24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 474/218


P9_TA(2021)0076

Kontroll tas-sajd ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Marzu 2021 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1005/2008, u r-Regolament (UE) Nru 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll tas-sajd (COM(2018)0368 – C8-0238/2018 – 2018/0193(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 474/30)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal -Kumitat tar-Reġjuni (27),

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-Politika Komuni tas-Sajd saritilha riforma permezz tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28). L-objettivi tal-politika komuni tas-sajd u r-rekwiżiti għall-kontroll tas-sajd u għall-infurzar huma stabbiliti fl-Artikoli 2 u 36 ta' dak ir-Regolament. L-implimentazzjoni b'suċċess ta' din tiddependi mis-sistema effettiva aġġornata ta' kontroll u  ta' infurzar .

(1)

Il-Politika Komuni tas-Sajd saritilha riforma permezz tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28). L-objettivi tal-politika komuni tas-sajd u r-rekwiżiti għall-kontroll tas-sajd u għall-infurzar huma stabbiliti fl-Artikoli 2 u 36 ta' dak ir-Regolament. L-implimentazzjoni b'suċċess ta' din tiddependi fuq sistema ċara. sempliċi, trasparenti effettiva ta' kontroll li tiżgura l-konformità effettiva, uniformi aġġornata fl-Istati Membri .

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tfassal qabel l-adozzjoni tal-politika komuni tas-sajd il-ġdida. Għaldaqstant, għandu jiġi emendat biex jindirizza aħjar ir-rekwiżiti għall-kontroll u għall-infurzar tal-politika komuni tas-sajd f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jisfrutta teknoloġiji moderni u aktar kosteffiċjenti ta' kontroll.

(3)

Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tfassal qabel l-adozzjoni tal-politika komuni tas-sajd il-ġdida. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat biex jindirizza aħjar ir-rekwiżiti għall-kontroll u għall-infurzar tal-politika komuni tas-sajd f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jisfrutta teknoloġiji moderni u aktar kosteffiċjenti ta' kontroll u jqis l-aktar sejbiet xjentifiċi reċenti fir-rigward tas-sostenibilità ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura .

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Infurzar koerenti, ċar, trasparenti, ekwu u robust tal-politika komuni tas-sajd mhux biss se jgħin it-trawwim ta' industrija tas-sajd dinamika u jiżgura standard ta' għajxien ekwu għall-komunitajiet tas-sajd, iżda se jikkontribwixxi wkoll biex tinkiseb is-sostenibilità fis-settur tas-sajd u biex jintlaħqu l-objettivi tal-bijodiversità.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni akbar tal-qafas regolatorju tal-Unjoni, jenħtieġ li tiżdied definizzjoni ġdida ta' “speċi sensittiva”.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Definizzjoni ta' “bastimenti tas-sajd” hi pprovduta fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u tinkludi bastimenti mgħammra għal użu kummerċjali ta' riżorsi bijoloġiċi marini bħal bastimenti tal-qbid, bastimenti ta' appoġġ, bastimenti ta' proċessar tal-ħut, bastimenti involuti fit-trasbord u bastimenti trasportaturi mgħammra għat-trasportar ta' prodotti tas-sajd, bl-eċċezzjoni ta' bastimenti tal-kontejners . Għaldaqstant, id-definizzjoni “bastiment tas-sajd” fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandha titħassar.

(10)

Definizzjoni ta' “bastiment tas-sajd” hi pprovduta fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u tinkludi bastimenti mgħammra għal użu kummerċjali ta' riżorsi bijoloġiċi marini. Għaldaqstant, id-definizzjoni “bastiment tas-sajd” fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jenħtieġ titħassar.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

Sabiex tiġi promossa aktar ċarezza u armonizzazzjoni tal-qafas regolatorju tal-Unjoni u b'hekk titjieb l-applikazzjoni tiegħu, jenħtieġ li tiżdied definizzjoni ġdida ta' “bejgħ dirett”.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Entitajiet tas-sajd fuq skala żgħira jaqdu rwol importanti fl-Unjoni, minn perspettiva bijoloġika, ekonomika u soċjali. Fid-dawl tal-impatti possibbli tal-entitajiet tas-sajd fuq skala żgħira fuq l-istokkijiet, importanti li jiġi kkontrollat li l-attivitajiet tas-sajd u l-isforzi tas-sajd ta' bastimenti iżgħar huma konformi mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. Għal dan l-għan, hemm bżonn li tinkiseb data dwar il-pożizzjoni ta' dawk il-bastimenti. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jitraċċaw il-bastimenti tas-sajd kollha, inklużi l-bastimenti tas-sajd li huma iqsar minn 12-il metru. Għal bastimenti twal 12-il metru issa hu possibbli li jintużaw apparati mobbli li huma anqas għaljin u li faċli biex tużahom.

(12)

Entitajiet tas-sajd fuq skala żgħira jaqdu rwol importanti fl-Unjoni, minn perspettiva bijoloġika, ekonomika u soċjali. Fid-dawl tal-impatti possibbli tal-entitajiet tas-sajd fuq skala żgħira fuq l-istokkijiet, huwa importanti li jiġi kkontrollat li l-attivitajiet tas-sajd u l-isforzi tas-sajd ta' bastimenti iżgħar huma konformi mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. Għal dan l-għan, hemm bżonn li tinkiseb data dwar il-pożizzjoni ta' dawk il-bastimenti u jenħtieġ li jkun possibbli li dik id-data tiġi riċevuta f'intervalli regolari , idealment qrib il-ħin reali mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra inklużi fi ftehimiet internazzjonali. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu kapaċi jitraċċaw il-bastimenti tas-sajd kollha, inklużi l-bastimenti tas-sajd li huma iqsar minn 12-il metru. Għal dawk il-bastimenti metru issa hu possibbli li jintużaw apparati mobbli li huma anqas għaljin u li faċli biex tużahom. Fi kwalunkwe każ, l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri jenħtieġ li tkun ibbilanċjata u proporzjonata mal-objettivi segwiti, jenħtieġ li ma tinvolvix piż eċċessiv għall-flotta, speċjalment il-flotta fuq skala żgħira, u jenħtieġ li tibbenefika minn għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-bastimenti tas-sajd jiġu mgħammra b'sistemi CCTV fuq bażi volontarja. F'dak il-każ, tali bastimenti jenħtieġ li jgawdu minn vantaġġi xierqa, bħat-tħassir tal-punti.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Fil-ksib tal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd, jenħtieġ li jitqies għalkollox il-benesseri tal-annimali, f'konformità mal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u, fejn rilevanti, is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf u s-saħħa tal-annimali.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Għal bastimenti ta' 12-il metru jew aktar , hu importanti li l-informazzjoni fil-ġurnal ta' abbord issir aktar preċiża u tinkludi data dwar il-qabdiet bil-ġbir jew bl-operat , peress li din issaħħaħ l-effettività tal-kontrolli . Fil-każ ta' bastimenti iqsar minn 12-il metru , l-obbligi li jappartjenu għat-tlestija għas-sottomissjoni tal-ġurnal ta' abbord għandhom jiġu ssimplifikati u l-kaptani għandhom ikunu meħtieġa jissottomettu l-informazzjoni li tinsab fil-ġurnal ta' abbord darba biss , qabel jaslu fil-port .

(18)

Bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effettività tal-kontrolli , hu importanti li l-informazzjoni fil-ġurnal ta' abbord issir aktar preċiża u tinkludi data dwar il-qabdiet skont il-ġurnata ta' sajd jew b-operat. Fil-każ ta' flotta kostali fuq skala żgħira u sajd mingħajr bastimenti , il-ġurnal ta' abbord elettroniku u t-trażmissjoni ta' dik l-informazzjoni jenħtieġ li ma jinvolvux piż sproporzjonat fuq dawk il-bastimenti u l-kapaċità tagħhom li jistadu . Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' kontroll fuq tali bastimenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw l-attivitajiet tagħhom permezz ta' format simplifikat għaż-żamma ta' ġurnal ta' abbord elettroniku u għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni tal-ġurnal ta' abbord. Għalhekk, fil-każ ta' bastimenti b'tul totali ta' inqas minn 12-il metru, jenħtieġ li l-kaptani jkunu rikjesti jissottomettu l-informazzjoni li tinsab fil-ġurnal ta' abbord mill-inqas darba, qabel ma jibdew l-operazzjonijiet tal-ħatt l-art.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Meta bastiment tas-sajd jitlaq, dan minnufih għandu jibda ġurnal ta' abbord elettroniku u għal dak il-vjaġġ jiġi assenjat numru identifikatur uniku tal-vjaġġ tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord, id-dikjarazzjonijiet ta' trasbord u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art għandhom jinkludu referenza għal dan in-numru identifikatur uniku tal-vjaġġ tas-sajd biex ikunu jistgħu jsiru kontrolli msaħħa u titjieb il-validazzjoni tad-data mill-Istati Membri u t-traċċabilità tal-prodotti tas-sajd fil-katina ta' provvista. Biex tittejjeb u tiġi ssimplifikata t-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar it-telf tal-irkaptu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-format tal-ġurnal ta' abbord għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-irkaptu mitluf.

(20)

Meta bastiment tas-sajd jitlaq, dan minnufih jenħtieġ li jibda ġurnal ta' abbord elettroniku u għal dak il-vjaġġ jiġi assenjat numru identifikatur uniku tal-vjaġġ tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord, id-dikjarazzjonijiet ta' trasbord u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art għandhom jinkludu referenza għal dan in-numru identifikatur uniku tal-vjaġġ tas-sajd biex ikunu jistgħu jsiru kontrolli msaħħa u titjieb il-validazzjoni tad-data mill-Istati Membri u t-traċċabilità tal-prodotti tas-sajd fil-katina ta' provvista. Biex tittejjeb u tiġi ssimplifikata t-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar l-irkaptu tas-sajd u t-telf tal-irkaptu tas-sajd lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-format tal-ġurnal ta' abbord jenħtieġ li jinkludi l-informazzjoni dwar l-irkaptu u l-irkaptu mitluf. Meta tkun meħtieġa informazzjoni approssimattiva, din jenħtieġ li titqies bħala indikattiva.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Ir-regoli dwar is-sottomissjoni ta' data aggregata dwar il-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd lill-Kummissjoni għandhom jiġu ssimplifikati billi jiġi pprovdut għal data waħda għas-sottomissjonijiet kollha.

(24)

Ir-regoli dwar is-sottomissjoni ta' data aggregata dwar il-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd lill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu ssimplifikati billi tiġi prevista data unika għas-sottomissjonijiet kollha. Jenħtieġ li dik id-data ma tintużax għal skopijiet kummerċjali.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kapaċità tas-sajd għandhom jiġu aġġornati biex jirreferu għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(26)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kapaċità tas-sajd jenħtieġ li jiġu aġġornati biex jirreferu għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Il-parametri tat-Tunnellaġġ Gross (GT) u l-qawwa tal-magna (KW) użati biex titkejjel il-kapaċità tas-sajd jenħtieġ li jiġu riveduti u jekk meħtieġ sostitwiti skont il-preċiżjoni, l-adegwatezza, u r-rilevanza għall-flotta tas-sajd tal-Unjoni sabiex il-politika komuni tas-sajd tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib tas-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-operaturi tas-sajd.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Entitajiet tas-sajd rikreattiv jaqdu rwol importanti fl-Unjoni minn perspettiva bijoloġika, ekonomika u soċjali. Fid-dawl tal-impatti sinifikanti tas-sajd rikreattiv fuq ċerti stokkijiet, hemm bżonn li jiġi pprovdut għal għodod speċifiċi li jippermettu li jsir kontroll effettiv tas-sajd rikreattiv mill-Istati Membri. Sistema ta' reġistrazzjoni jew ta' liċenzjar għandhom jippermettu għal ċens preċiż tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jieħdu sehem fis-sajd rikreattiv u l-ġbir ta' data affidabbli dwar il-qabdiet u l-prattiki. Il-ġbir ta' data suffiċjenti u affidabbli dwar is-sajd rikreattiv hu neċessarju biex jiġi evalwat l-impatt tat-tali prattiki tas-sajd fuq l-istokkijiet u biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu pprovduti bl-informazzjoni neċessarja għal ġestjoni u għal kontroll effettivi tar-riżorsi bijoloġiċi marini.

(30)

Entitajiet tas-sajd rikreattiv jaqdu rwol importanti fl-Unjoni minn perspettiva bijoloġika, ekonomika u soċjali. Fid-dawl tal-impatti sinifikanti tas-sajd rikreattiv fuq ċerti stokkijiet, hemm bżonn li jiġu previsti għodod speċifiċi li jippermettu li jsir kontroll uniformi, effettiv u eżawrjenti tas-sajd rikreattiv mill-Istati Membri kollha, permezz ta' sistema adegwata ta' sanzjonijiet fil-każ ta' nuqqas ta' konformità . Jenħtieġ li sistema ta' reġistrazzjoni jew ta' liċenzjar tippermetti ċens preċiż tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jieħdu sehem fis-sajd rikreattiv u l-ġbir ta' data affidabbli dwar il-qabdiet u l-prattiki. Il-ġbir ta' data suffiċjenti u affidabbli dwar is-sajd rikreattiv hu neċessarju biex jiġi evalwat l-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali ta' dawk il-prattiki tas-sajd , b'mod partikolari fid-dawl tal-evalwazzjonijiet tal-istokk, u biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu pprovduti bl-informazzjoni neċessarja għal ġestjoni u għal kontroll effettivi tar-riżorsi bijoloġiċi marini.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli fil-katina ta' provvista għandhom jiġu ċċarati biex l-Istati Membri jwettqu kontrolli u spezzjonijiet fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mill-ewwel bejgħ sal-bejgħ fil-livell tal-konsumatur , inkluż it-trasport.

(32)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli fil-katina ta' provvista jenħtieġ li jiġu ċċarati biex l-Istati Membri jwettqu kontrolli u spezzjonijiet fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mill-ewwel bejgħ sal-bejgħ bl-imnut , inkluż it-trasport. F'dak ir-rigward, it-terminu “bejgħ bl-imnut” jenħtieġ li jinftiehem fis-sens kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013, u jinkludi t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura f'lukandi, ristoranti, operazzjonijiet ta' forniment tal-ikel u kwalunkwe operazzjoni simili ta' servizz tal-ikel (“is-settur HORECA”).

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)

Fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jħejju u jvaraw kampanja ta' komunikazzjoni, li jkollha l-għan li tikkomunika kif xieraq id-dispożizzjonijiet il-ġodda stipulati f'dan ir-Regolament lis-sajjieda u lil operaturi oħra fis-settur tas-sajd rikreattiv.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)

Ir-regoli applikabbli għat-tqegħid ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura f'lottijiet għandhom jiġu ċċarati. Għandu jiġi ċċarat li l-lottijiet għandhom ikunu komposti minn prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura ta' speċi waħda, ħlief fejn dawn ikunu jikkonsistu fi kwantitajiet żgħar ħafna .

(33)

Ir-regoli applikabbli għat-tqegħid ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura f'lottijiet jenħtieġ li jiġu ċċarati. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu amalgamati lottijiet sabiex tinħoloq unità ġdida, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' traċċabilità u jkun possibbli li jiġu identifikati l-oriġini l-ispeċijiet ta' dawk il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tul il-katina alimentari kollha .

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)

F'konformità mar-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 (33) jistabbilixxi ċerti regoli dwar it-traċċabilità għas-settur speċifiku tal-ikel li joriġina mill-annimali, jiġifieri sett speċifiku ta' informazzjoni jrid jinżamm irrekordjat mill-operaturi, jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fuq talba, u jiġi ttrasferit lill-operatur li lilu jiġi fornit il-prodott tas-sajd. Fis-settur tas-sajd, it-traċċabilità hi importanti mhux biss għall-finijiet ta' sikurezza alimentari iżda anki biex ikunu jistgħu jsiru konrolli u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi.

(34)

F'konformità mar-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 (33) jistabbilixxi ċerti regoli dwar it-traċċabilità għas-settur speċifiku tal-ikel li joriġina mill-annimali, jiġifieri sett speċifiku ta' informazzjoni jrid jinżamm irrekordjat mill-operaturi, jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fuq talba, u jiġi ttrasferit lill-operatur li lilu jiġi fornit il-prodott tas-sajd. Fis-settur tas-sajd, it-traċċabilità hi importanti mhux biss għall-finijiet ta' sikurezza alimentari iżda anki biex ikunu jistgħu jsiru kontrolli, tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi , jiġi miġġieled is-sajd IUU u jiġu protetta s-sajjieda li jħarsu l-liġijiet mill-kompetizzjoni inġusta .

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)

Għandhom ikunu japplikaw l-istess regoli għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati minn pajjiżi terzi. Fil-każ ta' prodotti importati, l-informazzjoni obbligatorja dwar it-traċċabilità għandha tinkludi referenza għaċ-ċertifikat tal-qabda stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 (34).

(37)

Jenħtieġ li japplikaw l-istess regoli għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati minn pajjiżi terzi , bil-għan li jinżammu standards għoljin ta' sikurezza tal-ikel u jkunu promossi prattiki tas-sajd sostenibbli f'dawk il-pajjiżi terzi . Fil-każ ta' prodotti importati, l-informazzjoni obbligatorja dwar it-traċċabilità jenħtieġ li tinkludi referenza għaċ-ċertifikat tal-qabda stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 (34).

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)

Biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika komuni tas-sajd, l-affidabbiltà u l-ġbir komprensiv tad-data dwar il-qabdiet huma ta' importanza assoluta. B'mod partikolari, ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet fil-mument tal-ħatt l-art għandha ssir bl-aktar mod affidabbli possibbli. Għal dak l-għan, hemm bżonn li jissaħħu l-proċeduri rigward l-użin tal-prodotti tas-sajd fil-mument tal-ħatt l-art.

(40)

Biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika komuni tas-sajd, l-affidabbiltà u l-ġbir komprensiv tad-data dwar il-qabdiet huma ta' importanza assoluta. B'mod partikolari, ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet fil-mument tal-ħatt l-art jenħtieġ li ssir bl-aktar mod affidabbli possibbli , iżda mingħajr ma jiġu ostakolati l-attivitajiet kummerċjali tal-operaturi . Għal dak l-għan, hemm bżonn li jiġu simplifikati l-proċeduri rigward l-użin tal-prodotti tas-sajd fil-mument tal-ħatt l-art.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)

L-użin għandu jsir fuq sistemi approvati mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi reġistrati mill-Istati Membri biex iwettqu dak il-kompitu. Il-prodotti kollha għandhom jintiżnu għal kull speċi malli jinħattu peress li dan se jiggarantixxi rapportar aktar preċiż tal-qabdiet. Barra minn hekk, ir-rekords tal-użin għandhom jiġu rreġistrati b'mod elettroniku u jinżammu għal tliet snin.

(41)

L-użin jenħtieġ li jsir fuq sistemi approvati mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi reġistrati mill-Istati Membri biex iwettqu dak il-kompitu. Il-prodotti kollha jenħtieġ li jintiżnu għal kull speċi , sakemm l-Istat Membru ma jkunx adotta pjan ta' kampjunar approvat mill-Kummissjoni, peress li dan se jiggarantixxi rapportar aktar preċiż tal-qabdiet. L-operaturi jenħtieġ li jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-użin ma jwassalx għal xi dewmien fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti friski. Barra minn hekk, ir-rekords tal-użin jenħtieġ li jiġu rreġistrati b'mod elettroniku u jinżammu għal tliet snin. Dawk is-sistemi jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi maqbula bejn l-Istati Membri bl-għan li jiġu standardizzati fl-Unjoni kollha.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)

Biex jittejbu l-kontrolli u ssir il-validazzjoni rapida tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u l-iskambju rapidu ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, ghemm bżonn li l-operaturi kollha jirreġistraw id-data b'mod diġitali u jissottomettu dik id-data b'mod elettroniku fi żmien 24 siegħa lill-Istati Membri. Dan jikkonċerna, b'mod partikolari, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art , in-noti tal-bejgħ u n-noti ta' akkwiżizzjoni.

(43)

Biex jittejbu l-kontrolli u ssir il-validazzjoni rapida tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u l-iskambju rapidu ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, hemm bżonn li l-operaturi kollha jirreġistraw id-data b'mod diġitali u jissottomettu dik id-data b'mod elettroniku fi żmien 24 siegħa lill-Istati Membri , ħlief f'kaz ta' force majeure . Dan jikkonċerna, b'mod partikolari, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u n-noti ta' akkwiżizzjoni.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 47a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47a)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 relatati mal-pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri ta' salvagwardja. Meta pajjiż terz ikun ġie nnotifikat bil-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tissospendi temporanjament it-tariffi preferenzjali għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tiżgura li d-dispożizzjonijiet għal dak il-għan jiġu introdotti fi kwalunkwe ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u partijiet terzi.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 48a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48a)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit reġistru Ewropew dwar il-każijiet ta' ksur sabiex tiġi rreġistrata d-data tal-Istati Membri individwali dwar il-ksur identifikat, bil-għan li jittejbu t-trasparenza u l-monitoraġġ tas-sistema tal-punti b'mod aktar effettiv.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)

Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Istati Membri rigward it-trattament ġudizzjarju tat-trasgressuri kollha tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-imġibiet li jikkostitwixxu ksur serju tat-tali regoli għandhom jiġu ċċarati u msaħħa.

(49)

Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Istati Membri rigward it-trattament ġudizzjarju tat-trasgressuri kollha tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-imġibiet li jikkostitwixxu ksur serju tat-tali regoli jenħtieġ li jiġu ċċarati u msaħħa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u konsistenti tagħhom fl-Istati Membri kollha .

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)

L-entitajiet nazzjonali inkarigati mill-attivitajiet ta' kontroll tas-sajd kif ukoll kwalunkwe korp ġudizzjarju rilevanti għandu jkollhom aċċess għar-reġistru nazzjonali dwar il-każijiet ta' ksur. Skambju ta' informazzjoni trasparenti għalkollox li jinsab fir-reġistri nazzjonali bejn l-Istati Membri ser itejjeb l-effettività wkoll u jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-attivitajiet ta' kontroll.

