24.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/84


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar”

(COM(2021)93 final — 2021/50 (COD))

(2021/C 341/13)

Relatur:

Pekka RISTELÄ

Konsultazzjoni

Parlament Ewropew, 11.3.2021

Kunsill, 15.3.2021

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni

26.5.2021

Adottata fil-plenarja

9.6.2021

Sessjoni plenarja Nru

561

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

147/87/11

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li tagħmilha aktar faċli għall-ħaddiema biex jinfurzaw il-prinċipju ta’ paga ugwali meta jqisu li kienu vittmi ta’ diskriminazzjoni fil-pagi, sabiex tikkontribwixxi għal trasparenza akbar fl-istrutturi tal-pagi u ssaħħaħ ir-rwol tal-korpi nazzjonali fl-infurzar ta’ dan il-prinċipju.

1.2.

Il-KESE jinnota li d-Direttiva proposta għandha kamp ta’ applikazzjoni wiesa’, u li tapplika għall-ħaddiema kollha kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, u tirrikonoxxi l-aspetti intersezzjonali tad-diskriminazzjoni.

1.3.

Madankollu, il-KESE jqis li l-proposta għandha tissaħħaħ f’diversi aspetti, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji li għandhom jintużaw biex jiġu ddeterminati l-valur tax-xogħol, il-kopertura ta’ wħud mill-obbligi ewlenin ta’ trasparenza, u r-rwol tal-imsieħba soċjali u tan-negozjar kollettiv fl-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali.

1.4.

Il-KESE jqis li tista’ tiġi pprovduta gwida aktar dettaljata dwar il-kriterji oġġettivi li għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat il-valur tax-xogħol b’mod newtrali għall-ġeneru. Kriterji bħal dawn għandhom jinkludu l-ħiliet u l-karatteristiċi tax-xogħol tipikament imwettaq min-nisa, li ta’ spiss ma jiġux ikkunsidrati jew ma jiġux ivvalutati biżżejjed meta jiġi vvalutat il-valur tax-xogħol, bħall-ħiliet li huma ffukati fuq in-nies. Dawn il-kriterji għandhom jiġu żviluppati bl-involviment tal-imsieħba soċjali, jew minnhom, u fformulati b’mod li jħalli spazju għal speċifikazzjoni ulterjuri minnhom.

1.5.

Filwaqt li l-proposta hija ġustament sensittiva għat-tħassib dwar piżijiet addizzjonali fuq l-SMEs, il-KESE ma jqisx ġustifikata l-eżenzjoni sħiħa għal dawk kollha li jħaddmu inqas minn 250 ħaddiem. Regoli speċjali għall-SMEs jistgħu, madankollu, ikunu adegwati. L-Istati Membri għandhom ukoll jintalbu jipprovdu appoġġ, taħriġ u assistenza teknika lil min iħaddem, b’mod partikolari lill-SMEs, għall-obbligi tagħhom ta’ trasparenza fil-pagi.

1.6.

Il-KESE jqis li għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi promoss in-negozjar kollettiv dwar pagi ugwali u miżuri oħra bil-għan li titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-imsieħba soċjali. In-negozjar kollettiv jista’ jkollu rwol sinifikanti u ta’ benefiċċju fil-promozzjoni ta’ pagi ugwali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri b’mod sistematiku fil-livelli tal-kumpaniji, settorjali, reġjonali jew nazzjonali.

1.7.

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-miżuri inklużi fil-proposta huma biss parti mill-passi meħtieġa biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet strutturali li fuqhom hija msejsa d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi. Approċċ olistiku li jinkludi l-approfondiment u t-tisħiħ tal-infurzar, se jkun meħtieġ biex jiġi żgurat li fil-prattika jkun hemm pagi ugwali. Dan għandu jinkludi aktar sforzi biex tiġi indirizzata s-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol, l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u s-sottovalutazzjoni tax-xogħol imwettaq b’mod predominanti min-nisa: servizzi adegwati u aċċessibbli għall-indukrar tat-tfal, kif ukoll dispożizzjonijiet adegwati għal-liv għall-partners; u inizjattivi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar id-differenzi fil-pagi, jiġu promossi opportunitajiet ta’ karriera għan-nisa, u tiġi żgurata rappreżentanza aħjar tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; u jiġu eliminati d-diżinċentivi relatati mat-taxxa għall-impjieg tan-nisa.

2.   Introduzzjoni

2.1.

Paga ugwali għall-irġiel u n-nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali huwa wieħed mid-drittijiet u l-prinċipji fundamentali kemm tal-UE (1), kif ukoll tal-istrumenti internazzjonali u Ewropej tad-drittijiet tal-bniedem (2). L-aktar darba reċenti li dan ġie mtenni kien fil-Prinċipju 2 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Huwa espress ukoll fl-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (3), li jipprojbixxi diskriminazzjoni diretta u indiretta abbażi tal-ġeneru fir-rigward ta’ paga għall-istess xogħol jew għal xogħol ta’ valur ugwali.

2.2.

Il-qafas tal-UE għall-pagi ugwali ilu fis-seħħ għal ħafna għexieren ta’ snin (4) u kkontribwixxa biex jindirizza d-diskriminazzjoni fil-pagi u l-preġudizzju bejn il-ġeneri fl-istrutturi tal-pagi. Skont l-EIGE, 9 % (minn 14,1 %) tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi (il-parti “mhux spjegata”) hija attribwita għall-karatteristiċi mhux osservati tal-ħaddiema li mhumiex koperti mill-mudell, kif ukoll għal diskriminazzjoni possibbli. (5). Kawżi oħra tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi huma, pereżempju, il-fatt li n-nisa jġorru sehem akbar ta’ responsabbiltajiet ta’ kura mhux imħallsa, li jaffettwa l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol bħax-xogħol part-time, u segregazzjoni okkupazzjonali orizzontali u vertikali. Xi wħud minn dawn huma indirizzati minn aspetti oħra tal-liġi u l-politika tal-Unjoni (6).

2.3.

Dawn il-miżuri wasslu għal progress fit-tnaqqis tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi fl-UE. Madankollu, id-differenza medja bejn il-pagi full-time fl-UE għadha ta’ 14,1 %, bi ftit li xejn progress li sar matul l-aħħar għaxar snin. L-iżviluppi jvarjaw bejn l-Istati Membri, u xi wħud minnhom saħansitra juru żieda fid-differenzi fil-pagi (7). Il-fatt li n-nisa, bħala medja, għadhom jaqilgħu inqas fis-siegħa mill-irġiel jikkontribwixxi għad-differenza bejn il-ġeneri fil-dħul annwali globali (36,7 % (8)) u l-pensjonijiet (30 % (9)) — għalkemm mhuwiex l-uniku fattur li jikkontribwixxi għal dawn id-differenzi. Madankollu, din id-differenza bejn il-ġeneri fid-dħul ġenerali hija spjegata l-aktar mill-fatt li n-nisa jqattgħu inqas sigħat f’xogħol imħallas, fil-biċċa l-kbira sabiex jakkomodaw responsabbiltajiet ta’ kura mhux imħallsa (10). Ix-xogħol full-time għandu impatt kbir fuq id-dħul u l-opportunitajiet ta’ karriera, u sabiex l-opportunità tiġi offruta kemm lin-nisa kif ukoll lill-irġiel jeħtieġ li jkun hemm strutturi ta’ appoġġ bħal servizzi ta’ kura, responsabbiltajiet tal-familja kondiviżi u l-eliminazzjoni ta’ diżinċentivi relatati mat-taxxa għall-impjieg tan-nisa.

2.4.

