetħu n-negozjati mal-Interpol dwar ftehim ta’ kooperazzjoni UE-Interpol.

2.Investigazzjonijiet effettivi: it-tkissir tal-istrutturi tal-kriminalità organizzata u l-indirizzar ta’ reati ta’ prijorità għolja

2.1. Żieda fl-isforzi biex jiġu indirizzati l-istrutturi tal-kriminalità organizzata

Jenħtieġ li l-fokus fuq l-investigazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi ma jiqafx mal-qbid ta’ oġġetti illegali jew mal-arrest ta’ kriminali ta’ livell baxx, iżda jimmira lejn atturi u networks li huma s-sinsla tal-ekosistemi kriminali.

Bil-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet kriminali strutturati madwar grupp ewlieni jew b’mod ġerarkiku 35 , ix-xenarju tal-kriminalità organizzata huwa kkaratterizzat minn ambjent f’network li fih gruppi u individwi differenti jikkooperaw sistematikament permezz ta’ “impriżi konġunti” f’networks kriminali laxki u fluwidi. L-organizzazzjonijiet kriminali li jorganizzaw il-ktajjen tal-provvista fis-swieq kriminali internazzjonali jikkooperaw ma’ gruppi iżgħar speċjalizzati f’ċerti attivitajiet u ma’ individwi fi rwoli ċentrali li jipprovdu servizzi lill-kriminali bħall-frodi tad-dokumenti, pariri legali, komunikazzjonijiet kriptati jew trasport. Il-kapaċità tal-gruppi kriminali li jgħaqqdu lil xulxin iddgħajjef l-isforzi tal-infurzar tal-liġi, peress li kull parti tal-katina kriminali tista’ faċilment tiġi sostitwita f’każ ta’ intervent fl-infurzar tal-liġi.

Kontra dan ix-xenarju, huwa kruċjali li jiżdied iż-żarmar tal-istrutturi tal-kriminalità organizzata, immirati lejn dawk il-gruppi li huma ta’ riskju akbar għas-sigurtà tal-Ewropa u l-individwi fl-ogħla livelli tal-organizzazzjonijiet kriminali. Għal dan il-għan, xi Stati Membri stabbilew strutturi fil-livell nazzjonali jew korpi speċjalizzati fl-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura kontra organizzazzjonijiet tat-tip mafjuż. Dawn l-esperjenzi wrew li huma effettivi fit-tħeġġiġ ta’ approċċ strateġiku li jippromwovi l-isforzi li jwasslu għat-tfixkil tal-infrastrutturi kriminali. Barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ unitajiet tal-pulizija jew korpi ġudizzjarji ddedikati jiffaċilita kooperazzjoni transfruntiera akbar. Il-Kummissjoni se tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki biex tiffaċilita r-replikazzjoni ta’ mudelli bħal dawn madwar l-Istati Membri, adattati għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali.

Fil-livell Ewropew, il-kooperazzjoni operazzjonali kontra gruppi tal-kriminalità organizzata tat-tip mafjuż imwettqa permezz tan-Network @ ON 36 tiffaċilita l-iskjerament fuq il-post ta’ investigaturi speċjalizzati madwar l-Istati Membri biex jassistu fl-investigazzjonijiet ta’ gruppi ta’ kriminalità organizzata transfruntiera. Pass importanti ieħor huwa l-ħidma mwettqa mill-Europol flimkien mal-Istati Membri biex jidentifikaw u jwettqu attivitajiet investigattivi u ta’ intelligence kontra Miri ta’ Valur Għoli 37 magħżula, jiġifieri membri suspettati ta’ organizzazzjonijiet kriminali li huma ta’ riskju partikolarment għoli għal żewġ Stati Membri jew aktar.

Biex tiżdied l-azzjoni kontra l-organizzazzjonijiet kriminali, hemm bżonn kbir ta’ aktar kooperazzjoni strutturali. L-iżvilupp ta’ kriterji komuni għall-Istati Membri kollha biex jidentifikaw Miri ta’ Valur Għoli u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni operazzjonali f’ħin reali flimkien mal-iskambju ta’ informazzjoni jippermettu aktar investigazzjonijiet konġunti u sistematiċi fuq dawk il-persuni li għandhom rwol ewlieni f’network kriminali. Jenħtieġ li n-network attwali @ ON jissaħħaħ billi jiġu inkorporati l-Istati Membri kollha u jiġu żviluppati l-aħjar prattiki, kif ukoll permezz ta’ rabta eqreb mal-EMPACT fil-ħidma tagħha kontra n-networks kriminali.

Enfasi akbar fuq l-investigazzjonijiet tal-kriminalità organizzata teħtieġ ukoll stampa ta’ intelligence aktar robusta tal-gruppi tal-kriminalità organizzata li huma fil-qalba tal-web kumplessa tan-networks tal-kriminalità organizzata. Jenħtieġ li l-Europol u l-Istati Membri ikomplu l-ħidma tagħhom biex jiżviluppaw stampi strateġiċi u tattiċi mmexxija mill-intelligence dwar dawk il-gruppi li huma ta’ theddida akbar għas-sigurtà tal-Ewropa, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ rapporti ad hoc li jikkomplementaw il-Valutazzjoni tal-UE dwar it-Theddida mill-Kriminalità Serja u Organizzata (SOCTA). L-iskambju ta’ informazzjoni strateġika ma’ atturi oħra, inklużi missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni jista’ jkun ta’ benefiċċju f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, hija meħtieġa ħarsa ġenerali aħjar lejn id-dimensjoni tal-attivitajiet kriminali u l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri. Minħabba n-natura mhux trasparenti tal-kriminalità organizzata, huwa diffiċli li jitkejlu u jiġu kkwantifikati dawn l-attivitajiet, u d-data u l-istatistika disponibbli għall-Unjoni Ewropea huma frammentati, miġbura prinċipalment permezz ta’ obbligi ta’ rappurtar mifruxa madwar diversi atti leġislattivi. Filwaqt li tibni fuq l-eżitu ta’ studju komprensiv li diġà sar 38 , il-Kummissjoni se tivvaluta l-ħtieġa għal ġbir aktar sistematiku ta’ statistika f’dan il-qasam.

2.2. Rispons imfassal apposta għall-forom speċifiċi ta’ kriminalità

Skont l-EU SOCTA tal-2021, il-gruppi tal-kriminalità organizzata attivi fl-Ewropa huma involuti f’varjetà ta’ attivitajiet kriminali, bil-maġġoranza tal-gruppi kriminali involuti fit-traffikar tad-drogi, il-kriminalità organizzata kontra l-proprjetà, segwiti minn frodi (inklużi d-dwana, is-sisa u l-frodi tal-VAT), il-kuntrabandu tal-migranti u t-traffikar tal-bnedmin. Filwaqt li xi gruppi huma speċjalizzati f’suq kriminali partikolari, oħrajn huma dejjem aktar polikriminali, billi jużaw il-profitti ta’ attività kriminali waħda biex jiffinanzjaw l-espansjoni tagħhom f’oqsma oħra tal-kriminalità. Forom speċifiċi ta’ kriminalità jeħtieġu rispons dedikat minn perspettiva leġiżlattiva u politika. 

L-UE stabbiliet regoli fir-rigward ta’ reati serji bħall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali 39 , u biex tidentifika u tipprojbixxi sustanzi psikoattivi ġodda 40 , tikkontrolla l-pussess u l-kummerċ ta’ armi tan-nar u tipprevjeni r-riattivazzjoni ta’ armi newtralizzati 41 . It-traffikar tad-drogi jibqa’ sors ewlieni ta’ dħul għall-gruppi tal-kriminalità organizzata u l-UE stabbiliet il-prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin fl-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2021–2025, li ġiet adottata mill-Kunsill f’Diċembru 2020 42 . Id-diskussjonijiet dwar il-Pjan ta’ Azzjoni relatat dwar id-Drogi qed ikomplu fil-Kunsill, filwaqt li l-Kummissjoni qed tħejji l-ewwel inizjattivi biex timplimenta l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni 43 .

L-armi tan-nar huma faċilitatur ewlieni tal-vjolenza dejjem tiżdied minn gruppi kriminali, li jippermettulhom jintimidaw lill-avversarji tagħhom u jeżerċitaw kontroll fuq il-membri u s-swieq tagħhom. Sabiex tillimita d-disponibbiltà tal-armi tan-nar f’idejn il-kriminali, il-Kummissjoni bdiet l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid tal-UE 2020–2025 kontra t-traffikar tal-armi tan-nar. Hija se tippubblika r-rapport ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar, li jidentifika l-mezzi inizjali għat-titjib tal-qafas legali.

Il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali tibqa’ attività ewlenija għall-gruppi tal-kriminalità organizzata li tipperikola l-migranti u tagħmel ħsara lill-objettivi tal-ġestjoni tal-migrazzjoni tal-UE. Fl-2021, il-Kummissjoni se tadotta Pjan ta’ Azzjoni ġdid kontra t-Traffikar tal-Migranti biex tiġġieled in-networks kriminali involuti f’dan ir-reat, tappoġġa l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u tistimula l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll ma’ missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni kull fejn ikun rilevanti.

It-traffikar tal-bnedmin, forma ta’ kriminalità partikolarment ta’ stmerrija, ħafna drabi jsir minn gruppi ta’ kriminalità organizzata, li qed jirreklutaw dejjem aktar lill-vittmi tagħhom online, jiffalsifikaw dokumenti ta’ identità u permessi tax-xogħol u jisfruttawhom għal skopijiet sesswali, xogħol furzat, kriminalità furzata jew tallaba. Filwaqt li l-prijoritajiet u l-azzjonijiet ta’ din l-Istrateġija jkopru t-traffikar tal-bnedmin, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll, flimkien ma’ din l-Istrateġija, Strateġija ddedikata tal-UE dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin 2021–2025 biex tindirizza l-ispeċifiċitajiet ta’ din il-kriminalità.

Iċ-ċiberkriminalità qed issir aktar aggressiva u konfrontazzjonali. Id-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà li qed tavvanza b’mod rapidu, li rat żieda qawwija bil-pandemija tal-COVID-19, toħloq vulnerabbiltajiet ġodda li jistgħu jiġu sfruttati minn kriminali involuti fi kriminalità ċiberdipendenti. L-attakki ċibernetiċi bħall-ħolqien u t-tixrid tal-malware, il-hacking biex tinsteraq data sensittiva personali jew tal-industrija, jew attakki li jwaqqfu s-servizz, żdiedu matul l-aħħar sena kemm fl-għadd kif ukoll fil-grad ta’ sofistikazzjoni 44 .

Iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità fil-Europol (EC3), li ġie stabbilit fl-2013, kellu rwol ewlieni fl-intraċċar tal-isfruttament tal-pandemija tal-COVID-19 mill-kriminalità organizzata, u fil-ħolqien ta’ materjali u rapporti ta’ sensibilizzazzjoni għall-informazzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku, kif ukoll fl-appoġġ ta’ investigazzjonijiet dwar prattiki qarrieqa online imwettqa minn gruppi tal-kriminalità organizzata. Barra minn hekk, huwa ppubblika r-rapporti regolari tiegħu dwar il-Valutazzjoni tat-Theddida mill-Kriminalità Organizzata fuq l-Internet (IOCTA) ,li jipprovdu sors importanti ta’ informazzjoni għall-istabbiliment tal-prijoritajiet fl-operazzjonijiet u l-politika 45 .