(52)

L-entitajiet nazzjonali inkarigati mill-attivitajiet ta' kontroll tas-sajd kif ukoll kwalunkwe korp ġudizzjarju rilevanti jenħtieġ li jkollhom aċċess għar-reġistru nazzjonali u Ewropew dwar il-każijiet ta' ksur. Skambju ta' informazzjoni trasparenti għalkollox li jinsab fir-reġistri nazzjonali bejn l-Istati Membri ser itejjeb l-effettività wkoll u jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-attivitajiet ta' kontroll.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)

Id-data miġbura mill-Istati Membri hi ta' tassew siewja għal skopijiet xjentifiċi wkoll. Għandu jiġi ċċarat li l-korpi xjentifiċi tal-Istati Membri u l-korpi xjentifiċi tal-Unjoni jistgħu jiġu pprovduti aċċess għad-data miġbura f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, b'mod partikolari għal data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti u għal data dwar l-attivitajiet tas-sajd. Finalment, id-data dwar l-attivitajiet tas-sajd miġbura mill-Istati Membri hi wkoll ta' valur għall-uffiċċju statistiku tal-Unjoni Ewropea (Eurostat) li jista' jużaha biex jipprovdi statistiki dwar is-sajd.

(55)

Id-data miġbura mill-Istati Membri hi ta' tassew siewja għal skopijiet xjentifiċi wkoll. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-korpi xjentifiċi tal-Istati Membri u l-korpi xjentifiċi tal-Unjoni jistgħu jiġu pprovduti aċċess għad-data miġbura , anonimizzata b'mod xieraq, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, b'mod partikolari għal data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti u għal data dwar l-attivitajiet tas-sajd , jekk din id-data ma tkunx tinkludi r-referenza għan-numru tal-identifikazzjoni ta' bastiment u ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' persuni fiżiċi . Finalment, id-data dwar l-attivitajiet tas-sajd miġbura mill-Istati Membri hi wkoll ta' valur għall-uffiċċju statistiku tal-Unjoni Ewropea (Eurostat) li jista' jużaha biex jipprovdi statistiki dwar is-sajd. Fi kwalunkwe każ, dik id-data jenħtieġ li tkun f'format anonimizzat biex ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' bastimenti individwali jew persuni fiżiċi.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 55a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(55a)

Id-data miġbura mill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd jenħtieġ li tkun aċċessibbli għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, sabiex jiżdied l-użu komuni tal-għarfien dwar l-ambjent tal-baħar. Il-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-aġenziji ttejjeb il-fehim tal-kwistjonijiet relatati mal-politika marittima b'mod ġenerali u, fl-istess ħin, ittejjeb il-mod kif jiġi ġestit l-ispazju marittimu Ewropew. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata l-kompitu li tfassal protokoll ta' sħubija bejn l-aġenziji bħala l-qafas għall-kooperazzjoni tagħhom.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)

Il-proċessar ta' data personali hu neċessarju għall-kontroll tas-sajd u għall-infurzar. B'mod partikolari, għall-fini ta' monitoraġġ tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż il-konsum tal-kwoti, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tipproċessa data mill-ġurnali ta' abbord, mid-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, min-noti ta' bejgħ u minn data oħra dwar l-attivitajiet tas-sajd biex twettaq il-validazzjoni tad-data aggregata sottomessa mill-Istati Membri. Biex tagħmel il-verifiki, l-awditi u tissorvelja l-attivitajiet ta' kontroll tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess u  għandha tipproċessa informazzjoni bħal rapporti tal-osservaturi ta' spezzjonijiet u ta' kontrolli u l-bażi ta' data ta' ksur. Fil-kuntest tat-tħejjija ta' ftehimiet internazzjonali u ta' miżuri ta' konservazzjoni u fil-kuntest tal-konformità ma' dawn, il-Kummissjoni għandha tipproċessa, fejn ikun hemm bżonn, data dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ibħra tal-Unjoni, inklużi n-numri ta' identifikazzjoni tal-bastimenti, l-isem tas-sid tal-bastiment u l-kaptan tal-bastiment.

(58)

Il-proċessar ta' data personali hu neċessarju għall-kontroll tas-sajd u għall-infurzar. B'mod partikolari, għall-fini ta' monitoraġġ tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż il-konsum tal-kwoti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tipproċessa data mill-ġurnali ta' abbord, mid-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, min-noti ta' bejgħ u minn data oħra dwar l-attivitajiet tas-sajd biex twettaq il-validazzjoni tad-data aggregata sottomessa mill-Istati Membri. Biex tagħmel il-verifiki, l-awditi u tissorvelja l-attivitajiet ta' kontroll tal-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha aċċess u  jenħtieġ li tipproċessa informazzjoni bħal rapporti tal-osservaturi ta' spezzjonijiet u ta' kontrolli u l-bażi ta' data ta' ksur. Fil-kuntest tat-tħejjija ta' ftehimiet internazzjonali u ta' miżuri ta' konservazzjoni u fil-kuntest tal-konformità ma' dawn, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproċessa, fejn ikun hemm bżonn, data dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ibħra tal-Unjoni, inklużi n-numri ta' identifikazzjoni tal-bastimenti, l-isem tas-sid tal-bastiment u l-kaptan tal-bastiment. Id-data maħżuna jenħtieġ li ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti jekk ikun hemm riskju għas-saħħa pubblika u/jew is-sikurezza tal-ikel.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 58a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(58a)

Id-data personali kollha miġbura, trasferita u maħżuna trid tkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) .

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 64 – inċiż 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ir-rekwiżiti tekniċi u l-karatteristiċi tas-sistemi elettroniċi ta' apparati ta' monitoraġġ li jinkludu s-CCTV;

imħassar

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 75a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(75a)

Bil-ħsieb li tiġi garantita l-konsistenza bejn il-politiki kummerċjali u tas-sajd tal-Unjoni, il-ftehimiet kummerċjali konklużi mill-Unjoni ma' pajjiżi terzi jenħtieġ li jinkorporaw klawżola ta' salvagwardja li tipprevedi s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għal dak iż-żmien meta l-pajjiż terz jiġi identifikat minn qabel jew identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)

il-punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.

“Kontroll” tfisser monitoraġġ sorveljanza ;

“3.

‘Kontroll’ tfisser il-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-attivitajiet kollha koperti minn dan ir-Regolament, inklużi l-attivitajiet ta' distribuzzjoni kummerċjalizzazzjoni tul il-katina kollha tas-suq ;”

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt bb (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)

il-punt 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.

“Spezzjoni” tfisser kwalunkwe kontroll li jsir minn uffiċjali fir-rigward tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u li jitniżżel f'rapport ta' spezzjoni;

“4.

‘Spezzjoni’ tfisser kwalunkwe kontroll fuq il-post li jsir minn uffiċjali fir-rigward tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u li jitniżżel f'rapport ta' spezzjoni;”

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt bc (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bc)

il-punt 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

5.

“Sorveljanza” tfisser l-osservazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd ibbażata fuq avvistamenti minn bastimenti ta' spezzjoni jew inġenji tal-ajru uffiċjali fuq metodi tekniċi ta' rilevament u ta' identifikazzjoni;;

“5.

‘Sorveljanza’ tfisser l-osservazzjoni minn uffiċjali ta' attivitajiet tas-sajd ibbażata fuq avvistamenti minn bastimenti ta' spezzjoni, inġenji tal-ajru u  vetturi uffiċjali jew b'mezzi oħra, inklużi metodi tekniċi ta' rilevament u ta' identifikazzjoni;”

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt bd (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bd)

il-punt 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

6.

“Uffiċjal” tfisser persuna awtorizza minn awtorità nazzjonali, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd biex tagħmel spezzjoni;

“6.

‘Uffiċjal’ tfisser persuna awtorizza minn awtorità nazzjonali għall-kontroll tas-sajd , il-Kummissjoni jew l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd biex tagħmel spezzjoni;”

 

(Din l-emenda minn “Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd” għal “Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd” tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt be (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 7

Test fis-seħħ

Emenda

 

(be)

il-punt 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

7.

“Spetturi tal-Unjoni” tfisser uffiċjali ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha , li l-ismijiet tagħhom jinsabu fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 79;

“7.

‘Spetturi tal-Unjoni’ tfisser uffiċjali ta' Stat Membru, tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd , li l-ismijiet tagħhom jinsabu fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 79;”

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“14.

‘Żona ristretta għas-sajd’ tfisser kwalunwke żona marina fejn l-attivitajiet tas-sajd huma ristretti jew ipprojbiti b'mod temporanju jew permanenti;”

“14.

‘Żona ristretta għas-sajd’ tfisser kwalunkwe żona marina fejn l-attivitajiet tas-sajd huma ristretti jew ipprojbiti b'mod temporanju jew permanenti jew mil-leġiżlazzjoni reġjonali, nazzjonali, mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt internazzjonali ;”.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ea (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 15

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ea)

il-punt 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

15.

“Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd” tfisser ċentru operattiv stabbilit minn Stat Membru tal-bandiera u mgħammar b'hardware u software tal-kompjuter li jippermetti reċezzjoni awtomatika ta' data, ipproċessar trasmissjoni elettronika ta' data;

“15.

‘Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd’ tfisser ċentru operattiv stabbilit minn Stat Membru tal-bandiera u mgħammar b'hardware u software tal-kompjuter li jippermettu r-reċezzjoni awtomatika ta' data, l-ipproċessar, l-analiżi, il-kontroll, il-monitoraġġ tagħha t-trasmissjoni elettronika ta' data;”

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt eb (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 16

Test fis-seħħ

Emenda

 

(eb)

il-punt 16 huwa sostitwit b'dan li ġej:

16.

“trasbord” tfisser il-ħatt ta' parti jew tat-totalità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura abbord bastiment għal fuq bastiment ieħor;

“16.

‘trasbord’ tfisser il-ħatt ta' parti jew tat-totalità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura abbord bastiment għal fuq bastiment ieħor fil-port jew fuq il-baħar ;”

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt f

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

20.

“lott” tfisser lott ta' unitajiet ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura;

20.

“lott” tfisser kwantità speċifika ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura ta' speċi partikolari li għandhom oriġini komuni ; ”

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt fa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

jiddaħħal il-punt li ġej:

 

“20a.

‘unità’ tfisser kwantità speċifika ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura;”

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt fb (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 21

Test fis-seħħ

Emenda

 

(fb)

il-punt 21 huwa sostitwit b'dan li ġej:

21.

“proċessar” tfisser il-proċess li bih ġiet ippreparata l-preżentazzjoni . Dan jinkludi l-iflettjar, l-ippakkjar, it-tqegħid f'laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni tal-ħut għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;

“21.

‘proċessar’ tfisser il-proċess li bih jiġu ppreparati il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura . Dan jinkludi kwalunkwe tip ta' qtugħ, l-iflettjar, l-ippakkjar, it-tqegħid f'laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;”

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt fc (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 22

Test fis-seħħ

Emenda

 

(fc)

il-punt 22 huwa sostitwit b'dan li ġej:

22.

“żbark” tfisser il-ħatt inizjali ta' kwalunkwe kwantità ta' prodotti tas-sajd minn abbord bastiment tas-sajd għal fuq l-art;

“22.

‘żbark’ tfisser il-perjodu ta' żmien meħtieġ għall-proċess kollu tal-ħatt ta' kwalunkwe kwantità ta' prodotti tas-sajd minn abbord bastiment tas-sajd għal fuq l-art;”

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt h

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

jitħassar il-punt 23.

imħassar

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ia (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

jiddaħħal il-punt li ġej:

 

“28a.

‘bastiment mikri għas-sajd rikreattiv’ tfisser dgħajsa jew bastiment b'kaptan li jieħu lill-passiġġieri fuq il-baħar sabiex iwettqu attivitajiet ta' sajd rikreattiv;”

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ib (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 28b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib)

jiddaħħal il-punt li ġej:

 

“28b.

‘pesca-turiżmu’ tfisser attivitajiet ta' sajd rikreattiv organizzati mis-sajjieda, li qed jieħu l-passiġġieri fuq il-baħar biex iwettqu attivitajiet ta' sajd rikreattiv, bħala attività li tissupplimenta l-attività ewlenija tagħhom;”

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ka (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 34a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka)

jiżdied il-punt li ġej:

 

“(34a)

‘bejgħ dirett’ tfisser il-bejgħ ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kemm jekk friski kif ukoll jekk ipproċessati, mill-produttur jew mill-persuna fiżika delegata tiegħu, lill-konsumatur finali fi kwalunkwe post, inkluż b'mod itineranti, mingħajr intermedjarji.”

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt kb (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 34b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(kb)

jiżdied il-punt li ġej:

 

“34b.

‘speċi sensittiva’ tfisser speċi sensittiva kif iddefinita fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*1) ;”

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt kc (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 34c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(kc)

jiżdied il-punt li ġej:

 

“34c.

‘traċċabilità’ tfisser il-kapaċità li sistematikament tiġi traċċata u segwita l-informazzjoni kollha jew parti minnha li tikkonċerna prodott tal-ikel fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tiegħu, f'termini ta' identifikazzjonijiet reġistrati;”

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt kd (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 34d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(kd)

jiżdied il-punt li ġej:

 

“34d.

sajd mingħajr bastimenti' tfisser involviment f'attività tas-sajd mingħajr l-użu ta' bastiment tas-sajd, bħas-sajd tal-frott tal-baħar, is-sajd tal-miexi jew is-sajd fuq is-silġ.”

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ke (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 34e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ke)

jiżdied il-punt li ġej:

 

“34e.

‘ħabitat sensittiv’ tfisser ħabitat sensittiv kif iddefinit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/1241;”

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja tas-sajd ta' bastiment li jkun soġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja deċiża minn dak l-Istat Membru jew li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża f'konformità mal-Artikolu 91b.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja tas-sajd ta' sid, operatur jew bastiment li jkun soġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja imposta minn dak l-Istat Membru jew li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża f'konformità mal-Artikolu 91b u minnufih jinnotifika b'dan lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd. Matul il-perjodu ta' sospensjoni, la l-bastiment u lanqas il-liċenzja ma jistgħu jinbiegħu, jinkrew jew jiġu trasferiti.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

proċeduri għan-notifika tat-tmiem tal-użu tal-irkaptu tas-sajd f'konformità mad-Direttivi (UE) 2019/883  (*2) u(UE) 2019/904  (*3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom joperaw sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti għall-monitoraġġ effettiv tal-pożizzjoni u tal-moviment tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu fejn ikunu dawk il-bastimenti, u tal-bastimenti tas-sajd fl-ibħra tal-Istati Membri permezz tal-ġbir u tal-analiżi tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti. Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jiżgura l-monitoraġġ kontinwu sistematiku l-kontroll tal-preċiżjoni tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti .

1.   L-Istati Membri għandhom joperaw sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti għall-monitoraġġ effettiv tal-pożizzjoni u tal-moviment tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu fejn ikunu dawk il-bastimenti, kif ukoll tal-bastimenti tas-sajd fl-ibħra tagħhom permezz tal-ġbir u tal-analiżi tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti. Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jiġbor id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment jimmonitorja jikkontrolla l-preċiżjoni tagħha fuq bażi kontinwa u sistematika .

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandu jkollhom installat abbord apparat li jaħdem għalkollox li jippermetti li l-bastiment jiġi lokalizzat u identifikat awtomatikament minn sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti permezz tat-trażmissjoni ta' data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment f'intervalli regolari.

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandu jkollhom installat abbord apparat li jaħdem għalkollox li jippermetti li l-bastiment jiġi lokalizzat u identifikat awtomatikament minn sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti permezz tat-trażmissjoni awtomatika ta' data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment f'intervalli regolari.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti għandhom jippermettu wkoll liċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 9a tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd fi kwalunkwe ħin. It-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment u t-teħid tad-dettalji għandhom jgħaddu permezz ta' konnessjoni satellitari, jew inkella jistgħu jużaw netwerk mobbli bbażat fuq l-art meta jkunu f'post kopert mit-tali netwerk.

Is-sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti għandhom jippermettu wkoll liċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 9a tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd fi kwalunkwe ħin. It-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment u t-teħid tad-dettalji għandhom jgħaddu permezz ta' konnessjoni satellitari, jew inkella jistgħu jużaw netwerk mobbli bbażat fuq l-art meta jkunu f'post kopert mit-tali netwerk , jew teknoloġija oħra li tiżgura s-sigurtà tad-data u li hija disponibbli għat-trażmissjoni u l-komunikazzjoni tad-data .

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' anqas minn 12-il metru jistgħu jġorru abbord apparat mobbli li jippermetti li l-bastiment jiġi lokalizzat u identifikat b'mod awtomatiku minn sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti permezz tar-reġistrazzjoni u tat-trażmissjoni ta' data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti f'intervalli regolari. F'każ li l-apparat ma jkunx f'inħawi koperti minn netwerk mobbli , id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment għandha tiġi rreġistrata matul dak il-perjodu ta' żmien u għandha tintbagħat malli l-bastiment jidħol f'żona koperta mit-tali netwerk u sa mhux aktar tard minn qabel ma jidħol fil-port .

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' anqas minn 12-il metru jistgħu jġorru abbord apparat mobbli kompletament operazzjonali li jippermetti li l-bastiment jiġi lokalizzat u identifikat b'mod awtomatiku minn sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti permezz tar-reġistrazzjoni u tat-trażmissjoni ta' data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti f'intervalli regolari. F'każ li l-apparat ma jkunx f'inħawi koperti minn network ta' komunikazzjoni , id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment għandha tiġi rreġistrata matul dak il-perjodu ta' żmien u għandha tintbagħat malli l-bastiment jidħol f'żona koperta mit-tali network u sa mhux aktar tard minn qabel ma jitwettqu l-operazzjonijiet tal-ħatt l-art .

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Meta bastiment tas-sajd tal-Unjoni jkun fl-ibħra ta' Stat Membru ieħor, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jagħmel disponibbli d-data dwar il-pożizzjoni ta' dak il-bastiment permezz tat-trażmissjoni awtomatika liċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd tal-Istati Membri kostali. Id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment għandha tkun disponibbli wkoll għall-Istat Membru li l-portijiet tiegħu probabbli se jintużaw mill-bastiment tas-sajd għall-ħatt l-art tal-qabdiet tiegħu jew li l-ilmijiet tiegħu probabbli se jintużaw mill-bastiment tas-sajd biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

4.   Meta bastiment tas-sajd tal-Unjoni jkun fl-ibħra ta' Stat Membru ieħor, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jagħmel disponibbli d-data dwar il-pożizzjoni ta' dak il-bastiment permezz tat-trażmissjoni awtomatika liċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd tal-Istati Membri kostali. Id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment tal-vjaġġi tas-sajd ikkonċernati għandha tkun disponibbli awtomatikament ukoll għall-Istat Membru li l-portijiet tiegħu probabbli se jintużaw mill-bastiment tas-sajd għall-ħatt l-art tal-qabdiet tiegħu jew li l-ilmijiet tiegħu probabbli se jintużaw mill-bastiment tas-sajd biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Jekk bastiment tas-sajd tal-Unjoni jopera fl-ibħra ta' pajjiż terz jew f'ibħra fejn ir-riżorsi tas-sajd huma ġestiti minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd kif imsemmija fl-Artikolu 3(1), u jekk il-ftehim ma' dak il-pajjiż terz jew ir-regoli applikabbli ta' dik l-organizzazzjoni jipprovdu hekk, id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' dak il-pajjiż jew dik l-organizzazzjoni.

5.   Jekk bastiment tas-sajd tal-Unjoni jwettaq attivitajiet jew operazzjonijiet tas-sajd fl-ibħra ta' pajjiż terz jew f'ibħra fejn ir-riżorsi tas-sajd huma ġestiti minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd kif imsemmija fl-Artikolu 3(1), u jekk il-ftehim ma' dak il-pajjiż terz jew ir-regoli applikabbli ta' dik l-organizzazzjoni jipprovdu hekk, id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment tal-vjaġġi tas-sajd ikkonċernati għandha awtomatikament titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' dak il-pajjiż jew dik l-organizzazzjoni.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-bastimenti ta' appoġġ, il-bastimenti ta' pproċessar tal-ħut, il-bastimenti involuti fit-trasbord u l-bastimenti trasportaturi mgħammra għat-trasportar ta' prodotti tas-sajd, li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-monitoraġġ ta' attivitajiet tas-sajd u tal-isforz tas-sajd miċ-ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd, b'mod partikolari rigward ir-responsabbiltajiet tal-kaptani li jikkonċernaw l-apparati ta' monitoraġġ tal-bastimenti.

7.   Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-monitoraġġ ta' attivitajiet tas-sajd u tal-isforz tas-sajd miċ-ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd, b'mod partikolari rigward ir-responsabbiltajiet tal-kaptani li jikkonċernaw l-apparati ta' monitoraġġ tal-bastimenti u dwar il-frekwenza ta' trażmissjoni tad-data li tikkonċerna l-pożizzjoni u l-moviment tal-bastimenti tas-sajd anki f'żoni fejn is-sajd huwa ristrett .

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9 – paragrafu 8 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-frekwenza tat-trażmissjoni tad-data rigward il-pożizzjoni u l-moviment tal-bastimenti tas-sajd inkluż f'żoni ristretti għas-sajd;

imħassar

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u joperaw ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd, li għandhom jissorveljaw l-attivitajiet tas-sajd u l-isforz tas-sajd. Iċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd ta' Stat Membru partikolari għandu jissorvelja l-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, ikunu xi jkunu l-ibżra li qed joperaw fihom jew il-port li qegħdin fih, kif ukoll bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru bandiera ta' Stati Membri oħra u bastiment tas-sajd ta' pajjiżi terzi li japplikaw għalihom id-dispożizzjonijiet dwar is-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti u li joperaw f'ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru partikolari.

