11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/352


P9_TA(2021)0384

Linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2021)0282 – C9-0205/2021 – 2021/0137(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2022/C 117/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0282),

wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0205/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0262/2021),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

L-Unjoni trid tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, kif ukoll l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. Meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni trid tqis ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ u l-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem kif stabbilit fl-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)

L-Unjoni trid tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, kif ukoll l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. Meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni trid tqis ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' swieq tax-xogħol inklużivi, livell għoli ta' impjiegi, negozjar kollettiv, pagi diċenti, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali b'enfażi speċjali fuq il-gruppi vulnerabbli, jiġifieri t-tfal, il-persuni b'diżabbiltà, il-ġenituri waħedhom, il-minoranzi etniċi, bħall-persuni Rom, il-persuni LGBTIQA+, il-persuni li jgħixu f'żoni remoti u l-persuni akbar fl-età , livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ u l-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem kif stabbilit fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien strumenti differenti f'qafas ġenerali għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza ta' politiki ekonomiċi u  tal-impjiegi multilaterali integrati. Filwaqt li jsegwi s-sostenibbiltà ambjentali, il-produttività, il-ġustizzja u l-istabbiltà, is-Semestru Ewropew jintegra l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-għodda ta' monitoraġġ tiegħu, it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali, u jipprevedi impenn qawwi mas-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra. Jappoġġa t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Jenħtieġ li l-politiki dwar l-impjiegi u dawk ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri jimxu id f'id mat-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija b'impatt newtrali fuq il-klima, ambjentalment sostenibbli u diġitali, filwaqt li jtejbu l-kompetittività, jiżguraw kundizzjonijiet xierqa tax-xogħol, irawmu l-innovazzjoni, jippromwovu l-ġustizzja soċjali u l-opportunitajiet indaqs, kif ukoll jindirizzaw l-inugwaljanzi u d-disparitajiet reġjonali.

(5)

Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien strumenti differenti f'qafas ġenerali għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza ta' politiki ekonomiċi , tal-impjiegi u dawk soċjali ambjentali multilaterali integrati. Filwaqt li jsegwi s-sostenibbiltà ambjentali, il-produttività, il-ġustizzja u l-istabbiltà, is-Semestru Ewropew jenħtieġ li jintegra aktar il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-għodda ta' monitoraġġ tiegħu, it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali, u jipprevedi impenn qawwi mas-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra. Jappoġġa t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli , b'mod partikolari l-ugwaljanza bejn il-ġeneri . Jenħtieġ li l-politiki dwar l-impjiegi u dawk ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri jimxu id f'id mat-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija b'impatt newtrali fuq il-klima, soċjalment inklużiva, ambjentalment sostenibbli u diġitali, filwaqt li jtejbu l-kompetittività, jiżguraw kundizzjonijiet diċenti tax-xogħol u sistemi ta' protezzjoni soċjali robusti , irawmu l-innovazzjoni, jippromwovu l-ġustizzja soċjali u l-opportunitajiet indaqs u jinvestu fiż-żgħażagħ , kif ukoll jindirizzaw l-inugwaljanzi u d-disparitajiet reġjonali u jnaqqsu l-faqar. Hemm ħtieġa urġenti li jiġu previsti impjiegi ta' kwalità u sostenibbli, inklużi inizjattivi leġiżlattivi dwar kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti dwar it-telexogħol, id-dritt ta' skonnessjoni, leave parentali u relatat mal-kura, id-drittijiet tal-ħaddiema tal-pjattaformi, qafas legali ġenerali fil-qasam is-sottokuntrattar, b'aktar trasparenza u rakkomandazzjonijiet dwar ir-responsabbiltà, kif ukoll is-saħħa u s-sikurezza u t-tisħiħ tar-rwol tan-negozjar kollettiv.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