Il-ġurisprudenza tal-korpi ta’ monitoraġġ tal-istrumenti internazzjonali u Ewropej tad-drittijiet tal-bniedem turi b’mod ċar li għad hemm ħafna lok għal titjib fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, kemm fil-liġi kif ukoll fil-prattika, fl-iżgurar u l-infurzar tad-dritt għal paga ugwali, inkluż fir-rigward tat-trasparenza fil-pagi (11).

2.5.

Il-pandemija tal-COVID-19 kellha effetti severi fuq is-soċjetà, l-ekonomija, il-ħaddiema, l-intraprendituri u n-negozji. Iżda fuq kollox, il-pandemija enfasizzat il-fatt li n-nisa għadhom jirċievu pagi aktar baxxi mill-irġiel, u li x-xogħol li sar f’ħafna impjiegi essenzjali ddominati min-nisa għadu sottovalutat. Il-pandemija affettwat ukoll b’mod sproporzjonat lin-nisa, fuq il-post tax-xogħol u lil hinn minnu, u, mingħajr azzjoni deċiżiva, x’aktarx li jkollha riperkussjonijiet negattivi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (12).

2.6.

Il-proposta tal-KE għal Direttiva biex issaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar (2021/0050 (COD), “il-proposta”) tirrikonoxxi l-urġenza li tittieħed azzjoni biex tiġi promossa paga ugwali għall-irġiel u n-nisa f’dan il-kuntest. Il-proposta għandha l-għan li tindirizza wħud mill-ostakli ewlenin għall-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-qafas tal-UE għall-pagi ugwali fil-prattika, li għadu sfida (13). Il-Kummissjoni tqis tnaqqis ta’ 3 punti perċentwali fid-differenza mhux spjegata bejn il-ġeneri fil-pagi bħala stima raġonevoli tal-impatt tal-miżuri proposti, għalkemm in-nuqqas ta’ data preċiża dwar il-firxa tad-diskriminazzjoni fil-pagi jagħmilha diffiċli biex jiġi vvalutat l-impatt tal-miżuri proposti (14).

2.7.

Il-Kummissjoni identifikat tliet settijiet ewlenin ta’ sfidi f’dan ir-rigward: nuqqas ta’ ċarezza dwar kunċetti legali ewlenin, bħal “xogħol ta’ valur ugwali”, nuqqas ta’ trasparenza fis-sistemi tal-pagi, u firxa ta’ ostakli proċedurali, bħal spejjeż legali għoljin jew nuqqas ta’ kumpens suffiċjenti (15). Fl-2014, din ippubblikat Rakkomandazzjoni dwar it-tisħiħ tal-prinċipju ta’ pagi ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz tat-trasparenza fil-pagi (“ir-Rakkomandazzjoni”), immirata biex tindirizza wħud minn dawn il-kwistjonijiet (16). Ir-Rakkomandazzjoni ftit li xejn ġiet implimentata fl-Istati Membri (17), għalkemm xi wħud diġà għandhom diversi miżuri ta’ trasparenza fil-pagi fis-seħħ, li huma differenti fit-tfassil u l-kopertura tagħhom (18).

2.8.

Fil-bidu tal-mandat tagħha, il-President tal-KE Ursula von der Leyen identifikat il-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali bħala l-prinċipju fundatur ta’ Strateġija ġdida dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, u miżuri vinkolanti ta’ trasparenza fil-pagi bħala waħda mill-prijoritajiet politiċi tagħha. Il-Kummissjoni sussegwentement inkludiet l-introduzzjoni ta’ miżuri vinkolanti ta’ trasparenza fil-pagi fl-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025. Il-Parlament Ewropew esprima appoġġ għall-introduzzjoni ta’ miżuri bħal dawn fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi (19) u dwar l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (20). Il-KESE appella wkoll lill-Kummissjoni biex taġixxi f’dan il-qasam sabiex tindirizza sitwazzjonjiet fejn xogħol li tipikament jitwettaq min-nisa jiġi sottovalutat, inkluż billi tintroduċi miżuri vinkolanti ta’ trasparenza fil-pagi, kif ukoll miżuri biex tiżgura opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol, u sabiex tiġi indirizzata s-segregazzjoni tal-ġeneru orizzontali u vertikali skont il-professjoni (21).

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-KESE aktar kmieni kien wera l-fehma tiegħu li hemm bżonn ta’ miżuri vinkolanti biex jissaħħaħ il-prinċipju ta’ paga ugwali bejn l-irġiel u n-nisa (22). L-esperjenza bir-Rakkomandazzjoni tal-2014 dwar it-trasparenza fil-pagi wriet li miżuri mhux vinkolanti x’aktarx ma jiksbux ir-riżultat mixtieq, li huwa li jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ paga ugwali fil-prattika, bil-pass meħtieġ.

3.2.

Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li tagħmilha aktar faċli għall-ħaddiema biex jinfurzaw il-prinċipju ta’ paga ugwali meta jqisu li kienu vittmi ta’ diskriminazzjoni fil-pagi, sabiex tikkontribwixxi għal trasparenza akbar fl-istrutturi tal-pagi u ssaħħaħ ir-rwol tal-korpi nazzjonali fl-infurzar ta’ dan il-prinċipju.

3.3.

Madankollu, il-KESE jqis li l-proposta għandha tissaħħaħ f’diversi aspetti, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji li għandhom jintużaw biex jiġu ddeterminati l-valur tax-xogħol u l-kopertura ta’ wħud mill-obbligi ewlenin ta’ trasparenza, kif ukoll ir-rwol tal-imsieħba soċjali u tan-negozjar kollettiv fl-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali, l-imsieħba soċjali huma fl-aħjar pożizzjoni biex jivvalutaw mill-ġdid il-valur tal-ħiliet u l-professjonijiet (23). Huwa mħasseb li, inkella, il-benefiċċji tal-miżuri proposti se jkunu limitati għal ħafna ħaddiema, u l-miżuri mhux se jikkontribwixxu biżżejjed għall-bidliet sistemiċi meħtieġa biex jeliminaw id-diskriminazzjoni fil-pagi u l-preġudizzju bejn il-ġeneri fl-istrutturi tal-pagi.

3.4.

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-miżuri inklużi fil-proposta huma biss parti mill-passi meħtieġa biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet strutturali li fuqhom hija msejsa d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi. Approċċ olistiku li jinkludi aktar miżuri, kif ukoll it-tisħiħ tal-infurzar, se jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat li fil-prattika jkun hemm pagi ugwali. Dawn għandhom jinkludu aktar sforzi biex tiġi indirizzata s-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol, l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u s-sottovalutazzjoni tax-xogħol imwettaq b’mod predominanti min-nisa; servizzi adegwati u aċċessibbli għall-indukrar tat-tfal, kif ukoll dispożizzjonijiet adegwati għal-liv għall-partners; u inizjattivi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar id-differenzi fil-pagi, jiġu promossi opportunitajiet ta’ karriera għan-nisa, u tiġi żgurata rappreżentanza aħjar tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; u jiġu eliminati d-diżinċentivi relatati mat-taxxa għall-impjieg tan-nisa.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.   Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

4.1.1.

Il-KESE jinnota li d-Direttiva proposta għandha kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ (Artikolu 2), li japplika kemm għas-settur pubbliku kif ukoll għal dak privat, u għall-ħaddiema kollha li għandhom kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg, fejn id-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ tali relazzjoni hija ggwidata minn fatti relatati mal-prestazzjoni tax-xogħol. Dan jinkludi ħaddiema f’impjieg mhux standard, bħal xogħol fuq talba jew fuq pjattaforma, fejn il-fatti relatati mal-prestazzjoni tax-xogħol jindikaw li dawn il-kriterji huma ssodisfati (24). L-eżistenza ta’ kuntratt ta’ impjieg jew ta’ relazzjoni tax-xogħol hija definita mil-liġi, minn ftehimiet kollettivi u/jew mill-prattika fis-seħħ f’kull Stat Membru, b’kunsiderazzjoni għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

4.1.2.