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u joperaw ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd, li għandhom jissorveljaw l-attivitajiet tas-sajd u l-isforz tas-sajd. Iċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd ta' Stat Membru partikolari għandu jissorvelja l-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, ikunu xi jkunu l-ibħra li qed joperaw fihom jew il-port li qegħdin fih, kif ukoll bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru bandiera ta' Stati Membri oħra u bastiment tas-sajd ta' pajjiżi terzi li japplikaw għalihom id-dispożizzjonijiet dwar is-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti u li joperaw f'ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru partikolari kif ukoll bastimenti tas-sajd li jtajru il-bandiera ta' pajjiż terz li fir-rigward tagħhom jissusistu regoli u/jew rakkomandazzjonijiet maħruġa minn korp internazzjonali reġjonali. Iċ-ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd għandhom jirrapportaw ukoll dwar l-għadd ta' rkaptu tas-sajd abbandunat, mitluf jew skartat mod ieħor, u l-azzjonijiet għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-preżenza ta' tali rkaptu.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għaċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd u għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li ċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd tiegħu jkollu r-riżorsi xierqa f'dak li għandu x'jaqsam mal-persunal u li jkun mgħammar bil-ħardwer bis-softwer tal-kompjuter li jippermettu l-proċessar awtomatiku tad-data u t-trażmissjoni tad-data elettronika. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċeduri ta' riżerva u ta' rkupru fil-każ ta' ħsara fis-sistema. L-Istati Membri jistgħu joperaw ċentru konġunt ta' monitoraġġ tas-sajd.

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar , minn fost l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew reġjonali, awtorità kompetenti prinċipali responsabbli għaċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd u għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li ċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd tiegħu jkollu r-riżorsi xierqa f'dak li għandu x'jaqsam mal-persunal u li jkun mgħammar bil-hardware bis-software tal-kompjuter li jippermettu l-proċessar , l-analiżi, il-kontroll u l-monitoraġġ awtomatiku tad-data u t-trażmissjoni tad-data elettronika. L-Istati Membri għandhom jipprevedu proċeduri ta' riżerva u ta' rkupru fil-każ ta' ħsara fis-sistema. L-Istati Membri jistgħu joperaw ċentru konġunt ta' monitoraġġ tas-sajd.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jiżguraw li ċ-ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd ikollhom l-aċċess għad-data rilevanti kollha u b'mod partikolari kif elenkat fl-Artikoli 109 u 110 u joperaw 7 ijiem fil-ġimgħa u 24 siegħa kuljum.

3.   L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jiżguraw li ċ-ċentri ta' monitoraġġ tas-sajd ikollhom l-aċċess għad-data rilevanti kollha u b'mod partikolari kif elenkat fl-Artikoli 109 u 110 , b'mod li jiżguraw il-monitoraġġ 7 ijiem fil-ġimgħa u 24 siegħa kuljum.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 9a – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Iċ-ċentri tal-monitoraġġ tas-sajd għandhom jappoġġaw il-monitoraġġ tal-bastimenti f'ħin reali sabiex tkun tista' titwettaq azzjoni immedjata ta' infurzar.

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità mad-Direttiva 2002/59/KE, bastiment tas-sajd li jaqbeż tul totali ta' 15-il metru għandu jżomm operattiva u jkun mgħammar b'sistema awtomatika ta' identifikazzjoni li tissodisfa l-istandards ta' rendiment imfassla mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

F'konformità mad-Direttiva 2002/59/KE, bastiment tas-sajd li jaqbeż tul totali ta'15-il metru għandu jkun mgħammar b'sistema awtomatika ta' identifikazzjoni kompletament u kontinwament operattiva li tissodisfa l-istandards ta' rendiment imfassla mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni jemmen li l-operat kontinwu tas-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika jista' jikkomprometti s-sikurezza jew meta l-inċidenti ta' sigurtà jkunu imminenti, is-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika tista' tiġi mitfija.

 

Meta s-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika tiġi mitfija f'konformità mal-ewwel subparagrafu, il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jirrapporta dik l-azzjoni u r-raġuni għal dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat kostali. Il-kaptan għandu jerġa' jixgħel is-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika malli s-sors tal-periklu jkun telaq.

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data mis-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll tas-sajd tagħhom, għal finijiet ta' kontroll, inklużi kontroverifiki ta' data tas-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika ma' data oħra disponibbli, f'konformità mal-Artikoli 109 u 110.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' inqas minn 12-il metru, kif ukoll il-persuni fiżiċi involuti fis-sajd mingħajr bastimenti, għandhom iżommu ġurnal ta' abbord elettroniku f'format simplifikat.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

2.   Il-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun f'format uniformi fl-Unjoni kollha u għandu jkun fih b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

id-data u, fejn xieraq, il-ħin tal-qabdiet;

(d)

id-data tal-qabdiet;

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

it-tip ta' rkaptu , l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-dimensjonijiet;

(f)

it-tip ta' rkaptu u d-dimensjonijiet approssimattivi ;

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi ta' piż ħaj, jew, fejn xieraq, in-numru ta' individwi, inklużi l-kwantitajiet jew l-individwi taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni applikabbli, bħala entrata separata; għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull vjaġġ jew għal kull operazzjoni tas-sajd;

(g)

il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi ta' piż ħaj, jew, fejn xieraq, in-numru ta' individwi, inklużi l-kwantitajiet jew l-individwi taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni applikabbli, bħala entrata separata; għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fl-aħħar tal-ġurnata tas-sajd;

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

ir-rimi stmat tal-ekwivalenti ta' piż ħaj f'volum għal kwalunkwe speċi mhux soġġetta għall-obbligu ta' ħatt l-art;

(h)

ir-rimi stmat għal kwalunkwe speċi mhux soġġetta għall-obbligu ta' ħatt l-art;

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

it-tip ta' rkaptu mitluf;

(a)

it-tip u d-dimensjonijiet approssimattivi tal-irkaptu mitluf;

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

id-data u l-ħin ta' meta ntilef l-irkaptu;

(b)

id-data u l-ħin approssimattiv ta' meta ntilef l-irkaptu;

Emenda 338

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     F'każ ta' qbid ta' speċijiet sensittivi, il-ġurnal ta' abbord għandu jkun fih ukoll:

 

(a)

l-ispeċi maqbuda;

 

(b)

l-għadd ta' individwi maqbuda;

 

(c)

id-data u l-pożizzjoni ġeografika tal-qbid;

 

(d)

l-għadd ta' individwi maqtula;

 

(e)

l-għadd ta' individwi rilaxxati;

 

(f)

l-għadd ta' individwi mweġġa' u rilaxxati.

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta mqabbel mal-kwantitajiet li nħattu l-art jew mar-riżultat ta' spezzjoni, il-marġni ta' tolleranza permess fi stimi reġistrati fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord għandu jkun ta' 10 % għal kull speċi. Għal speċijiet miżmuma abbord li ma jaqbżux il- 50 kg f'ekwivalenti ta' piż ħaj, il-marġni ta' tolleranza permess għandu jkun ta' 20 % għal kull speċi.

Meta mqabbel mal-kwantitajiet li nħattu l-art jew mar-riżultat ta' spezzjoni, il-marġni ta' tolleranza permess fi stimi reġistrati fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord għandu jkun ta' 10 % għal kull speċi. Għal sajd imħallat, bastimenti bit-tartarun tal-borża mmirat lejn il-ħut pelaġiku żgħir jew l-ispeċijiet miżmuma abbord li ma jaqbżux il- 100  kg f'ekwivalenti ta' piż ħaj, il-marġni ta' tolleranza permess għandu jkun ta' 20 % għal kull speċi. Għall-ispeċijiet tat-tonn, għandu jkun ta' 25 %.

Emenda 328

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga għall-ewwel subparagrafu għall-ispeċijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tielet inċiżi tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jinħattu l-art mhux imqassma, il-limitazzjonijiet ta' tolleranza stabbiliti f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal qabdiet ta' speċijiet li jissodisfaw dawn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn jirrappreżentaw anqas minn 1 % f'piż tal-ispeċijiet kollha li nħattu l-art; u

(b)

il-piż totali tagħhom hu anqas minn 100 kg.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu , għal sajd ta' speċijiet pelaġiċi żgħar (kavalli, aringi, sawrell, stokkafixx, minfaħ, inċova, silverside Arġentin, sardin u laċċa kaħla) u sajd industrijali (kapelin, ċiċċirell u merluzz tan-Norveġja, fost l-oħrajn) li jinħattu l-art mhux imqassma, għandhom isiru l-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-limitazzjonijiet ta' tolleranza stabbiliti f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal qabdiet ta' speċijiet li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

jirrappreżentaw anqas minn 1 % f'piż tal-ispeċijiet kollha li jkunu nħattu l-art; jew

(ii)

il-piż totali tagħhom ikun anqas minn 100 kg;

(b)

għall-Istati Membri li adottaw pjan ta' teħid ta' kampjuni bbażat fuq ir-riskju, approvat mill-Kummissjoni, għall-użin ta' ħatt l-art mhux imqassam, għandhom japplikaw il-limitazzjonijiet ta' tolleranza li ġejjin:

(i)

għal sajd ta' speċijiet pelaġiċi żgħar u sajd industrijali, il-marġni ta' tolleranza tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord awtorizzat fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jkun ta' 10 % tal-volum totali tal-ispeċijiet kollha rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord għal kull speċi;

(ii)

għall-ispeċijiet l-oħra li mhumiex fil-mira, il-marġni ta' tolleranza tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord awtorizzat fl-istimi, kemm jekk irreġistrati fil-ġurnal ta' abbord u kemm jekk le, għandu jkun ta' 200 kg jew 1 % tal-volum totali ta' kull speċi rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord għal kull speċi; u

(iii)

għall-kwantitajiet tal-ispeċi kollha, il-marġni ta' tolleranza tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord awtorizzat fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord għandu jkun ta' 10 % tal-volum totali tal-ispeċijiet kollha rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord .

B'deroga mill-ewwel paragrafu, fil-każ tas-sajd għat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża, għall-ispeċijiet koperti minn pjan ta' teħid ta' kampjuni bbażat fuq ir-riskju approvat mill-Kummissjoni, it-tolleranza tal-kwantitajiet totali f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord awtorizzata fl-istima rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd – għall-ispeċijiet kollha flimkien – għandha tkun ta' 10 % tal-kwantitajiet totali tal-ispeċijiet kollha li jinħattu.

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid ta' pajjiż terz li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni għandhom jirreġistraw l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu bl-istess mod bħall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

7.   Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid ta' pajjiż terz li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni jew f'ibħra internazzjonali bi stokkijiet ta' ħut kondiviżi għandhom jirreġistraw l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu bl-istess mod bħall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

tal-anqas darba kuljum u, fejn applikabbli, wara kull vjaġġ ; u

(a)

tal-anqas darba kuljum fi tmiem il-ġurnata tas-sajd ; u

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

wara li titlesta l-aħħar operazzjoni tas-sajd u qabel id-dħul fil-port .

(b)

wara li titlesta l-aħħar operazzjoni tas-sajd u qabel ma jħottu l-art il-qabdiet .

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tal-Unjoni b'tul totali ta' anqas minn 12-il metru għandhom jissottomettu b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera wara li jlestu l-aħħar operazzjoni tas-sajd u qabel ma jidħlu fil-port .

2.   Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tal-Unjoni b'tul totali ta' anqas minn 12-il metru għandhom jissottomettu b'mezzi elettroniċi , billi jużaw format simplifikat u armonizzat, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera wara li jlestu l-aħħar operazzjoni tas-sajd u qabel ma jħottu l-art il-qabdiet .

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru kostali għandhom jaċċettaw rapporti elettroniċi li jkunu rċivew mingħand l-Istat Membru tal-bandiera li jkun fihom id-data minn bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3.

4.    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom jibagħtu rapporti elettroniċi li jkun fihom id-data minn bastimenti tas-sajd miksuba skont il-paragrafi 1, 2 u 3 lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru kostali. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru kostali għandhom jaċċettaw rapporti elettroniċi li jkunu rċivew mingħand l-Istat Membru tal-bandiera li jkun fihom id-data minn bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Kaptani ta' bastimenti tal-qbid ta' pajjiżi terz li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni għandhom jissottomettu permezz ta' mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom.”

5.   Kaptani ta' bastimenti tal-qbid ta' pajjiżi terz li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni għandhom jissottomettu permezz ta' mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għall-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom."

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 15a – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

il-frekwenza tat-trażmissjonijiet tad-data tal-ġurnal ta' abbord;

imħassar

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt a

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fil-pjanijiet pluriennali, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar għandhom jinnotifikaw b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom tal-anqas erba' sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port:

1.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fil-pjanijiet pluriennali, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar u li jwettqu vjaġġi tas-sajd li jdumu aktar minn 24 siegħa għandhom jinnotifikaw b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom tal-anqas erba' sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port:

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt b

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 17 – paragrafu 1a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.   L-Istat Membru kostali jista' jistabbilixxi perjodu iqsar ta' notifika minn qabel għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li joperaw b'mod esklużiv fi ħdan l-ibħra territorjali tiegħu, dment li dan ma jxekkilx il-ħila ta' Stat Membru li jagħmel l-ispezzjonijiet.

1a.   L-Istat Membru kostali jista' jadatta l-perjodu ta' notifika minn qabel għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li joperaw fi ħdan l-ibħra territorjali tiegħu, dment li dan ma jxekkilx il-ħila ta' Stat Membru li jagħmel l-ispezzjonijiet.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 17 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

1b.     Jekk iseħħu qabdiet bejn il-mument li fih qed tinħareġ in-notifija u l-wasla fil-port, dawn il-qabdiet għandhom jiġu nnotifikati addizzjonalment wara li jinżammu abbord u qabel id-dħul fil-port.”

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt c

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 17 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-eżenzjoni ta' ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-kwantitajiet u tat-tip ta' prodotti tas-sajd li għandhom jinħattu l-art;

(a)

l-eżenzjoni ta' ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-kwantitajiet u tat-tip ta' prodotti tas-sajd li għandhom jinħattu l-art u r-riskju tan-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd ;

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

fl-Artikolu 19, il-kliem “fl-Artikoli 17 u 18” huwa sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 17”.

(17)

l-Artikolu 19 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

“Artikolu 19

 

Awtorizzazzjoni għad-dħul fil-port

 

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali jistgħu jiċħdu l-aċċess għall-port lil bastimenti tas-sajd jekk l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 ma tkunx kompleta, ħlief f'każijiet ta' force majeure, inklużi kundizzjonijiet ta' temp estremament ħżiena u sitwazzjonijiet fejn hemm riskju għas-sigurtà tal-ekwipaġġ.”;

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 19a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati biss biex iħottu l-art f'portijiet barra mill-ibħra tal-Unjoni jekk ikunu nnotifikaw b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 3 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom tal-anqas 3 ijiem qabel iż-żmien stmat tal-wasla fil-port, u l-Istat Membru tal-bandiera ma jkunx ċaħad l-awtorizzazzjoni ta' ħatt l-art f'dan il-perjodu.

1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati biss biex iħottu l-art f'portijiet barra mill-ibħra tal-Unjoni jekk ikunu nnotifikaw b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 3 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom tal-anqas 24 siegħa qabel iż-żmien stmat tal-wasla fil-port, u l-Istat Membru tal-bandiera ma jkunx ċaħad l-awtorizzazzjoni ta' ħatt l-art f'dan il-perjodu.

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 19a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istat Membru tal-bandiera jista' jistabbilixxi perjodu iqsar, ta' mhux anqas minn erba ' sigħat, għan-notifika minn qabel imsemmija fil-paragrafu 1 għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li twettaq l-attivitajiet tas-sajd f'ibħra ta' pajjiżi terzi, u dan wara li jqis it-tip ta' prodotti tas-sajd u d-distanza bejn iż-żoni tas-sajd u l-port.

2.   L-Istat Membru tal-bandiera jista' jistabbilixxi perjodu iqsar, ta' mhux anqas minn sagħtejn , għan-notifika minn qabel imsemmija fil-paragrafu 1 għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li twettaq l-attivitajiet tas-sajd f'ibħra ta' pajjiżi terzi, u dan wara li jqis it-tip ta' prodotti tas-sajd , id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd u l-port , kif ukoll ir-riskju tan-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, jew mar-regoli applikabbli fl-ilmijiet tal-pajjiż terz li fih qed joperaw il-bastimenti. Fid-determinazzjoni tal-livell ta' dak ir-riskju, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ksur serju mwettaq mill-bastimenti kkonċernati.

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 19a – paragrafu 3 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

il-kwantitajiet ta' kull speċi li għandha titniżżel .

(h)

il-kwantitajiet ta' kull speċi li tinħatt, inklużi, bħala entrata separata, il-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli .

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 19a – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Fejn, fuq il-bażi tal-analiżi tal-informazzjoni sottomessa u ta' informazzjoni oħra disponibbli, ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli għaliex jitwemmen li l-bastiment tas-sajd mhuwiex qed jikkonforma mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom jitolbu l-kooperazzjoni tal-pajjiż terz fejn il-bastiment ikun biħsiebu jiżbarka bl-għan ta' spezzjoni possibbli. Għal dan l-għan, l-Istat Membru tal-bandiera jista' jitlob lill-bastiment tas-sajd jiżbarka f'port differenti, jew jittardja ż-żmien tal-wasla f'port jew tal-iżbark.”

4.   Fejn, fuq il-bażi tal-analiżi tal-informazzjoni sottomessa u ta' informazzjoni oħra disponibbli, ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastiment tas-sajd mhuwiex qed jikkonforma mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, jew mar-regoli applikabbli fl-ilmijiet tal-pajjiż terz jew fl-ibħra internazzjonali fejn qed jopera l-bastiment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom jitolbu l-kooperazzjoni tal-pajjiż terz fejn il-bastiment ikun biħsiebu jiżbarka bl-għan ta' spezzjoni possibbli. Għal dan l-għan, l-Istat Membru tal-bandiera jista' jitlob lill-bastiment tas-sajd jiżbarka f'port differenti, jew jittardja ż-żmien tal-wasla f'port jew tal-iżbark.”

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 20 – paragrafu 2a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u għall-Artikolu 43(3) ta' dan ir-Regolament, il-bastimenti donaturi tal-Unjoni u l-bastimenti riċevituri tal-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati jittrasbordaw fuq il-baħar barra mill-ibħra tal-Unjoni jew f'portijiet ta' pajjiżi terzi soġġetti għal awtorizzazzjoni mibgħuta mingħand l-Istat(i) Membru/i tal-bandiera tagħhom.

2a.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u għall-Artikolu 43(3) ta' dan ir-Regolament, il-bastimenti donaturi tal-Unjoni u l-bastimenti riċevituri tal-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati jittrasbordaw fuq il-baħar barra mill-ibħra tal-Unjoni jew f'portijiet ta' pajjiżi terzi soġġetti għal awtorizzazzjoni mibgħuta mingħand l-Istat(i) Membru/i tal-bandiera tagħhom. Madankollu, trasbord fuq il-baħar f'ilmijiet tal-Unjoni se jkun permess f'ċertu sajd pelaġiku meta d-dgħajjes ikunu jinsabu ħafna mili 'l bogħod mill-art u l-qabdiet tagħhom ikunu tant żgħar li jrendu ineffiċjenti r-ritorn tal-bastimenti għall-port biex ibiegħu l-qabdiet tagħhom.

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 20 – paragrafu 2b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.   Biex japplikaw għal awtorizzazzjoni ħalli jittrasbordaw skont il-paragrafu 2a, il-kaptani ta' bastimenti tal-Unjoni għandhom jissottomettu b'mod elettroniku lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, tal-anqas 3 ijiem qabel l-operazzjoni ppjanata ta' trasbord, l-informazzjoni li ġejja:

2b.   Biex japplikaw għal awtorizzazzjoni ħalli jittrasbordaw skont il-paragrafu 2a, il-kaptani ta' bastimenti tal-Unjoni għandhom jissottomettu b'mod elettroniku lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, tal-anqas 24 siegħa qabel l-operazzjoni ppjanata ta' trasbord, l-informazzjoni li ġejja:

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 20 – paragrafu 2b – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;

(c)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi trasbordata u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 20 – paragrafu 2b – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi f'piż tal-prodott u f'piż ħaj, imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott;

(d)

il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi trasbordata f'kilogrammi f'piż tal-prodott u f'piż ħaj, imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott;

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 10 metri jew aktar involuti f'operazzjoni ta' trasbord għandhom jimlew dikjarazzjoni elettronika ta' trasbord.

1.   Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar involuti f'operazzjoni ta' trasbord għandhom jimlew dikjarazzjoni elettronika ta' trasbord.

Emenda 104

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 21 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Id-dikjarazzjoni ta' trasbord imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

2.   Id-dikjarazzjoni ta' trasbord imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun f'format uniformi fl-Unjoni kollha u għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;

(c)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi trasbordata u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi f'piż tal-prodott u f'piż ħaj, imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn xieraq, l-għadd ta' individwi inklużi, bħala entrata separata, il-kwantitajiet jew l-individwi taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli;

(d)

il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi trasbordata f'kilogrammi f'piż tal-prodott u f'piż ħaj, imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn xieraq, l-għadd ta' individwi inklużi, bħala entrata separata, il-kwantitajiet jew l-individwi taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli;

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta mqabbel mal-kwantitajiet li nħattu l-art jew mar-riżultat ta' spezzjoni, il-marġni ta' tolleranza permess fi stimi reġistrati fid-dikjarazzjoni ta' trasbord tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord għandu jkun ta' 10  % għal kull speċi.

3.   Meta mqabbel mal-kwantitajiet li nħattu l-art jew mar-riżultat ta' spezzjoni, il-marġni ta' tolleranza permess fi stimi reġistrati fid-dikjarazzjoni ta' trasbord tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord għandu jkun ta' 15  % għal kull speċi.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 21 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a biex teżenta lil ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-kwantitajiet u/jew tat-tip ta' prodotti tas-sajd.”

6.   Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a biex teżenta lil ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-kwantitajiet u/jew tat-tip ta' prodotti tas-sajd u r-riskju tan-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, flimkien mal-leġiżlazzjoni relevanti . Fid-determinazzjoni tal-livell ta' dak ir-riskju, għandu jiġi kkunsidrat il-ksur serju mwettaq mill-bastimenti kkonċernati.

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 10 metri jew aktar għandhom jibagħtu permezz ta' mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom fi żmien 24 siegħa wara t-tlestija tal-operazzjoni ta' trasbord.

1.   Kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar għandhom jibagħtu permezz ta' mezzi elettroniċi u billi jużaw l-istess format armonizat fil-livell tal-Unjoni għall-Istati Membri kollha, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom fi żmien 24 siegħa wara t-tlestija tal-operazzjoni ta' trasbord.

