8.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/126


P9_TA(2021)0459

Proċedimenti ta' insolvenza: sostituzzjoni tal-Annessi A u B tar-Regolament ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissostitwixxi l-Annessi A u B tar-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza (COM(2021)0231 – C9-0178/2021 – 2021/0118(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 224/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0231),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0178/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-10 ta’ Novembru 2021 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0293/2021),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2021)0118

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Novembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza biex jiġu sostitwiti l-Annessi A u B tiegħu

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2021/2260.)