F’konformità mal-Istrateġija tal-UE tal-2020 għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal u l-Istrateġija Komprensiva tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (2021–2025), fl-2021 il-Kummissjoni se tipproponi leġiżlazzjoni biex ittejjeb il-protezzjoni tat-tfal kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, inkluż billi titlob lill-fornituri tas-servizzi online rilevanti jidentifikaw materjal magħruf ta’ abbuż sesswali tat-tfal u jirrappurtaw dan il-materjal lill-awtoritajiet pubbliċi 46 . Il-leġiżlazzjoni se tiżgura wkoll konsistenza ma’ inizjattivi leġiżlattivi oħra, b’mod partikolari mal-proposta dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali 47 . Il-Kummissjoni tkompli wkoll tappoġġa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex jintlaħaq ftehim malajr kemm jista’ jkun dwar il-proposta għal regolament dwar l-isforzi volontarji minn ċerti fornituri ta’ servizzi fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online 48 . B’mod parallel, l-Europol qed jappoġġa l-espansjoni tal-kampanja “Trace an Object” li rnexxiet, u li tiġbor informazzjoni dwar oġġetti individwali f’immaġnijiet li juru abbuż sesswali tat-tfal li jistgħu jgħinu biex tiġi ristretta l-lokalità ġeografika ta’ abbuż u b’hekk eventwalment tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni u s-salvataġġ tal-vittmi.

Il-bidla lejn ekonomiji mingħajr flus kontanti, aċċellerata aktar permezz tal-pandemija, ħolqot aktar opportunitajiet għall-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti bħal karti ta’ kreditu u għodod ta’ pagament online 49 , li huma ta’ theddida serja għas-sigurtà tal-UE. Dawn jipprovdu sors importanti ta’ dħul għall-kriminalità organizzata u jippermettu attivitajiet kriminali bħat-traffikar tad-drogi u t-traffikar tal-bnedmin. L-UE adottat regoli aktar stretti fl-2019 50 , li l-Istati Membri jridu jimplimentaw sal-31 ta’ Mejju 2021. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib il-progress biex tiżgura l-effettività sħiħa tar-regoli l-ġodda.

Il-frodi, inklużi d-dwana, is-sisa u l-frodi tal-VAT, hija qasam ieħor ta’ kriminalità li qed isir dejjem aktar attraenti għall-kriminalità organizzata. Minbarra l-isforzi attwali tal-Europol u l-Eurojust f’dan il-qasam, l-UPPE se jinvestiga u jħarrek reati rigward il-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, jekk il-punt fokali tal-attività kriminali ta’ tali organizzazzjoni kriminali jkun li twettaq reati li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni, inkluża frodi transfruntiera serja tal-VAT.

Il-falsifikazzjoni ta’ prodotti hija reat b’impatt kbir. Il-prodotti ffalsifikati jirrappreżentaw 6,8 % tal-importazzjonijiet tal-UE 51 u huma sors sinifikanti ta’ dħul għall-gruppi tal-kriminalità organizzata. Il-prodotti mediċi, tal-kura tas-saħħa u sanitarji jikkostitwixxu sehem konsiderevoli u dejjem jikber ta’ falsifikazzjoni, fenomenu li żdied b’mod allarmanti bil-pandemija tal-COVID-19. Il-kriminalità organizzata involviet ruħha fil-produzzjoni u l-provvista ta’ tagħmir protettiv iffalsifikat, kits għall-ittestjar u farmaċewtiċi, u hemm riskju li l-gruppi tal-kriminalità organizzata jippruvaw jisfruttaw l-opportunitajiet li jirriżultaw fl-UE mid-domanda għolja għat-tilqim. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi flimkien mal-Europol u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi qed iwettqu b’suċċess operazzjonijiet importanti li jwasslu għal arresti u sekwestri sinifikanti ta’ prodotti ffalsifikati, inklużi prodotti mediċi, ġugarelli, ikel u xorb 52 . Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni operazzjonali biex tiġi indirizzata l-falsifikazzjoni. Il-gruppi tal-kriminalità organizzata huma dejjem aktar involuti f’reati bħall-falsifikazzjoni tal-pestiċidi u l-użu qarrieqi tal-logo organiku tal-UE. Filwaqt li tibni fuq il-kontrolli uffiċjali u l-qafas ta’ infurzar tagħha, il-Kummissjoni se tkompli żżid l-isforzi tagħha biex tindirizza l-frodi alimentari, u se taħdem biex tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet nazzjonali, toħloq politika ta’ tolleranza żero u żżid il-prevenzjoni, il-kontrolli, id-deterrenza kif ukoll is-sanzjonijiet effettivi.

Għal dan il-għan, f’Novembru 2020, il-Kummissjoni adottat il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Proprjetà Intellettwali, u fl-2022 se tistabbilixxi Sett ta’ Għodod tal-UE kontra l-iffalsifikar li jistabbilixxi prinċipji għal azzjoni konġunta, kooperazzjoni u kondiviżjoni tad-data fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, id-detenturi tad-drittijiet u l-intermedjarji 53 . Minħabba li l-iffalsifikar ta’ prodotti mediċi jsir l-aktar f’pajjiżi terzi, huwa importanti li tissaħħaħ il-governanza globali, b’mod partikolari permezz tal-adeżjoni u r-ratifika mill-Istati Membri tal-UE, u possibbilment mill-Unjoni nnifisha, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-dwar il-falsifikazzjoni ta’ prodotti mediċi (il-Konvenzjoni Medicrime), li ġiet iffirmata minn erbatax-il Stat Membru, li minnhom sitta biss irratifikawha 54 .

Il-kriminalità ambjentali jistħoqqilha attenzjoni partikolari minħabba l-effetti dannużi tagħha fuq il-bijodiversità u fuq l-ambjent, is-saħħa u l-koeżjoni soċjali fl-UE u f’pajjiżi terzi. It-tipi kollha ta’ organiżmi selvaġġi — pjanti, annimali u prodotti derivati — kif ukoll l-annimali tad-dar ikomplu jiġu nnegozjati illegalment, ta’ sikwit fuq skala kbira u xi drabi b’konsegwenzi potenzjalment qerrieda. Il-ġestjoni illegali tal-iskart u l-vjeġġi jdgħajfu l-industriji leġittimi tat-trattament tal-iskart u tar-riċiklaġġ. L-UE adottat leġiżlazzjoni biex tirregola l-kummerċ legali tal-organiżmi selvaġġ 55 i u tal-iskart 56 u talbet lill-Istati Membri jikkriminalizzaw u jistabbilixxu pieni fuq firxa wiesgħa ta’ reati ambjentali 57 . Dawn l-għodod leġiżlattivi ġew ikkumplimentati mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-2016 kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-2018 dwar il-Konformità u l-Governanza Ambjentali. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi żviluppa b’mod sinifikanti l-attivitajiet operazzjonali tiegħu fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta’ oġġetti li jqiegħdu f’riskju l-ambjent.

Minkejja dawn l-isforzi, l-ispezzjoni, l-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ sikwit ma jkunux mgħammra bil-kapaċità u r-riżorsi biex jidentifikaw, jinvestigaw u jħarrku b’mod effettiv il-kriminalità ambjentali. Dan huwa partikolarment il-każ fl-Istati Membri li fihom ma jeżistux korpi speċjalizzati ta’ infurzar jew ta’ prosekuzzjoni u l-ebda approċċ strateġiku stabbilit għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali. Hemm bżonn li tissaħħaħ il-kapaċità tal-infurzar fil-livell nazzjonali u tal-UE. Is-sanzjonijiet imposti mhumiex dissważivi biżżejjed u l-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fl-Istati Membri kollha, b’mod partikolari bejn l-awtoritajiet amministrattivi u l-korpi tal-infurzar tal-liġi, mhumiex biżżejjed 58 . Il-Kummissjoni qed tirrevedi r-Regolament tal-UE dwar Vjeġġi ta’ Skart u l-Pjan ta’ Azzjoni kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi. Id-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali se tiġi riveduta biex tiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tar-reati kriminali ambjentali, tipprovdi aktar preċiżjoni fir-rigward tas-sanzjonar, tiffaċilita l-użu ta’ għodod investigattivi effettivi u tippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Barra minn hekk, se tissaħħaħ il-kooperazzjoni permezz tan-networks Ewropej għall-infurzar tal-ambjent. Fl-aħħar nett, peress li d-dimensjoni internazzjonali tat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi hija kruċjali, il-Kummissjoni se tippromwovi l-adozzjoni ta’ protokoll addizzjonali taħt l-UNTOC.

It-traffikar ta’ beni kulturali għandu impatt devastanti fuq il-wirt kulturali tal-pajjiżi u jipprovdi mezzi ta’ finanzjament għall-organizzazzjonijiet kriminali u huwa strumentali għall-ħasil tal-flus. It-titjib fil-monitoraġġ u l-iskambju ta’ informazzjoni, l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni doganali msaħħa, it-titjib fil-kooperazzjoni tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni u l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni fil-qasam, u l-iżvilupp abbażi tal-għarfien espert ta’ atturi pubbliċi u privati differenti huma meħtieġa għal rispons effettiv għal dan ir-reat. L-aċċess rapidu għall-arkeologi u għall-istoriċi tal-arti jista’ jkun ta’ kontribut kbir għall-investigazzjonijiet dwar it-traffikar ta’ beni kulturali. Sabiex tiġi indirizzata din il-forma unika ta’ kriminalità, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-bini tal-kapaċità fost l-esperti tal-wirt kulturali, inkluż permezz ta’ network ta’ esperti bħal dawn li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw fil-qafas tal-EMPACT. Il-kooperazzjoni strutturata tagħhom mal-infurzar tal-liġi se tiġi appoġġata sabiex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet kif ukoll il-finanzjament ta’ proġetti dwar it-traffikar ta’ oġġetti kulturali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se teżamina azzjonijiet oħra meħtieġa biex tindirizza dan il-fenomenu inkluż permezz tat-titjib tat-traċċabbiltà online u offline ta’ oġġetti kulturali fis-suq intern, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi li fihom jinsterqu l-beni kulturali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tipproponi Pjan ta’ Azzjoni dwar l-indirizzar tal-kummerċ illeċitu ta’ oġġetti kulturali fl-2022.

Azzjonijiet ewlenin:

Il-Kummissjoni se:

·Tipproponi emendi għad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali (Q4 2021);

·Issaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar l-infurzar kontra vjeġġi illegali ta’ skart bħala parti mill-proposta tagħha li temenda r-regolament dwar il-vjeġġi tal-iskart (Q2 2021);

·Tistabbilixxi Sett ta’ Għodod tal-UE kontra l-falsifikazzjoni li joħloq prinċipji għal azzjoni konġunta, kooperazzjoni u kondiviżjoni ta’ data fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, id-detenturi tad-drittijiet u l-intermedjarji (2022);

·Tipproponi Pjan ta’ Azzjoni dwar it-traffikar ta’ oġġetti kulturali (2022);

·Tesplora l-possibbiltà li l-Unjoni taderixxi mal-Konvenzjoni Medicrime tal-Kunsill tal-Ewropa.

L-Istati Membri huma mħeġġa biex:

·Jingħaqdu u jsaħħu n-Network @ ON dwar gruppi tal-kriminalità organizzata tat-tip mafjuż u jesploraw integrazzjoni aktar strutturata ta’ approċċ immirat kontra n-networks kriminali fl-EMPACT;

·Jistabbilixxu jew ikomplu jiżviluppaw l-istrutturi ta’ koordinazzjoni fil-livell nazzjonali jew ta’ korpi speċjalizzati fl-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji ffukati fuq l-indirizzar tal-istrutturi tal-kriminalità organizzata;

·Jaderixxu mal-Konvenzjoni Medicrime tal-Kunsill tal-Ewropa u jirratifikawha.

L-Istati Membri u l-Europol huma mħeġġa biex:

·Jiżviluppaw kriterji ta’ identifikazzjoni komuni li tagħżel u tinvestiga Miri ta’ Valur Għoli u tipprijoritizza l-investigazzjonijiet kontra l-individwi u n-networks kriminali li jippreżentaw l-ogħla riskju ta’ sigurtà fl-UE;

·Jiżviluppaw stampa ta’ intelligence strateġika u tattika dwar gruppi tal-kriminalità organizzata b’riskju għoli;

·Isaħħu l-kooperazzjoni strateġika u operazzjonali fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni ta’ prodotti mediċi, inkluż mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u fil-livell globali.