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 22 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-format u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' trasbord;

(a)

il-format armonizzat u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' trasbord;

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni, jew ir-rappreżentant ta' dan , għandu jimla dikjarazzjoni elettronika tal-ħatt l-art.

1.   Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni, jew rappreżentant tal-kaptan , għandu jimla dikjarazzjoni elettronika tal-ħatt l-art.

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

id-data u l-ħin tal-ħatt l-art;

(f)

id-data u l-ħin tat-tlestija tal-ħatt l-art;

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Biex il-piż tal-ħut maħżun jew proċessat jiġi kkonvertit f'piż ta' ħut ħaj għall-finijiet tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd għandhom japplikaw fattur ta' konverżjoni stabbilit skont l-Artikolu 14(9).

4.   Biex il-piż tal-ħut maħżun jew proċessat jiġi kkonvertit f'piż ta' ħut ħaj għall-finijiet tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd , jew rappreżentant tal-kaptan, għandhom japplikaw fattur ta' konverżjoni stabbilit skont l-Artikolu 14(9).

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni jew ir-rappreżentant ta' dan għandu jissottometti permezz ta' mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom fi żmien 24 siegħa wara t-tlestija tal-ħatt l-art.

1.   Il-Kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni, jew rappreżentant tal-kaptan, għandu jissottometti permezz ta' mezzi elettroniċi u billi juża l-istess format armonizat fil-livell tal-Unjoni għall-Istati Membri kollha, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom kemm jista' jkun malajr u f'kull każ fi żmien 24 siegħa wara t-tlestija tal-ħatt l-art.

 

Għall-fini tal-kalkolu tal-iskadenza ta' 24 siegħa msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi ma għandhomx jitqiesu.

 

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, fil-każ li l-prodotti tas-sajd jiġu ttrasportati mill-post tal-ħatt l-art qabel l-użin, l-operazzjoni tal-ħatt l-art għandha titqies li tkun tlestiet meta dawk il-prodotti tas-sajd ikunu ntiżnu.

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 24 – paragrafu 5 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

il-kompiti tal-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 5(5), fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art;

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 24 – paragrafu 5 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)

il-frekwenza tat-trasmissjonijiet tad-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art.

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 24 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-format u l-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art;

(a)

il-format armonizzat u l-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art;

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 24 – paragrafu 6 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

il-kompiti tal-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 5(5), fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art;

imħassar

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 24 – paragrafu 6 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

il-frekwenza tat-trasmissjonijiet tad-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art.

imħassar

Emenda 340

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 25a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontroll effettiv tal-obbligu ta' ħatt l-art. Għal dan l-għan, perċentwal minimu ta' bastimenti tas-sajd li jistadu għal speċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art u li jtajru l-bandiera tagħhom stabbilita f'konformità mal-paragrafu 2 , għandu jkun mgħammar b'sistemi li jirrekordjaw kontinwament ta' Televiżjoni b'Ċirkwit Magħluq (CCTV) li jinkorporaw fihom il-ħżin tad-data.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontroll effettiv tal-obbligu ta' ħatt l-art. Għal dan l-għan, perċentwal minimu ta' bastimenti tas-sajd b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar, li jtajru l-bandiera tagħhom u jistadu għal speċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art , identifikati bħala li jippreżentaw riskju għoli ta' nonkonformità mal-obbligu ta' ħatt l-art fil-programmi ta' kontroll u spezzjoni speċifiċi adottati skont l-Artikolu 95 , għandhom ikunu mgħammra b'sistemi li jirrekordjaw kontinwament ta' Televiżjoni b'Ċirkwit Magħluq (CCTV) li jinkorporaw fihom il-ħżin tad-data, f'konformità mar-regoli applikabbli kollha dwar il-protezzjoni tal-privatezza u l-ipproċessar tad-data personali . Bi qbil mal-programmi ta' kontroll u spezzjoni speċifiċi adottati skont l-Artikolu 95, l-Istat Membru jista' jippermetti lill-bastiment tas-sajd iġorr osservaturi ta' kontroll abbord skont l-Artikolu 73a.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 25a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Il-perċentwal ta' bastimenti tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit għal kategoriji ta' riskju differenti fi programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni adottati skont l-Artikolu 95. Dawk il-programmi għandhom jiddeterminaw ukoll il-kategoriji ta' riskju u t-tipi ta' bastimenti tas-sajd inklużi fit-tali kategoriji.

imħassar

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 25a – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività tas-sistemi elettroniċi ta' monitoraġġ fil-verifika tal-konformità mal-obbligu ta' ħatt l-art u l-kontribut tagħhom għall-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli għall-istokkijiet rilevanti u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa… [ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 25a – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     Minbarra s-sistemi elettroniċi ta' monitoraġġ użati biex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligu tal-ħatt l-art, l-Istati Membri jistgħu jappoġġaw ukoll l-użu ta' sistemi li jippermettu monitoraġġ aktar mill-qrib tas-selettività tal-operazzjonijiet tas-sajd direttament fuq l-irkaptu.

Emenda 341

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 25a – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.     L-operaturi jistgħu jgħammru l-bastimenti tas-sajd b'sistemi ta' CCTV fuq bażi volontarja. Għal dak l-għan, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi inċentivi bħall-allokazzjoni ta' kwota addizzjonali jew it-tneħħija ta' punti, skont il-paragrafu 4.

Emenda 125

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 25a – paragrafu 3d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3d.     Il-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu mgħammra bit-teknoloġija CCTV fuq bażi obbligatorja jekk ikunu kisru b'mod serju darbtejn jew aktar ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta hekk deċiż mill-awtorità kompetenti bħala sanzjoni ta' akkumpanjament.

Emenda 126

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 25a – paragrafu 3e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3e.     Il-filmat tas-CCTV għandu jibqa' l-proprjetà tas-sid tal-bastiment tas-sajd il-ħin kollu. Il-kunfidenzjalità tan-negozju u d-drittijiet tal-privatezza għandhom ikunu protetti u ggarantiti mill-awtoritajiet kompetenti matul il-proċess kollu.

Emenda 127

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 25a – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni , il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-installazzjoni u l-funzjonament tas-sistemi elettroniċi ta' monitoraġġ għall-kontroll tal-obbligu ta' ħatt l-art, inklużi s-sistemi ta' CCTV li jirrekordjaw il-ħin kollu.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 119a , u tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-installazzjoni u l-funzjonament tas-sistemi elettroniċi ta' monitoraġġ , kif ukoll inċentivi għal tali sistemi, għall-kontroll tal-obbligu ta' ħatt l-art, inklużi s-sistemi ta' CCTV li jirrekordjaw il-ħin kollu.

Emenda 327

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 25b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)

Fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 25b

Valutazzjoni tal-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod

Il-Kummissjoni għandha, sa … [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tiġi vvalutata l-effikaċja tal-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod u l-kontribut tiegħu għall-kontroll tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, inklużi l-kontroll ta' qabdiet inċidentali u l-affidabbiltà tad-data dwar il-qabdiet.”

Emenda 128

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 33 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   F'każijiet li fihom id-data sottomessa minn Stat Membru f'konformità mal-paragrafu 2 tkun ibbażata fuq stimi għal stokk jew għal grupp ta' stokkijiet, l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-kwantitajiet korretti stabbiliti fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-ħatt l-art.

3.   F'każijiet li fihom id-data sottomessa minn Stat Membru f'konformità mal-paragrafu 2 tkun ibbażata fuq stimi għal stokk jew għal grupp ta' stokkijiet, l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-kwantitajiet korretti stabbiliti fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-ħatt l-art.

Emenda 129

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 33 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Fil-każ li fih Stat Membru jindividwa inkonsistenzi bejn l-informazzjoni sottomessa f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 u r-riżultati tal-validazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 109, l-Istat Membru għandu jipprovdi, f'konformità mal-istess paragrafi, il-kwantitajiet korretti stabbiliti fuq il-bażi ta' dik il-validazzjoni malli jkunu disponibbli u mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-data tal-ħatt l-art.

4.   Fil-każ li fih Stat Membru jindividwa inkonsistenzi bejn l-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 u r-riżultati tal-validazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 109, huwa għandu jivverifika u jwettaq kontrolli inkroċjati sabiex jikkoreġi tali inkonsistenzi. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu jipprovdi, f'konformità mal-istess paragrafi, il-kwantitajiet korretti stabbiliti fuq il-bażi ta' dik il-validazzjoni malli jkunu disponibbli u mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-data tal-ħatt l-art..

Emenda 130

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 33 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Il-qabdiet li jsiru fil-qafas tar-riċerka xjentifika jistgħu jingħataw lill-proġetti soċjali, inklużi dawk maħsuba għat-tmigħ tal-persuni mingħajr dar.

Emenda 131

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' titlob lil Stat Membru biex jissottometti informazzjoni aktar dettaljata u aktar frekwenti minn dik ipprovduta fl-Artikolu 33 fil-każ li jiġi stabbilit li 80 % ta' kwota għal stokk jew għal grupp ta' stokks titqies li hi eżawrita.”

1.

Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, meta jistabbilixxi li:

 

(a)

Ikun ġie milħuq it-80 % tal-qbid ta' stokk jew grupp ta' stokkijiet suġġetti għal kwota korrispondenti għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu; jew

 

(b)

Ikun ġie eżawrit it-80 % tal-isforz tas-sajd massimu għal irkaptu tas-sajd jew sajd speċifiku u għal żona ġeografika korrispondenti u applikabbli għall-bastimenti tas-sajd kollha jew għal parti minnhom li jtajru l-bandiera tiegħu.

 

F'każ bħal dak, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni aktar dettaljata u frekwenti minn dik prevista fl-Artikolu 33.

Emenda 132

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Il-Kummissjoni tista' titlob lil Stat Membru biex jissottometti informazzjoni aktar dettaljata u aktar frekwenti minn dik prevista fl-Artikolu 33 fil-każ li jiġi stabbilit li 80 % ta' kwota għal stokk jew għal grupp ta' stokkijiet titqies li hi eżawrita, jew ikun ġie eżawrit it-80 % tal-isforz tas-sajd massimu għal irkaptu tas-sajd jew sajd speċifiku u għal żona ġeografika korrispondenti. F'dak il-każ, l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba.

Emenda 134

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 39a – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-bastimenti jkunu mgħammra b'magni propulsivi b'saħħa ċertifikata tal-magna li taqbeż il-221 kilowatt; jew

(a)

il-bastimenti jkunu mgħammra b'magni propulsivi b'saħħa ċertifikata tal-magna li taqbeż il-221 kilowatt; u

Emenda 135

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 39a – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-bastimenti jkunu mgħammra b'magni propulsivi b'saħħa ċertifikata tal-magna ta' bejn 120 u 221 kilowatt u joperaw f'żoni soġġetti għal reġimi ta' sforz jew għal restrizzjonijiet fuq is-saħħa tal-magna.

(b)

il-bastimenti joperaw f'żoni soġġetti għal reġimi ta' sforz tas-sajd jew għal restrizzjonijiet fuq is-saħħa tal-magna.

Emenda 136

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 39a – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jkunu wettqu ksur relatat mal-manipulazzjoni ta' magna sabiex tiżdied is-saħħa tal-bastiment 'il fuq mill-qawwa massima kontinwa tal-magna kif indikat fiċ-ċertifikat tal-magna, ikunu mgħammra b'apparati installati b'mod permanenti li jkejlu u jirreġistraw is-saħħa tal-magna.

Emenda 137

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 39a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-apparati msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari tensjometri tax-xaft u kuntjaturi tad-dawriet imqabbda b'mod permanenti, għandhom jiżguraw il-kejl kontinwu tas-saħħa tal-magna propulsiva f'kilowatts.

2.   L-apparati msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari tensjometri tax-xaft u kuntjaturi tad-dawriet imqabbda b'mod permanenti, għandhom jiżguraw il-kejl u r-reġistrazzjoni kontinwi tas-saħħa tal-magna propulsiva f'kilowatts.

Emenda 138

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 40 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(35a)

Fl-Artikolu 40, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jassenjaw iċ-ċertifikazzjoni tal-qawwa tal-magna lis-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni jew lil operaturi oħra li għandhom il-kompetenza meħtieġa għall-eżaminazzjoni teknika tal-qawwa tal-magna. Dawk is-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni jew operaturi oħra għandhom jiċċertifikaw biss magna ta' propulsjoni li mhijiex kapaċi teċċedi l-qawwa ddikjarata uffiċjalment jekk ma jkun hemm l-ebda possibbiltà li tiżdied il-prestazzjoni tal-magna ta' propulsjoni ‘l fuq mill-qawwa ċċertifikata.

“3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jassenjaw iċ-ċertifikazzjoni tal-qawwa tal-magna lis-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni jew lil operaturi oħra li għandhom il-kompetenza meħtieġa għall-eżaminazzjoni teknika tal-qawwa tal-magna. Dawk is-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni jew operaturi oħra għandhom jiċċertifikaw biss magna ta' propulsjoni li mhijiex kapaċi teċċedi l-qawwa ddikjarata uffiċjalment jekk ma jkun hemm l-ebda possibbiltà li tiżdied il-prestazzjoni tal-magna ta' propulsjoni ‘l fuq mill-qawwa ċċertifikata. Dawk is-soċjetajiet taċ-ċertifikazzjoni u operaturi oħra għandhom ikunu responsabbli għall-preċiżjoni taċ-ċertifikazzjonijiet.”

Emenda 139

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 36

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 40 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.    Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi regoli dettaljati dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-magna ta' propulsjoni . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).;

6.    Il-Kummissjoni hi mogħija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-magna ta' propulsjoni.;

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 41 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-preċiżjoni u l-konsistenza tad-data dwar is-saħħa tal-magna u t-tunnellaġġ, billi jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment ikkonċernat.

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 41 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 118, bir-riżultati tal-kontrolli msemmija f'dan l-Artikolu u bil-miżuri meħuda meta l-qawwa tal-magna jew it-tunnellaġġ tal-bastiment tas-sajd ikunu akbar minn dak iddikjarat fil-liċenzja tas-sajd jew fir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 39a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 44

Test fis-seħħ

Emenda

 

(39a)

l-Artikolu 44 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 44

“Artikolu  44

Stivar separat ta' qabdiet soġġetti għal pjani pluriennali

Stivar separat ta' qabdiet soġġetti għal pjani pluriennali

1.   Il-qabdiet kollha tal-istokkijiet demersali soġġetti għal pjan pluriennali miżmumin abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar għandhom jitpoġġew f'kaxxi, kompartamenti jew kontenituri b'tali mod li jkunu identifikabbli minn kaxxi, kompartamenti jew kontenituri oħra separatament għal kull wieħed minn dawn l-istokkijiet.

1.   Il-qabdiet kollha tal-istokkijiet demersali soġġetti għal pjan ta' rkupru, programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni adottati skont l-Artikolu 95 inklużi dispożizzjonijiet dwar stivar separat, jew miżuri speċifiċi ta' kontroll kif definiti fil-pjanijiet pluriennali, miżmumin abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar għandhom jitpoġġew f'kaxxi, kompartamenti jew kontenituri b'tali mod li jkunu identifikabbli minn kaxxi, kompartamenti jew kontenituri oħra separatament għal kull wieħed minn dawn l-istokkijiet.

2.   Kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom iżommu l-qabdiet demersali tal-istokkijiet għal-pjan pluriennali skont pjan ta' stivar li jiddeskrivi fejn jinsabu l-ispeċijiet differenti fl-istivi.

2.   Kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom iżommu l-qabdiet demersali tal-istokkijiet imsemmija fil-paragrafu 1 skont pjan ta' stivar li jiddeskrivi fejn jinsabu l-ispeċijiet differenti fl-istivi.

3.   Għandha tkun projbita ż-żamma abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni fi kwalunkwe kaxxa, kompartament jew kontenitur ta' kwalunkwe kwantità ta' qabdiet tal-istokkijiet demersali soġġetti għal pjan pluriennali mħallta ma' kwalunkwe prodott tas-sajd ieħor.

3.   Għandha tkun projbita ż-żamma abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni, fi kwalunkwe kaxxa, kompartiment jew kontenitur, ta' kwalunkwe kwantità ta' qabdiet tal-istokkijiet demersali msemmija fil-paragrafu 1 mħallta ma' kwalunkwe prodott tas-sajd ieħor.”

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 42 – punt a

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 48 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Jekk l-irkaptu mitluf ma jistax jinstab, il-Kaptan tal-bastiment għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-irkaptu mitluf fil-ġurnal ta' abbord skont l-Artikolu 14(3). L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kostali.

3.   Jekk l-irkaptu mitluf ma jistax jinstab, il-Kaptan tal-bastiment għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-irkaptu mitluf fil-ġurnal ta' abbord skont l-Artikolu 14(3). L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kostali.

Emenda 144

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 42 – punt b

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 48 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-Istati Membri għandom jiġbru u jirreġistraw l-informazzjoni li tikkonċerna l-irkaptu mitluf u jipprovdu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni fuq talba .

5.   L-Istati Membri għandhom jiġbru u jirreġistraw l-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-irkaptu mitluf imsemmi fil-paragrafu 3 u jipprovdu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd .

 

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, fil-kuntest tal-kooperazzjoni msaħħa tagħhom.

 

Ir-reġistru tal-Unjoni dwar il-każijiet ta' ksur stabbilit fl-Artikolu 93(1) għandu jelenka oġġetti ta' rkaptu mitluf fuq il-baħar u għandu jiżgura r-reġistrazzjoni tal-informazzjoni u d-disponibbiltà ta' dik l-informazzjoni għall-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.

 

L-informazzjoni għandha tiġi trażmessa elettronikament u mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw ir-regoli relatati mat-trażmissjoni tal-informazzjoni.

Emenda 145

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 43

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 50 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kontroll ta' żoni ristretti għas-sajd

Kontroll ta' żoni ristretti għas-sajd u ta' żoni tal-baħar protetti

Emenda 146

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 43

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-attivitajiet tas-sajd f'żoni ristretti għas-sajd li jinsabu fl-ibħra tal-Unjoni għandhom ikunu kkontrollati mill-Istat Membru kostali. L-Istat Membru kostali għandu jkollu sistema biex jindividwa u jirreġistra d-dħul tal-bastimenti tas-sajd f'żoni ristretti għas-sajd u  l-ħruġ ta' dawn mit-tali żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità tiegħu.

1.   L-attivitajiet tas-sajd f'żoni ristretti għas-sajd u żoni tal-baħar protetti li jinsabu fl-ibħra tal-Unjoni għandhom ikunu kkontrollati mill-Istat Membru kostali. L-Istat Membru kostali għandu jkollu sistema biex jindividwa u jirreġistra d-dħul tal-bastimenti tas-sajd f'żoni ristretti għas-sajd u  żoni tal-baħar protetti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità tiegħu , kif ukoll it-tranżitu u l-ħruġ minnhom .

Emenda 147

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 43

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 50 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-attivitajiet tas-sajd ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f'żoni ristretti għas-sajd li jinsabu f'ibħra internazzjonali jew f'ibħra ta' pajjiżi terzi għandhom ikunu kkontrollati mill-Istati Membri tal-bandiera.

2.   L-attivitajiet tas-sajd ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f'żoni ristretti għas-sajd u f'żoni tal-baħar protetti li jinsabu f'ibħra internazzjonali jew f'ibħra ta' pajjiżi terzi għandhom ikunu kkontrollati mill-Istati Membri tal-bandiera.

Emenda 148

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 43

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 50 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   It-tranżitu minn żona ristretta għas-sajd hu permess għall-bastimenti tas-sajd li ma jkunux awtorizzati jistadu f'tali żoni soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

3.   It-tranżitu minn żona ristretta għas-sajd jew żoni tal-baħar protetti hu permess għall-bastimenti tas-sajd li ma jkunux awtorizzati jistadu f'tali żoni soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda 149

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd rikreattiv fit-territorju tagħhom u fl-ibħra tal-Unjoni jsir b'mod kompatibbli mal-objettivi u r-regoli tal-politika komuni tas-sajd.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd rikreattiv fit-territorju tagħhom u fl-ibħra tal-Unjoni jsir b'mod kompatibbli mal-objettivi u r-regoli tal-politika komuni tas-sajd u mal-miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni, inklużi dawk adottati bħala parti mill-pjanijiet pluriennali .

Emenda 150

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

idaħħlu fis-seħħ sistema ta' reġistrazzjoni jew ta' liċenzjar li tissorvelja n-numru ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti fis-sajd rikreattiv; u

(a)

jibnu fuq prattiki diġà eżistenti fl-Istati Membri, idaħħlu fis-seħħ sistema ta' reġistrazzjoni jew ta' liċenzjar li tissorvelja n-numru ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti fis-sajd rikreattiv , flimkien ma' sistema xierqa ta' sanzjonijiet għan-nuqqas ta' konformità, li tinforma lill-applikanti għal dawn il-liċenzji dwar il-miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni li għandhom jiġu applikati fiż-żona, inklużi r-restrizzjonijiet tal-qbid u l-arranġamenti li jirregolaw is-sanzjonijiet ; u

Emenda 151

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jiġbru data dwar il-qabdiet mit-tali sajd permezz ta' rapportar tal-qabdiet jew mekkaniżmi oħra ta' ġbir tad-data bbażati fuq metodoloġija li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni .

(b)

jiġbru data dwar il-qabdiet mit-tali sajd permezz ta' formola jew applikazzjoni elettronika sempliċi, bla ħlas u armonizzata .

Emenda 152

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Rigward stokkijiet, gruppi ta' stokkijiet u speċijiet li huma soġġetti għal miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni applikabbli għas-sajd rikreattiv, l-Istati Membri għandhom

2.   Rigward stokkijiet, gruppi ta' stokkijiet u speċijiet li huma soġġetti għal miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni applikabbli għas-sajd rikreattiv, inklużi miżuri ta' konservazzjoni addizzjonali adottati bħala parti mill-pjanijiet pluriennali, l-Istati Membri għandhom:

Emenda 153

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jiżguraw li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti fis-sajd rikreattiv għat-tali stokkijiet jew speċijiet jirreġistraw u jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet b'mod elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi ta' kuljum jew wara kull vjaġġ tas-sajd; u

(a)

jiżguraw li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti fis-sajd rikreattiv għat-tali stokkijiet jew speċijiet jirċievu informazzjoni ċara dwar il-miżuri ta' konservazzjoni applikabbli tal-Unjoni, jirreġistraw u jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet b'mod elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi ta' kuljum jew wara kull vjaġġ tas-sajd; u

Emenda 342

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd użat fit-turiżmu tas-sajd għandu, qabel kull okkażjoni fejn il-bastiment jintuża għal dak l-iskop speċifiku, jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti b'dan. L-Artikolu 15 ma japplikax.

