8.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/203


P9_TA(2021)0281

Dispożizzjonijiet tranżitorji biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 (emenda tar-Regolament (UE) 2016/1628) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar ċertu makkinarju mgħammar b’magni fil-medda tal-potenza bejn 56 kW u 130 kW, u aktar minn 300 kW biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 (COM(2021)0254 – C9-0185/2021 – 2021/0129(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 67/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0254),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0185/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2021 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-2 ta’ Ġunju 2021 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P9_TC1-COD(2021)0129

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Ġunju 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tiegħu għal ċertu makkinarju mgħammar b’magni fil-meded tal-potenza akbar minn jew ugwali għal 56 kW u inqas minn 130 kW, u akbar minn jew ugwali għal 300 kW, biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2021/1068.)