|
30.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/182 |
P9_TA(2021)0496
Ftehim ta' Sħubija għas-Settur tas-Sajd KE/Gabon: Protokoll ta' Implimentazzjoni ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021-2026) (09172/2021 – C9-0253/2021 – 2021/0127(NLE))
(Approvazzjoni)
(2022/C 251/30)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09172/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021-2026) (09171/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-paragrafu 7, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0253/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0316/2021), |
1.
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;
2.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Gabon.