Emenda 154

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Il-programmi nazzjonali ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 93a għandhom jinkludu attivitajiet speċifiċi ta' kontroll li jikkonċernaw is-sajd rikreattiv.

imħassar

Emenda 155

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni , il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati dwar :

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 119a , li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw regoli dettaljati li jikkonċernaw :

Emenda 343

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 5 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

in-notifika mill-kaptan ta' bastiment tas-sajd kif imsemmi fil-paragrafu 3a;

Emenda 156

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-ġbir ta' data u r-reġistrazzjoni u s-sottomissjoni tad-data dwar il-qabdiet,

(b)

il-ġbir ta' data u r-reġistrazzjoni u s-sottomissjoni tad-data dwar il-qabdiet permezz ta' formola jew applikazzjoni elettronika sempliċi , mingħajr ħlas u armonizzata;

Emenda 157

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

it-traċċar ta' bastimenti użati għas-sajd rikreattiv, u

(c)

it-traċċar ta' bastiment użat għall-pesca-turiżmu u bastimenti mikrija għas-sajd rikreattiv; u

Emenda 158

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-kontroll u l-markar ta' rkapti użati għas-sajd rikreattiv.

(d)

il-kontroll u l-markar ta' rkapti użati għas-sajd rikreattiv b'mod sempliċi u proporzjonat .

Emenda 159

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).

imħassar

Emenda 160

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 55 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal kwalunkwe attività tas-sajd rikreattiv, inklużi attivitajiet tas-sajd organizzati minn entitajiet kummerċjali fis-settur tat-turiżmu u fis-settur tal-kompetizzjonijiet sportivi.

6.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal kwalunkwe attività tas-sajd rikreattiv, bħal dawk imwettqa bl-appoġġ ta' bastiment, bl-għadis jew bil-mixi, u bl-użu ta' kwalunkwe metodu ta' qbid jew ħsad, inklużi attivitajiet tas-sajd organizzati minn entitajiet kummerċjali fis-settur tat-turiżmu u fis-settur tal-kompetizzjonijiet sportivi , kif ukoll fil-kuntest tal-pesca-turiżmu u b'bastimenti mikrija għas-sajd rikreattiv .

Emenda 161

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 44a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Kapitolu Va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44a)

Fit-Titolu IV, jiżdied il-Kapitolu li ġej:

“KAPITOLU Va

Kontroll ta' sajd mingħajr bastimenti

Artikolu 55a

Sajd mingħajr bastimenti

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd mingħajr bastimenti fit-territorju tagħhom isir b'mod kompatibbli mal-objettivi u r-regoli tal-politika komuni tas-sajd.

2.     Għal dan l-għan, l-Istati Membriu għandhom idaħħlu fis-seħħ sistema ta' reġistrazzjoni jew ta' liċenzjar għall-monitoraġġ tal-għadd ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi li jieħdu sehem fis-sajd mingħajr bastimenti.”

Emenda 332

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 56 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-kontroll fit-territorju tiegħu tal-applikazzjoni tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mit-tqegħid tagħhom fis-suq sal-bejgħ bl-imnut, inkluż it-trasport . L-Istati Membri għandhom jieħdu b'mod partikolari miżuri li jiżguraw li l-użu ta' prodotti tas-sajd taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jiġi ristrett għal skopijiet oħra għajr dak tal-konsum dirett mill-bniedem.

1.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-kontroll fit-territorju tiegħu tal-applikazzjoni tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mit-tqegħid tagħhom fis-suq sal-bejgħ bl-imnut, inkluż is-settur HORECA u dak tat-trasport . L-Istati Membri għandhom jieħdu b'mod partikolari miżuri li jiżguraw li l-użu ta' prodotti tas-sajd taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jiġi ristrett għal skopijiet oħra għajr dak tal-konsum dirett mill-bniedem. B'deroga mill-Artikolu 15(11) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-finijiet ta' solidarjetà soċjali u biex tiġi limitata l-ħela, il-prodotti tas-sajd ta' daqs iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni li huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art jistgħu jingħata għal skopijiet ta' karità u/jew soċjali. Tali deroga ma għandhiex tirriżulta fil-ħolqien ta' suq għall-qabdiet taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni.

Emenda 163

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 56a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-qbid jew mill-ġbir għandhom jitqiegħdu f'lottijiet qabel ma jitqiegħdu fis-suq.

1.   Il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għandhom jitqiegħdu f'lottijiet qabel ma jitqiegħdu fis-suq.

Emenda 164

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 56a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Lott għandu jkun fih prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura ta' speċi waħda biss , bl-istess preżentazzjoni u li ġejjin mill-istess żona ġeografika rilevanti u mill-istess bastiment tas-sajd, jew grupp ta' bastimenti tas-sajd, jew mill-istess unità ta' produzzjoni tal-akkwakultura.

2.    Għall-fini tat-tqegħid tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura fis-suq, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, kull lott għandu jikkonsisti minn speċi waħda biss tal-istess preżentazzjoni, ġejjin mill-istess żona ġeografika rilevanti u mill-istess bastiment tas-sajd, jew grupp ta' bastimenti tas-sajd, jew mill-istess unità ta' produzzjoni tal-akkwakultura.

Emenda 165

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 56a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Permezz ta' deroga mill-paragrafu  2, il-kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd li b'kollox jiżnu anqas minn 30kg fi prodotti tas-sajd ta' diversi speċijiet u li jiġu mill-istess żona ġeografika rilevanti u bl-istess preżentazzjoni, għal kull bastiment u għal kull jum, jistgħu jitqiegħdu fl-istess lott mill-operatur tal-bastiment tas-sajd, li fl-organizzazzjoni ta' produtturi tiegħu l-operatur tal-bastiment tas-sajd hu membru jew xerrej reġistrat, qabel it-tqegħid fis-suq.

3.    Minkejja l-paragrafu  2, il-kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd li b'kollox jiżnu anqas minn 30 kg fi prodotti tas-sajd ta' diversi speċijiet u li jiġu mill-istess żona ġeografika rilevanti u bl-istess preżentazzjoni, għal kull bastiment u għal kull jum, jistgħu jitqiegħdu fl-istess lott mill-operatur tal-bastiment tas-sajd, li fl-organizzazzjoni ta' produtturi tiegħu l-operatur tal-bastiment tas-sajd hu membru , irkant jew xerrej reġistrat, qabel it-tqegħid fis-suq.

Emenda 166

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 56a – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     B'deroga mill-Artikolu 15(11) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-finijiet ta' solidarjetà soċjali u biex tiġi limitata l-ħela, qed jiġi permess l-użu ta' ħut maqbud ta' daqs iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza relatati għall-konservazzjoni, għal skopijiet ta' karità u/jew soċjali.

Emenda 167

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 56a – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Wara li jitqiegħed fis-suq, lott ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura jista' jingħaqad ma' lott ieħor jew jinqasam, jekk il-lott maħluq mit-tgħaqqid jew il-lottijiet maħluqa mill-qsim jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.   Wara li jitqiegħed fis-suq, lott ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura jista' jingħaqad ma' lott ieħor jew jinqasam, jekk l-unità maħluqa mit-tgħaqqid jew il-lottijiet maħluqa mill-qsim jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda 168

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 56a – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

dawn fihom prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura ta' speċi waħda u bl-istess preżentazzjoni;

imħassar

Emenda 169

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 56a – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-informazzjoni dwar it-traċċabilità elenkata fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 58 hi pprovduta għal-lott(ijiet) maħluq(a) ġdid /ġodda ;

(b)

l-informazzjoni dwar it-traċċabilità elenkata fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 58 hi pprovduta għall-unità jew il-lott maħluq(a) ġdid (a) ;

Emenda 170

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 56a – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-operatur responsabbli għat-tqegħid tal-lott maħluq ġdid fis-suq kapaċi jipprovdi l-informazzjoni relatata mal-kompożizzjoni tal-lott maħluq ġdid, b'mod partikolari l-informazzjoni relatata ma' kull wieħed mil-lottijiet ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura li fih u mal-kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura li ġejjin minn kull wieħed mil-lottijiet li jifformaw il-lott il-ġdid .

(c)

l-operatur responsabbli għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura tal-unità jew tal-lott maħluq ġdid fis-suq kapaċi jipprovdi l-informazzjoni relatata mal-kompożizzjoni tal-lott maħluq ġdid, b'mod partikolari l-informazzjoni relatata ma' kull wieħed mill-unitajiet jew lottijiet ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura li fih, inklużi l-ispeċijiet u l-oriġini tagħhom .

Emenda 171

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 56a – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3 u taħt l-intestaturi 1604 u 1605 tal-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87*.

6.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, dan l-Artikolu għandu japplika għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3 u taħt l-intestaturi 1604 u 1605 tal-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87*.

Emenda 172

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 57 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-kontrolli jistgħu jsiru fl-istadji kollha fil-katina ta' provvista, inkluż fit-trasport. Fil-każ ta' prodotti li għalihom l-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni japplikaw matul it-tqegħid fis-suq biss, il-kontrolli mwettqa fi stadji ulterjuri fil-katina ta' provvista jistgħu jkunu ta' natura dokumentarja.

2.   Il-kontrolli jistgħu jsiru fl-istadji kollha fil-katina ta' provvista, inkluż fit-trasport u fil-kejtering . Fil-każ ta' prodotti li għalihom l-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni japplikaw matul it-tqegħid fis-suq biss, il-kontrolli mwettqa fi stadji ulterjuri fil-katina ta' provvista jistgħu jkunu ta' natura dokumentarja.

Emenda 173

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti dwar it-traċċabilità stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-lottijiet tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura għandhom ikunu traċċabbli fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-proċessar u tad-distribuzzjoni, mill-qbid jew mill-ġbir sal-istadju tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li huma destinati għall-esportazzjoni.

1.   Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti dwar it-traċċabilità stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-lottijiet u l-unitajiet tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura għandhom ikunu traċċabbli fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-proċessar u tad-distribuzzjoni, mill-qbid jew mill-ġbir sal-istadju tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li huma destinati għall-esportazzjoni.

Emenda 174

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-operaturi fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-proċessar u tad-distribuzzjoni, mill-qbid jew mill-ħsad sal-istadju tal-bejgħ bl-imnut, għandhom jiżguraw li għal kull lott ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura, l-informazzjoni elenkata fil-paragrafi 5 u 6:

2.   L-operaturi fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-proċessar u tad-distribuzzjoni, mill-qbid jew mill-ħsad sal-istadju tal-bejgħ bl-imnut, għandhom jiżguraw li għal kull lott jew unità ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura, l-informazzjoni elenkata fil-paragrafi 5 u 6:

Emenda 175

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-lottijiet tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mqiegħda fis-suq jew li x'aktarx ikunu se jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni, jew esportati jew li x'aktarx ikunu se jiġu esportati, għandhom jiġu markati jew tikkettati b'mod adegwat biex tkun żgurata t-traċċabbiltà ta' kull lott.

3.   Il-lottijiet u l-unitajiet tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mqiegħda fis-suq jew li jsiru disponibbli fis-suq jew li x'aktarx ikunu se jitqiegħdu fis-suq jew ikunu disponibbli fis-suq fl-Unjoni, jew esportati jew li x'aktarx ikunu se jiġu esportati, għandhom jiġu markati jew tikkettati b'mod adegwat biex tkun żgurata t-traċċabbiltà ta' kull lott.

Emenda 176

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-operaturi jkollhom fis-seħħ sistemi u proċeduri diġitalizzati għall-identifikazzjoni ta' kwalunkwe operatur li jkun fornihom b'lottijiet tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u li lilu jkunu ġew forniti dawn il-prodotti. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq talba tal-awtoritjiet kompetenti.

4.   L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-operaturi jkollhom fis-seħħ sistemi u proċeduri diġitalizzati għall-identifikazzjoni ta' kwalunkwe operatur li jkun fornihom b'lottijiet jew unitajiet tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u li lilu jkunu ġew forniti dawn il-prodotti. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq talba tal-awtoritjiet kompetenti.

Emenda 177

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-informazzjoni dwar il-lottijiet ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, ħlief il-prodotti importati fl-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi:

5.   L-informazzjoni dwar il-lottijiet jew unitajiet ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, ħlief il-prodotti importati fl-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi:

Emenda 178

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet u l-isem xjentifiku ;

(c)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet , l-isem xjentifiku u l-isem kummerċjali komuni ;

Emenda 179

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 5 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

id-data tal-qabdiet għall-prodotti tas-sajd jew id-data tal-ġbir għall-prodotti tal-akkwakultra, u d-data tal-produzzjoni fejn applikabbli;

(f)

id-data tal-qabdiet jew il-ħatt tal-qabdiet għall-prodotti tas-sajd jew id-data tal-ġbir għall-prodotti tal-akkwakultra, jew id-data tal-produzzjoni fejn applikabbli;

Emenda 180

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 6 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-informazzjoni dwar il-lottijiet ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati fl-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi:

6.   L-informazzjoni dwar il-lottijiet jew l-unitajiet ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati fl-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi:

Emenda 181

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 6 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

iż-żona/i ġeografika/ġeografiċi rilevanti għall-prodotti tas-sajd maqbuda mill-baħar, jew iż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni kif definita fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 għal prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilma ħelu u għall-prodotti tal-akkwakultura;

(d)

iż-żona/i ġeografika/ġeografiċi rilevanti għall-prodotti tas-sajd maqbuda mill-baħar, irrappurtati skont iż-żona/is-sub-żona/id-diviżjoni statistika tal-FAO fejn saret il-qabda u indikazzjoni ta' jekk il-qabda saritx f'ibħra miftuħa, fiż-żona regolatorja taż-żona regolatorja ta' organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd (OROP) jew f'ŻEE, jew iż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni kif definita fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 għal prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilma ħelu u għall-prodotti tal-akkwakultura;

Emenda 182

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 6 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)

għall-prodotti tas-sajd maqbuda fil-baħar, in-numru tal-IMO jew l-identifikazzjoni unika oħra (jekk in-numru tal-IMO ma jkunx applikabbli) tal-bastiment tal-qbid.

Emenda 183

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu kwantitajiet żgħar ta' prodotti li jinbiegħu direttament mill-bastimenti tas-sajd lill-konsumaturi, dment li dawn ma jaqbżux il-5kg ta' prodott tas-sajd għal kull konsumatur kull jum.

7.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu kwantitajiet żgħar ta' prodotti li jinbiegħu mill-bastimenti tas-sajd mill-kaptan jew mir-rappreżentant tiegħu direttament lill-konsumaturi, u li ma jkunux imbagħad ikkummerċjalizzati iżda jintużaw biss għall-konsum privat, dment li dawk il-kwantitajiet ma jaqbżux il-5kg ta' prodott tas-sajd għal kull konsumatur kull jum.

Emenda 184

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.   Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3 u taħt l-intestaturi 1604 u 1605 tal-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87*.

9.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3 u taħt l-intestaturi 1604 u 1605 tal-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87*.

Emenda 185

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 58 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.   Dan l-artikolu ma għandux japplika għal ħut, krustaċji u molluski ornamentali.

10.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal ħut, krustaċji, molluski u alga ornamentali.

Emenda 186

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 48

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 59a – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Meta l-prodott li jkun intiżen immedjatament wara l-ħatt l-art ma jinbigħx fl-istess ġurnata, ikun permess marġni ta' tolleranza ta' 10 % bejn il-piż tal-ħatt l-art u dak tal-bejgħ. Dak il-marġni ta' tolleranza japplika biss għall-każijiet fejn hemm ħażna ta' prodott frisk fil-kmamar ta' aġenti awtorizzati, legalizzat permezz ta' dokument ta' ġbir, li jinbiegħ fi ġranet aktar tard.

Emenda 187

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 48

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 59a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Qabel ir-reġistrazzjoni ta' operatur biex jagħmel l-użin tal-prodotti tas-sajd , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikun kompetenti u attrezzat b'mod adegwat biex iwettaq l-attivitajiet tal-użin. L-Istati Membri għandu jkollhom ukoll sistema fis-seħħ li biha l-operaturi li ma jibqgħux konformi mal-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-attivitajiet tal-użin ma jibqgħux reġistrati .

2.    B'deroga mill-paragrafu 1 , l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prodotti tas-sajd jintiżnu abbord bastiment tas-sajd soġġett għal pjan ta' teħid ta' kampjuni kif imsemmi fl-Artikolu 60(1) .

Emenda 188

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 48

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 59a – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra li huma responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd fi Stat Membru għandhom ikunu responsabbli għall-akkuratezza tal-operazzjoni tal-użin, dment li, f'konformità mal-paragrafu 2, l-użin ma jsirx abbord bastiment tas-sajd, li f'dan il-każ tkun ir-responsabbiltà tal-kaptan.

Emenda 189

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 48

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 59a – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a rigward il-kriterji għar-reġistrazzjoni tal-operaturi intitolati jwettqu l-użin tal-prodotti tas-sajd, u l-kontenut tar-rekords tal-użin."

imħassar

Emenda 190

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 48

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 59a – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu li kwalunkwe kwantità ta' prodotti tas-sajd li l-ewwel tiġi żbarkata f'dak l-Istat Membru tintiżen fil-preżenza ta' uffiċjal qabel tiġi trasportata x'imkien ieħor mill-post tal-iżbark.

Emenda 191

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 49

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 60 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jadottaw pjanijiet ta' teħid ta' kampjuni approvati mill-Kummissjoni skont il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 6, li jistabbilixxu l-kwantitajiet u l-postijiet għall-prodotti tas-sajd li għandhom jintiżnu. Skont dak il-pjan, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prodotti tas-sajd jintiżnu:

 

(a)

matul il-ħatt l-art;

 

(b)

abbord il-bastiment tas-sajd; u/jew

 

(c)

wara t-trasport lejn destinazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru fejn sar il-ħatt l-art.

Emenda 192

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 49

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 60 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Iċ-ċifra mir-rekord tal-użin għandha tintbagħat lill-kaptan u tintuża għall-mili tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tad-dokument tat-trasport.

3.   Iċ-ċifra mir-rekord tal-użin għandha tintbagħat immedjatament lill-kaptan u tintuża għall-mili tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tad-dokument tat-trasport.

Emenda 193

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 49

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 60 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu li kwalunkwe kwantità ta' prodotti tas-sajd li l-ewwel tinħatt l-art f'dak l-Istat Membru tintiżen minn uffiċjal jew fil-preżenza ta' dan qabel ma tiġi trasportata xi mkien ieħor mill-post tal-ħatt l-art.

4.   L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu li kwalunkwe kwantità ta' prodotti tas-sajd li l-ewwel tinħatt l-art f'dak l-Istat Membru tintiżen minn uffiċjal jew fil-preżenza ta' dan, qabel ma tiġi trasportata xi mkien ieħor mill-post tal-ħatt l-art. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, dawk il-kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd m'għandhomx ikunu meħtieġa jerġgħu jintiżnu.

Emenda 194

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 49

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 60 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

Fil-każ ta' prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem: it-tieni użin għal kull speċi ta' prodotti tas-sajd isir minn piżatur reġistrat. It-tieni użin jista' jsir, wara t-trasport, f'ċentru tal-irkant, fil-bini ta' xerrej reġistrat jew ta' organizzazzjoni ta' produtturi. Ir-riżultat ta' dak it-tieni użin għandu jintbagħat lill-kaptan.

(c)

Fil-każ ta' prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem: it-tieni użin għal kull speċi ta' prodotti tas-sajd isir minn piżatur reġistrat. It-tieni użin jista' jsir, wara t-trasport, f'ċentru tal-irkant, fil-bini ta' xerrej reġistrat jew ta' organizzazzjoni ta' produtturi. Ir-riżultat ta' dak it-tieni użin għandu jintbagħat immedjatament lill-kaptan.

Emenda 195

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 49

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 60 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jiġu żbarkati l-prodotti tas-sajd jista' jippermetti t-trasport qabel l-użin ta' dawk il-prodotti lil xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra li huma responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd fi Stat Membru ieħor. Dak il-permess għandu jkun soġġett għal programm ta' kontroll komuni bejn l-Istati Membri kkonċernati kif imsemmi fl-Artikolu 94, li ġie approvat mill-Kummissjoni u bbażat fuq il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6.

Emenda 196

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 49

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 60 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.     B'deroga mill-paragrafu 1, il-bastimenti tas-sajd li jħottu l-art barra t-territorju tal-Unjoni jistgħu jiżnu l-prodotti tas-sajd wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art dment li l-Istat Membru tal-bandiera jkun adotta pjan ta' kontroll approvat mill-Kummissjoni bbażat fuq il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6.

Emenda 197

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 49

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 60 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddetermina metodoloġija bbażata fuq ir-riskji għall-istabbiliment tal-pjanijiet ta' kampjunar imsemmija fil-paragrafu  5(b) u tapprova dawk il-pjanijiet. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).

6.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddetermina metodoloġija bbażata fuq ir-riskji għall-istabbiliment tal-pjanijiet ta' kampjunar imsemmija fil-paragrafi 1 u  5(b) u tapprova dawk il-pjanijiet. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).

Emenda 198

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 50

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 60a – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti qabel id-dħul fil-port;

(c)

l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti qabel id-dħul fil-port;

Emenda 199

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 52

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 62 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri li huma responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd li jinħattu l-art fi Stat Membru għandhom jirreġistraw b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 64(1) u għandhom jissottomettu b'mezzi elettroniċi, fi żmien 24  siegħa wara t-tqegħid fis-suq, nota tal-bejgħ li jkun fiha t-tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jseħħ l-ewwel bejgħ. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta' dawn ix-xerrejja, l-istabbilimenti tal-irkant, il-korpi jew il-persuni.

