24.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/223


P9_TA(2021)0403

Sospensjoni temporanja tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jissospendi temporanjament id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji (COM(2021)0392 – C9-0351/2021 – 2021/0209(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2022/C 132/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0392),

wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0351/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0267/2021),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.