Id-definizzjoni ta’ “kategoriji ta’ ħaddiema” fl-Artikolu 3 tipprovdi li dawn għandhom jiġu speċifikati minn min iħaddem. Huwa kruċjali li jkun hemm mekkaniżmi li jiżguraw li l-kategoriji tal-ħaddiema jiġu ddeterminati b’mod newtrali għall-ġeneru, pereżempju billi jiġi żgurat li dawn jitfasslu bl-involviment tat-trade unions/tar-rappreżentanti tal-ħaddiema, f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali.

4.1.3.

Il-KESE jilqa’ l-fatt li d-definizzjoni ta’ diskriminazzjoni fil-pagi tinkludi diskriminazzjoni bbażata fuq taħlita ta’ ġeneru u kwalunkwe bażi oħra ta’ diskriminazzjoni (25), filwaqt li jirrikonoxxi l-aspetti intersezzjonali tad-diskriminazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida ulterjuri biex tiżgura li każijiet fejn id-diskriminazzjoni fil-pagi tirriżulta minn taħlita ta’ ġeneru u karatteristika protetta oħra jkunu jistgħu jiġu identifikati u indirizzati bħala tali.

4.1.4.

Il-KESE jinnota li, fil-proposta kollha, ir-responsabbiltajiet jiġu allokati lir-“rappreżentanti tal-ħaddiema” mingħajr ma jiġi ddefinit it-terminu. Fil-memorandum ta’ spjegazzjoni, il-Kummissjoni tiddikjara li “jekk rappreżentanti formali tal-ħaddiema jkunu assenti fl-organizzazzjoni, l-impjegatur jenħtieġ li jaħtar ħaddiem wieħed jew aktar għal dan il-għan”. Sabiex ma jkunx hemm riskju ta’ interferenza żejda fis-sistemi nazzjonali tar-relazzjonijiet industrijali, kif ukoll biex jiġi evitat li d-drittijiet u l-prerogattivi tat-trade unions jiġu evitati mir-rappreżentanti tal-ħaddiema magħżula minn min iħaddem (26), il-proposta għandha tiggarantixxi li r-rappreżentanti leġittimi tal-ħaddiema jiġu dejjem maħtura mill-ħaddiema. Għandu jiġi preċiżat li dan għandu jsir skont il-konvenzjonijiet u l-ġurisprudenza rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni, id-dritt għall-organizzazzjoni u d-dritt għan-negozjar kollettiv.

4.2.   Paga ugwali u xogħol ta’ valur ugwali

4.2.1.

Fl-Artikolu 4(3), il-proposta tiċċara xi wħud mill-kriterji oġġettivi li għandhom jintużaw fid-determinazzjoni tal-valur tax-xogħol, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-QĠUE, u tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-għodod u l-metodoloġiji jiġu stabbiliti biex jiddeterminaw il-valur tax-xogħol. Dawn id-dispożizzjonijiet se jgħinu lill-ħaddiema li jkunu qed ifittxu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom fl-identifikazzjoni ta’ komparatur xieraq, u jiżguraw li l-valur tax-xogħol jiġi ddeterminat b’mod aktar konsistenti bejn l-Istati Membri. Din se tgħin lill-imsieħba soċjali fit-tfassil ta’ strutturi tal-pagi b’mod newtrali għall-ġeneru u fid-determinazzjoni ta’ liema kategoriji ta’ ħaddiema jwettqu xogħol ta’ valur ugwali, li huwa essenzjali għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra fid-Direttiva proposta.

4.2.2.

Madankollu, id-dispożizzjoni proposta telenka biss ftit kriterji ġenerali. Ikun tajjeb li jingħataw aktar dettalji dwar il-kriterji oġġettivi li għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat il-valur tax-xogħol, fejn għandu jsir sforz partikolari biex jiġi żgurat li l-ħiliet u l-karatteristiċi meħtieġa tax-xogħol li tipikament jitwettqu min-nisa ma jiġux injorati. Fejn tali ħiliet u karatteristiċi jiġu injorati, il-valutazzjoni tal-valur tax-xogħol ma tkunx newtrali għall-ġeneru. Pereżempju, il-kriterji proposti għandhom jispeċifikaw aktar sottokriterji li għandhom jitqiesu, li jinkludu ħiliet iffukati fuq in-nies li huma tipiċi tax-xogħol imwettaq f’ħafna impjiegi li huma ddominati min-nisa, bħax-xogħol tal-kura (27). L-għoti ta’ aktar dettalji jikkontribwixxi biex jiġi żgurat li x-xogħol li tipikament isir min-nisa ma jkunx sottovalutat. Dawn il-kriterji għandhom jiġu fformulati b’mod li jħalli spazju għal aktar speċifikazzjoni mill-imsieħba soċjali.

4.2.3.

L-imsieħba soċjali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jivvalutaw il-valur tal-ħiliet u tal-okkupazzjonijiet. Il-kriterji newtrali għall-ġeneru, u l-għodod u l-metodoloġiji li jiddeterminaw il-valur tax-xogħol imsemmija fl-Artikolu 4(2), iridu jiġu żviluppati mill-imsieħba soċjali jew tal-inqas bl-involviment tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tagħhom. Id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma strumentali biex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa u biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi.

4.2.4.

Il-KESE jilqa’ l-introduzzjoni tal-għażla li jintuża komparatur ipotetiku jew evidenza oħra li tippermetti li tiġi preżunta d-diskriminazzjoni allegata, fejn ma jista’ jiġi stabbilit l-ebda komparatur reali. Dan se jgħin lill-ħaddiema f’postijiet tax-xogħol li jkunu segregati ħafna skont il-ġeneru biex juru diskriminazzjoni fejn din tkun teżisti, anke jekk ma jkun hemm l-ebda komparatur reali. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-ħaddiema nisa f’postijiet tax-xogħol segregati ħafna skont il-ġeneru jkunu jistgħu jippreżentaw pretensjonijiet għal paga ugwali, peress li l-evidenza tissuġġerixxi li hemm korrelazzjoni bejn il-livell ta’ femminizzazzjoni ta’ post tax-xogħol u paga aktar baxxa — jiġifieri, aktar ma jkun għoli l-proporzjon tan-nisa, aktar tkun baxxa l-paga (28).

4.3.   Trasparenza fil-pagi

4.3.1.

Il-KESE jieħu nota tal-miżuri proposti fl-Artikoli 5 sa 9 bil-għan li tittejjeb id-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-pagi, inkluż qabel l-impjieg, u t-trasparenza fl-istrutturi tal-pagi, iżda jinnota l-ħtieġa li jiġu akkomodati l-mudelli nazzjonali tar-relazzjonijiet industrijali. Dawn jistgħu jikkontribwixxu biex tiġi indirizzata waħda mill-isfidi ewlenin fl-identifikazzjoni u l-kontestazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-pagi, kif ukoll id-disparitajiet fil-pagi kkawżati mid-differenzi bejn il-ġeneri fin-negozjati inizjali dwar is-salarji, li għandhom it-tendenza li jkunu ta’ żvantaġġ għan-nisa (29). Il-KESE jinnota li l-proposta tirrikonoxxi li l-Artikolu 5 ma jillimitax il-kapaċità ta’ min iħaddem, tal-ħaddiema u tal-imsieħba soċjali li jinnegozjaw salarju barra mill-firxa indikata.

4.3.2.