1.   Xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri li huma responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd li jinħattu l-art fi Stat Membru għandhom jirreġistraw b'mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 64(1) u għandhom jissottomettu b'mezzi elettroniċi, fi żmien 48  siegħa wara t-tqegħid fis-suq, nota tal-bejgħ li jkun fiha t-tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jseħħ l-ewwel bejgħ. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta' dawn ix-xerrejja, l-istabbilimenti tal-irkant, il-korpi jew il-persuni.

Emenda 200

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 54

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 64 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-noti tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 62 għandu jkollhom numru uniku ta' identifikazzjoni u jkun fihom id-data li ġejja:

In-noti tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 62 għandhom ikunu f'format uniformi madwar l-Unjoni, għandu jkollhom numru uniku ta' identifikazzjoni u jkun fihom id-data li ġejja:

Emenda 201

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 54

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;

(d)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO , l-isem xjentifiku u l-isem kummerċjali komuni ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;

Emenda 202

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 54

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 66 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;

(d)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO , l-isem xjentifiku u l-isem kummerċjali komuni ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;

Emenda 203

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 56

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 68 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Qabel ma jibda t-trasport , it-trasportatur għandu jibgħat id-dokument tat-trasport b'mod elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, tal-Istat Membru tal-ħatt l-art, tal-Istat(i) Membru ta' tranżitu, tal-Istat Membru ta' destinazzjoni tal-prodott tas-sajd, kif xieraq.

2.    Fi żmien 48 siegħa mit-tagħbija , it-trasportatur għandu jibgħat id-dokument tat-trasport b'mod elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, tal-Istat Membru tal-ħatt l-art, tal-Istat(i) Membru ta' tranżitu u tal-Istat Membru ta' destinazzjoni tal-prodott tas-sajd, kif xieraq.

Emenda 204

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 56

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 68 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;

(c)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO , l-isem xjentifiku u l-isem kummerċjali komuni ta' kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;

Emenda 205

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 56

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 68 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-kwantitajiet ta' kull speċi trasportata f'kilogrammi ta' piż tal-prodott, maqsuma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn xieraq, in-numru ta' individwi u, fejn xieraq, skont il-postijiet ta' destinazzjoni;

(d)

il-kwantitajiet ta' kull speċi trasportata f'kilogrammi ta' piż tal-prodott, maqsuma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn xieraq, in-numru ta' individwi u, fejn xieraq, skont il-postijiet ta' destinazzjoni;

 

Marġni ta' tolleranza ta' 5 % għandu jkun permess meta d-distanza li għandha tiġi vvjaġġata tkun inqas minn 500 km jew il-ħin tal-ivvjaġġar ikun ta' ħames sigħat jew inqas; il-marġni ta' tolleranza għandu jkun ta' 15 % meta d-distanza u l-ħin tal-ivvjaġġar ikun akbar minn dak;

Emenda 206

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 56

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 68 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 jekk il-prodotti tas-sajd jiġu ttrasportati f'żona ta' port jew mhux aktar minn 20  km 'l bogħod mill-post tal-ħatt l-art.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 jekk il-prodotti tas-sajd jiġu ttrasportati f'żona ta' port jew mhux aktar minn 50  km 'l bogħod mill-post tal-ħatt l-art.

Emenda 207

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 56

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 68 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Id-dokument tat-trasport jista' jiġi sostitwit b'kopja tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art jew kwalunkwe dokument ekwivalenti li jappartjeni għall-kwantitajiet trasportati biss meta dak id-dokument ikun fih l-istess informazzjoni kif indikat fil-paragrafu 4.

Emenda 208

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 57a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

 

(57a)

fl-Artikolu 71(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)

avvistamenti ta' bastimenti tas-sajd minn bastimenti ta' spezzjoni jew minn inġenji tal-ajru tas-sorveljanza,

“(a)

avvistamenti ta' bastimenti tas-sajd minn bastimenti ta' spezzjoni, minn inġenji tal-ajru tas-sorveljanza jew minn mezzi oħra ta' sorveljanza;

Emenda 209

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 57b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 71 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(57b)

fl-Artikolu 71, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Jekk l-avvistament jew ir-rilevament jirreferi għal bastiment tas-sajd ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz u l-informazzjoni ma tikkorrispondi mal-ebda informazzjoni oħra disponibbli għall-Istat Membru kostali u jekk dak l-Istat Membru kostali mhuwiex f'pożizzjoni li jieħu aktar azzjoni, dan għandu jirreġistra s-sejbiet tiegħu f'rapport ta' sorveljanza u għandu jittrasmetti dak ir-rapport mingħajr dewmien, jekk possibbli b'mezzi elettroniċi, lill-Istat Membru tal-bandiera, jew lill-pajjiż terz ikkonċernat. Fil-każ ta' bastiment ta' pajjiż terz, ir-rapport tas-sorveljanza għandu jintbagħat ukoll lill-Kummissjoni jew il-korp innominat minnha.

“3.   Jekk l-avvistament jew ir-rilevament jirreferi għal bastiment tas-sajd ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz u l-informazzjoni ma tikkorrispondi mal-ebda informazzjoni oħra disponibbli għall-Istat Membru kostali u jekk dak l-Istat Membru kostali mhuwiex f'pożizzjoni li jieħu aktar azzjoni, dan għandu jirreġistra s-sejbiet tiegħu f'rapport ta' sorveljanza , li l-format tiegħu għandu jkun uniformi madwar l-Unjoni, u għandu jittrasmetti dak ir-rapport mingħajr dewmien, b'mezzi elettroniċi, lill-Istat Membru tal-bandiera, jew lill-pajjiż terz ikkonċernat. Fil-każ ta' bastiment ta' pajjiż terz, ir-rapport tas-sorveljanza għandu jintbagħat ukoll lill-Kummissjoni jew il-korp innominat minnha.”

Emenda 210

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt a

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 73 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fejn skema tal-osservaturi tal-kontroll tal-Unjoni tkun ġiet stabbilita f'konformità mat-Trattat, l-osservaturi tal-kontroll abbord il-bastimenti tas-sajd maħtura mill-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-konformità tal-bastiment tas-sajd mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. Huma għandhom iwettqu l-kompiti kollha tal-iskema tal-osservaturi u b'mod jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd u jeżaminaw id-dokumenti rilevanti tal-bastiment.

1.   Fejn skema tal-osservaturi tal-kontroll tal-Unjoni tkun ġiet stabbilita f'konformità mat-Trattat, l-osservaturi tal-kontroll abbord il-bastimenti tas-sajd maħtura mill-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-konformità tal-bastiment tas-sajd mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd , mar-regoli applikabbli fl-ilmijiet tal-pajjiż terz jew fl-ibħra internazzjonali fejn ikun qed jopera l-bastiment, inklużi l-obbligi relatati mal-miżuri tekniċi u mal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar . Huma għandhom iwettqu l-kompiti kollha tal-iskema tal-osservaturi u b'mod jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd u jeżaminaw id-dokumenti rilevanti tal-bastiment.

Emenda 211

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt a

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 73 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

għandhom ikunu ċċertifikati u mħarrġa fil-kompiti tagħhom mill-Istat Membru ;

(a)

għandhom ikunu ċċertifikati u mħarrġa , f'konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar, biex iwettqu l-kompiti tagħhom mill-Istati Membri ;

Emenda 212

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt a

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 73 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

għandhom jirċievu taħriġ regolari li jippermettilhom jadattaw għall-bidliet fir-regoli tal-Unjoni;

Emenda 213

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 73 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

5.   L-osservaturi ta' kontroll għandhom iħejju rapport tal-osservatur , jekk jista' jkun elettronikament, u jibagħtuh mingħajr dewmien, bl-użu jekk jitqies li jkun meħtieġ, ta' mezzi elettroniċi ta' trasmissjoni abbord il-bastiment tas-sajd, lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri għandhom idaħħlu r-rapport fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 78.

“5.   L-osservaturi ta' kontroll għandhom iħejju rapport tal-osservatur elettronikament u jibagħtuh mingħajr dewmien, bl-użu jekk jitqies li jkun meħtieġ, ta' mezzi elettroniċi ta' trasmissjoni abbord il-bastiment tas-sajd, lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri għandhom idaħħlu r-rapport fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 78.”

Emenda 214

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt bb (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 73 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

6.   Fl-eventwalità li r-rapport tal-osservatur jindika li l-bastiment osservat kien impenjat f'attivitajiet ta' sajd li jmorru kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jieħdu l-azzjoni adatta kollha sabiex jinvestigaw il-kwistjoni.

“6.   Fl-eventwalità li r-rapport tal-osservatur jindika li l-bastiment osservat kien impenjat f'attivitajiet ta' sajd li jmorru kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, ir-regoli applikabbli fl-ilmijiet tal-pajjiż terz jew fl-ibħra miftuħa fejn jopera l-bastiment, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jieħdu l-azzjoni adatta kollha sabiex jinvestigaw il-kwistjoni.”

Emenda 215

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt bc (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 73 – paragrafu 7

Test fis-seħħ

Emenda

 

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

7.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jipprovdu l-akkommodazzjoni adatta għall-osservaturi ta' kontroll assenjati, jiffaċilitaw ix-xogħol tagħhom u jevitaw li jinterferixxu mat-twettiq ta' dmirijiethom. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jipprovdu wkoll aċċess lill-osservaturi ta' kontroll għall-partijiet rilevanti tal-bastiment, inkluż aċċess għall-qabda, u għad-dokumenti tal-bastiment inklużi l-fajls elettroniċi.";

 

Emenda 216

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt bd (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 73 – paragrafu 8

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bd)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

8.   L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi ta' kontroll taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera. L-Istati Membri jistgħu jiddebitaw dawn l-ispejjeż, parzjalment jew kompletament, lill-operaturi tal-bastimenti tas-sajd li qed itajru l-bnadar tagħhom u li huma involuti fis-sajd rilevanti.

“8.   L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi ta' kontroll taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera.”

Emenda 217

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt c

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 73 – paragrafu 9 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-format u l-kontenut tar-rapporti tal-osservaturi;

(b)

il-format , li għandu jkun l-istess fl-Unjoni kollha, u l-kontenut tar-rapporti tal-osservaturi;

Emenda 218

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59 – punt c

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 73 – paragrafu 9 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

rekwiżiti minimi ta' taħriġ tal-Unjoni għall-osservaturi ta' kontroll tal-Unjoni.

Emenda 219

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 74 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-uffiċjali għandhom iwettqu dmirijiethom f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Dawn għandhom iħejju u jmexxu l-ispezzjonijiet b'mod nondiskriminatorju fuq il-baħar, fil-portijiet, matul it-trasport, fuq il-postijiet tal-proċessar u tul il-katina ta' provvista tal-prodotti tas-sajd.

2.   L-uffiċjali għandhom iwettqu dmirijiethom f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Dawn għandhom iħejju u jmexxu l-ispezzjonijiet b'mod nondiskriminatorju fuq il-baħar, mal-kosta, fil-portijiet, matul it-trasport, fuq il-postijiet tal-proċessar u tul il-katina ta' provvista tal-prodotti tas-sajd.

Emenda 220

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 74 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-legalità tal-irkaptu tas-sajd użat għall-ispeċijiet fil-mira u għall-qabdiet miżmuma abbord u t-tagħmir użat għas-sejbien tal-irkapti tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 48;

(b)

il-legalità tal-irkaptu tas-sajd użat għall-ispeċijiet fil-mira u  ta' qabdiet inċidentali, għall-qabdiet miżmuma abbord u t-tagħmir użat għas-sejbien tal-irkapti tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 48;

Emenda 221

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 74 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-markar tal-bastimenti u tal-irkapti;

(d)

il-markar u l-identifikazzjoni tal-bastimenti u tal-irkapti;

Emenda 222

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 74 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

l-użu ta' CCTVs u ta' apparati elettroniċi oħra ta' monitoraġġ ;

(f)

l-użu ta' CCTVs , fejn applikabbli, tagħmir elettroniku ieħor ta' monitoraġġ bħad-Dokumentazzjoni Sħiħa tas-Sajd meta dan ikun ammess ;

Emenda 223

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 74 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

il-konformità mal-miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u għall-protezzjoni tal-ekosistemi marini.

(g)

il-konformità mal-miżuri tekniċi applikabbli għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u għall-protezzjoni tal-ekosistemi marini.

Emenda 224

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 74 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-uffiċjali għandhom ikunu kapaċi jeżaminaw iż-żoni, il-gverti u l-kmamar rilevanti kollha. Huma għandhom ikunu jistgħu jeżaminaw ukoll il-qabdiet, proċessati jew le, ix-xbieki jew irkaptu ieħor , it-tagħmir, il-kontenituri u l-pakketti li fihom jinżammu l-ħut jew il-prodotti tas-sajd u kwalunkwe dokument jew trażmissjoni elettronika rilevanti li huma jqisu meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jinterrogaw persuni li huma jaħsbu li għandhom informazzjoni dwar il-kwistjoni li hija s-suġġett tal-ispezzjoni.

4.   L-uffiċjali għandhom ikunu kapaċi jeżaminaw iż-żoni, il-gverti u l-kmamar rilevanti kollha. Huma għandhom ikunu jistgħu jeżaminaw ukoll il-qabdiet, proċessati jew le, l-irkaptu tas-sajd użat abbord , it-tagħmir, il-kontenituri u l-pakketti li fihom jinżammu l-ħut jew il-prodotti tas-sajd u kwalunkwe dokument jew trażmissjoni elettronika rilevanti li huma jqisu meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jinterrogaw persuni li huma jaħsbu li għandhom informazzjoni dwar il-kwistjoni li hija s-suġġett tal-ispezzjoni.

Emenda 225

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 74 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     L-ispetturi għandhom jirċievu t-taħriġ meħtieġ biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u għandhom ikunu mgħammra bl-għodod meħtieġa biex iwettqu l-ispezzjonijiet.

Emenda 226

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 74 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-uffiċjali għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet b'tali mod li jikkawża l-anqas tfixkil jew inkonvenjenza għall-bastiment jew għall-vettura tat-trasport u għall-attivitajiet tagħhom, u għall-ħażna, għall-proċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-qabda . Huma għandhom jevitaw kemm jista' jkun kwalunkwe degradazzjoni tal-qabda matul l-ispezzjoni.

5.   L-uffiċjali għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet b'tali mod li jikkawża l-anqas tfixkil jew inkonvenjenza għall-bastiment jew għall-vettura tat-trasport u għall-attivitajiet tagħhom, u għall-ħażna, għall-proċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-qabda , sabiex tiġi evitata kwalunkwe degradazzjoni tal-qabda matul l-ispezzjoni.

Emenda 227

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 74 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-adozzjoni mill-Istati Membri ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskji għall-għażla ta' miri tal-ispezzjoni ;

(b)

l-adozzjoni mill-Istati Membri ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskji għall-għażla ta' miri tal-ispezzjonijiet u l-frekwenza minima tal-ispezzjonijiet ;

Emenda 228

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 74 – paragrafu 6 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

l-ispezzjonijiet fil-baħar u fil-portijiet, l-ispezzjonijiet tat-trasport, u l-ispezzjoni tas-suq.

(g)

l-ispezzjonijiet fil-baħar , tul il-kosta u fil-portijiet, l-ispezzjonijiet tat-trasport, u l-ispezzjoni tas-suq.

Emenda 229

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 75 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-operatur u l-kaptan għandhom jikkooperaw mal-uffiċjali fit-twettiq ta' dmirijiethom. Dawn għandhom jiffaċilitaw l-aċċess sikur għall-bastiment, għall-vettura tat-trasport jew għall-kamra fejn il-prodotti tas-sajd huma maħżuna, proċessati jew kummerċjalizzati. Dawn għandhom jiżguraw is-sikurezza tal-uffiċjali u ma għandhomx ifixklu, jintimidaw jew jinterferixxu mal-uffiċjali fit-twettiq ta' dmirijiethom.

1.   L-operatur u l-kaptan għandhom jikkooperaw mal-uffiċjali fit-twettiq ta' dmirijiethom. Dawn għandhom jiffaċilitaw l-aċċess sikur għall-bastiment, għall-istivi tal-bastiment, għall-vettura tat-trasport , għall-kontejners jew il-kmamar fejn il-prodotti tas-sajd huma maħżuna, proċessati jew kummerċjalizzati , jew għall-faċilitajiet fejn jiġi maħżun jew imsewwi l-irkaptu tas-sajd . Dawn għandhom jiżguraw is-sikurezza tal-uffiċjali u ma għandhomx ifixklu, jintimidaw jew jinterferixxu mal-uffiċjali fit-twettiq ta' dmirijiethom.

Emenda 230

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 76 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-uffiċjali għandhom iħejju rapport tal-ispezzjoni wara kull spezzjoni u għandhom jibagħtuh lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Id-data li tinsab f'dan ir-rapport għandha tiġi reġistrata u trażmessa b'mezzi elettroniċi. F'każ li l-ispezzjoni ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor, kopja tar-rapport tal-ispezzjoni għandha tintbagħat b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien lill-Istat Membru tal-bandiera.

L-uffiċjali għandhom iħejju rapport tal-ispezzjoni wara kull spezzjoni , abbażi ta' formola elettronika li jkun fiha l-istess informazzjoni għall-Istati Membri kollha, u għandhom jibagħtuh lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom , lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, u lill-operatur jew lill-kaptan. L-Istati Membri jistgħu jinkludu informazzjoni addizzjonali għal dik li tinsab fil-formola elettronika komuni. Id-data li tinsab f'dan ir-rapport għandha tiġi reġistrata u trażmessa b'mezzi elettroniċi. F'każ li l-ispezzjoni ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor, kopja tar-rapport tal-ispezzjoni għandha tintbagħat b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien lill-Istat Membru tal-bandiera.

Emenda 231

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 76 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ tal-ispezzjoni ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor, għandha tintbagħat b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat u lill-Kummissjoni fil-każ ta' ksur serju identifikat.

Fil-każ tal-ispezzjoni ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor, għandha tintbagħat b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat , lill-lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-operatur jew lill-kaptan u lill-Kummissjoni fil-każ ta' ksur serju identifikat.

Emenda 232

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 76 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ li spezzjoni mwettqa fl-ibħra jew fil-portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat Membru tal-ispezzjoni jew ta' pajjiż terz f'konformità mal-ftehimiet internazzjonali, għandha tintbagħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien lil dak l-Istat Membru jew dak il-pajjiż terz.

F'każ li spezzjoni mwettqa fl-ibħra jew fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat Membru tal-ispezzjoni jew ta' pajjiż terz f'konformità mal-ftehimiet internazzjonali, għandha tintbagħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni b'mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien lil dak l-Istat Membru jew dak il-pajjiż terz u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, u lill-operatur jew lill-kaptan .

Emenda 233

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 76 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Għandha tintbagħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni malajr kemm jista' jkun lill-operatur jew lill-kaptan, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol wara li titlesta l-ispezzjoni.

3.    Għandha tintbagħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni , preferibbilment b'mezzi elettroniċi, malajr kemm jista' jkun lill-operatur jew lill-kaptan, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol wara li titlesta l-ispezzjoni.

Emenda 234

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 78 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata bażi ta' data elettronika fejn itellgħu r-rapporti tal-ispezzjoni u r-rapporti ta' sorveljanza kollha li jikkonċernaw il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom imfassla mill-uffiċjali tagħhom jew minn uffiċjali ta' Stati Membri oħra jew minn uffiċjali ta' pajjiżi terzi, kif ukoll rapporti ta' spezzjonijiet oħra u rapport ta' sorveljanza mfassla mill-uffiċjali tagħhom.

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata bażi ta' data elettronika li għandha tkun pubblikament aċċessibbli rigward informazzjoni mhux kunfidenzjali u mhux sensittiva fejn itellgħu r-rapporti tal-ispezzjoni u r-rapporti ta' sorveljanza kollha li jikkonċernaw il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom imfassla mill-uffiċjali tagħhom jew minn uffiċjali ta' Stati Membri oħra jew minn uffiċjali ta' pajjiżi terzi, kif ukoll rapporti ta' spezzjonijiet oħra u rapport ta' sorveljanza mfassla mill-uffiċjali tagħhom. L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandha tiċċentralizza l-bażijiet tad-data tal-Istati Membri.

Emenda 235

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 79 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     l-ispetturi tal-Unjoni għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew lill-Kummissjoni kwalunkwe attività tas-sajd mhux konformi minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz f'ilmijiet internazzjonali soġġetti għar-rekwiżiti u/jew ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa minn korp internazzjonali reġjonali.

Emenda 236

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 79 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

it-taħriġ ta' spetturi tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jipprovdu appoġġ fil-monitoraġġ ta' bastimenti tal-Unjoni li joperaw barra mill-Unjoni.

Emenda 237

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 79 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

għall-informazzjoni u għad-dokumenti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, b'mod partikolari l-ġurnali ta' abbord dwar is-sajd, il-liċenzja tas-sajd, iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-magna, id-data tas-CCTVs , id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, iċ-ċertifikati tal-qabda, id-dikjarazzjonijiet ta' trasbord, in-noti tal-bejgħ, u informazzjoni u dokumenti rilevanti oħra;

(b)

għall-informazzjoni u għad-dokumenti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, b'mod partikolari l-ġurnali ta' abbord dwar is-sajd, il-liċenzja tas-sajd, iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-magna, id-data minn apparati elettroniċi , id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, iċ-ċertifikati tal-qabda, id-dikjarazzjonijiet ta' trasbord, in-noti tal-bejgħ, u informazzjoni u dokumenti rilevanti oħra;

Emenda 238

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 79 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 119a li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu s-setgħat u d-dmirijiet tal-ispetturi tal-Unjoni.

Emenda 239

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 79 – paragrafu 7 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

rekwiżiti minimi ta' taħriġ għall-ispetturi tal-Unjoni, li jkopri għarfien fil-fond tal-politika komuni tas-sajd kif ukoll id-dritt ambjentali rilevanti tal-Unjoni.

Emenda 240

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 68

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 88 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Għandu japplika l-Artikolu 37 jekk l-Istat Membru tal-ħatt l-art jew tat-trasbord ma jkunx għad għandu kwota korrispondenti għad-dispożizzjoni tiegħu. Għal dak l-għan il-kwantitajiet ta' ħut maqbud, li jinħatt l-art jew trasbordat bi ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-ammont tal-preġudizzju mġarrab, kif imsemmi f'dak l-Artikolu, mill-Istat Membru tal-bandiera."