3.L-eliminazzjoni tal-profitti ġġenerati mill-kriminalità organizzata u l-prevenzjoni tal-infiltrazzjoni fl-ekonomija u s-soċjetà legali

3.1. It-tisħiħ tal-irkupru tal-assi u ta’ miżuri kontra l-ħasil tal-flus, il-promozzjoni ta’ investigazzjonijiet finanzjarji

Il-kriminalità organizzata fl-UE tiddependi fundamentalment fuq il-kapaċità li jinħaslu ammonti kbar ta’ profitti kriminali. Filwaqt li tliet kwarti minn dawn il-gruppi għadhom jużaw metodi bażiċi biex jaħbu l-qligħ illeċitu tagħhom, bħall-investiment fi proprjetà immobbli jew oġġetti oħra ta’ valur għoli, oħrajn jiddependu fuq metodi dejjem aktar sofistikati, bl-għajnuna ta’ hassiela tal-flus tal-kullar abjad 59 . It-traċċa finanzjarja li l-kriminali jħallu warajhom hija indikatur ewlieni tal-attività tagħhom, li tipprovdi ħjiel utli għall-investigaturi u evidenza imprezzabbli għall-inkriminazzjoni tal-awturi. Għalhekk, l-indirizzar tal-finanzi kriminali huwa kruċjali biex jinkixfu l-attivitajiet kriminali, biex tiġi skoraġġuta l-kriminalità, u biex tiġi evitata l-infiltrazzjoni fl-ekonomija u s-soċjetà legali.

Minkejja l-iżvilupp tal-oqfsa legali kontra l-ħasil tal-flus u l-irkupru tal-assi, sehem żgħir biss tal-attivitajiet tal-ħasil tal-flus jiġi identifikat, u 1 % biss tal-assi kriminali jiġu kkonfiskati 60 . Dan ġie aggravat mill-użu dejjem jiżdiedta’ mezzi finanzjarji b’sorveljanza aktar limitata mis-settur bankarju, bħall-muniti virtwali.

Il-ġlieda kontra l-finanzi kriminali jeħtieġ li tissaħħaħ. Kif enfasizzat fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-2020 Kontra l-Ħasil tal-Flus 61 , il-qafas tal-UE kontra l-ħasil tal-flus jeħtieġ li jittejjeb b’mod sinifikanti biex jindirizza diverġenzi kbar fil-mod kif jiġi applikat u dgħufijiet serji fl-infurzar tar-regoli. L-investigazzjonijiet finanzjarji mhumiex qed jintużaw sal-potenzjal sħiħ tagħhom, parzjalment minħabba l-kapaċità insuffiċjenti fl-infurzar tal-liġi biex jitwettqu dawn l-inkjesti kumplessi u ta’ piż.

Barra minn hekk, il-kapaċità li l-kriminali jiġu mċaħħda mill-assi tagħhom miksuba illegalment tkompli tixxekkel minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni dejjaq tal-qafas legali ta’ konfiska f’termini ta’ assi u ta’ attivitajiet kriminali koperti. B’żieda ma’ dan, l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi bħalissa qed jiffaċċjaw ċerti sfidi meta jittraċċaw l-assi billi huma nieqsa pereżempju minn setgħat temporanji ta’ ffriżar biex jipprevjenu d-dissipazzjoni tal-assi jew l-aċċess dirett u immedjat għal ċerti reġistri pubbliċi bħar-reġistri ċentrali tal-artijiet jew ir-reġistri ċentrali tal-kumpaniji 62 . Barra minn hekk, l-assi rkuprati mhux dejjem jiġu ġestiti b’mod effiċjenti u ma jintużawx biżżejjed biex jikkumpensaw lill-vittmi jew biex jibbenefikaw lis-soċjetà.

Kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-2020 Kontra l-Ħasil tal-Flus, l-iżgurar ta’ implimentazzjoni effettiva tal-qafas eżistenti kontra l-ħasil tal-flus huwa prijorità. Minbarra l-isforzi li għaddejjin biex tiġi żgurata implimentazzjoni adegwata, il-Kummissjoni qed tħejji proposti leġiżlattivi mmirati lejn it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-Qafas tal-UE Kontra l-Ħasil tal-Flus billi tipproponi fit-tieni trimestru tal-2021 li tistabbilixxi kodiċi uniku tar-regoli applikabbli direttament, biex issaħħaħ is-superviżjoni fil-livell tal-UE u tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni u appoġġ tal-UE għall-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja.

Hija ugwalment meħtieġa l-promozzjoni ta’ aktar kultura ta’ investigazzjonijiet finanzjajrji bikrin fl-Istati Membri kollha u li tinbena l-kapaċità tal-investigaturi biex jindirizzaw id-dimensjoni finanzjarja tal-kriminalità organizzata. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2020 dwar it-tisħiħ tal-investigazzjonijiet finanzjarji 63 jappellaw lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-investigazzjonijiet finanzjarji jiffurmaw parti minn kull tip ta’ investigazzjonijiet kriminali rigward il-kriminalità organizzata. Barra minn hekk, permezz tal-istabbiliment taċ-Ċentru Ewropew għall-Kriminalità Finanzjarja u Ekonomika, l-Europol żied il-kapaċitajiet tiegħu biex jappoġġa lill-Istati Membri fit-twettiq ta’ investigazzjonijiet finanzjarji.

Huwa daqstant essenzjali li jiżdiedu l-isforzi ta’ ffriżar u ta’ konfiska permezz ta’ qafas legali li jkompli jissaħħaħ fil-livell tal-UE u kapaċitajiet operazzjonali aktar b’saħħithom tal-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi. Jenħtieġ li jiġu esplorati miżuri ta’ konfiska mhux ibbażata fuq kundanna peress li dawn jistgħu jikkontribwixxu biex jiżdied l-ammont ta’ assi kkonfiskati meta pereżempju ma jkunx possibbli li l-assi miksuba jintrabtu ma’ kundanna kriminali 64 . Biex jiġi previst reġim ta’ konfiska aktar b’saħħtu u l-Uffiċċji nazzjonali għall-Irkupru tal-Assi jiġu mgħammra b’mandat aktar effettiv, fl-2022 il-Kummissjoni se tipproponi reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Konfiska tal-2014 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-2007 dwar l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi 65 biex jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-reati kriminali koperti, u jiġu introdotti regoli aktar effettivi dwar il-konfiska mhux ibbażata fuq kundanna; tiżgura l-ġestjoni effettiva u l-użu mill-ġdid soċjali tal-assi kkonfiskati u l-kumpens tal-vittmi tal-kriminalità u ssaħħaħ il-kapaċità tal-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi biex jittraċċaw u jidentifikaw l-assi illeċiti 66 .

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tikkunsidra għażliet possibbli rigward it-tnedija sistematika ta’ investigazzjonijiet finanzjarji u investigazzjonijiet finanzjarji ta’ wara l-kundanna. L-aċċess rapidu għall-informazzjoni finanzjarja huwa essenzjali biex jitwettqu investigazzjonijiet finanzjarji effettivi u biex l-assi jiġu traċċati u kkonfiskati b’suċċess. It-traspożizzjoni f’waqtha mill-Istati Membri tad-Direttiva dwar l-iffaċilitar tal-aċċess għall-informazzjoni finanzjarja, li tipprovdi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi b’aċċess għal reġistri ċentralizzati tal-kontijiet bankarji u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja hija għalhekk ta’ importanza kbira. Il-Kummissjoni se tirrevedi wkoll id-Direttiva flimkien mal-Qafas Kontra l-Ħasil tal-Flus sabiex tipprovdi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi aċċess għall-pjattaforma futura li tgħaqqad ir-reġistri tal-kontijiet bankarji madwar l-Unjoni.

Fl-istess ħin, se jkun meħtieġ li tittejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali f’dak kollu li jirrigwarda r-rispons repressiv għall-ħasil tal-flus. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet li joffri n-Network Operazzjonali kontra l-Ħasil tal-Flus (AMON), network internazzjonali informali tal-unità tal-infurzar tal-liġi kontra l-ħasil tal-flus, u n-Network tal-Interaġenziji Camden għall-Irkupru tal-Assi (CARIN), network informali ta’ uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u ta’ prattikanti ġudizzjarji speċjalizzati fil-qasam tat-traċċar tal-assi, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska. Il-Kummissjoni se tipproponi wkoll ir-ratifika, f’isem l-UE, tal-Konvenzjoni ta’ Varsavja tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħasil tal-Flus, l-Iffriżar u l-Konfiska.

3.2. It-Tisħiħ tal-miżuri kontra l-korruzzjoni

Il-korruzzjoni hija parti ċentrali tal-modus operandi tal-gruppi tal-kriminalità organizzata. Huma jxaħħmu, jintimidaw u jużaw il-forza fuq l-uffiċjali pubbliċi u l-persunal fl-entitajiet ewlenin bħall-portijiet biex joqogħdu “off the radar”, jiksbu informazzjoni jew jiffaċilitaw l-attivitajiet tagħhom. Skont ir-regoli attwali tal-UE kontra l-korruzzjoni, l-Istati Membri huma meħtieġa jikkriminalizzaw kemm il-korruzzjoni attiva kif ukoll dik passiva tal-uffiċjali pubbliċi, jistabbilixxu sanzjonijiet adegwati u jiżguraw li l-imprendituri li jikkorrompu l-uffiċjali jinżammu kriminalment responsabbli. Madankollu, dawn l-istrumenti ma jkoprux ċerti reati marbuta mal-korruzzjoni, bħall-eżerċitar ta’ influwenza, l-abbuż tal-poter, l-arrikkiment illeċitu, il-miżapproprjazzjoni jew forom oħra ta’ abbuż ta’ proprjetà minn uffiċjal pubbliku. Aktar reċentement, l-Unjoni introduċiet leġiżlazzjoni ġdida li tipproteġi lill-informaturi u li tirrikjedi l-ħolqien ta’ mezzi sikuri għar-rappurtar ta’ prattiki korrotti. Ir-rapport annwali dwar l-Istat tad-Dritt jeżamina s-sitwazzjoni tal-Istati Membri anki fir-rigward tal-politiki kontra l-korruzzjoni.

Sabiex iżżid l-isforzi fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni se tivvaluta r-regoli eżistenti tal-UE kontra l-korruzzjoni 67 , li ġew adottati għoxrin sena ilu, biex tivvaluta jekk humiex aġġornati mal-prattiki kriminali li qed jevolvu u biex tiżgura li dawn ikopru r-reati kollha rilevanti marbuta mal-korruzzjoni.

Id-diversi forom ta’ korruzzjoni marbuta mal-kriminalità organizzata f’kuntest transnazzjonali jiġġustifikaw ukoll il-ħtieġa għal kondiviżjoni aħjar tal-għarfien espert, l-aħjar prattiki, id-data u l-informazzjoni fost l-Istati Membri u mas-soċjetà ċivili. Sabiex l-investigazzjonijiet kriminali jiġu appoġġati b’mod effettiv permezz tal-iskambju ta’ data, huwa kruċjali li jkun hemm ħarsa ġenerali u fehim tar-riskji u t-theddid ikkawżati mill-korruzzjoni qabel ma jimmaterjalizzaw f’reati marbuta mal-korruzzjoni.