Dawn il-miżuri jistgħu jwasslu wkoll lil min iħaddem biex jidentifika u jindirizza n-nuqqasijiet fil-pagi fl-organizzazzjoni tagħhom. Ir- rappurtar u l-valutazzjonijiet konġunti jistgħu jikkontribwixxu biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar id-diskriminazzjoni fil-pagi u l-preġudizzju bejn il-ġeneri fl-istrutturi tal-pagi u biex dawn jiġu indirizzati b’mod aktar sistematiku u effettiv, u b’hekk jibbenefikaw il-ħaddiema kollha fl-organizzazzjoni mingħajr il-ħtieġa li l-ħaddiema jressqu talba għal paga ugwali. Fl-istess ħin, huwa importanti li jittejjeb l-għarfien tal-ħaddiema dwar fiex jikkonsistu l-paga u s-salarju u kif dan jista’ jiġi influwenzat. L-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ġeneru fil-postijiet tax-xogħol jikkontribwixxu bil-kbir ukoll biex tiġi indirizzata d-differenza fil-pagi. Aktar trasparenza fil-pagi jista’ jkollha effetti ta’ benefiċċju wkoll fuq is-sodisfazzjon, iż-żamma u l-produttività tal-ħaddiema (30).

4.3.3.

Il-formulazzjoni tal-Artikolu 7(5) propost tissuġġerixxi li l-ħaddiema jistgħu ma jitħallewx jitkellmu liberament dwar il-paga tagħhom mal-oħrajn lil hinn miċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-infurzar tal-prinċipju ta’ paga ugwali. Il-KESE jinnota li, sabiex tiġi żgurata trasparenza akbar, għandu jiġi ċċarat li l-ħaddiema ma għandhomx jinżammu milli jiżvelaw il-paga tagħhom mal-kollegi u ma’ oħrajn, b’mod partikolari mat-trade union tagħhom. Il-kapaċità li jiġu diskussi l-pagi b’mod ħieles mal-oħrajn tippermetti lill-ħaddiema jidentifikaw li l-prinċipju ta’ paga ugwali jkun inkiser.

4.3.4.

Barra minn hekk, min iħaddem ma għandux ikun jista’ jwaqqaf lill-ħaddiema milli jiżvelaw lit-trade union tagħhom informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi għal kategoriji ta’ ħaddiema li tinkiseb fuq talba u li tista’ tindika diskriminazzjoni fil-pagi (Artikolu 7(6)). Ir-riċevitur jista’ jintalab jittratta l-informazzjoni b’mod kunfidenzjali, għajr għall-finijiet tal-infurzar tal-prinċipju ta’ paga ugwali.

4.3.5.

Il-limitazzjoni tar-rekwiżit li jsir rapport dwar id-differenzi fil-pagi fi ħdan l-organizzazzjoni għal min iħaddem mill-inqas 250 ħaddiem (Artikolu 8(1)), li jeżenta l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) kollha, tfisser li madwar terz biss tal-ħaddiema kollha fl-UE jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura (31). Barra minn hekk, in-nisa huma rrappreżentati żżejjed f’kumpaniji żgħar (32), li jfisser li proporzjon saħansitra iżgħar ta’ ħaddiema nisa se jibbenefikaw minn din il-miżura. Dan il-limitu huwa pass lura mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2014, li tissuġġerixxi rekwiżiti ta’ rappurtar għal min iħaddem mill-inqas 50 impjegat (33).

4.3.6.

Il-KESE jirrikonoxxi li l-SMEs jista’ jkollhom aktar riżorsi limitati biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva proposta. Il-proposta għandha tkun sensittiva għat-tħassib dwar piżijiet addizzjonali fuq l-SMEs, b’mod partikolari minħabba s-sinifikat li dawn jista’ jkollhom fil-proċess ta’ rkupru ta’ wara l-pandemija, li jista’ jkun għadu għaddej wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva proposta. Madankollu, il-Kummissjoni tivvaluta li l-ispejjeż tal-produzzjoni tar-rapporti se jkunu moderati (34). Għalhekk, eżenzjoni kompleta ta’ dawk kollha li jħaddmu inqas minn 250 impjegat mhijiex iġġustifikata, iżda regoli speċjali għall-SMEs jistgħu jkunu adegwati.

4.3.7.

Regoli speċjali li jnaqqsu l-frekwenza meħtieġa ta’ rappurtar għal intrapriżi iżgħar inaqqsu l-ispejjeż, filwaqt li jirrikjedu lil min iħaddem jidentifika u jelimina d-differenzi fil-pagi għall-benefiċċju tal-ħaddiema. Il-limitu għall-obbligi ta’ rappurtar m’għandux ikun ogħla minn 50 ħaddiem, iżda l-frekwenza tar-rappurtar għal intrapriżi b’aktar minn 50 ħaddiem iżda inqas minn 250 ħaddiem tista’ titnaqqas.

4.3.8.

Hemm tħassib simili fir-rigward tal-limitazzjoni tar-rekwiżit li ssir valutazzjoni konġunta lil min iħaddem mill-inqas 250 ħaddiem (Artikolu 9). L-ispejjeż għall-produzzjoni ta’ valutazzjoni konġunta huma stmati li huma kemxejn ogħla milli għar-rapporti (35), iżda xorta waħda ma jiġġustifikawx eżenzjoni sħiħa għal min iħaddem inqas minn 250 ħaddiem. Regoli speċjali għall-SMEs jistgħu jiġu ġġustifikati.

4.3.9.

L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu appoġġ, taħriġ u assistenza teknika lil min iħaddem, b’mod partikolari lill-SMEs, biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta’ trasparenza fil-pagi, inkluż billi jiżviluppaw għodod u metodoloġiji għall-kalkolu tad-differenzi fil-pagi. L-Istati Membri għandhom, kull fejn ikun possibbli u xieraq, jagħmlu użu wkoll mill-possibbiltà fl-Artikolu 8(4) li jiġbru informazzjoni dwar id-differenzi fil-pagi fost l-organizzazzjonijiet infushom, b’mod partikolari fir-rigward tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

4.3.10.

Il-KESE jinnota li l-proposta hija differenti mir-Rakkomandazzjoni peress li tirrikjedi li min iħaddem jirrapporta biss dwar id-differenzi fil-pagi bejn il-ħaddiema rġiel u nisa skont il-kategorija tal-ħaddiema u fl-organizzazzjoni kollha. Sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta’ rendikont akbar, it-trade unions/ir-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw il-metodu użat minn min iħaddem biex jikkalkula d-differenzi fil-pagi u jekk il-kalkoli humiex preċiżi, b’kunsiderazzjoni xierqa għal-liġi u l-prattika nazzjonali. F’konformità mar-Rakkomandazzjoni, l-obbligi tar-rappurtar għandhom jestendu għal-livelli medji tal-pagi tal-ħaddiema rġiel u nisa skont il-kategorija tal-ħaddiema. Dan jippermetti lill-ħaddiema u korpi oħra jivvalutaw id-differenzi attwali fil-pagi bejn il-kategoriji tal-ħaddiema, li huma essenzjali biex jiġi żgurat l-infurzar effettiv tal-prinċipju ta’ paga ugwali.

4.3.11.

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-proposta ma tispeċifikax kemm-il darba min iħaddem għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-paga għal kategoriji differenti ta’ ħaddiema (Artikolu 8(1)(g)). Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq bażi annwali, bħal tipi oħra ta’ informazzjoni. Dispożizzjonijiet speċjali dwar il-frekwenza jistgħu jsiru għall-SMEs, kif issuġġerit fil-punt 4.3.7.

4.3.12.