3.   Għandu japplika l-Artikolu 37 jekk l-Istat Membru tal-ħatt l-art jew tat-trasbord ma jkunx għad għandu kwota korrispondenti għad-dispożizzjoni tiegħu. Għal dak l-għan il-kwantitajiet ta' ħut maqbud, mormi, li jinħatt l-art jew trasbordat bi ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-ammont tal-preġudizzju mġarrab, kif imsemmi f'dak l-Artikolu, mill-Istat Membru tal-bandiera.

Emenda 241

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 89 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mingħajr ħsara għas-setgħat tal-Istati Membri li jiftħu proċedimenti kriminali u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi u jiżguraw li dawn jiġu applikati b'mod sistematiku, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, kontra l-persuna fiżika li tkun kisret ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għat-tali ksur.

1.   Mingħajr ħsara għas-setgħat tal-Istati Membri li jiftħu proċedimenti kriminali u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi u jiżguraw li dawn jiġu applikati b'mod sistematiku, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, kontra l-persuna fiżika li tkun wettqet ksur li jkun wassal għall-ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għat-tali ksur.

 

Fir-rigward ta' kull att speċifiku ta' ksur kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, mhux aktar minn Stat Membru wieħed jista' jibda proċedimenti jew jimponi sanzjonijiet kontra l-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.

Emenda 242

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 89a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna fiżika li tkun wettqet ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għat-tali ksur tkun punibbli b'sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna fiżika li tkun wettqet ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għat-tali ksur tkun punibbli b'sanzjonijiet kriminali u/jew amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda 243

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 89a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta jiddeterminaw dawn is-sanzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni partikolari l-gravità tal-ksur, inklużi l-livell ta' ħsara ambjentali mwettqa, il-valur tal-ħsara għar-riżorsi tas-sajd, in-natura u l-firxa tal-ksur, id-durata jew ir-ripetizzjoni tiegħu, jew l-akkumulazzjoni ta' każijiet simultanji ta' ksur.

3.   Meta jiddeterminaw dawn is-sanzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni partikolari l-gravità tal-ksur, inklużi l-livell ta' ħsara ambjentali mwettqa, il-valur tal-ħsara għar-riżorsi tas-sajd, in-natura u l-firxa tal-ksur, id-durata jew ir-ripetizzjoni tiegħu, jew l-akkumulazzjoni ta' każijiet simultanji ta' ksur. Meta jistabbilixxu l-ammont ta' dawk il-penali, l-Istati Membri għandhom iqisu wkoll is-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna fiżika kkonċernata.

Emenda 244

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 89a – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw sistema li biha multa tkun proporzjonata għall-fatturat tal-persuna ġuridika, jew inkella għall-benefiċċju ekonomiku miksub jew previst mit-twettiq tal-ksur.

4.   L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema li biha multa tkun proporzjonata għall-fatturat tal-persuna ġuridika, jew inkella għall-benefiċċju ekonomiku miksub jew previst mit-twettiq tal-ksur billi jqisu l-gravità tar-reat .

Emenda 245

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 89a – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     jekk jitwettaq ksur, ma jistgħux jitressqu proċedimenti differenti jew ma jistgħux jiġu imposti sanzjonijiet differenti kontra l-istess persuna għall-istess atti.

Emenda 246

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

ostruzzjoni tal-ħidma tal-uffiċjali jew tal-osservaturi matul l-eżerċitar ta' dmirijiethom; jew

(d)

ostruzzjoni tal-ħidma tal-uffiċjali jew tal-osservaturi matul l-eżerċitar ta' dmirijiethom , ħlief fil-każ ta' forza maġġuri, bħal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm periklu għas-sikurezza tal-ekwipaġġ ; jew

Emenda 247

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

involviment fl-operazzjoni, fil-ġestjoni, fis-sjieda ta', jew fuq il-ħatra fuq bastiment involut f'sajd IUU kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008, b'mod partikolari dawk elenkati fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Unjoni jew ta' organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd, kif imsemmija fl-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 jew provvista ta' servizzi lil operaturi marbuta ma' bastiment involut f'sajd IUU; jew

(h)

involviment fl-operazzjoni, fil-ġestjoni, fis-sjieda ta', jew fuq il-ħatra fuq bastiment involut f'sajd IUU kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008, b'mod partikolari dawk elenkati fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Unjoni jew ta' organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd, kif imsemmija fl-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 jew provvista ta' servizzi lil operaturi marbuta ma' bastiment involut f'sajd IUU jew il-benefiċċju minn, appoġġ jew involviment f'sajd IUU inkluż bħala operaturi, benefiċjarji effettivi, sidien, fornituri tal-loġistika u tas-servizzi, inklużi l-fornituri tal-assigurazzjoni u fornituri ta' servizzi finanzjarji oħra ; jew

Emenda 248

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

sajd f'żona ristretta jew magħluqa, jew żona ta' rkupru tal-istokkijiet ta' ħut, matul staġun magħluq, jew mingħajr jew wara l-ksib ta' kwota jew lil hinn minn fond magħluq; jew

(i)

sajd f'żona ristretta jew magħluqa, jew żona ta' rkupru tal-istokkijiet ta' ħut, jew matul staġun magħluq, jew mingħajr jew wara l-ksib ta' kwota jew lil hinn minn fond magħluq jew il-bogħod minnu, inklużi żoni ristretti jew magħluqa għall-protezzjoni ta' speċijiet sensittivi u ħabitats sensittivi skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*4) jew id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE  (*5); jew

Emenda 249

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)

attività ta' sajd dirett, żamma abbord, trasbord, trasferiment jew ħatt l-art ta' speċijiet li huma soġġetti għal moratorju, għal staġun magħluq jew li għalihom is-sajd hu pprojbit; jew

(j)

twettiq ta' attivitajiet tas-sajd diretti lejn speċijiet li huma soġġetti għal moratorju, għal staġun magħluq jew li għalihom is-sajd hu pprojbit , jew żamma abbord, trażbord jew ħatt l-art ta' speċijiet bħal dawn ; jew

Emenda 250

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)

nuqqas ta' konformità ma' miżuri tekniċi u miżuri oħra biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' ħut li għadu qed jikber u speċijiet protetti;

Emenda 251

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt qa (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(qa)

rimi intenzjonat ta' rkaptu tas-sajd u ta' skart marittimu fil-baħar minn bastimenti tas-sajd.

Emenda 252

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 90 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

nuqqas ta' ssodisfar tal-obbligi relatati mal-użu tal-irkapti kif stipulat fir-regoli tal-politika komuni tas-sajd; jew

(d)

nuqqas ta' ssodisfar tal-obbligi relatati mal-użu tal-irkapti tas-sajd jew l-obbligi relatati ma' miżuri tekniċi u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar kif stabbilit fir-regoli tal-politika komuni tas-sajd u, b'mod partikolari, l-obbligi relatati mal-implimentazzjoni ta' miżuri biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' speċijiet sensittivi ; jew

Emenda 253

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 90 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-Kummissjoni għandha tippubblika, qabel l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet, linji gwida biex tiżgura determinazzjoni standard tas-serjetà tal-ksur fl-Unjoni u interpretazzjoni uniformi tad-diversi sanzjonijiet applikabbli. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni u jkunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

Emenda 254

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 90 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     Sa … [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-Aġenzija għandha tfassal rapport dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 255

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 91 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta persuna fiżika tkun suspettata li wettqet li tinqabad fl-att filwaqt li tkun qed twettaq ksur serju jew persuna ġuridika tkun suspettata li hi responsabbli għal tali ksur serju, l-Istati Membri, minbarra l-investigazzjoni tal-ksur f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 85, minnufih u f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, għandhom jieħdu miżuri rilevanti u immedjati bħal:

1.   Meta persuna fiżika tinqabad fl-att filwaqt li tkun qed twettaq ksur serju jew ikun ġie identifikat ksur serju matul spezzjoni b'rabta ma' dik il-persuna fiżika, jew ikun hemm provi li persuna ġuridika tkun responsabbli għal tali ksur serju, l-Istati Membri, minbarra l-investigazzjoni tal-ksur f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 85, minnufih u f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, għandhom jieħdu miżuri rilevanti u immedjati bħal:

Emenda 256

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 91a – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mingħajr ħsara għal sanzjonijiet oħra applikati f'konformità ma' dan ir-Regolament u mad-dritt nazzjonali, fil-każ ta' ksur serju stabbilit fejn il-ksur serju jkun wassal għall-kisba ta' prodotti tas-sajd, l-Istati Membri għandhom jimponu multi li għalihom:

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 257

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 91a – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-minimu għandu jkun tal-anqas tliet darbiet il-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba bit-twettiq tal-ksur serju, u

il-minimu għandu jkun tal-anqas darbtejn il-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba bit-twettiq tal-ksur serju, u

Emenda 258

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 91a – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Fi kwalunkwe każ, it-twettiq ta' ksur ma jistax iwassal għal proċessi differenti jew sanzjonijiet differenti fi Stati Membri differenti għall-istess atti.

Emenda 259

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 91b – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

is-sospensjoni temporanja tal-attività ekonomika jew il-waqfien permanenti tagħha;

(10)

is-sospensjoni temporanja tal-attività ekonomika relatata mas-sajd jew il-waqfien permanenti tagħha;

Emenda 260

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 91b– paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)

l-użu ta' sistemi tat-televiżjoni b'ċirkwit magħluq (CCTV) li jinkorporaw il-ħżin tad-data f'każ ta' ksur serju tar-regoli dwar l-obbligu ta' ħatt l-art tal-politika komuni tas-sajd.

Emenda 261

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 92 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Filwaqt li jibqgħu marbuta mad-detentur tal-liċenzja li jkun biegħ il-bastiment tas-sajd , il-punti assenjati għandhom jiġu assenjati lil kwalunkwe detentur ġdid tal-liċenzja tas-sajd għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat f'każ li l-bastiment jinbiegħ, jiġi ttrasferit jew b'mod ieħor jinbidel is-sid tiegħu wara d-data tal-ksur .

3.    Il-punti għandhom jibqgħu marbuta mad-detentur ta' liċenzja li jkun wettaq il-ksur u li wara jkun biegħ il-bastiment tas-sajd f'każ ta' bejgħ, trasferiment jew kwalunkwe bidla oħra fis-sjieda wara d-data tat-twettiq tal-ksur. Fl-ebda ċirkostanza l-punti m'għandhom jiġu assenjati lid-detentur il-ġdid tal-liċenzja tas-sajd għall-bastiment tas-sajd għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat .

Emenda 262

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 92 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll sistema ta' punti li skont din il-kaptan ta' bastiment jiġi assenjat in-numru ta' punti bħad-detentur tal-liċenzja tas-sajd wara ksur serju mwettaq abbord il-bastiment taħt il-kmand tiegħu.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll sistema ta' punti li skont din il-kaptan ta' bastiment jiġi assenjat in-numru ta' punti bħad-detentur tal-liċenzja tas-sajd wara ksur serju mwettaq abbord il-bastiment taħt il-kmand tiegħu. Il-punti assenjati lill-kaptan tal-bastiment għandhom jiġu rreġistrati fid-dokument taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bl-indikazzjoni tad-data tal-assenjazzjoni kif ukoll id-data tat-tħassir tal-punti assenjati.

Emenda 263

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 92 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.     detenturi ta' liċenzja tas-sajd jew kaptani ta' bastimenti li ma wettqux ksur serju għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin kalendarji konsekuttivi, ikkalkulati mill-1 ta' Jannar ta'… [is-sena tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], għandhom jiġu allokati żewġ punti ta' prijorità fil-klassifikazzjonijiet nazzjonali użati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014.

Emenda 264

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 92 – paragrafu 13 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-emendar tal-limitu ta' punti li jiskatta s-sospensjoni u l-irtirar permanenti ta' liċenzja tas-sajd jew tad-dritt ta' kkmandar ta' bastiment tas-sajd bħala kaptan.

imħassar

Emenda 265

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 92 – paragrafu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

14a.     Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida li jiċċaraw l-interpretazzjoni tar-regoli dwar il-ksur u s-sanzjonijiet biex jiġu limitati d-disparitajiet fit-trattament bejn Stat Membru u ieħor.

Emenda 266

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 93 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotaw f'reġistru nazzjonali kull ksur suspettat u konfermat tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd imwettaq minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew il-bandiera ta' pajjiż terz jew minn ċittadini tagħhom, inklużi d-deċiżjonijiet u s-sanzjonijiet kollha li ġarrbu u n-numru ta' punti assenjati. Ksur minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jew minn ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra għandhom jiġu rreġistrati wkoll mill-Istati Membri fir-reġistru nazzjonali tagħhom dwar il-ksur, malli ssir in-notifikata dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 92b.

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotaw f'reġistru nazzjonali kull ksur konfermat tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd imwettaq minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew il-bandiera ta' pajjiż terz jew minn ċittadini tagħhom, inklużi d-deċiżjonijiet u s-sanzjonijiet kollha li ġarrbu u n-numru ta' punti assenjati. Ksur minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jew minn ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra għandhom jiġu rreġistrati wkoll mill-Istati Membri fir-reġistru nazzjonali tagħhom dwar il-ksur, malli ssir in-notifikata dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 92b.

Emenda 267

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 93 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta jkun qed isegwi każ ta' ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, Stat Membru jista' jitlob lil Stati Membri oħra biex jipprovdu informazzjoni li tinsab fir-reġistri nazzjonali tagħhom, dwar il-bastimenti tas-sajd u l-persuni suspettati li jkunu wettqu l-ksur ikkonċernat jew li jkunu nqabdu fl-att ta' twettiq tal-ksur inkwistjoni.

2.   Meta jkun qed isegwi każ ta' ksur tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, Stat Membru jista' jikkonsulta l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-Unjoni tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 93a dwar il-bastimenti tas-sajd u l-persuni suspettati li jkunu wettqu l-ksur ikkonċernat jew li jkunu nqabdu fl-att ta' twettiq tal-ksur inkwistjoni.

Emenda 268

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 93 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.     Meta Stat Membru jitlob informazzjoni mingħand Stat Membru ieħor b'rabta ma' ksur, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jipprovdi mingħajr dewmien l-informazzjoni rilevanti dwar il-bastimenti tas-sajd u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti fil-ksur.

imħassar

Emenda 269

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 93 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Id-data li tkun tinsab fir-reġistru nazzjonali dwar il-każijiet ta' ksur għandha tinżamm biss għal kemm żmien ikun meħtieġ għall-iskop ta' dan ir-Regolament, iżda dejjem għal minimu ta' ħames snin kalendarji, li jibdew mis-sena ta' wara dik li fiha tiġi rreġistrata l-informazzjoni.

4.   Id-data li tkun tinsab fir-reġistru nazzjonali dwar il-każijiet ta' ksur għandha tinżamm biss għal kemm żmien ikun meħtieġ għall-iskop ta' dan ir-Regolament, iżda dejjem għal minimu ta' ħames snin kalendarji, li jibdew mis-sena ta' wara dik li fiha tiġi rreġistrata l-informazzjoni , bi qbil mar-regoli kollha applikabbli dwar il-protezzjoni tal-privatezza u l-ipproċessar tad-data personali .

Emenda 270

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 69

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu - 93a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu - 93a

 

Reġistru tal-Unjoni tal-ksur

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru tal-Unjoni ta' ksur (ir-reġistru tal-Unjoni) li jiċċentralizza l-informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-ksur imsemmi fl-Artikolu 93(1), kif ukoll informazzjoni dwar l-irkaptu mitluf kif imsemmi fl-Artikolu 48(5). Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni maħżuna fir-reġistri nazzjonali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 93, kif ukoll l-informazzjoni miġbura u rreġistrata skont l-Artikolu 48(5), tiddaħħal ukoll fir-reġistru tal-Unjoni.

 

2.     Informazzjoni relatata ma' ksur minn persuna fiżika tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd li wasslet għal kundanna kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali bejn l-Istati Membri u li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni ma għandhiex tiġi inkluża fir-reġistru tal-Unjoni.

 

3.     Informazzjoni relatata ma' ksur minn persuna fiżika tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd li wasslet għal kundanna kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 u li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament ma għandhiex tiġi inkluża fir-reġistru tal-Unjoni.

 

4.     Ir-reġistru tal-Unjoni għandu jkun magħmul minn sistema ċentrali, punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali f'kull Stat Membru, software tal-interfaċċa li jippermetti l-konnessjoni tal-awtoritajiet kompetenti mas-sistema ċentrali permezz tal-punti ta' aċċess ċentrali nazzjonali u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-punti ta' aċċess ċentrali nazzjonali.

 

5.     L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru tal-Unjoni biss biex jivverifikaw jekk, fir-rigward ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni jew ta' persuna fiżika, xi Stat Membru għandux informazzjoni dwar ksur li jikkonċerna dak il-bastiment jew dik il-persuna fiżika, kif ukoll informazzjoni dwar l-irkaptu mitluf.

 

6.     L-Istati Membri jistgħu fi kwalunkwe ħin jirrettifikaw jew iħassru d-data li jkunu daħħlu fis-sistema ċentrali tar-reġistru tal-Unjoni. Jekk Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li daħħal id-data jkollu raġuni biex jemmen li d-data rreġistrata fis-sistema ċentrali mhijiex preċiża, huwa għandu jikkuntattja l-punt ta' aċċess ċentrali tal-Istat Membru mingħajr dewmien żejjed, bil-ħsieb ta' rettifika ta' data mhux preċiża.

 

7.     Id-data li tinsab fir-reġistru tal-Unjoni għandha tinħażen biss sakemm id-data korrispondenti tinħażen fir-reġistru nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 93(4). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta titħassar id-data fir-reġistru nazzjonali, dik id-data titħassar minnufih mis-sistema ċentrali tar-reġistru tal-Unjoni.

 

8.     Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura konnessjoni sigura bejn ir-reġistru nazzjonali tiegħu u l-punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali, filwaqt li jiżgura konnessjoni bejn is-sistemi nazzjonali tiegħu u r-reġistru tal-Unjoni, u l-arranġamenti għall-aċċess ta' persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet ċentrali għar-reġistru tal-Unjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament, u l-ġestjoni ta' tali aċċess. Kull Stat Membru għandu jipprovdi taħriġ xieraq lill-persunal tal-awtorità kompetenti tiegħu li għandu dritt ta' aċċess għar-reġistru tal-Unjoni li jkopri, b'mod partikolari taħriġ dwar ir-regoli relatati mas-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data u r-regoli applikabbli dwar id-drittijiet fundamentali, qabel ma jawtorizzahom biex jipproċessaw data maħżuna fir-reġistru tal-Unjoni.

 

9.     F'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, kull Stat Membru, flimkien mal-Kummissjoni, għandu jiżgura li d-data rreġistrata fir-reġistru tal-Unjoni tkun irreġistrata legalment, u b'mod partikolari li l-persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-data għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, li d-data tinġabar legalment b'mod li jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali tal-individwu kkonċernat, li d-data tiddaħħal fir-reġistru tal-Unjoni legalment, u li d-data tkun preċiża u aġġornata meta tiddaħħal.

 

10.     L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandu jkollha aċċess dirett għar-reġistru tal-Unjoni għall-fini li twettaq il-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) 2019/473. Skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandha tiżgura li l-persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-data.

 

11.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-iżvilupp tekniku u l-implimentazzjoni tar-reġistru tal-Unjoni b'mod partikolari fir-rigward tat-trasferiment ta' data mir-reġistri nazzjonali għas-sistema ċentrali tar-reġistru tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-software tal-interfaċċa, iż-żamma u l-aċċess tar-reġistru tal-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 3, ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni u d-disponibilità tar-reġistru tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).

 

12.     L-ispejjeż li jirriżultaw b'konnessjoni mat-twaqqif u t-tħaddim tas-sistema ċentrali, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni u s-software tal-interfaċċa għandhom jinġarrbu mill-FEMS. L-ispejjeż tal-konnessjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd mar-reġistru tal-Unjoni għandhom jitħallsu mill-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd. Spejjeż oħra għandhom jitħallsu mill-Istati Membri, speċifikament l-ispejjeż imġarrba dovuti għall-konnessjoni tar-reġistri nazzjonali eżistenti, u l-awtoritajiet kompetenti mar-reġistru tal-Unjoni.

Emenda 271

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 70

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 93a – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali annwali jew pluriennali ta' kontroll għall-ispezzjonijiet u għall-kontroll tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd.

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali annwali jew pluriennali ta' kontroll għall-ispezzjonijiet , għas-sorveljanza u għall-kontroll tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd.

Emenda 272

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 70

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 93a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programmi nazzjonali ta' kontroll għandhom ikunu msejsa fuq ir-riskji u għandhom jiġu aġġornati tal-anqas darba fis-sena b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll adottati ġodda.

Il-programmi nazzjonali ta' kontroll għandhom ikunu msejsa fuq ir-riskji u għandhom jiġu aġġornati tal-anqas darba fis-sena b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll adottati ġodda u l-konklużjoni tar-rapport annwali ta' evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 2b .

Emenda 273

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 70

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 93a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Sat-30  ta'  Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-ispezzjonijiet u l-kontrolli mwettqa fis-sena ta' qabel, f'konformità mal-programmi nazzjonali ta' kontroll u f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.    Sal-31  ta'  Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-ispezzjonijiet , is-sorveljanza u l-kontrolli mwettqa fis-sena ta' qabel, f'konformità mal-programmi nazzjonali ta' kontroll u f'konformità ma' dan ir-Regolament. Dawk ir-rapporti għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web uffiċjali tal-Istati Membri sal-31 ta' Marzu ta' kull sena.

Emenda 274

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 70

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 93a – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Ir-rapporti dwar l-ispezzjonijiet, is-sorveljanza u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 

(a)

il-baġit totali allokat għall-kontroll tas-sajd;

 

(b)

l-għadd u t-tip ta' spezzjonijiet, sorveljanza u kontrolli mwettqa;

 

(c)

l-għadd u t-tip ta' ksur suspettat u kkonfermat, inkluż ksur serju;

 

(d)

it-tip ta' azzjonijiet ta' segwitu għal ksur ikkonfermat (bħal twissija sempliċi, sanzjoni amministrattiva, sanzjoni kriminali, miżura ta' infurzar immedjat jew l-għadd ta' punti ta' penalità li jingħataw).