It-tibdil fil-klima u l-isfidi relatati mal-ambjent, il-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali, it-telexogħol, l-ekonomija tal-pjattaformi u t-tibdil demografiku se jittrasformaw l-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej. Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jaħdmu flimkien biex jindirizzaw b'mod effettiv dawn il-fatturi strutturali u jadattaw is-sistemi eżistenti kif meħtieġ, filwaqt li jirrikonoxxu l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji u s-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri u l-politiki relatati. Dan jirrikjedi azzjoni ta' politika koordinata, ambizzjuża u effettiva kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali, f'konformità mat-TFUE u d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-governanza ekonomika. Jenħtieġ li azzjoni ta' politika bħal din tinkludi spinta għall-investiment sostenibbli, impenn imġedded għal riformi b'sekwenza xierqa li jtejbu t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, il-produttività, il-kundizzjonijiet xierqa tax-xogħol, il-koeżjoni soċjali u territorjali, il-konverġenza ’l fuq, ir-reżiljenza u l-eżerċizzju ta' responsabbiltà fiskali. Jenħtieġ li tikkombina miżuri min-naħa tal-provvista u min-naħa tad-domanda, filwaqt li tqis l-impatti tagħhom mil-lat ambjentali, soċjali u tal-impjiegi.

(6)

It-tibdil fil-klima u l-isfidi relatati mal-ambjent, il-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali, it-telexogħol, l-ekonomija tal-pjattaformi u t-tibdil demografiku qed jittrasformaw l-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej. Filwaqt li t-telexogħol jista' jitqies bħala pass lejn bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, li jippermetti lil gruppi ta' ħaddiema li qabel kienu esklużi li jkollhom aċċess għas-swieq tax-xogħol, hemm ir-riskju wkoll li jnaqqas iċ-ċarezza fid-diviżjoni bejn il-ħin tax-xogħol u dak personali, u dan jista' jkollu effetti negattivi fuq id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u s-saħħa fiżika u mentali tagħhom. Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jaħdmu flimkien biex jindirizzaw b'mod effettiv dawn il-fatturi strutturali u jadattaw is-sistemi eżistenti kif meħtieġ, filwaqt li jirrikonoxxu l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji u s-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri u l-politiki relatati. Dan jirrikjedi azzjoni ta' politika koordinata, ambizzjuża u effettiva li tinvolvi lis-sħab soċjali kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali, f'konformità mat-TFUE , il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-governanza ekonomika. Jenħtieġ li azzjoni ta' politika bħal din tinkludi spinta għall-investiment sostenibbli, impenn imġedded għal riformi b'sekwenza xierqa li jtejbu t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, il-produttività, il-kundizzjonijiet diċenti tax-xogħol, il-koeżjoni soċjali u territorjali, il-konverġenza ’l fuq, ir-reżiljenza u l-eżerċizzju ta' responsabbiltà fiskali u soċjali . Jenħtieġ li tikkombina miżuri min-naħa tal-provvista u min-naħa tad-domanda, filwaqt li tqis l-impatti tagħhom mil-lat ambjentali, soċjali u tal-impjiegi. Wara d-Dikjarazzjoni tal-ministri tal-finanzi tal-UE dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19 tat-23 ta' Marzu 2020, li ħabbret deroga temporanja mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (klawżola liberatorja ġenerali) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2021 bit-titolu: “Il-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika fl-2021: biex tingħeleb il-COVID-19, ikun appoġġat l-irkupru u tkun modernizzata l-ekonomija tagħna”, li indikat li l-klawżola liberatorja ġenerali se tkompli tiġi applikata fl-2022 u kienet mistennija li tiġi diżattivata mill-2023, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal offrut mill-klawżola liberatorja ġenerali biex jappoġġaw lill-impriżi li jinsabu f'diffikultà jew li huma nieqsa mil-likwidità, b'mod partikolari l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, biex jissalvagwardjaw l-impjiegi, il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u biex jinvestu fin-nies u fis-sistemi tas-sigurtà soċjali. Ir-riskju potenzjali għall-finanzi pubbliċi, ikkawżat mill-estensjoni, kif ukoll il-konsegwenzi negattivi soċjali potenzjali tad-diżattivazzjoni tagħha, mistennija fl-2023, jenħtieġ li jiġu evalwati ex ante.