Il-pandemija tal-COVID-19 iżżid saff serju ieħor ta’ riskji ta’ korruzzjoni: il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi fuq skala kbira bħala reazzjoni għall-kriżi tas-saħħa u ekonomika ħolqot indirettament opportunitajiet ġodda għall-korruzzjoni. Huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali biex jindirizzaw każijiet ta’ korruzzjoni kumplessi ħafna marbuta mal-kriminalità organizzata, b’mod partikolari billi jiġu stabbiliti strutturi speċjalizzati kontra l-korruzzjoni. Huwa importanti li l-Istati Membri jagħmlu aktar użu mill-finanzjament disponibbli u mill-istrumenti ta’ appoġġ tekniku pprovduti mill-Kummissjoni sabiex isaħħu l-approċċ strutturali u strateġiku tagħhom, l-għodod regolatorji u operazzjonali u l-kapaċità fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Barra minn hekk, minħabba r-rwol kruċjali tal-midja fil-kxif ta’ każijiet ta’ korruzzjoni, huwa ta’ importanza kbira li tiġi żgurata s-sikurezza tal-ġurnalisti investigattivi madwar l-Unjoni, inkluż kontra litigazzjoni abbużiva. Kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Demokrazija, fl-2021 il-Kummissjoni se tippubblika Rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza tal-ġurnalisti, u se tippreżenta inizjattiva biex tiġi miġġielda l-litigazzjoni abbużiva kontra l-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet. 

L-UE ilha parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni mill-2008 u se tkun soġġetta għar-reviżjoni tal-implimentazzjoni prevista skont il-Konvenzjoni. L-UE u l-Istati Membri qed jaħdmu fil-qafas tal-Grupp ta’ Stati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u l-G20 biex jagħmlu aktar progress fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Is-Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, ippjanata għal Ġunju 2021, se tkun opportunità kbira biex tiġi avvanzata l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livell globali.

L-Istati Membri huma meħtieġa wkoll li jikkriminalizzaw u jħarrku l-atti ta’ korruzzjoni mwettqa minn ċittadini u kumpaniji tal-UE f’pajjiżi sħab f’konformità mal-obbligi skont il-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-Ġlieda kontra t-Tixħim tal-Uffiċjali Pubbliċi Barranin fit-Tranżazzjonijiet Kummerċjali Internazzjonali. Il-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni konsistenti tal-atti ta’ korruzzjoni mwettqa barra mill-pajjiż se jkollhom rwol importanti fl-indirizzar tal-korruzzjoni globalment.

3.3. L-indirizzar tal-infiltrazzjoni fl-ekonomija u s-soċjetà

Il-gruppi kriminali jinvestu parti mid-dħul konsiderevoli tagħhom f’negozji legali f’setturi varji bħalma huma dawk tal-proprjetà immobbli, tal-kostruzzjoni, tal-lukandi jew tat-trasport 68 . Billi jikkontrollaw il-kumpaniji f’dawn is-setturi, l-organizzazzjonijiet kriminali jistgħu jaħslu l-assi illegali u jimmassimizzaw il-profitti tagħhom. L-infiltrazzjoni tal-kriminalità organizzata tagħmel ħsara lill-ekonomija leċita u tfixkel ir-regoli tas-suq. Minħabba s-sitwazzjoni ekonomika ġġenerata mill-pandemija tal-COVID-19, hemm riskju akbar li l-kriminalità organizzata tieħu f’idejha kumpaniji mdgħajfa u tinfiltra setturi sħaħ tan-negozju. Diġà hemm prova ta’ tentattivi kriminali ta’ frodi tad-diversi mekkaniżmi finanzjarji stabbiliti biex jappoġġjaw l-irkupru ekonomiku 69 . Sabiex tiġi indirizzata din it-theddida u jiġu identifikati punti ewlenin għall-intervent u s-sensibilizzazzjoni, l-Istati Membri u l-Europol jeħtieġ li jibnu l-istampa tal-intelligence dwar l-iskala u l-grad tal-investimenti kriminali, il-metodi ta’ infiltrazzjoni u s-setturi f’riskju.

Jistgħu jinstiltu tagħlimiet mill-iskambju tal-aħjar prattiki promossi permezz tan-Network Ewropew dwar l-Approċċ Amministrattiv 70 , metodu li bih l-awtoritajiet lokali, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u s-soċjetà ċivili, jużaw għodod amministrattivi bħal proċeduri għall-kisba ta’ permessi, offerti u sussidji għall-prevenzjoni tal-infiltrazzjoni tal-kriminalità organizzata ta’ negozji legali u infrastruttura amministrattiva. Jenħtieġ li l-awtoritajiet lokali jingħataw is-setgħa, b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, li jistabbilixxu ostakli li jipproteġu n-nisġa ekonomika kontra l-kriminalità organizzata.

Id-dimensjoni lokali hija wkoll kruċjali biex jitnaqqas l-ispazju għall-gruppi kriminali biex jimlew il-gradi tagħhom. Individwi mrobbija f’ambjent ta’ kriminalità organizzata u f’żoni soċjoekonomikament żvantaġġati huma l-aktar vulnerabbli għar-reklutaġġ ta’ attivitajiet kriminali. Billi jibdew minn kriminalità żgħira jew minn rwoli minuri fl-organizzazzjoni, dawn isiru l-membri u l-mexxejja tal-organizzazzjonijiet kriminali ta’ għada. L-azzjonijiet immirati fil-viċinati u fil-komunitajiet kienu ta’ suċċess f’li joffru alternattivi li jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jissieħbu f’ħajja kriminali u ta’ vjolenza. Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ prevenzjoni tal-kriminalità bħall-pulizija tal-komunità jew kampanji ta’ sensibilizzazzjoni f’oqsma partikolarment affettwati minn attività kriminali huma essenzjali biex tiżdied ir-reżiljenza tas-soċjetà kontra l-attivitajiet tal-gruppi tal-kriminalità organizzata. Il-Kummissjoni se ssaħħaħ l-iskambju tal-għarfien u l-aħjar prattiki dwar il-prevenzjoni tal-kriminalità permezz tan-Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità.

Azzjonijiet ewlenin:

Il-Kummissjoni se:

·Tipproponi r-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Konfiska u d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi (2022);

·Tivvaluta r-regoli eżistenti tal-UE kontra l-korruzzjoni (2022);

·Tippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-rabta bejn il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, inkluż permezz tal-Europol.

L-Istati Membri huma mħeġġa biex:

·Iwettqu investigazzjonijiet finanzjarji b’mod sistematiku fl-investigazzjonijiet kollha dwar il-kriminalità organizzata u, hekk kif l-ambjent finanzjarju jindika l-preżenza ta’ assi kriminali, sistematikament iwettqu investigazzjonijiet ta’ rkupru tal-assi;

·Jittrasponu mingħajr dewmien id-Direttiva dwar l-iffaċilitar tal-aċċess għall-informazzjoni finanzjarja qabel l-iskadenza ta’ Awwissu 2021;

·Jiskambjaw informazzjoni strateġika ma’ dawk is-setturi f’riskju li jiġu infiltrati minn gruppi ta’ kriminalità organizzata (sħubiji pubbliċi-privati);

·Itejbu l-ispeċjalizzazzjoni tas-servizzi tal-infurzar tal-liġi, u jsaħħu l-korpi responsabbli għall-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-proċedimenti ġudizzjarji ta’ każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli.

L-Istati Membri u l-Europol huma mħeġġa biex:

·Itejbu l-istampa tal-intelligence dwar it-theddida ta’ infiltrazzjoni fl-ekonomija legali, billi jivvalutaw ir-riskji u l-metodi użati mill-gruppi tal-kriminalità organizzata.

4.Nagħmlu l-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura adattati għall-era diġitali

4.1. Aċċess għal ħjiel u evidenza diġitali

It-tfittxija għal ħjiel u evidenza, inkluż l-aċċess legali għal data ta’ komunikazzjoni, hija l-pedament tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi, li jressqu lill-kriminali quddiem il-ġustizzja. Hekk kif ħajjitna u l-attivitajiet tagħna jimirħu online aktar minn qatt qabel, l-impronti tal-kriminalità huma wkoll diġitali. Il-kriminalità organizzata hija ppjanata, eżegwita u moħbija online, tikkummerċjalizza sustanzi u prodotti illegali u ssib modi inġenjużi għall-ħasil ta’ profitti, mingħajr xkiel minn fruntieri fiżiċi. L-iskala tal-problema hija amplifikata mit-teknoloġiji li qed jiżviluppaw b’rata mgħaġġla. Il-bidla ta’ xi ħjiel u evidenza minn spazju fiżiku għal spazju online iġġib magħha varjetà ta’ sfidi, inkluż il-ħeffa li biha d-data tista’ tiġi spostata bejn il-ġurisdizzjonijiet, jew il-kapaċità li tinħeba wara l-kriptaġġ. Barra minn hekk, xi strumenti u miżuri għall-ġbir tal-evidenza mfassla għall-evidenza fiżika għadhom mhumiex kompletament adattati għad-dinja diġitali. 71 Dan jista’ jfixkel jew inaqqas ir-ritmu tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali minħabba li d-data ma tkunx disponibbli jew aċċessibbli fil-ħin.

L-investigazzjonijiet tal-kriminalità organizzata ġeneralment jirrikjedu aċċess għal data ta’ komunikazzjoni elettronika biex ikun hemm rabta bejn ir-reat u l-awtur u l-vittmi tiegħu, kif ukoll biex jiġu traċċati networks kriminali. Meta titqies l-iskala u l-istruttura ta’ network tal-kriminalità organizzata, huwa diffiċli li dawn il-komunikazzjonijiet jiġu traċċati mill-awtoritajiet tal-infurzar mingħajr aċċess retrospettiv għall-metadata tal-komunikazzjonijiet. In-nuqqas ta’ data bħal f’dan il-każ jagħmilha partikolarment diffiċli li jiġu identifikati l-atturi ċentrali responsabbli wara l-kwinti. Għalhekk, l-identifikazzjoni u l-arrest ta’ sikwit jolqtu biss l-aktar livelli baxxi ta’ dawn in-networks, dawk li kienu fis-sit tar-reat, aktar milli l-atturi ċentrali 72 . Barra minn hekk, il-gruppi tal-kriminalità organizzata jużaw it-teknoloġija moderna biex jiftiehmu dwar id-drop-off li jkun imiss, biex jikkondividu miri promettenti għas-serqa li jmiss, jew biex jaqblu dwar il-lokalità ta’ laqgħa għal serqa bl-użu tal-armi, jew, fil-każ ta’ gruppi ċiberkriminali organizzati, biex iwettqu attakki ta’ malware bankarji online.

Biex jiġi żgurat l-aċċess għal evidenza diġitali u għal ħjiel investigattivi, l-Istati Membri stabbilew oqfsa għaż-żamma tad-data. Minħabba l-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-fornituri tas-servizzi ta’ komunikazzjoni għandhom mnejn ikunu ħassru l-metadata meta l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jitolbu aċċess għaliha. F’każijiet bħal dawn, evidenza importanti tista’ tintilef, sakemm il-fornituri ma jkunux meħtieġa bil-liġi li jaħżnu metadata ta’ komunikazzjoni għal perjodu raġonevolment itwal taħt qafas leġiżlattiv dwar iż-żamma tad-data. Dan jirriskja li jirriżulta f’reati li ma jiġux investigati b’suċċess jew li l-vittmi ma jiġux identifikati. Il-metadata tal-komunikazzjonijiet hija, pereżempju, ta’ importanza partikolari fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni taċ-ċiberkriminalità, u ħafna drabi hija l-mezz primarju biex jiġi identifikat ir-reat u taġixxi bħala evidenza fundamentali. Tista’ tkun ukoll mezz importanti biex tikkorrobora (jew tiċħad) tipi oħra ta’ evidenza relatati mal-fatti tal-każ. Barra minn hekk, il-kumplessità tal-kriminalità organizzata, bħat-traffikar illegali tad-drogi jew it-traffikar tal-bnedmin jew il-ħasil tal-flus, u ż-żmien li jittieħed biex jiġi investigat tali reat, b’persuni suspettati ġodda li jidhru biss matul l-investigazzjoni, tenfasizza r-rilevanza taż-żamma tad-data.