Il-KESE jappoġġja l-proposta li min iħaddem jiġi obbligat jirrimedja s-sitwazzjoni, f’kooperazzjoni mat-trade union/rappreżentanti tal-ħaddiema u korpi oħra, u r-rekwiżit li jiġu inklużi miżuri li jindirizzaw kwalunkwe differenza identifikata u jirrappurtaw dwar l-effettività ta’ tali miżuri fil-valutazzjoni konġunta (Artikolu 8(7), Artikoli 9(2) u 9(3)). Dawn id-dispożizzjonijiet huma essenzjali biex jiġi żgurat li r-rappurtar u l-obbligi konġunti ta’ valutazzjoni jkunu effettivi fil-promozzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali.

4.3.13.

L-Artikolu 10(1) jipprovdi li l-informazzjoni pprovduta skont ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq li tinvolvi l-ipproċessar tad-data personali trid tiġi pprovduta f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) (Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)). Għandu jiġi speċifikat li l-GDPR ma għandux jintuża minn min iħaddem bħala raġuni biex tiġi miċħuda l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi identifikata d-diskriminazzjoni fil-pagi. L-Artikolu 10(3) fih protezzjonijiet adegwati għall-privatezza ta’ ħaddiem individwali, li jeħtieġu li fejn ħaddiem individwali jkun identifikabbli, l-informazzjoni rilevanti għandha tkun disponibbli għat-trade union/rappreżentanti tal-ħaddiema jew għall-korp ta’ ugwaljanza biss. Dawn għandhom imbagħad jagħtu parir lill-ħaddiem dwar jekk hemmx raġunijiet għal talba għal paga ugwali.

4.4.   Negozjar kollettiv u djalogu soċjali dwar pagi ugwali

4.4.1.

Il-proposta tirrikonoxxi l-importanza li l-imsieħba soċjali jagħtu attenzjoni partikolari lill-ugwaljanza fil-pagi fin-negozjar kollettiv u tipprovdi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex iħeġġu lill-imsieħba soċjali jagħtu l-attenzjoni dovuta lil kwistjonijiet ta’ pagi ugwali, inkluż fil-livell xieraq ta’ negozjar kollettiv (37). Hija tipprovdi wkoll li l-karatteristiċi differenti tad-djalogu soċjali nazzjonali u s-sistemi ta’ negozjar kollettiv madwar l-Unjoni u l-awtonomija u l-libertà kuntrattwali tal-imsieħba soċjali kif ukoll il-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem għandhom jiġu rrispettati (38). Madankollu, għall-kuntrarju tar-Rakkomandazzjoni tal-2014, il-proposta ma tinkludix dispożizzjoni li tiżgura li l-kwistjoni ta’ paga ugwali tista’ tiġi diskussa fil-livell xieraq ta’ negozjar kollettiv.

4.4.2.

L-Artikolu 11 jistipula biss li d-drittijiet u l-obbligi skont id-Direttiva għandhom jiġu diskussi mal-imsieħba soċjali. Għandu jiġi speċifikat aktar x’jinvolvi dan. B’mod partikolari, huwa importanti li jiġi żgurat, b’mod speċifiku, li jittieħdu miżuri għall-promozzjoni tan-negozjar kollettiv dwar pagi ugwali u miżuri oħra mmirati biex inaqqsu d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-imsieħba soċjali. In-negozjar kollettiv jista’ jkollu rwol sinifikanti u ta’ benefiċċju fil-promozzjoni ta’ pagi ugwali u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri b’mod sistematiku fil-livelli tal-kumpaniji, settorjali jew nazzjonali.

4.4.3.

Barra minn hekk, għandhom jiġu mħeġġa miżuri oħra li jippromovu d-djalogu soċjali, id-diskussjoni dwar pagi ugwali u l-iżvilupp ta’ skemi ta’ evalwazzjoni tax-xogħol newtrali għall-ġeneru mill-imsieħba soċjali, is-sensibilizzazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ pagi ugwali bejniethom, u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki.

4.4.4.

Għandha tissaħħaħ il-kapaċità tar-rappreżentanti tat-trade unions/tal-ħaddiema li jaġixxu f’isem il-ħaddiema, inkluż billi r-rappreżentanti tat-trade unions/tal-ħaddiema jingħataw id-dritt li jitolbu informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi, imqassma skont il-ġeneru, għal kategoriji ta’ ħaddiema. Din l-informazzjoni tippermetti lir-rappreżentanti tat-trade unions/tal-ħaddiema jidentifikaw id-diskriminazzjoni fil-pagi u jaġixxu biex jindirizzwha, inkluż permezz ta’ negozjar kollettiv.

4.4.5.

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rappreżentanti tat-trade unions/tal-ħaddiema għandu jkollhom l-għarfien tekniku u t-taħriġ meħtieġ biex jaqdu l-funzjoni tagħhom li jidentifikaw id-diskriminazzjoni fil-pagi, u jagħtu pariri u jirrappreżentaw lill-ħaddiema fir-rigward tal-kwistjonijiet rilevanti. Għandu jiġi ċċarat li t-trade unions għandhom id-dritt li jirrappreżentaw lill-membri tagħhom.

4.5.   Rimedji u infurzar

4.5.1.

Il-KESE jieħu nota tad-dispożizzjonijiet proposti li għandhom l-għan li jindirizzaw l-ostakli proċedurali li jiffaċċjaw il-ħaddiema li jfittxu li jressqu talba għal paga ugwali, bħal spejjeż legali għoljin, kumpens inadegwat u perjodi ta’ limitazzjoni. F’dan ir-rigward jirrikonoxxi t-tradizzjonijiet legali li jvarjaw fir-rigward tar-regoli ta’ proċeduri tal-Istati Membri. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa ta’ flessibbiltà sabiex jiġu rrispettati kemm is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali kif ukoll il-karatteristiċi differenti tad-djalogu soċjali nazzjonali u s-sistemi ta’ negozjar kollettiv differenti madwar l-Unjoni u l-awtonomija u l-libertà kuntrattwali tal-imsieħba soċjali kif ukoll il-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem.

4.5.2.

Il-KESE jappoġġja l-proposta li jiġi żgurat li diversi entitajiet ikunu jistgħu jaġixxu f’isem jew b’appoġġ għal ħaddiem jew għal grupp ta’ ħaddiema, bl-approvazzjoni espliċita tagħhom, u li l-korpi għall-ugwaljanza u r-rappreżentanti tal-ħaddiema jkunu jistgħu jagħmlu dan f’isem diversi ħaddiema (l-Artikolu 13). Il-possibbiltà ta’ azzjoni kollettiva fil-livell nazzjonali tista’ tiġi kkunsidrata wkoll, peress li hija mistennija li jkollha impatt sostanzjali fuq l-infurzar (39). Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ flessibbiltà sabiex jiġu rispettati t-tradizzjonijiet legali u s-sistemi ġudizzjarji nazzjonali differenti.

4.5.3.

Il-KESE jinnota li l-Artikolu 19 dwar l-ispejjeż legali u ġudizzjarji jista’ joħloq diffikultajiet finanzjarji għall-mikrointrapriżi u xi negozji żgħar bħala konvenuti fil-proċeduri. Meta l-ispejjeż legali jkunu tant sinifikanti li jheddu l-operat tan-negozju, in-nuqqas ta’ rkupru għandu jitqies bħala manifestament mhux raġonevoli.

4.5.4.

Il-KESE jinnota li l-perjodu ta’ limitazzjoni propost ta’ tliet snin fl-Artikolu 18 jista’ jirrikjedi bidliet sinifikanti li jinvolvu sfidi għall-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim eżistenti f’xi Stati Membri. Fejn dan ikun il-każ, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jakkomodaw is-sistemi ġudizzjarji u t-tradizzjonijiet legali tagħhom, mingħajr ma jikkompromettu l-objettiv tal-Artikolu 18, li huwa li jiġi żgurat li perjodi qosra ta’ limitazzjoni ma jkunux ostaklu li jipprevjeni lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni fil-pagi milli jinfurzaw id-dritt tagħhom għal paga ugwali.