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Fit-8 ta' Mejju 2021, il-Mexxejja tal-UE fis-Summit Soċjali ta' Porto (20) rrikonoxxew il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali bħala element fundamentali tal-irkupru filwaqt li nnutaw li l-implimentazzjoni tiegħu se ssaħħaħ l-isforz tal-Unjoni lejn tranżizzjoni diġitali, ekoloġika u ġusta u tikkontribwixxi għall-kisba ta' konverġenza ekonomika u soċjali ’l fuq u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi. Enfasizzaw li d-dimensjoni soċjali, id-djalogu soċjali u l-involviment attiv tas-sħab soċjali huma fil-qalba ta' ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna. L-Istati Membri sabu li l-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li ppreżentat il-Kummissjoni pprovda gwida utli għall-implimentazzjoni tal-Pilastru, inkluż fl-oqsma tal-impjiegi, tal-ħiliet, tas-saħħa u tal-protezzjoni soċjali. Kienu sodisfatti bil-miri ewlenin il-ġodda tal-UE għall-2030 dwar l-impjiegi (78 % tal-popolazzjoni ta' età ta' bejn 20 u - 64 sena jenħtieġ li jkollhom impjieg), il-ħiliet (60 % tal-adulti kollha jenħtieġ li jipparteċipaw f’taħriġ kull sena) u t-tnaqqis tal-faqar (ta' mill-inqas 15-il miljun, inkluż ħames miljun tifel u tifla) u t-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali riveduta bil-ħsieb li jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Soċjali bħala parti mill-qafas ta' koordinazzjoni tal-politika fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Barra minn hekk, innutaw li, issa li l-Ewropa qed tibda tirkupra gradwalment mill-pandemija tal-COVID-19, il-prijorità se tkun li nimxu mill-protezzjoni għall-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib tal-kwalità tal-impjiegi, u enfasizzaw li l-implimentazzjoni tal-prinċipji fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali se tkun essenzjali biex jiġi żgurat il-ħolqien ta' aktar impjiegi u impjiegi aħjar għal kulħadd fil-qafas ta' rkupru inklużiv. Fl-aħħar nett, l-Istati Membri enfasizzaw l-importanza li jiġi segwit mill-qrib, inkluż fl-ogħla livell, il-progress miksub lejn l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-miri ewlenin tal-UE għall-2030.

(8)

Fit-8 ta' Mejju 2021, il-Mexxejja tal-UE fis-Summit Soċjali ta' Porto (20) rrikonoxxew il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali bħala element fundamentali tal-irkupru filwaqt li nnutaw li l-implimentazzjoni tiegħu se ssaħħaħ l-isforz tal-Unjoni lejn tranżizzjoni diġitali, ekoloġika u ġusta u tikkontribwixxi għall-kisba ta' konverġenza ekonomika u soċjali ’l fuq u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi. Enfasizzaw li d-dimensjoni soċjali, id-djalogu soċjali u l-involviment attiv tas-sħab soċjali huma fil-qalba ta' ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna. L-Istati Membri sabu li l-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li ppreżentat il-Kummissjoni pprovda gwida utli għall-implimentazzjoni tal-Pilastru, inkluż fl-oqsma tal-impjiegi, tal-ħiliet, tas-saħħa u tal-protezzjoni soċjali. Kienu sodisfatti bil-miri ewlenin il-ġodda tal-UE għall-2030 dwar l-impjiegi (78 % tal-popolazzjoni ta' età ta' bejn 20 u 64 sena jenħtieġ li jkollhom impjieg), il-ħiliet (60 % tal-adulti kollha jenħtieġ li jipparteċipaw f'taħriġ kull sena) u t-tnaqqis tal-faqar (ta' mill-inqas 15-il miljun, inkluż ħames miljun tifel u tifla) u t-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali riveduta bil-ħsieb li jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Soċjali bħala parti mill-qafas ta' koordinazzjoni tal-politika fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Barra minn hekk, innutaw li, issa li l-Ewropa qed tibda tirkupra gradwalment mill-pandemija tal-COVID-19, il-prijorità se tkun li nimxu mill-protezzjoni għall-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib tal-kwalità tal-impjiegi, u enfasizzaw li l-implimentazzjoni tal-prinċipji fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali se tkun essenzjali biex jiġi żgurat il-ħolqien ta' aktar impjiegi u impjiegi aħjar għal kulħadd fil-qafas ta' rkupru inklużiv. Fl-aħħar nett, l-Istati Membri enfasizzaw l-importanza li jiġi segwit mill-qrib, inkluż fl-ogħla livell, il-progress miksub lejn l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-miri ewlenin tal-UE għall-2030. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw mobilità ġusta u l-portabbiltà tad-drittijiet u l-intitolamenti permezz ta' protezzjoni aħjar tal-ħaddiema mobbli inklużi l-ħaddiema transfruntiera u staġjonali, spettorati tax-xogħol aktar effettivi u l-introduzzjoni ta' soluzzjonijiet diġitali effettivi.