Fl-istess ħin, il-miżuri għaż-żamma tad-data jqajmu mistoqsijiet importanti fir-rigward tal-interferenza tagħhom mad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali. Fis-sentenzi reċenti tagħha dwar iż-żamma tad-data 73 , il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat il-ġurisprudenza preċedenti tagħha li d-data tal-komunikazzjonijiet elettroniċi hija kunfidenzjali u, fil-prinċipju, id-data dwar it-traffiku u l-lokalizzazzjoni ma tistax tinżamm b’mod ġenerali u mingħajr distinzjoni. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri taż-żamma tad-data jista’ jiġi ġġustifikat biss fir-rigward tal-interferenza tagħhom mad-drittijiet fundamentali meta jkunu meħtieġa u proporzjonati mal-objettiv segwit. Il-Qorti stabbiliet eċċezzjonijiet ċirkoskritti għal din ir-regola dwar is-sigurtà nazzjonali, id-difiża u s-sigurtà pubblika jew il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni tal-kriminalità 74 . Il-Kummissjoni se tanalizza u tiddeskrivi approċċi u soluzzjonijiet possibbli, f’konformità mas-sentenzi tal-Qorti, li jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-infurzar tal-liġi u tal-ġudikatura b’mod li jkun utli mil-lat operattiv, teknikament possibbli u legalment sod, inkluż billi jiġu rrispettati għalkollox id-drittijiet fundamentali. Hija ser tikkonsulta lill-Istati Membri qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2021 bil-ħsieb li tfassal it-triq’ il quddiem.

Rispons effettiv tal-infurzar tal-liġi jeħtieġ ukoll aċċess f’waqtu għal evidenza diġitali meta jkunu fil-pussess ta’ fornituri f’ġurisdizzjoni differenti. Fl-2018, il-Kummissjoni pproponiet il-pakkett dwar l-evidenza elettronika biex tiffaċilita l-aċċess għall-evidenza elettronika bejn il-fruntieri abbażi tal-Ordnijiet Ewropej ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill issa qed jimpenjaw ruħhom f’diskussjonijiet interistituzzjonali, appoġġati mill-Kummissjoni, biex isibu l-bażi komuni meħtieġa li twassal għall-adozzjoni rapida ta’ dawn il-proposti. Barra minn hekk, bħala parti mill-isforzi biex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-infurzar tal-liġi u tal-ġudikatura 75 , jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fis-Sistema ta’ Skambju Diġitali ta’ Evidenza Elettronika (eEDES). B’mod parallel, huwa meħtieġ progress rapidu fin-negozjati internazzjonali multilaterali u bilaterali biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali u jiġu stabbiliti regoli kompatibbli fil-livell internazzjonali għall-aċċess transfruntier għall-evidenza elettronika 76 .

Fid-dawl ta’ attakki dejjem aktar fuq skala kbira, il-ġbir ta’ evidenza elettronika malajr kemm jista’ jkun u qabel ir-rimedju jibqa’ essenzjali għal investigazzjonijiet ta’ suċċess, li jiffaċilitaw id-deterrenza. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-infurzar tal-liġi u l-komunità taċ-ċibersigurtà jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw rispons kollettiv u komprensiv. Barra minn hekk, l-investigazzjonijiet jeħtieġu aċċess rapidu u affidabbli għad-data WHOIS, fost l-oħrajn biex jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ gruppi kriminali organizzati li regolarment jabbużaw mis-Sistema ta’ Ismijiet ta’ Dominji (DNS) u minn protokolli oħra tal-internet fiċ-ċiberattakki tagħhom jew għal reati oħra bħall-iscams jew it-tixrid ta’ prodotti u servizzi illegali.

Il-kriptaġġ huwa essenzjali għad-dinja diġitali, biex jiġu żgurati s-sistemi u t-tranżazzjonijiet diġitali kif ukoll biex jiġu protetti għadd ta’ drittijiet fundamentali, inklużi l-libertà tal-espressjoni, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data. 77 . Madankollu, meta l-kriptaġġ jintuża għal finijiet kriminali, huwa jaħbi l-identità tal-kriminali kif ukoll il-kontenut tal-komunikazzjonijiet tagħhom. Fil-11-il rapport ta’progress tagħha lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina 78 , il-Kummissjoni pproponiet sett ta’ sitt miżuri prattiċi biex jappoġġaw l-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura meta jiltaqgħu ma’ kriptaġġ ta’ data maħżuna fuq apparati (bħal telefowns jew hard drives) f’investigazzjonijiet kriminali mingħajr ma jipprojbixxu, jillimitaw jew idgħajfu l-kriptaġġ. Bħala parti minn dawn il-miżuri, il-faċilità l-ġdida ta’ dekriptaġġ tal-Europol imnedija mill-Kummissjoni f’Diċembru 2020 se tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. Ġew żviluppati moduli ta’ taħriġ u ngħataw korsijiet pilota mill-Grupp Ewropew għat-Taħriġ u l-Edukazzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità (ECTEG), iffinanzjati permezz tal-Fond għas-Sigurtà Interna — Pulizija. Dawn il-korsijiet se jidhru fl-offerta ta’ taħriġ regolari tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL).

Lil hinn mill-apparat tradizzjonali, qed jiżdied is-suq speċjalizzat għal apparati ta’ komunikazzjoni kriptati, li huma akkwistati u użati wkoll minn gruppi ta’ kriminalità organizzata. Kif muri mill-operazzjonijiet riċenti ta’ Encrochat u Sky ECC, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE jeħtieġ li jiżviluppaw kontinwament il-kapaċità tagħhom li jittrattaw informazzjoni kriptata fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kriminali, f’konformità mal-liġijiet applikabbli.

F’Diċembru 2020, il-Kunsill adotta riżoluzzjoni 79 li tappella għal diskussjoni attiva mal-industrija tat-teknoloġija u l-iżvilupp ta’ qafas regolatorju adatt li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kompiti operattivi tagħhom b’mod effettiv filwaqt li jiġu protetti l-privatezza, id-drittijiet fundamentali u s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kunsill talab għat-titjib tal-koordinazzjoni tal-isforzi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea. Kif diġà tħabbar fl-Aġenda Kontra t-Terroriżmu 80 , il-Kummissjoni qed taħdem biex tidentifika soluzzjonijiet tekniċi, operazzjonali u legali biex tiżgura aċċess legali għal informazzjoni kriptata, filwaqt li żżomm l-effettività tal-kriptaġġ fil-protezzjoni tal-privatezza u s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet.

Fl-2020, il-Kummissjoni, flimkien mal-industrija, l-esperti tal-kriptografija, il-membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet kompetenti, wettqet proċess espert biex tidentifika soluzzjonijiet tekniċi li jistgħu jgħinu lill-kumpaniji jidentifikaw speċifikament l-abbuż sesswali tat-tfal f’komunikazzjonijiet elettroniċi kriptati minn tarf sa tarf. Il-Kummissjoni se tappoġġa r-riċerka biex tidentifika liema soluzzjonijiet tekniċi huma l-aktar fattibbli u jistgħu jiżdiedu u jiġu implimentati b’mod fattibbli mill-kumpaniji.

B’mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni se tidderiġi l-proċess biex jiġu analizzati mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-kapaċitajiet u l-approċċi eżistenti għal aċċess legali u mmirat għal informazzjoni kriptata fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali. Dawn l-approċċi ma għandhomx jirriżultaw f’dgħufija ġenerali tal-kriptaġġ jew f’sorveljanza mingħajr distinzjoni. Din l-analiżi mhux biss se tiffoka fuq l-indirizzar tal-ostakoli attwali iżda se tantiċipa wkoll l-evoluzzjoni probabbli tat-teknoloġiji ta’ kriptaġġ u dekriptaġġ, u l-kooperazzjoni meħtieġa mad-dinja akkademika u mas-settur privat għal dan il-għan. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed ittejjeb l-isforzi tagħha fil-qasam tal-istandardizzazzjoni biex iżżomm il-kapaċitajiet ta’ interċezzjoni legali fil-kuntest tal-5G u lil hinn. Bħala riżultat ta’ dan il-proċess, il-Kummissjoni se tissuġġerixxi t-triq’ il quddiem fl-2022 biex tindirizza l-kwistjoni tal-aċċess legali u mmirat għal informazzjoni kriptata fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali li għandhom ikunu bbażati fuq immappjar bir-reqqa ta’ kif l-Istati Membri jittrattaw il-kriptaġġ flimkien ma’ proċess b’diversi partijiet ikkonċernati biex jesploraw u jivvalutaw l-għażliet konkreti (legali, etiċi u tekniċi).

4.2. Għodod u teknoloġiji effettivi

L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ sikwit ma jkollhomx il-mezzi biex jiksbu l-għodod it-tajba meħtieġa għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet diġitali. Aktar minn 80 % tad-delitti llum għandhom komponent diġitali; anki meta r-reati jitwettqu offline, kważi kull uffiċjal tal-infurzar tal-liġi u prosekutur jeħtieġ li jkun jaf il-punti bażiċi ta’ kif tiġi investigata l-kriminalità online 81 . Biex jidentifikaw u jħarrku l-kriminalità organizzata, l-investigaturi jridu jidentifikaw attività online suspettuża, jittraċċaw il-muniti virtwali tat-tranżazzjonijiet kriminali, jifhmu x’sabu (id-data tista’ tiġi kriptata jew trid titqiegħed f’kuntest ma’ data oħra), jippreservaw id-data u jużawha bħala evidenza elettronika fil-qorti.

Hemm ħtieġa urġenti li jiżdiedu l-kapaċità u l-kompetenzi tas-servizzi mhux speċjalizzati tal-infurzar tal-liġi u tal-prosekuzzjoni 82 . Barra minn hekk, hemm nuqqas ta’ għarfien espert fl-investigazzjonijiet diġitali f’oqsma speċifiċi bħall-forensika tal-Internet tal-Oġġetti 83 . L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura jeħtieġ li jżommu l-pass mat-teknoloġiji li qed jiżviluppaw b’rata mgħaġġla użati mill-kriminali u l-attivitajiet transfruntiera tagħhom. Dan jeħtieġ koordinazzjoni fl-iżvilupp ta’ għodod u taħriġ, fost l-Istati Membri u bejn is-setturi, f’oqsma bħall-forensika diġitali, l-intelligence minn sorsi miftuħa, il-kriptovaluti, u l-investigazzjonijiet dwar id-darkweb, eż. biex jinkiseb aċċess għall-fora li jbigħu oġġetti u servizzi illegali u fejn possibbli, jitneħħew. Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali mhux dejjem ikunu jistgħu jużaw soluzzjonijiet tekniċi b’sors miftuħ minħabba nuqqas ta’ għarfien dwar liema soluzzjonijiet ġew żviluppati u jinsabu disponibbli, differenzi fir-rekwiżiti u fil-livelli ta’ għarfien espert, u nuqqas ta’ appoġġ għal aktar żvilupp u manutenzjoni. Fl-istess ħin, in-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet u l-Istati Membri jġib miegħu riskji ta’ duplikazzjoni tal-inizjattivi. Il-mekkaniżmi eżistenti tal-UE (l-EMPACT, l-Aġenziji tal-UE bħall-Europol, is-CEPOL u l-Eurojust, in-networks ta’ prattikanti, il-programmi ta’ finanzjament bħall-Fond għas-Sigurtà Interna) jista’ jkollhom rwol ewlieni fit-trawwim ta’ approċċ aktar effettiv fl-investigazzjonijiet online, permezz ta’ azzjonijiet koordinati u mmirati sew biex jiġu żviluppati kapaċitajiet u kompetenzi.