4.6.   Korpi għall-ugwaljanza u l-monitoraġġ

4.6.1.

Il-KESE jilqa’ l-proposta li jissaħħaħ ir-rwol tal-korpi għall-ugwaljanza fl-infurzar tal-prinċipju ta’ paga ugwali u li tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejn il-korpi għall-ugwaljanza u korpi oħra b’funzjoni ta’ spezzjoni (Artikolu 25). Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni biex tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn il-korpi tal-ugwaljanza u l-imsieħba soċjali, kif ukoll il-korp ta’ monitoraġġ, jekk dan ikun separat mill-korp tal-ugwaljanza, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-awtonomija tal-imsieħba soċjali.

4.6.2.

Il-KESE jilqa’ b’mod partikolari d-dispożizzjoni dwar riżorsi adegwati li jippermettu lill-korpi għall-ugwaljanza jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod effettiv (Artikolu 25(3)). Huwa jilqa’ wkoll ir-rekwiżit propost li jiġi nominat korp ta’ monitoraġġ biex jappoġġja l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali (Artikolu 26). Madankollu, biex jissaħħaħ aktar ir-rwol tal-korpi nazzjonali, il-proposta għandha tiżgura li l-korp ta’ monitoraġġ u l-ispettorati tax-xogħol jingħataw riżorsi adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod effettiv.

4.6.3.

Il-KESE jqis li l-kompożizzjoni tal-korp ta’ monitoraġġ għandha tinkludi l-atturi soċjali involuti fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali, b’mod partikolari t-trade unions u r-rappreżentanti ta’ min iħaddem, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-pagi ugwali.

4.7.   Dispożizzjonijiet orizzontali

4.7.1.

Il-KESE jqis li l-klawżola proposta tan-nonrigressjoni (Artikolu 24) tista’ tissaħħaħ aktar billi jiżdied li xejn fid-Direttiva ma għandu jiġi interpretat bħala li jirrestrinġi jew jaffetwa b’mod negattiv id-drittijiet u l-prinċipji kif rikonoxxuti, fl-oqsma tal-applikazzjoni rispettivi tagħhom, skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali u skont ftehimiet internazzjoni li l-Unjoni jew l-Istati Membri huma parti minnhom.

4.7.2.

L-Artikolu 27 għandu l-għan li jiżgura li d-Direttiva mhux se taffettwa d-dritt tal-imsieħba soċjali li jinnegozjaw, jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi jew jieħdu azzjoni kollettiva skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. Għandu jitkompla jiġi speċifikat ukoll li l-imsieħba soċjali jistgħu jintroduċu dispożizzjonijiet jew japplikaw ftehimiet kollettivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema u dawk stabbiliti fid-Direttiva.

4.7.3.

Il-KESE jinnota li l-Artikolu 30 jippermetti l-implimentazzjoni tad-Direttiva mill-imsieħba soċjali fejn huma jitolbu b’mod konġunt li jagħmlu dan, dment li r-riżultati li d-Direttiva trid tikseb ikunu ggarantiti f’kull ħin. Din id-dispożizzjoni tiżgura li d-Direttiva tippermetti mezzi differenti ta’ implimentazzjoni f’sistemi nazzjonali differenti, filwaqt li tiggarantixxi l-istess livell ta’ protezzjoni għall-ħaddiema.

Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2021.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  Stabbilit fl-Artikolu 119 tat-Trattat ta’ Ruma (1957) u issa jinsab fl-Artikolu 157(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE. L-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel trid tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluża fil-paga.

(2)  Ara b’mod partikolari: l-Artikolu 7(a)(i) tal-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICECSR), il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 100 (1951) u l-Artikolu 4(3) tal-Karta Soċjali Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa (1961, riveduta fl-1996).

(3)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(4)  Direttiva dwar il-paga ugwali (ĠU L 45, 19.2.1975, p. 19).

(5)  EIGE (2020) “Gender inequalities in care and consequences for the labour market” [L-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fil-kura u l-konsegwenzi għas-suq tax-xogħol], p. 26.

(6)  ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79-93; COM(2020) 152 final, 5.3.2020 u COM(2017) 678 final, 20.11.2017.

(7)  Data tal-Eurostat mill-2019, Gender pay gap statistics [Statistika dwar id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi].

(8)  Data tal-Eurostat mill-2016, Gender overall earnings gap [Differenza fid-dħul globali bejn il-ġeneri].

(9)  Data tal-Eurostat mill-2018, Closing the gender pension gap? [Qed tonqos id-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet?].

(10)  Eurostat (2019b) Why do people work part-time? [Għaliex in-nies jaħdmu part-time?]

(11)  Ara pereżempju l-ġurisprudenza tal-Kumitat ta' Esperti tal-ILO dwar l-Applikazzjoni ta' Konvenzjonijiet u Rakkomandazzjonijiet (CEACR) dwar il-Konvenzjoni Nru 100 Konvenzjoni dwar Rimunerazzjoni Ugwali (1951), id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (ECSR) tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ilmenti kollettivi mressqa mill-Università tan-Nisa fl-Ewropa (UWE) kontra 15-il Stat Membru tal-UE u l-konklużjonijiet tal-ECSR dwar in-nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 4(3) tal-Karta Soċjali Ewropea skont il-proċeduri normali ta' rappurtar

(12)  Wenham C (2020) “The gendered impact of the COVID-19 crisis and post-crisis period” (L-impatt abbażi tal-ġeneru tal-kriżi COVID-19 u l-perjodu ta’ wara l-kriżi), il-Parlament Ewropew; Eurofound (2020) “Women and labour market equality: Has COVID-19 rolled back recent gains?” (In-nisa u l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol: Il-COVID-19 mexxiet lura l-kisbiet riċenti?); il-Kummissjoni Ewropea, rapport tal-2021 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE.

(13)  Skont ir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE, COM(2013) 861 final, u l-evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva 2006/54/KE li timplimenta l-prinċipju tat-Trattat dwar “paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali” (SWD(2020) 50 final).

(14)  Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-proposta, paġna 116.

(15)  COM(2013) 861 final; SWD(2020) 50 final.

(16)  ĠU L 69, 8.3.2014, p. 112.

(17)  COM(2017) 671 final.

(18)  Veldman A (2017) “Pay Transparency in the EU: A legal analysis of the situation in the EU Member States, Iceland, Liechtenstein and Norway” (It-trasparenza fil-pagi fl-UE: Analiżi legali tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja”, il-Lussemburgu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea).

(19)  Riżoluzzjoni tal-PE, 30.1.2020.

(20)  Riżoluzzjoni tal-PE, 21.1.2021.

(21)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 26; ĠU C 240, 16.7.2019, p. 3; ĠU C 364, 28.10.2020, p. 77.

(22)  ĠU C 364, 28.10.2020, p. 77.

(23)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 26.

(24)  Premessa 11 tal-proposta.

(25)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22) u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).

(26)  Il-ġurisprudenza tal-Kumitat tal-ILO dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni (CFA) u tal-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Applikazzjoni ta’ Konvenzjonijiet u Rakkomandazzjonijiet (CEACR) hija ċara li l-prerogattivi tat-trade unions ma jistgħux jiġu evitati jew jinfetħu għal organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet jew (gruppi ta’) ħaddiema individwali (magħżula minn min iħaddem) oħrajn. Ara b’mod partikolari l-ġabra tal-każistika CFA tal-ILO (§ § 1214, 1222-1230, 1234, 1342-1349) u l-Istħarriġ Ġenerali tas-CEACR tal-2012, pp. 96-97.