Emenda 275

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 70

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 93a – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Sal-1 ta' Settembru kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jinkludi evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali ta' kontroll. Dak ir-rapport għandu jinkludi s-sejbiet ewlenin tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2, u għandu janalizza wkoll l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament minn bastimenti tas-sajd irreġistrati f'pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari bastimenti tas-sajd irreġistrati f'pajjiżi ġirien tal-Unjoni. Dak ir-rapport għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Emenda 276

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 71a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 101 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(71a)

fl-Artikolu 101, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“4a.     Jekk, wara li tkun ġiet adottata l-azzjoni, l-Istat Membru kkonċernat xorta waħda ma jirnexxilux isolvi s-sitwazzjoni u jaġixxi fuq in-nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll tiegħu, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni bil-għan li jinbeda proċediment ta' ksur kontra dak l-Istat Membru.”

Emenda 277

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 77 – punt a

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 109 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bażi tad-data kompjuterizzata għall-fini ta' validazzjoni tad-data rreġistrata f'konformità ma' dan ir-regolament. Il-validazzjoni tad-data reġistrata tinkludi l-kontroverifika, l-analiżi u l-verifika tad-data.”

“1.   L-Istati Membri għandhom , sa'… [il-31 ta' Diċembru tat-tielet sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], jistabbilixxu bażi tad-data kompjuterizzata għall-fini ta' validazzjoni tad-data rreġistrata f'konformità ma' dan ir-Regolament. Il-validazzjoni tad-data reġistrata tinkludi l-kontroverifika, l-analiżi u l-verifika tad-data. Id-data kollha mill-bażijiet tad-data tal-Istati Membri għandha tiġi trażmessa f'bażi tad-data waħda ġestita mill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.”

Emenda 278

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 77 – punt a

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 109 – paragrafu 2 – punt b – punt x

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(x)

data minn sistemi ta' televiżjoni b'ċirkwit magħluq abbord bastimenti tas-sajd u monitoraġġ elettroniku ieħor tal-obbligu ta' ħatt l-art f'konformità mal-Artikolu 25a ."

(x)

data minn apparati elettroniċi għall-monitoraġġ tal-obbligu ta' ħatt l-art."

Emenda 279

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 78

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 110 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data elenkata fil-paragrafu 1(a)(ii) u (iii) tista' tiġi pprovduta lil korpi xjentifiċi tal-Istati Membri, lil korpi xjentifiċi tal-Unjoni u lill-Eurostat.

Id-data elenkata fil-paragrafu 1(a)(ii) u (iii) tista' tiġi pprovduta lil korpi xjentifiċi tal-Istati Membri, lil korpi xjentifiċi tal-Unjoni u lill-Eurostat. Dik id-data għandha tkun f'format anonimu, sabiex ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' bastimenti individwali jew persuni fiżiċi.

Emenda 280

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 78

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 110 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-rapporti annwali tagħhom dwar il-programmi nazzjonali ta' kontroll kull sena fuq is-sit web tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

Emenda 281

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 81

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 112 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Data personali li tinsab fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 110(1) u (2) ma għandhiex tinħażen għal perjodu itwal minn 5 snin , ħlief għal data personali li hi neċessarja biex ikun jista' jingħata segwitu għal ilment, għal ksur, għal spezzjoni, għal verifika jew għal awditu jew għal proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi kurrenti, li tista' tinżamm għal 10 snin. Jekk l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 110(1) u (2) tinżamm għal perjodu ta' żmien itwal, id-data għandha tiġi anonimizzata.

3.   Data personali li tinsab fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 110(1) u (2) ma għandhiex tinħażen għal perjodu itwal minn sena , ħlief għal data personali li hi neċessarja biex ikun jista' jingħata segwitu għal ilment, għal ksur, għal spezzjoni, għal verifika jew għal awditu jew għal proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi kurrenti, li tista' tinżamm għal 10 snin. Jekk l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 110(1) u (2) tinżamm għal perjodu ta' żmien itwal, id-data għandha tiġi anonimizzata.

Emenda 333

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 80a (ġdid) – punt a

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 113 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(80a)

L-Artikolu 113 huwa emendat kif ġej:

 

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

2.   Id-data skambjata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni m'għandhiex tiġi trasmessa lil persuni minbarra dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Komunità li l-funzjonijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom tali aċċess, sakemm l-Istati Membri li qed jitrasmettu d-data ma jagħtux il-kunsens espress tagħhom .

 

“2.   Id-data skambjata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni tista' tiġi trażmessa lil persuni minbarra dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Komunità li l-funzjonijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom tali aċċess, dment li l-Istati Membri li qed jitrażmettu d-data jfornu rifjtu motivat għad-divulgazzjoni tad-data .”

Emenda 334

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 80a (ġdid) – punt b

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 113 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Id-data msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex tintuża ħlief għall-iskopijiet li hemm provvediment għalihom f'dan ir-Regolament sakemm l-awtoritajiet li qed jipprovdu d-data ma jagħtux il-kunsens espress tagħhom għall-użu tad-data għal skopijiet oħra u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-awtorità li qed tirċievi d-data ma jipprojbixxux it-tali użu.

 

“3.   Id-data msemmija fil-paragrafu 1 tista' tintuża għal skopijiet differenti minn dawk previsti f'dan ir-Regolament , dment li l-awtoritajiet li qed jipprovdu d-data jfornu rifjut motivat għal tali użu.”

Emenda 335

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 80a (ġdid) – punt c

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 113 – paragrafu 7a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

(c)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

 

 

7a .    Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u għar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.

Emenda 282

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 82

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 114 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Għall-fini ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm aġġornat sit web uffiċjali għall-operaturi u għall-pubbliku ġenerali, li bħala minimu jkun fih l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 115.

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru jew reġjun għandu jistabbilixxi u jżomm aġġornat sit web jew siti web uffiċjali għall-operaturi u għall-pubbliku ġenerali, li bħala minimu jkun fih l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 115.

Emenda 283

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 82

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 115 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq is-siti web tagħhom, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien jew jipprovdu link diretta għall-informazzjoni li ġejja:

Fuq is-siti web tagħhom, l-Istati Membri jew reġjuni għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien jew jipprovdu link diretta għall-informazzjoni li ġejja:

Emenda 284

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 82

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 115 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

il-programm nazzjonali ta' kontroll stabbilit, ir-riżultati u r-rapport ta' evalwazzjoni magħmul mill-Kummissjoni mill-inqas 30 jum wara d-dati stabbiliti fl-Artikolu 93a.

Emenda 285

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 768/2005

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)

Fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)

“kontroll u spezzjoni” tfisser kwalunkwe miżura meħuda mill-Istati Membri, b'mod partikolari skond l-Artikoli 23, 24 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 biex tikkontrolla u tispezzjona l-attivitajiet tas-sajd fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd inklużi l-attivitajiet ta' sorveljanza u monitoraġġ bħal sistemi satellitari ta' monitoraġġ tal-bastimenti u skemi ta' osservaturi;

“(a)

‘kontroll u spezzjoni’ tfisser kwalunkwe miżura meħuda mill-Istati Membri biex tikkontrolla u tispezzjona l-attivitajiet tas-sajd fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd inklużi l-attivitajiet ta' sorveljanza u monitoraġġ bħal sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti u skemi ta' osservaturi;”

 

(Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġie kkodifikat u mħassar bir-Regolament (UE) 2019/473.

Emenda 286

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 768/2005

Artikolu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

li tkun ta' assistenza għall-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-armonizzazzjoni tal-applikazzjoni tal-politika komuni tas-sajd;"

(e)

li tkun ta' assistenza lill-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-armonizzazzjoni tal-applikazzjoni u fl-iżgurar tas-sostenibilità tal-politika komuni tas-sajd , inkluża d-dimensjoni esterna tagħha ;

 

(Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġie kkodifikat u mħassar bir-Regolament (UE) 2019/473. L-Artikolu 3(e) tar-Regolament (KE) Nru 768/2005 jikkorrispondi għall-Artikolu 3(e) tar-Regolament (UE) 2019/473.)

Emenda 287

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 768/2005

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:

“(ja)

li taħdem flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-kondiviżjoni tad-data u l-informazzjoni rilevanti biex tappoġġa l-ħolqien u l-użu komuni tal-għarfien dwar l-ambjent tal-baħar.”

 

(Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġie kkodifikat u mħassar bir-Regolament (UE) 2019/473.

Emenda 288

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2 – punt ca (ġdid)

Regolament (KE) Nru 768/2005

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“1a.     Il-Kummissjoni għandha tfassal protokoll ta' sħubija bejn l-aġenziji msemmija fil-punt (ja) tal-ewwel paragrafu bħala l-qafas għall-kooperazzjoni msaħħa tagħhom.”

 

(Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġie kkodifikat u mħassar bir-Regolament (UE) 2019/473.

Emenda 289

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 4 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 768/2005

Artikolu 17g

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)

L-Artikolu 17g huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 17g

Artikolu 17g

Kooperazzjoni fl-affarijiet marittimi

Kooperazzjoni fl-affarijiet marittimi

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-UE, u b'mod partikolari tikkonkludi ftehimiet amministrattivi ma' entitajiet oħra fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament wara l-approvazzjoni mill-Bord Amministrattiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kummissjoni u  l-Istati Membri b'dan fi stadju bikri ta' dawn in-negozjati.

“L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi u tgħin fl-implimentazzjoni tal-politika marittima integrata tal-UE, u b'mod partikolari tikkonkludi ftehimiet amministrattivi ma' entitajiet oħra fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament wara l-approvazzjoni mill-Bord Amministrattiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u  lill-Istati Membri b'dan fi stadju bikri ta' dawn in-negozjati.”

 

(Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġie kkodifikat u mħassar bir-Regolament (UE) 2019/473. L-Artikolu 17g tar-Regolament (KE) Nru 768/2005 jikkorrispondi għall-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/473.)

Emenda 290

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 768/2005

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt c – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)

Fil-punt (c) tal-Artikolu 23(2), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

jadotta sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, u jikkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni u  l-Istati Membri, il-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena ta' wara u jgħaddih lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri;

“jadotta sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, u jikkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni u  tal-Istati Membri, il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija għas-sena ta' wara u jgħaddih lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri.”

 

(Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġie kkodifikat u mħassar bir-Regolament (UE) 2019/473. L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 768/2005 jikkorrispondi għall-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/473.)

Emenda 291

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 5 – punt ab (ġdid)

Regolament (KE) Nru 768/2005

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt c – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ab)

Fil-punt (c) tal-Artikolu 23(2), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

Il-programm ta' ħidma għandu jkun fih il-prijoritajiet ta' l-Aġenzija. Għandu jagħti prijorità lid-dmirijietta' l-Aġenzija relatati ma' programmi ta' kontroll u sorveljanza. Għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura annwali Komunitarja tal-budget. F'każ li l-Kummissjoni tesprimi , fi żmien 30 ġurnata mid-data ta' adozzjoni tal-programm ta' ħidma, in-nuqqas ta' qbil tagħha ma' dak il-programm, il-Bord Amministrattiv għandu jerġa jeżamina l-programm u jadottah, possibilment emendat, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari;

“Il-programm ta' ħidma għandu jkun fih il-prijoritajiet ta' l-Aġenzija. Għandu jagħti prijorità lid-dmirijietta' l-Aġenzija relatati ma' programmi ta' kontroll u sorveljanza. Għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura annwali Komunitarja tal-budget. F'każ li l-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jesprimu , fi żmien 30 ġurnata mid-data ta' adozzjoni tal-programm ta' ħidma, in-nuqqas ta' qbil tagħhom ma' dak il-programm, il-Bord Amministrattiv għandu jerġa' jeżamina l-programm u jadottah, possibilment emendat, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari;”

 

(Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġie kkodifikat u mħassar bir-Regolament (UE) 2019/473. L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 768/2005 jikkorrispondi għall-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/473.)

Emenda 292

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 768/2005

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)

fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu d-dritt jaħtar membru wieħed. L-Istati Membri u  l-Kummissjoni għandhom jaħtru sostituti għal kull membru li jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu /tagħha .

“1.   Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentanti tal-Parlament Ewropew . Kull Stat Membru għandu d-dritt jaħtar membru wieħed. Il-Parlament Ewropew għandu jkun intitolat li jaħtar żewġ rappreżentanti. L-Istati Membri , il-Kummissjoni l-Parlament Ewropew għandhom jaħtru supplent wieħed għal kull membru, li se jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tagħha/ tiegħu.”

 

(Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġie kkodifikat u mħassar bir-Regolament (UE) 2019/473. L-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 768/2005 jikkorrispondi għall-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2019/473.)

Emenda 293

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 7

Regolament (KE) Nru 768/2005

Artikolu 29 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“(a)

għandu/ha j/tħejji l-abbozz tal-programm annwali ta' ħidma u l-abbozz tal-programm pluriennali ta' ħidma u tissottomettihom/jissottomettihom/jissottomettuhom lill-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Għandu/ha j/tieħu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma fi ħdan il-limiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u kwalunkwe liġi applikabbli oħra;”

“(a)

għandu/ha j/tħejji l-abbozz tal-programm annwali ta' ħidma u l-abbozz tal-programm pluriennali ta' ħidma u tissottomettihom/jissottomettihom/jissottomettuhom lill-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, mal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Għandu/ha j/tieħu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma fi ħdan il-limiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u kwalunkwe liġi applikabbli oħra;”

 

(Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 ġie kkodifikat u mħassar bir-Regolament (UE) 2019/473. L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 768/2005 jikkorrispondi għall-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2019/473.)

Emenda 294

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1005/2008

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a)

fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Fl-eventwalità li l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd tiġi rrifjutata skond il-paragrafi 1 jew 2, l-Istati Membri jistgħu jikkonfiskaw u jeqirdu, jiddisponu minn jew ibiegħu dawn il-prodotti tas-sajd skond il-liġi nazzjonali. Il-qliegħ mill-bejgħ jista' jintuża għal finijiet ta' karità.

“3.   Fl-eventwalità li l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd tiġi rrifjutata skond il-paragrafi 1 jew 2, l-Istati Membri jistgħu jikkonfiskaw u jeqirdu, jiddisponu minn jew ibiegħu dawn il-prodotti tas-sajd skond il-liġi nazzjonali. Il-qliegħ mill-bejgħ għandu jintuża għal finijiet ta' karità.”

Emenda 295

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1005/2008

Artikolu 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 32a

 

Miżuri ta' salvagwardja

 

Fejn pajjiż terz ikun ġie nnotifikat, skont l-Artikolu 32, bil-possibilità li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax, il-Kummissjoni tista' tintroduċi miżuri ta' salvagwardja li skonthom it-tariffi preferenzjali għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura jiġu temporanjament sospiżi. Dawk il-miżuri ta' salvagwardja jistgħu japplikaw sakemm il-Kummissjoni jkollha evidenza ta' dgħufijiet speċifiċi notifikati u li jirriżultaw f'attivitajiet IUU possibbli jew ikkonfermati u għalhekk il-proċedimenti mibdija fil-konfront ta' dak il-pajjiż terz ma jkunux intemmu.”

Emenda 296

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1005/2008

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Għall-fini ta' dan ir-Regolament, ‘ksur serju’ tfisser kwalunkwe ksur elenkat fil-punti (a) sa (n), (o) u (p) tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jew meqjus bħala ksur serju skont il-punti (a), (c), (e), (f) u (i) tal-Artikolu 90(3) ta' dak ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.”

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, “ksur serju” tfisser kwalunkwe ksur elenkat fil-punti (a) sa (n), (o) u (p) tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jew meqjus bħala ksur serju skont il-punti (a), (c), (e), (f) u (i) tal-Artikolu 90(3) ta' dak ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Emenda 297

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 1005/2008

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mingħajr ħsara għas-setgħat tal-Istati Membri li jiftħu proċedimenti kriminali u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, għandhom japplikaw b'mod sistematiku l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuna fiżika li tkun wettqet jew persuna ġuridika miżmuma responsabbli għal ksur serju kif definit f'dan ir-Regolament.

1.   Mingħajr ħsara għas-setgħat tal-Istati Membri li jiftħu proċedimenti kriminali u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, għandhom japplikaw b'mod sistematiku l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuna fiżika li tkun wettqet jew persuna ġuridika miżmuma responsabbli għal ksur serju kif definit f'dan ir-Regolament.

 

Fir-rigward ta' kull att speċifiku ta' ksur kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, mhux aktar minn Stat Membru wieħed jista' jibda proċedimenti jew jimponi sanzjonijiet kontra l-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.

Emenda 298

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 1005/2008

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta persuna fiżika tkun suspettata li wettqet jew tinqabad fl-att filwaqt li tkun qed twettaq ksur serju jew persuna ġuridika tkun suspsettata li hi responsabbli għal tali ksur serju f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, minnufih għandhom jieħdu l-miżuri rilevanti u immedjati f'konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   Meta persuna fiżika tinqabad fl-att filwaqt li tkun qed twettaq ksur serju jew ikun ġie identifikat ksur serju matul spezzjoni b'rabta ma' dik il-persuna fiżika, jew ikun hemm provi li persuna ġuridika tkun suspsettata li hi responsabbli għal tali ksur serju f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, minnufih għandhom jieħdu l-miżuri rilevanti u immedjati f'konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Emenda 299

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 1, 3, 4, 5 għandhom japplikaw minn [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ] .

L-Artikoli 1, 3, 4, 5 għandhom japplikaw minn … [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(6), (11), (12), (21), (22), (23), (44) u (46) li għandu japplika minn …[erba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] .

Emenda 300

Proposta għal regolament

ANNESS I

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Anness III – tabella – ringiela 5

Test propost mill-Kummissjoni

Nru

Ksur serju

punti

5

Nuqqas ta' ssodisfar tal-obbligi relatati mal-użu tal-irkapti kif stipulat fir-regoli tal-politika komuni tas-sajd.

4

Emenda

imħassar

Emenda 301

Proposta għal regolament

ANNESS I

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Anness III – tabella – linja 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Nru

Ksur serju

punti

6a

Għal bastimenti li ma joperawx f'sajd taħt pjan ta' ġestjoni tal-isforz tas-sajd, manipulazzjoni ta' magna bil-għan li tiżdied il-qawwa tal-bastiment lil hinn mill-qawwa massima kontinwa tal-magna skont iċ-ċertifikat tal-magna.

5

Emenda 302

Proposta għal regolament

ANNESS I

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Anness III — tabella — ringiela 16 — kolonna 2 (“ksur serju”)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ksur serju

Ksur serju

sajd f'żona ristretta jew magħluqa, jew żona ta' rkupru tal-istokkijiet ta' ħut, matul staġun magħluq, jew mingħajr jew wara l-ksib ta' kwota jew lil hinn minn fond magħluq;

Sajd f'żona ristretta jew magħluqa, jew żona ta' rkupru tal-istokkijiet ta' ħut, matul staġun magħluq, jew mingħajr jew wara l-ksib ta' kwota jew lil hinn minn fond magħluq jew distanza għall-kosta ;

Emenda 303

Proposta għal regolament

ANNESS II

Regolament (KE) Nru 1005/2008

ANNESS II – tabella – ringiela 4

Test propost mill-Kummissjoni

2.

Isem il-Bastiment tas-Sajd

Bandiera – Port ta' l-Istazzjonar u Numru ta' Reġistrazzjoni

Sinjal tas-Sejħa

Numru tal-IMO/Lloyd's

(jekk maħruġ)

Emenda

2.

Isem il-Bastiment tas-Sajd

Bandiera – Port ta' l-Istazzjonar u Numru ta' Reġistrazzjoni

Sinjal tas-Sejħa

numru tal-OMI/(Identifikatur Uniku tal-Bastiment)

(jekk maħruġ)

Emenda 304

Proposta għal regolament

ANNESS II

Regolament (KE) Nru 1005/2008

ANNESS II – tabella – ringiela 7

Test propost mill-Kummissjoni

Speċi

Kodiċi tal-prodott

Dati u żon(a/i) tal-qabda

Piż ħaj stmat (piż nett tal-ħut f'kg)

Piż ħaj stmat li se jinħatt (piż nett tal-ħut f'kg)

Piż Verifikat li Nħatt l-Art (piż nett f'kg)

Emenda

Speċi

Kodiċi tal-prodott

Irkapti tas-sajd

(1)

Żona/i tal-qbid

(2)

Dati tal-qabda: minn → sa

Piż nett stmat tal-ħut għall-iżbark (kg)

Piż nett tal-ħut f'kg

Piż nett tal-ħut ivverifikat (kg)

(3)

(1)

Il-Kodiċi għandu jintuża skont il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Irkaptu tas-sajd tal-FAO.

(2)

Żona tal-qbid:

Żona/i tal-FAO; kif ukoll

Żona/i Ekonomika Esklussiva u/jew Ibħra Miftuħa; kif ukoll

Żona/i rilevanti tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd

(3)

Għandha timtela biss jekk ivverifikata fil-kuntest ta' spezzjoni uffiċjali

Emenda 305

Proposta għal regolament

ANNESS II

Regolament (KE) Nru 1005/2008

ANNESS II – tabella – ringiela 11

Test propost mill-Kummissjoni

Kaptan tal-Bastimenti Riċevitur

Firma

Isem il-Bastiment

Sinjal tas-Sejħa

Numru tal-OMI/Lloyds

(jekk maħruġ)

Emenda

Kaptan tal-Bastimenti Riċevitur

Firma

Isem il-Bastiment

Sinjal tas-Sejħa

numru tal-OMI/(Identifikatur Uniku tal-Bastiment)

(jekk maħruġ)


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0016/2021).

(27)   ĠU C , , p. .

(28)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(28)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(32)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(33)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 tad-19 ta' Settembru 2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 242, 20.9.2011, p. 2).

(32)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(33)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 tad-19 ta' Settembru 2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 242, 20.9.2011, p. 2).

(34)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

(34)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

(1a)   Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(*2)   Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).

(*3)   Id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1).

(*4)   Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(*5)   Id-Direttiva 92/43/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).