Il-ħtiġijiet tal-investigaturi online għandhom jiġu identifikati b’mod affidabbli. Jenħtieġ li l-Europol, f’konformità mal-mandat tiegħu, flimkien maċ-Ċentru ta’ Innovazzjoni tal-UE għas-sigurtà 84 jikkoordinaw analiżi komprensiva tal-lakuni u l-ħtiġijiet teknoloġiċi fil-qasam tal-investigazzjoni diġitali, kif ukoll analiżi ta’ prospettiva, li hija strumentali fit-tmexxija tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-programmi ta’ żvilupp u l-istrumenti ta’ politika li jikkontribwixxu għall-bini tal-kapaċità. Huwa importanti li l-entitajiet u n-networks rilevanti 85 jappoġġaw din il-ħidma. Fuq din il-bażi, jenħtieġ li l-Europol u ċ-Ċentru ta’ Innovazzjoni tal-UE għas-sigurtà jistabbilixxu prijoritajiet għar-riċerka u l-iżvilupp li għandhom jiġu vvalidati mill-Istati Membri 86 . Biex tipprovdi viżjoni ċara ta’ mekkaniżmi prattiċi fis-seħħ u tar-riżorsi disponibbli biex jappoġġaw il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-qasam tal-investigazzjonijiet diġitali, u biex tiċċara r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-entitajiet involuti, il-Kummissjoni se tikkonsulta lill-Istati Membri u lil partijiet ikkonċernati oħra sa tmiem l-2021, u se ssegwi kif meħtieġ.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma meħtieġa, kemm għat-teknoloġiji għall-investigazzjonijiet kif ukoll għall-ġlieda kontra l-kriminalità ffaċilitata mit-teknoloġija. Il-programm tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Orizzont 2020, iffinanzja l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Din il-ħidma se tkompli tissaħħaħ bil-programm il-ġdid Orizzont Ewropa li se jiffinanzja proġetti ta’ riċerka biex tittejjeb l-istampa tal-intelligence dwar il-kriminalità organizzata, jiġu żviluppati għodod u kurrikuli ta’ taħriġ, u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji.

87 88 89 Il-Kummissjoni se tiffaċilita l-aċċess għal settijiet ta’ data ta’ kwalità għolja meħtieġa biex jiġu żviluppati għodod investigattivi inkluża l-intelliġenza artifiċjali li jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-infurzar tal-liġi f’investigazzjonijiet kriminali, bħal pereżempju għall-analiżi ta’ kwantitajiet kbar ta’ data jew għal investigazzjonijiet tad-darknet. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tappoġġa, taħt il-programm DIGITAL, il-ħolqien ta’ spazju Ewropew ta’ data dwar is-sigurtà li se jkun kruċjali għall-iżvilupp, it-taħriġ u l-evalwazzjoni ta’ għodod għall-infurzar tal-liġi u li se jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropea għad-data filwaqt li jirrispetta għalkollox id-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri fir-rigward ta’ proġetti pilota dwar soluzzjonijiet tal-Intelliġenza Artifiċjali li jgħinu biex titrawwem l-adozzjoni tal-innovazzjoni mill-komunità tal-infurzar tal-liġi. L-infurzar tal-liġi, l-industrija u d-dinja akkademika jenħtieġ li jikkooperaw f’network appoġġat minn finanzjament tal-UE biex jiżviluppaw għodod u soluzzjonijiet fil-livell tal-UE li jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE, u b’hekk jappoġġaw il-ħidma tal-Europol fl-għoti ta’ servizzi u soluzzjonijiet tekniċi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE. Jenħtieġ li dan in-network jiżgura s-sostenibbiltà tal-proġetti ta’ Orizzont Ewropa u tal-Fond għas-Sigurtà Interna u jappoġġa lill-Europol f’dan l-isforz.

Jenħtieġ li n-network jagħti r-riżultati tiegħu permezz tal-Europol lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, mingħajr ħlas, u li jtejjeb kontinwament is-soluzzjonijiet eżistenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Europol isir il-punt uniku ta’ servizz biex jipprovdi aċċess għall-għodod u għas-servizzi, bħall-analiżi tal-malwer, lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi.

4.3. It-titjib tal-aċċess għall-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi operazzjonali

Filwaqt li r-riċerka u l-analiżi tal-evidenza diġitali jinsabu fil-qalba tal-maġġoranza tal-investigazzjonijiet, il-livell tal-ħiliet meħtieġa fil-qasam tal-proċedura kriminali, tat-tattiki u t-tekniki għall-investigazzjoni diġitali jew il-forensika diġitali għadu mhux disponibbli f’xi Stati Membri u fil-biċċa l-kbira jeħtieġ li jitwessa’ u li jiġi approfondit. Barra minn hekk, l-aċċess għall-għarfien espert operazzjonali mill-aktar avvanzat f’oqsma speċifiċi bħall-forensika tal-Internet tal-Oġġetti għadu problema għal għadd ta’ Stati Membri.

90 91 Jenħtieġ li l-iżvilupp tat-taħriġ ikun ibbażat fuq definizzjoni tal-kompetenzi meħtieġa biex jitwettqu l-investigazzjonijiet diġitali u l-profili professjonali assoċjati (eż. analista tad-data, investigatur online, jew espert forensiku diġitali). Għal dan il-għan, il-Europol u s-CEPOL għandhom jaħdmu mal-Istati Membri biex jiddefinixxu u jaġġornaw perjodikament “Qafas dwar il-Kompetenzi fit-Taħriġ”. Abbażi ta’ dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tappoġġa l-iżvilupp ta’ materjali ta’ taħriġ, permezz tal-Grupp Ewropew ta’ Taħriġ u Edukazzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità (ECTEG) u tappoġġa l-għoti ta’ taħriġ fil-livell nazzjonali permezz tal-istrumenti disponibbli.

92 Is-CEPOL u n-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) jenħtieġ li jivvalutaw b’mod regolari l-ħtiġijiet ta’ taħriġ u jagħtu prijorità lit-twassil tat-taħriġ kif xieraq, anki bil-ħsieb li tiġi żviluppata aktar il-kompetenza diġitali ġenerali tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji. Abbażi tal-Qafas ta’ Kompetenzi fit-Taħriġ, jenħtieġ li s-CEPOL jaħdem ukoll mill-qrib mal-prattikanti u mal-Istati Membri biex joħloq skemi ta’ ċertifikazzjoni/akkreditazzjoni għall-esperti tal-investigazzjonijiet diġitali. Skemi bħal dawn (1) iżidu l-għadd ta’ esperti li kapaċi jagħtu taħriġ f’oqsma speċifiċi; (2) jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transfruntiera, billi ċ-ċertifikazzjoni/l-akkreditazzjoni tipprovdi assigurazzjonijiet rigward il-ġbir u t-trattament tal-evidenza, filwaqt li tiżgura l-ammissibbiltà tagħha fil-qorti anki f’ġurisdizzjonijiet oħra; u (3) jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta’ investigaturi speċjalizzati.

93 L-investigazzjonijiet diġitali jistgħu jirrikjedu għarfien espert li huwa skars fl-UE, bħal dwar il-kriptovaluti, dwar ir-ransomware jew l-investigazzjonijiet tad-darkweb. Jenħtieġ li l-Istati Membri jidentifikaw esperti li żviluppaw ħiliet mill-aktar avvanzati f’dawn l-oqsma biex jappoġġaw lil xulxin fl-operazzjonijiet fejn tali kompetenza tkun meħtieġa. Il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Europol fl-istabbiliment ta’ mekkaniżmi li jiżguraw li l-awtoritajiet u l-esperti tal-Istati Membri jkollhom inċentivi xierqa biex ikunu parti minn grupp ta’ esperti.

Azzjonijiet ewlenin:

Il-Kummissjoni se:

·Tanalizza u tiddeskrivi l-approċċi u s-soluzzjonijiet possibbli dwar iż-żamma tad-data għall-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura u se tikkonsulta lill-Istati Membri dwar dawn sal-aħħar ta’ Ġunju 2021;

·Tipproponi triq ’il quddiem biex jiġi indirizzat l-aċċess legali u mmirat mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal informazzjoni kriptata fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kriminali. Jenħtieġ li dan l-approċċ ikun ibbażat fuq immappjar bir-reqqa ta’ kif l-istati membri jittrattaw il-kriptaġġ u fuq proċess b’diversi partijiet ikkonċernati biex jiġu esplorati u vvalutati l-għażliet legali konkreti;

· Tħeġġeġ u tiffaċilita l-parteċipazzjoni sħiħa u rapida tal-Istati Membri fis-Sistema ta’ Skambju Diġitali tal-Evidenza Elettronika (e-EDES);

·Tiżviluppa, permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tiegħu, għodda ta’ monitoraġġ biex tiġbor l-intelligence dwar l-attivitajiet illegali li qed jiżviluppaw fid-Darknet;

·Tappoġġa l-iżvilupp ta’ moduli u materjali ta’ taħriġ u t-twassil tat-taħriġ mis-CEPOL, l-EJTN u l-istituzzjonijiet nazzjonali tat-taħriġ;

L-Europol huwa mħeġġeġ biex:

·Jikkoordina analiżi komprensiva tal-lakuni u l-ħtiġijiet teknoloġiċi fil-qasam tal-investigazzjoni diġitali;

·Joħloq repożitorju għall-għodod, li jippermetti l-infurzar tal-liġi jidentifika u jaċċessa soluzzjonijiet tal-ogħla livell;

·Joħloq u jżomm bażi ta’ data ta’ esperti fl-investigazzjonijiet u l-forensika f’oqsma speċjalizzati bħall-Internet tal-Oġġetti jew il-kriptovaluti.

Is-CEPOL huwa mħeġġeġ biex:

·Joħloq skemi ta’ ċertifikazzjoni/akkreditazzjoni għall-esperti tal-investigazzjoni diġitali;

·Jipprovdi u jaġġorna regolarment Qafas ta’ Kompetenzi għat-Taħriġ, flimkien mal-Europol.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma mħeġġa biex:

·Jadottaw b’mod urġenti l-proposti dwar l-evidenza elettronika biex jiżguraw aċċess rapidu u affidabbli għall-evidenza elettronika għall-awtoritajiet.

Konklużjoni

Din l-Istrateġija tistabbilixxi l-prijoritajiet, l-azzjonijiet u l-miri li għandhom jintlaħqu fil-ħames snin li ġejjin biex l-UE titqiegħed fuq bażi aktar b’saħħitha fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Madankollu, il-fenomenu kriminali qed jevolvi b’mod kostanti u huwa essenzjali li jiġu identifikati xejriet ġodda u li jkun hemm reazzjoni rapida għall-iżviluppi l-ġodda. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jridu jżommu pożizzjoni ta’ vantaġġ fil-konfront tal-organizzazzjonijiet kriminali.

Għalhekk wasal iż-żmien li tiġi intensifikata l-azzjoni kollettiva tal-Unjoni kontra l-kriminalità organizzata, billi jissaħħu l-istrumenti eżistenti biex tiġi appoġġata l-kooperazzjoni transfruntiera, inkluża l-kooperazzjoni permezz tal-aġenziji tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, jiġu indirizzati r-reati ta’ prijorità għolja u jiġu sfrattati l-istrutturi warajhom, jitnaqqsu l-finanzi kriminali u l-metodi korrotti tagħhom biex tiġi infiltrata l-ekonomija u jiġi indirizzat l-użu mill-kriminali ta’ teknoloġiji ġodda. Kull leġiżlazzjoni tkun adegwata biss jekk din tiġi implimentata. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jimplimentaw b’mod sħiħ u korrett l-istrumenti eżistenti tal-UE. Il-Kummissjoni se tkompli taqdi r-rwol tagħha; se tappoġġa u tagħti gwida kontinwa lill-Istati Membri u se tkun lesta li tieħu azzjoni rapida jekk tinkiser il-liġi tal-UE.