(27)  Pereżempju, jista’ jiġi speċifikat li “ħiliet” jinkludu ħiliet interpersonali, “sforz” jinkludi mhux biss sforz fiżiku, iżda wkoll dak mentali u psikosoċjali, jew li “n-natura tal-kompiti” tinkludi appoġġ emozzjonali. Gwida aktar dettaljata dwar it-tipi ta’ kriterji u sottokriterji li għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat il-valur tax-xogħol hija pprovduta fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja d-dokument għar-Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE, SWD(2013) 512 final, 16 ta’ Diċembru 2013.

(28)  ILO (2018) Global wage report 2018/2019: what lies behind gender pay gaps [Rapport Dinji dwar il-Pagi 2018/2019: x’hemm wara d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi), Geneva, ILO, p. 75.

(29)  L-evidenza tissuġġerixxi li, pereżempju, in-nisa għandhom it-tendenza li jevitaw in-negozjati dwar is-salarji u li l-irġiel ikollhom aktar suċċess min-nisa fin-negozjati dwar l-eżiti tas-suq tax-xogħol. Ara M Recalde u L Vesterlund, “Gender Differences in Negotiation and Policy for Improvement” (Id-Differenzi bejn il-Ġeneri fin-Negozjar u l-Politika għat-Titjib), dokument ta’ ħidma mill-Uffiċċju Nazzjonali għar-Riċerka Ekonomika tal-Istati Uniti (fuq: https://www.nber.org/papers/w28183); A Leibbrandt and JA List, “Do Women Avoid Salary Negotiations? Evidence from a Large Scale, Natural Field Experiment” ((In-nisa jevitaw in-negozjati dwar is-salarji? Evidenza minn Esperiment fuq Skala Kbira u Naturali fuq il-Post), dokument ta’ ħidma mill-Uffiċċju Nazzjonali għar-Riċerka Ekonomika tal-Istati Uniti (fuq: https://www.nber.org/papers/w18511).

(30)  Ara l-Valutazzjoni tal-Impatt, paġni 17-18 u, pereżempju; Chamberlain, A., “Is Salary Transparency More Than a Trend?” (It-trasparenza fis-salarji hija aktar minn xejra?), Rapport dwar ir-Riċerka Ekonomika ta’ Glassdoor, 2015; Wall, A., “Pay openness movement: Is it merited? “Does it influence more desirable employee outcomes than pay secrecy?” ((Il-moviment dwar it-trasparenza dwar is-salarji: Hija meritata? Din tinfluwenza aktar ir-riżultati mixtieqa tal-impjegati mis-segretezza tal-pagi?), Organization Management Journal, 2018.

(31)  L-SMEs jirrappreżentaw madwar żewġ terzi tal-impjiegi fl-UE, u 99,8 % tal-intrapriżi kollha, Statistika dwar l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

(32)  Studju tal-EIGE (2020) “Gender inequalities in care and consequences for the labour market” [L-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fil-kura u l-konsegwenzi għas-suq tax-xogħol], p. 29.

(33)  Rakkomandazzjoni 4.

(34)  Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni tissuġġerixxi spejjeż medji addizzjonali ta’ bejn minimu ta’ EUR 379-EUR 508 u massimu ta’ EUR 721-EUR 890 għall-ewwel sena, bl-ispejjeż jonqsu għas-snin ta’ wara: Valutazzjoni tal-Impatt, SWD(2021) 41 final, p. 59. Ara wkoll il-Eurofound (2020), “Measures to promote gender pay transparency in companies: How much do they cost and what are their benefits and opportunities?” (Miżuri li jippromovu t-trasparenza bejn il-ġeneri fil-pagi fil-kumpaniji: Kemm jiswew u x’inhuma l-benefiċċji u l-opportunitajiet tagħhom?) Dokument ta’ ħidma tal-Eurofound, WPEF20021.

(35)  Spiża medja ta’ bejn minimu ta’ EUR 1 180–EUR 1 724 u massimu ta’ EUR 1 911–EUR 2 266, mistennija li tonqos bi kwalunkwe valutazzjoni sussegwenti: Valutazzjoni tal-Impatt, (SWD(2021) 41 final, p. 61).

(36)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(37)  Premessa 31 tal-proposta.

(38)  Premessa 31 tal-proposta.

(39)  Foubert P. (2017). Ara wkoll Benedi Lahuerta S. (2018).


ANNESS

L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 43(2) tar-Regoli ta’ Proċedura):

Punt 3.1 ġdid

Żid punt ġdid wara punt 3.1

 

3.1.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa sostenitur sod tal-prinċipju ta’ paga ugwali bejn l-irġiel u n-nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali u jirrikonoxxih bħala wieħed mid-drittijiet u l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-KESE jappoġġja wkoll l-objettiv tal-Kummissjoni li tnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u li tkompli tippromovi l-prinċipju tal-paga ugwali. Madankollu, sabiex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, il-kawżi ewlenin tad-differenza jridu jiġu vvalutati bir-reqqa u identifikati b’mod korrett. Il-KESE jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni dwar id-direttiva dwar it-trasparenza fil-pagi  (1) tonqos milli tirrikonoxxi kif xieraq il-fatturi ewlenin wara d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi bħas-segregazzjoni orizzontali u vertikali tas-suq tax-xogħol, b’segwitu għal għażliet edukattivi u professjonali individwali, xogħol full-time fil-konfront ta’ xogħol part-time kif ukoll restrizzjonijiet b’rabta mal-kura mhux bi ħlas kif ukoll ir-rwol tal-inċentivi tat-taxxa. Għalhekk, minflok il-miżuri proposti dwar it-trasparenza fil-pagi, hemm miżuri aktar effiċjenti u proporzjonati mil-leġiżlazzjoni vinkolanti tal-UE biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi għall-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, ma jiżdidux. Il-KESE jenfasizza li l-istrutturi tal-pagi u l-iffissar tal-pagi huma parti essenzjali tan-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali. Il-KESE jqis li d-direttiva proposta  (2) tonqos milli tirrispetta bis-sħiħ il-kompetenzi tal-formazzjoni tal-pagi nazzjonali u milli tqis b’mod suffiċjenti l-mudelli diversi tar-relazzjonijiet soċjali u industrijali nazzjonali jew is-sistemi ġudizzjarji u t-tradizzjonijiet legali fl-Istati Membri. Barra minn hekk, ma tingħata l-ebda kunsiderazzjoni għall-fatt li l-formazzjoni tal-pagi hija msawra wkoll mid-domanda u l-provvista simultanja tal-ħiliet fis-suq tax-xogħol kif ukoll mir-riżorsi disponibbli. Għalhekk, il-KESE jikkonkludi li l-proposta tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza fil-pagi hija sproporzjonata u tmur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra mill-ġdid jew tirrevedi l-proposta tagħha u l-koleġiżlaturi huma mistiedna jqisu u jindirizzaw dan it-tħassib fil-passi li jmiss tal-proċess leġiżlattiv.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

90

Kontra:

109

Astensjonijiet:

18

Punt 3.2

Ibdel it-test kif ġej:

 

3.2.

Il-KESE jirrikonoxxi li jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li tagħmilha aktar faċli għall-ħaddiema biex jinfurzaw il-prinċipju ta’ paga ugwali meta jqisu li kienu vittmi ta’ diskriminazzjoni fil-pagi, sabiex tikkontribwixxi għal trasparenza akbar fl-istrutturi tal-pagi u ssaħħaħ ir-rwol tal-korpi nazzjonali fl-infurzar ta’ dan il-prinċipju.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

85

Kontra:

131

Astensjonijiet:

17

Punt 3.3 (marbut mal-punt 1.3)

Ibdel it-test kif ġej:

 

3.3.