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Il-kondizzjoni ta' persuni mingħajr dar hija waħda mill-aktar forom estremi ta' esklużjoni soċjali, li taffettwa b'mod negattiv is-saħħa fiżika u mentali, il-benessri u l-kwalità tal-ħajja tal-persuni, kif ukoll l-aċċess tagħhom għall-impjiegi u servizzi ekonomiċi u soċjali oħra. Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-Unjoni qablu li jniedu l-Pjattaforma Ewropea għall-ġlieda kontra l-kondizzjoni ta' persuni mingħajr dar. Bl-għan aħħari li tintemm il-kondizzjoni ta' persuni mingħajr dar sal-2030, huma impenjaw ruħhom li jimplimentaw il-prinċipju tal-Akkomodazzjoni l-Ewwel, jippromwovu l-prevenzjoni tal-kondizzjoni ta' persuni mingħajr dar u jipprovdu aċċess għal akkomodazzjoni adegwata, sikura u affordabbli u servizzi ta' appoġġ għall-persuni mingħajr dar, filwaqt li jdaħħlu fis-seħħ il-miżuri ta' politika meħtieġa, b'finanzjament adegwat fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni .

Emenda 6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Ir-riformi fis-suq tax-xogħol, inkluż il-mekkaniżmi nazzjonali għall-iffissar tal-pagi, jenħtieġ li jsegwu l-prattiki nazzjonali tad-djalogu soċjali, bil-ħsieb li jiġu pprovduti pagi ġusti li jippermettu livell ta' għajxien deċenti u tkabbir sostenibbli. Jenħtieġ ukoll li jippermettu l-opportunità meħtieġa għal kunsiderazzjoni wiesgħa tal-kwistjonijiet soċjoekonomiċi, inkluż titjib fis-sostenibbiltà, fil-kompetittività, fl-innovazzjoni, fil-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, fil-faqar fost dawk li jaħdmu, fl-edukazzjoni u l-ħiliet, fis-saħħa pubblika u l-inklużjoni u fid-dħul reali. L-Istati Membri u l-Unjoni jenħtieġ li jiżguraw li l-impatt soċjali, tal-impjiegi u ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19 jittaffa u li t-tranżizzjonijiet ikunu soċjalment ġusti u xierqa. Jenħtieġ li jitkompla t-tisħiħ tal-irkupru u tal-isforz biex tiġi stabbilita soċjetà inklużiva u reżiljenti li fiha n-nies ikunu protetti u jkollhom is-setgħa biex jantiċipaw u jiġġestixxu l-bidla, u li fiha jistgħu jipparteċipaw attivament fis-soċjetà u fl-ekonomija. Hemm bżonn ta' sett koerenti ta' politiki attivi tas-suq tax-xogħol li jikkonsistu f'inċentivi temporanji ta' reklutaġġ u ta' tranżizzjoni, politiki dwar il-ħiliet u servizzi tal-impjiegi imtejba biex jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol kif enfasizzat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) dwar appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19 (EASE).

(9)