L-awtoritajiet fuq il-post għandhom ikunu jistgħu jużaw l-għodod eżistenti sal-potenzjal sħiħ tagħhom sabiex ifixklu l-attivitajiet kriminali u l-mudell kummerċjali tal-organizzazzjonijiet kriminali. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, il-miżuri taħt din l-istrateġija jridu jkunu akkumpanjati minn kultura ġdida li fiha l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jivverifikaw sistematikament ir-rabtiet transfruntiera u internazzjonali possibbli matul l-investigazzjonijiet dwar każijiet ta’ kriminalità organizzata. L-iskambju ta’ uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, prosekuturi u mħallfin, inkluż ma’ pajjiżi terzi kif ukoll opportunitajiet ta’ taħriġ ulterjuri jistgħu jgħinu biex dan iseħħ.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tagħmel il-parti tagħha f’dan l-isforz imġedded kontra l-kriminalità organizzata u tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jimpenjaw ruħhom f’dan l-isforz komuni, li huwa essenzjali biex tiġi żgurata s-sigurtà fl-UE, biex tiġi protetta l-ekonomija Ewropea u biex jiġu salvagwardjati l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali.

(1)

Europol, 2021 European Union Serious and Organised Crime Threat Assessment (EU SOCTA), it-12 ta’ April 2021, https://www.europol.europa.eu/activities-services/main-reports/european-union-serious-and-organised-crime-threat-assessment. L-EU SOCTA hija analiżi komprensiva tat-theddid mill-kriminalità organizzata li tidentifika oqsma ta’ kriminalità ta’ prijorità għolja u li ssir kull erba’ snin mill-Europol, abbażi tal-kontributi tal-Istati Membri.

(2)

Drogi illeċiti, traffikar ta’ bnedmin, kuntrabandu ta’ migranti, frodi (frodi MTIC, ksur tal-IPR, frodi alimentari), kriminalità ambjentali (skart illeċitu u organiżmi selvaġġi illeċiti), armi tan-nar illeċiti, tabakk illeċitu, attivitajiet taċ-ċiberkriminalità, kriminalità organizzata kontra l-patrimonju — Study on Mapping the risk of serious and organised crime infiltration in legitimate businesses, Marzu 2021, DR0221244ENN, https://data.europa.eu/doi/10.2837/64101.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà COM(2020) 605 final, 24.7.2020.

(4)

Europol, 2021 EU Serious and Organised Threat Assessment Report (EU SOCTA), it-12 ta’ April 2021, https://www.europol.europa.eu/activities-services/main-reports/european-union-serious-and-organised-crime-threat-assessment.

(5)

F’operazzjoni internazzjonali appoġġata mill-Europol u mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) bejn Marzu u Diċembru 2020, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ 19-il Stat Membru u tmien pajjiżi terzi qabdu kważi 33 miljun apparat mediku falz, inklużi maskri tal-wiċċ, testijiet u kits għad-dijanjożi, tmien tunnellati ta’ materja prima u 70 000 litru ta’ sanitizzaturi tal-iġjene.

(6)

Informazzjoni rrappurtata mill-awtoritajiet governattivi lill-OLAF. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi flimkien mal-Europol u l-OLAF qed jikkooperaw biex ifixklu dawn it-tentattivi ta’ frodi.

(7)

https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2020-0378_MT.html. F’Ottubru 2016, il-Parlament Ewropew adotta wkoll rapport li jiffoka speċifikament fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/A-8-2016-0284_MT.pdf.

(8)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sigurtà Interna u s-Sħubija Ewropea tal-Pulizija, 13083/1/20 REV 1, l-24 ta’ Novembru 2020.

(9)

Il-kriminalità organizzata baqgħet prijorità tal-UE sa minn nofs is-snin disgħin (1990s), kif muri fil-Programm ta’ Tampere (li nieda l-ewwel objettivi strateġiċi pluriennali tal-UE fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni u l-programmi pluriennali sussegwenti dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, bħall-Programm tal-Aja tal-2004, il-Programm ta’ Stokkolma tal-2009, l-Aġenda 2015 tal-UE dwar is-Sigurtà, u l-Istrateġija 2020 tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà tal-UE adottata dan l-aħħar. L-aħħar strateġija ddedikata dwar il-kriminalità organizzata tmur lura għall-2005, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52005DC0232&from=EN.

(10)

Europol, 2021 EU Serious and Organised Threat Assessment Report (EU SOCTA), it-12 ta’ April 2021 https://www.europol.europa.eu/activities-services/main-reports/european-union-serious-and-organised-crime-threat-assessment.

(11)

Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali, ĠU L 312, 7.12.2018, ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, ĠU L 312, 7.12.2018, u r-Regolament 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija, u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE, OJ L 312, 7.12.2018.

(12)

Il-qafas tal-interoperabbiltà jkopri s-SIS, is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), il-Eurodac, is-Sistema ta’ Dħul u Ħruġ (EES), is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ECRIS-TCN). Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, ĠU L 135, 22.5.2019, u r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816, ĠU L 135, 22.5.2019.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ĠU L 210, 6.8.2008.

(14)

Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, ĠU L 119, 4.5.2016.

(15)

Id-Direttiva 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja, ĠU L 119, 4.5.2016.

(16)

Bħal dawk imsemmija fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja r-Rapport tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tad-Direttiva dwar il-PNR, SWD (2020) 128 final, 24.7.2020, pp. 7–8.

(17)

It-talbiet ripetuti għal użu akbar ta’ informazzjoni avvanzata dwar il-passiġġieri min-Nazzjonijiet Uniti - ara UNSCR 2178 (2014), UNSCR 2309 (2016), UNSCR 2482 (2019), u l-impenn mill-istati parteċipanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa biex jistabbilixxu sistemi avvanzati ta’ informazzjoni dwar il-passiġġieri, jikkonfermaw l-importanza ta’ din id-data. Barra minn hekk, minn Frar 2018, l-istabbiliment ta’ sistemi nazzjonali ta’ informazzjoni avvanzata huwa standard tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li jagħmilha obbligatorja għall-Istati kontraenti kollha għall-Konvenzjoni ta’ Chicago.

(18)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE dwar l-obbligu ta’ trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri, ĠU L 261, 6.8.2004 (“id-Direttiva dwar l-Informazzjoni Avvanzata dwar il-Passiġġieri” jew “id-Direttiva API”).

(19)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, ĠU L 300, 11.11.2008.

(20)

L-EU SOCTA tiġi prodotta kull erba’ snin mill-Europol, abbażi ta’ kontribut estensiv ipprovdut mill-Istati Membri u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Hija tidentifika t-theddid ewlieni tal-kriminalità fl-UE u tipproponi l-prijoritajiet tal-UE dwar il-kriminalità għall-erba’ snin li ġejjin. L-EU SOCTA hija l-ewwel pass ta’ kull ċiklu tal-EMPACT, u tintuża bħala bażi li fuqha l-Kunsill jadotta l-prijoritajiet tal-UE dwar il-kriminalità li wieħed irid jikkonċentra fuqhom fl-erba’ snin li jkun imiss.

(21)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għall-investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni, COM (2020) 796 final, u Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fir-rigward tad-dħul ta’ allerti mill-Europol, COM (2020) 791 final, id-9 ta’ Diċembru 2020.

(22)

Għall-perjodu 2018-2021: Iċ-Ċiberkriminalità, it-Traffikar tad-drogi, l-Iffaċilitar tal-immigrazzjoni illegali, il-Kriminalità organizzata kontra l-proprjetà, it-Traffikar tal-bnedmin (għall-forom kollha ta’ sfruttament, inkluż l-isfruttament sesswali u tax-xogħol kif ukoll il-forom kollha ta’ traffikar tat-tfal), il-frodi tas-Sisa u tal-MTIC, it-Traffikar illeċitu tal-armi tan-nar, il-Kriminalità ambjentali, il-Finanzi kriminali u l-ħasil tal-flus u l-Frodi tad-dokumenti.

(23)

Iċ-“Ċiklu ta’ Politika tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja” kien jintuża biex jiddefinixxi l-qafas ta’ kooperazzjoni għall-istabbiliment ta’ prijoritajiet komuni, filwaqt li “EMPACT” hija l-pjattaforma operazzjonali li tippermetti l-kooperazzjoni bejn il-prattikanti. “EMPACT” issa saret l-uniku isem li jindika ż-żewġ kunċetti.

(24)

Is-sekwenza rinnovata ta’ erba’ pilastri: 1/ nosservaw, nidentifikaw u norjentaw. 2/ niddeċiedu u nippjanaw flimkien. 3/ niġġieldu, nipprevjenu u nxekklu, 4/ inżommu, nitgħallmu u nirrepetu.

(25)

https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2021-0006_MT.html.

(26)

https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-13214-2020-INIT/mt/pdf.

(27)

 Ara l-Manwal dwar kif toħroġ u tesegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew, ĠU C 335, 6.10.2017: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52017XC1006(02)&from=DA .

(28)

Ir-Rapport tat-2 ta’ Lulju 2020 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, COM(2020)270 final, 2.7.2020.

(29)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali, ĠU L 328, 15.12.2009.

(30)

F’Marzu 2020 tnieda l-istudju “Cross-border use of evidence”.

(31)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea – Strumentarju ta’ opportunitajiet, COM(2020) 710 final, 2.12.2020.

(32)

L-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, it-Tuneżija, it-Turkija u New Zealand.

(33)

L-Alġerija, l-Arġentina, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Brażil, il-Kolombja, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, it-Tuneżija u t-Turkija.

(34)

Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009 u t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni għal dawk li kienu strumenti tat-tielet pilastru fl-1 ta’ Diċembru 2014 biddlu l-limiti tas-setgħat tal-UE rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni. L-UE kisbet kompetenzi ġodda taħt it-Titolu V tat-TFUE (l-Artikoli 82 u 83), u eżerċitat il-kompetenza tagħha billi lleġiżlat f’oqsma ta’ politika rilevanti. Barra minn hekk, il-proċess ta’ reviżjoni tal-UNTOC jenħtieġ li jkun ibbażat fuq dikjarazzjoni aġġornata tal-kompetenza.

(35)

Skont ir-rapport tal-2021 tal-EU SOCTA, 43 % tal-gruppi tal-kriminalità organizzata huma strutturati madwar grupp ewlieni, 40 % huma strutturati b’mod ġerarkiku u 17 % huma networks laxki.

(36)

Bħalissa 16-il Stat Membru jipparteċipaw fin-Network @ ON li ilu jeżisti mill-2014.

(37)

Mill-2018, din l-inizjattiva wasslet għall-arrest ta’ 75 Mira ta’ Valur Għoli u 2529 mill-assoċjati tagħhom, u għas-sekwestru ta’ assi b’valur ta’ EUR 310 miljun.

(38)

L-istudju “Availability, Comparability and Consistency of Administrative Statistical Data on Recorded Crime and on the Stages of the Criminal Justice Process in the EU”, Marzu 2021, DR0121067ENN, https://data.europa.eu/doi/10.2837/065004.

(39)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2002 dwar it-tisħiħ tal-qafas penali biex ikun impedut it-tħaffif tad-dħul, it-tranżitu u r-residenza mhux awtorizzati, ĠU L 328, 5.12.2002.

(40)

Ir-Regolament (UE) 2017/2101 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 rigward l-iskambju ta’ informazzjoni dwar, u sistema ta' twissija bikrija u proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju għal, sustanzi psikoattivi ġodda, ĠU L 305, 21.11.2017.

(41)

https://ec.europa.eu/home-affairs/what-we-do/policies/organized-crime-and-human-trafficking/trafficking-in-firearms_en.

(42)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2021–2025, 14178/20, it-18 ta’ Diċembru 2020..

(43)

https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12854-Alternatives-to-coercive-sanctions-for-drug-using-offenders.

(44)

Ara l-Valutazzjoni tal-2020 tat-Theddida mill-Kriminalità Organizzata fuq l-Internet (iOCTA) fuq https://www.europol.europa.eu/activities-services/main-reports/internet-organised-crime-threat-assessment, kif ukoll ir-rapporti l-oħra tal-Europol fuq https://www.europol.europa.eu/activities-services/staying-safe-during-covid-19-what-you-need-to-know.

(45)

https://www.europol.europa.eu/activities-services/main-reports/internet-organised-crime-threat-assessment.

(46)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal COM(2020) 607 final, 24.7.2020.

(47)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE, COM(2020) 825 final, 15.12.2020

(48)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta’ data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali online, COM(2020) 568 final, 10.9.2020.

(49)

https://www.europol.europa.eu/newsroom/news/beyond-pandemic-what-will-criminal-landscape-look-after-covid-19.

(50)

Id-Direttiva (UE) 2019/713 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti, ĠU L 123, 10.5.2019.

(51)

OECD/EUIPO (2019), Trends in Trade in Counterfeit and Pirated Goods, Illicit Trade, OECD Publishing, Paris/L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea. https://doi.org/10.1787/g2g9f533-en.

(52)

Ara pereżempju l-operazzjonijiet Pangea XIII  (oġġetti mediċi), LUDUS  (ġugarelli) u Opson IX  (ikel u xorb). Matul it-Tarka tal-Operazzjoni Koordinata tal-Europol, konkluża f’Settembru 2020, ġew sekwestrati kważi 33 miljun apparat mediku ffalsifikat relatat mal-COVID-19: dawn kienu jinkludu 8 tunnellati ta’ materja prima, maskri tal-wiċċ, testijiet u kits għad-dijanjosi.

(53)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Nagħmlu l-aħjar użu mill-potenzjal innovattiv tal-UE”. Pjan ta’ azzjoni dwar il-proprjetà intellettwali biex jappoġġa l-irkupru u r-reżiljenza tal-UE, COM(2020) 760 final, 25.11.2020.

(54)

Il-Konvenzjoni CET nruº 211. Il-Konvenzjoni ġiet ratifikata mill-Belġju, mill-Kroazja, minn Spanja, minn Franza, mill-Ungerija u mill-Portugall. Giet iffirmata iżda għadha ma ġietx ratifikata mill-Awstrija, minn Ċipru, mill-Ġermanja, mid-Danimarka, mill-Finlandja, mill-Italja, mil-Lussemburgu u mis-Slovenja. Minbarra l-Konvenzjoni Medicrime, id-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta’ prodotti mediċinali falsifikati, ĠU L 174, 1.7.2011, tistabbilixxi regoli u mekkaniżmi biex jissaħħu r-rekwiżiti ta’ verifika applikabbli għall-manifattur tal-prodott mediċinali għal dan il-għan.

(55)

https://ec.europa.eu/environment/cites/legislation_en.htm.

(56)

Ara l-Artikolu 50 tar-Regolament 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart, ĠU L 190, 12.7.2006.

(57)

Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali, ĠU L 328, 6.12.2008 (Id-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali).

(58)

Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (Id-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali), SWD(2020) 259 final, 28.10.2020.

(59)

Europol, 2021 EU Serious and Organised Threat Assessment Report (EU SOCTA), it-12 ta’ April 2021, https://www.europol.europa.eu/activities-services/main-reports/european-union-serious-and-organised-crime-threat-assessment.

(60)

Europol, Does crime still pay? Criminal Asset Recovery in the EU – Survey of statistical information 2010-2014, 2016, disponibbli fuq: https://www.europol.europa.eu/publications-documents/does-crimestill-pay .  

(61)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni għal politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, C (2020) 2800 final, 7.5.2020.

(62)

Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-investigazzjonijiet finanzjarji għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata, 8927/20, is-17 ta’ Ġunju 2020.

(63)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-investigazzjonijiet finanzjarji għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata, 8927/20, is-17 ta’ Ġunju 2020.

(64)

Ara wkoll l-Analiżi ta’ miżuri ta’ konfiska mhux ibbażati fuq kundanna fl-Unjoni Ewropea, SWD (2019) 1050 final, 12.4.2019.

(65)

https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12725-Freezing-and-confiscation-of-the-proceeds-of-crime.

(66)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, “L-irkupru tal-assi u l-konfiska, Niżguraw li l-kriminalità ma trendix qligħ,” COM (2020) 217 final, 2.6.2020.

(67)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat u l-Konvenzjoni tal-1997 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ĠU L 192, 31.7.2003.

(68)

Study on Mapping the risk of serious and organised crime infiltration in legitimate businesses, Marzu 2021, DR0221244ENN, https://data.europa.eu/doi/10.2837/64101.

(69)

Europol, 2021 EU Serious and Organised Threat Assessment Report (EU SOCTA), it-12 ta’ April 2021 https://www.europol.europa.eu/activities-services/main-reports/european-union-serious-and-organised-crime-threat-assessment.

(70)

L-approċċ amministrattiv għall-kriminalità serja u organizzata huwa kumplimentari għall-attivitajiet tradizzjonali tal-infurzar tal-liġi. Dan joffri għodod addizzjonali għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-użu ħażin tal-infrastruttura legali permezz ta’ kooperazzjoni bejn diversi aġenziji bil-kondiviżjoni tal-informazzjoni u t-teħid ta’ azzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti ostakli kontra l-infiltrazzjoni.

(71)

https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/criminal-justice/e-evidence-cross-border-access-electronic-evidence_en#internaleurulesproposaloneevidence.

(72)

https://www.bka.de/SharedDocs/Kurzmeldungen/DE/Kurzmeldungen/180611_MINDESTSPEICHERFRISTEN.html .

(73)

Is-Sentenzi tal-Kawża C-623/17, Privacy International u l-Kawżi Konġunti C-511/18, C-512/18 u C-520/18 La Quadrature du Net a.o. tas-6 ta’ Ottubru October 2020 u l-Kawża C-746/18 H.K. v Prokuratuur tat-2 ta’ Marzu 2021.

(74)

 Il-Qorti ppermettiet b’mod partikolari ż-żamma ġenerali u mingħajr distinzjoni tal-identità ċivili tal-utenti għall-fini tal-ġlieda kontra r-reati kollha, u ż-żamma ġenerali u mingħajr distinzjoni tal-indirizzi IP assenjati lis-sors ta’ konnessjoni tal-Internet għall-fini tal-ġlieda kontra reati serji. Ir-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa bbażat fuq il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fuq l-analiżi tan-neċessità u l-proporzjonalità tal-interferenza f’dawk id-drittijiet.

(75)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Ġustizzja fl-Unjoni Ewropea: Sett ta’ għodod ta’ opportunitajiet, COM(2020) 710 final, 2.12.2020.

(76)

B’mod partikolari, it-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni ta’ “Budapest” tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità u ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-aċċess transfruntier għall-evidenza elettronika.

(77)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, COM(2020) 605 final, 24.7.2020; Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ewwel Rapport ta’ Progress rigward l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, COM(2020) 797 final, 9.12.2020.

(78)

Il-ħdax-il rapport dwar il-progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina, COM/2017/608 final, 18.10.2017.

(79)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Kriptaġġ — Sigurtà permezz ta’ kriptaġġ u sigurtà minkejja l-kriptaġġ, 13084/1/20 REV 1, 24.11.2020.

(80)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Kontra t-Terroriżmu għall-UE: Antiċipazzjoni, Prevenzjoni, Protezzjoni, Rispons, COM(2020) 795 final, 9.12.2020.

(81)

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni — Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali u Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-fini tal-ġbir tal-evidenza fi proċedimenti kriminali, SWD/2018/118 final, 17.4.2018.

(82)

Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Niżguraw il-ġustizzja fl-UE — Strateġija Ewropea għat-taħriġ ġudizzjarju għall-2021–2024, COM (2020) 713 final, 2.12.2020, li tenfasizza l-ħtieġa li l-professjonisti jkunu jistgħu jindirizzaw sfidi ġodda.

(83)

Analiżi forensika ta’ apparati konnessi u data marbuta mas-sistemi tal-IoT.

(84)

Iċ-Ċentru tal-Innovazzjoni tal-UE għas-Sigurtà Interna huwa network kollaborattiv biex jappoġġa l-laboratorji tal-innovazzjoni tal-Aġenziji tal-UE, tal-Istati Membri, taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ entitajiet rilevanti oħra fit-twassil ta’ prodotti innovattivi mill-aktar avvanzati.

(85)

ENFSI, ENLETS, i-LEAD, ILEAnet.

(86)

Il-Bord tal-Approvazzjoni tal-Europol u l-EUCTF (it-Task Force tal-UE dwar iċ-Ċiberkriminalità, il-grupp li jiġbor il-kapijiet tal-unitajiet taċ-ċiberkriminalità fl-LEAs tal-UE) ikunu l-formati tal-għażla għall-konsultazzjoni tal-Istati Membri.

(87)

Fil-programm ta’ Ħidma 2021–2022 tad-DIGITAL, hemm azzjoni biex jiġi stabbilit il-qafas ta’ arkitettura tad-data federata għall-innovazzjoni fil-qasam tas-sigurtà billi jiġi ffinanzjat il-ħolqien tal-komponenti nazzjonali ta’ Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Sigurtà għall-Innovazzjoni. Dan ikun jippermetti l-innovazzjoni u l-iżvilupp billi tiġi stabbilita ekosistema mifruxa mal-UE kollha għall-kondiviżjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar, it-taħriġ u l-validazzjoni ta’ algoritmi għal għodod tal-IA għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi u ta’ sigurtà bbażati fuq diversi tipi differenti ta’ settijiet tad-data, inklużi settijiet tad-data operazzjonali u anonimizzati psewdo, f’konformità mal-istrateġija Ewropea għad-data (il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea għad-data, COM/2020/66 final, 19.2.2020). Fl-ewwel kwart tal-2022 se titnieda sejħa għal proposti għall-parteċipazzjoni ta’ mill-inqas sitt aġenziji tal-infurzar tal-liġi u żewġ negozji fil-valur ta’ EUR 5–10 miljun fil-forma ta’ għotja li teħtieġ kofinanzjament ta’ 50 %.

(88)

F’konformità mal-inizjattiva dwar l-intelliġenza artifiċjali ppreżentata mill-Kummissjoni fil-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, COM (2020) 65 final, 19.2.2020.

(89)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Ewropea qed tiffinanzja pereżempju l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Iżvilupp tat-Teknoloġija Kontra ċ-Ċiberkriminalità (https://www.eactda.eu/) taħt il-Programm ta’ Ħidma Annwali 2020 tal-Fond għas-Sigurtà Interna (Pulizija).

(90)

Fil-qafas tat-Task Force tal-Unjoni Ewropea dwar iċ-Ċiberkriminalità (EUCTF), li ġiet stabbilita fl-2010, li tinkludi l-Kapijiet tal-Unitajiet Nazzjonali taċ-Ċiberkriminalità mid-diversi Stati Membri kif ukoll rappreżentanti mill-Europol, il-Kummissjoni Ewropea u l-Eurojust. https://www.europol.europa.eu/about-europol/european-cybercrime-centre-ec3/euctf.

(91)

Bħal, pereżempju, permezz tal-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.

(92)

Il-Grupp Ewropew għat-Taħriġ u l-Edukazzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità (ECTEG) diġà żviluppa ħidma sostanzjali dwar is-suġġett, fil-qafas tal-Proġett Globali tiegħu għaċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċiberkriminalità (https://www.ecteg.eu/running/gcc/).

(93)

L-Europol ħadem mal-industrija biex jistabbilixxi l-Proġett No More Ransom (https://www.nomoreransom.org/), li jipprovdi pariri dwar il-prevenzjoni u l-għodod ta’ dekriptaġġ.