Ir-riformi fis-suq tax-xogħol, inkluż il-mekkaniżmi nazzjonali għall-iffissar tal-pagi, jenħtieġ li jsegwu l-prattiki nazzjonali tad-djalogu soċjali, bil-ħsieb li jiġu pprovduti pagi ġusti li jippermettu livell ta' għajxien deċenti u tkabbir sostenibbli. Jenħtieġ ukoll li jippermettu l-opportunità meħtieġa għal kunsiderazzjoni wiesgħa tal-kwistjonijiet soċjoekonomiċi, inkluż titjib fis-sostenibbiltà, fil-kompetittività, fl-innovazzjoni, fil-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, fil-faqar fost dawk li jaħdmu, fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri, fl-edukazzjoni u l-ħiliet, fis-saħħa pubblika u l-inklużjoni u fid-dħul reali. L-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jirrispettaw u jsaħħu r-rwol tas-sħab soċjali, jippromwovu l-estensjoni tal-kopertura tan-negozjar kollettiv, u jappoġġaw densità għolja ta' trade unions u organizzazzjonijiet tal-impjegaturi sabiex jiżguraw irkupru inklużiv u soċjalment ġust. L-Istati Membri u l-Unjoni jenħtieġ li jiżguraw li l-impatt soċjali, tal-impjiegi u ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19 jittaffa u li t-tranżizzjonijiet ikunu soċjalment ġusti u xierqa. Jenħtieġ li jitkompla t-tisħiħ tal-irkupru u tal-isforz biex tiġi stabbilita soċjetà inklużiva u reżiljenti li fiha n-nies ikunu protetti u jkollhom is-setgħa biex jantiċipaw u jiġġestixxu l-bidla, u li fiha jistgħu jipparteċipaw attivament fis-soċjetà u fl-ekonomija. Hemm bżonn ta' sett koerenti ta' politiki attivi tas-suq tax-xogħol li jikkonsistu f'inċentivi temporanji għall-ħiliet ta' reklutaġġ u ta' tranżizzjoni, il-validazzjoni u l-kisba ta' kompetenzi u servizzi tal-impjiegi imtejba biex jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol kif enfasizzat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) dwar appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19 (EASE). Hija meħtieġa evalwazzjoni bir-reqqa tal-politiki nazzjonali u tal-iskemi ta' appoġġ li ntużaw biex jittaffew l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 sabiex ikunu jistgħu jinsiltu tagħlimiet u jiġu identifikati strumenti għall-użu fil-futur.

Emenda 7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Jenħtieġ li tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiġu appoġġati l-impjiegi taż-żgħażagħ. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-aċċess u l-opportunitajiet għal kulħadd u jenħtieġ li jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, inkluż fejn jidħlu t-tfal, b'mod partikolari billi jiġu żgurati funzjonament effettiv tas-swieq tax-xogħol u sistemi tal-protezzjoni soċjali xierqa u inklużivi, u billi jitneħħew l-ostakli għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' investimenti fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u fil-ħiliet diġitali. L-aċċess f'waqtu u ugwali għal servizzi tal-kura fit-tul u tal-kura tas-saħħa bi prezz li jintlaħaq, inkluż il-prevenzjoni u l-promozzjoni tal-kura tas-saħħa, huwa partikolarment rilevanti , fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19 u f'kuntest ta' soċjetajiet li qed jixjieħu. Jenħtieġ li l-persuni b'diżabbiltà li jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u għall-iżvilupp soċjali jkomplu jilħqu l-potenzjal tagħhom. Mas-seħħ ta' mudelli ekonomiċi u kummerċjali ġodda fil-postijiet tax-xogħol tal-Unjoni, ir-relazzjonijiet tax-xogħol qed jinbidlu wkoll. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-relazzjonijiet tax-xogħol li jirriżultaw minn forom ġodda ta' xogħol iżommu jsaħħu l-mudell soċjali tal-Ewropa .

(10)

Jenħtieġ li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiġu promossi l-impjiegi taż-żgħażagħ. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-aċċess u l-opportunitajiet għal kulħadd u jenħtieġ li jiġu eradikati l-faqar u l-esklużjoni soċjali, inkluż fejn jidħlu t-tfal, b'mod partikolari billi jiġu żgurati funzjonament effettiv tas-swieq tax-xogħol u sistemi tal-protezzjoni soċjali xierqa u inklużivi, u billi jitneħħew l-ostakli għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' investimenti fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, fil-ħiliet diġitali u  fit-tagħlim tul il-ħajja. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu spinta lill-investiment f'impjiegi sostenibbli u ta' kwalità u jadottaw approċċ komprensiv biex jinħarġu t-tfal mill-faqar u biex jiġu appoġġati l-ġenituri tat-tfal fil-bżonn. Il-Garanzija Ewropea għat-Tfal jenħtieġ li tiġi integrata fis-setturi kollha tal-politika u l-finanzjament għad-drittijiet tat-tfal jenħtieġ li jingħata prijorità, filwaqt li jsir użu sħiħ mill-politiki u l-fondi eżistenti tal-Unjoni għal miżuri konkreti li jikkontribwixxu għall-qerda tal-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali . L-aċċess f'waqtu u ugwali għal servizzi tal-kura fit-tul u tal-kura tas-saħħa bi prezz li jintlaħaq, inkluż il-prevenzjoni , mhux l-anqas ta' kwistjonijiet tas-saħħa mentali fil-post tax-xogħol, u l-promozzjoni tal-kura tas-saħħa, huwa partikolarment importanti , fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19 u f'kuntest ta' soċjetajiet li qed jixjieħu. Jenħtieġ li l-persuni b'diżabbiltà li jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u għall-iżvilupp soċjali jkomplu jilħqu l-potenzjal tagħhom. Mas-seħħ ta' mudelli ekonomiċi u kummerċjali ġodda fil-postijiet tax-xogħol tal-Unjoni, ir-relazzjonijiet tax-xogħol qed jinbidlu wkoll. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-relazzjonijiet tax-xogħol li jirriżultaw minn forom ġodda ta' xogħol isaħħu l-mudell soċjali tal-Ewropa, filwaqt li jiggarantixxu d-drittijiet tal-ħaddiema, kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, inklużi s-saħħa s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, pagi diċenti u bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata .

Emenda 8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mir-REACT-EU (21) li jirrinforza l-fondi tal-politika ta' koeżjoni sal-2023, mill-Fond Soċjali Ewropew Plus, mill-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza (22) u fondi oħrajn tal-Unjoni, fosthom il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u InvestEU, biex irawmu l-impjiegi, l-investimenti soċjali, l-inklużjoni soċjali, u l-aċċessibbiltà, u jippromwovu l-opportunitajiet għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol, it-tagħlim tul il-ħajja u l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità għolja għal kulħadd, inkluż il-litteriżmu u l-ħiliet diġitali. Filwaqt li l-Linji Gwida Integrati huma indirizzati lill-Istati Membri u lill-Unjoni, jenħtieġ li jiġu implimentati fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, bl-involviment mill-qrib tal-parlamenti, kif ukoll tas-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

(12)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mir-REACT-EU li jirrinforza l-fondi tal-politika ta' koeżjoni sal-2023 (21), mill-Fond Soċjali Ewropew Plus, mill-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza (22) u fondi oħrajn tal-Unjoni, fosthom il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u InvestEU, biex irawmu l-impjiegi, l-investimenti soċjali, l-inklużjoni soċjali, u l-aċċessibbiltà, u jippromwovu l-opportunitajiet għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol, it-tagħlim tul il-ħajja u l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità għolja għal kulħadd, inkluż il-litteriżmu u l-ħiliet diġitali. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew utal-Kunsill  (22a) biex jappoġġaw lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat tal-kriżi tal-COVID-19. Filwaqt li l-Linji Gwida Integrati huma indirizzati lill-Istati Membri u lill-Unjoni, jenħtieġ li jiġu implimentati fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, bl-involviment mill-qrib tal-parlamenti, kif ukoll tas-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

Emenda 9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew talab reviżjoni tal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali u tal-impjiegi tagħha sabiex ikun hemm rispons aħjar għall-kriżi. Huwa essenzjali li l-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri jiġu riveduti kif xieraq. Sabiex jissaħħaħ il-proċess deċiżjonali demokratiku, il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jiġi involut fid-definizzjoni tal-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi fuq bażi ugwali mal-Kunsill.

(20)  Il-Kunsill Ewropew, Id-Dikjarazzjoni ta' Porto, it-8 ta' Mejju 2021.

(20)  Il-Kunsill Ewropew, Id-Dikjarazzjoni ta' Porto, it-8 ta' Mejju 2021.

(21)  Ir-Regolament (UE) 2020/2221 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali u arranġamenti ta' implimentazzjoni biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 30).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(21)  Ir-Regolament (UE) 2020/2221 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali u arranġamenti ta' implimentazzjoni biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 30).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(22a)   Ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48).