Madankollu, il-KESE jqis li l-proposta għandha tissaħħaħ il-possibbiltà li l-Istati Membri jakkomodaw il-mudelli tar-relazzjonijiet industrijali tagħhom f’diversi aspetti, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji li għandhom jintużaw biex jiġu ddeterminati l-valur tax-xogħol u l-kopertura ta’ wħud mill-obbligi ewlenin ta’ trasparenza, kif ukoll ir-rwol tal-imsieħba soċjali u tan-negozjar kollettiv fl-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali, l-imsieħba soċjali huma fl-aħjar pożizzjoni biex jivvalutaw mill-ġdid il-valur tal-ħiliet u l-professjonijiet (3) . Huwa mħasseb li, inkella, il-benefiċċji tal-miżuri proposti se jkunu limitati għal ħafna ħaddiema, u l-miżuri mhux se jikkontribwixxu biżżejjed għall-bidliet sistemiċi meħtieġa biex jeliminaw id-diskriminazzjoni fil-pagi u l-preġudizzju bejn il-ġeneri fl-istrutturi tal-pagi.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

90

Kontra:

138

Astensjonijiet:

17

Punt 4.2.4

Ibdel it-test kif ġej:

 

4.2.4.

Il-KESE jilqa’ għandu kritika u mistoqsjiet dwar l-introduzzjoni tal-għażla li jintuża komparatur ipotetiku jew evidenza oħra li tippermetti li tiġi preżunta d-diskriminazzjoni allegata, fejn ma jista’ jiġi stabbilit l-ebda komparatur reali. Dan se jgħin lill-ħaddiema f’postijiet tax-xogħol li jkunu segregati ħafna skont il-ġeneru biex juru diskriminazzjoni fejn din tkun teżisti, anke jekk ma jkun hemm l-ebda komparatur reali. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-ħaddiema nisa f’postijiet tax-xogħol segregati ħafna skont il-ġeneru jkunu jistgħu jippreżentaw pretensjonijiet għal paga ugwali, peress li l-evidenza tissuġġerixxi li hemm korrelazzjoni bejn il-livell ta’ femminizzazzjoni ta’ post tax-xogħol u paga aktar baxxa — jiġifieri, aktar ma jkun għoli l-proporzjon tan-nisa, aktar tkun baxxa l-paga  (4) . Mhuwiex ċar kif dan jaħdem fil-prattika, u dan joħloq inċertezza legali għall-kumpaniji. Jinjora wkoll l-iżviluppi dinamiċi f’kumpanija, fejn aspetti li għandhom impatt fuq il-pagi, bħas-sitwazzjoni ekonomika ġenerali (il-prestazzjoni ekonomika, il-kompetittività, il-produttività, id-domanda), kif ukoll il-kompiti tax-xogħol u l-organizzazzjoni, jinbidlu b’mod kostanti. Il-KESE jemmen li d-diskriminazzjoni potenzjali fil-pagi għandha dejjem tiġi vvalutata b’rabta mal-impjegati f’kumpanija partikolari f’pożizzjonijiet komparabbli. Barra minn hekk, il-KESE jirrimarka li l-formazzjoni tal-pagi hija fil-biċċa l-kbira prerogattiva ta’ negozjar (kollettiv) u soġġetta għal parir professjonali dettaljat u m’għandhiex tiġi regolata. Il-pagi huma ffurmati fis-suq tax-xogħol biex il-ħaddiema jitħallsu għall-kompiti mwettqa, u biex jirriflettu elementi oġġettivi u l-prestazzjoni tal-ħaddiema. Il-pagi huma stabbiliti bħala parti minn relazzjoni kuntrattwali bejn żewġ partijiet privati jew permezz ta’ ftehim kollettiv. Id-Direttiva għandha tirrispetta dawn l-aspetti u l-istrutturi tal-istabbiliment tal-pagi.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

69

Kontra:

114

Astensjonijiet:

15

Punt 4.3.5

Ħassar il-punt:

 

4.3.5.

Il-limitazzjoni tar-rekwiżit li jsir rapport dwar id-differenzi fil-pagi fi ħdan l-organizzazzjoni għal min iħaddem mill-inqas 250 ħaddiem (Artikolu 8(1)), li jeżenta l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) kollha, tfisser li madwar terz biss tal-ħaddiema kollha fl-UE jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura  (5) . Barra minn hekk, in-nisa huma rrappreżentati żżejjed f’kumpaniji żgħar  (6) , li jfisser li proporzjon saħansitra iżgħar ta’ ħaddiema nisa se jibbenefikaw minn din il-miżura. Dan il-limitu huwa pass lura mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2014, li tissuġġerixxi rekwiżiti ta’ rappurtar għal min iħaddem mill-inqas 50 impjegat  (7).

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

81

Kontra:

125

Astensjonijiet:

13

Punt 6 (marbut mal-punt 1.5)

Ibdel it-test kif ġej:

 

4.3.6.

Il-KESE jirrikonoxxi li l-SMEs jista’ jkollhom aktar riżorsi aktar limitati biex jikkonformaw mal-obbligi l-ġodda tagħhom billi sikwit ikunu neqsin minn persunal tar-riżorsi umani. Il-proposta għandha tkun sensittiva għat-tħassib dwar piżijiet addizzjonali fuq l-SMEs, b’mod partikolari minħabba s-sinifikat li dawn jista’ jkollhom fil-proċess ta’ rkupru ta’ wara l-pandemija, li jista’ jkun għadu għaddej wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva proposta. Madankollu, il- Il-Kummissjoni tivvaluta li l-ispejjeż tal-produzzjoni tar-rapporti se jkunu moderati (8) , madankollu tissottovaluta l-konsegwenzi finanzjarji globali għal min iħaddem. Fil-fatt, l-ispejjeż totali ma jistgħux jiġu vvalutati minn qabel iżda se jiddependu fuq l-ispiża tal-produzzjoni ta’ tipi ġodda ta’ data u kumpilazzjonijiet statistiċi, l-għadd ta’ tilwim, il-problemi tal-applikazzjoni fil-prattika u l-effetti fuq il-formazzjoni tal-pagi u l-ftehimiet kollettivi. Għalhekk, eżenzjoni kompleta ta’ dawk kollha li jħaddmu inqas minn 250 impjegat għandha tiġi appoġġjata mhijiex iġġustifikata, iżda regoli speċjali fil-livell nazzjonali għall-SMEs jistgħu jkunu adegwati. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu limiti xierqa.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

90

Kontra:

121

Astensjonijiet:

13

Punt 4.3.7

Ħassar il-punt:

 

4.3.7.

Regoli speċjali li jnaqqsu l-frekwenza meħtieġa ta’ rappurtar għal intrapriżi iżgħar inaqqsu l-ispejjeż, filwaqt li jirrikjedu lil min iħaddem jidentifika u jelimina d-differenzi fil-pagi għall-benefiċċju tal-ħaddiema. Il-limitu għall-obbligi ta’ rappurtar m’għandux ikun ogħla minn 50 ħaddiem, iżda l-frekwenza tar-rappurtar għal intrapriżi b’aktar minn 50 ħaddiem iżda inqas minn 250 ħaddiem tista’ titnaqqas.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

82

Kontra:

127

Astensjonijiet:

18

Punt 4.3.8

Ibdel it-test kif ġej:

 

4.3.8.

Hemm tħassib simili fir-rigward ta Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll il-limitazzjoni tar-rekwiżit li ssir valutazzjoni konġunta lil min iħaddem mill-inqas 250 ħaddiem (Artikolu 9). L-ispejjeż għall-produzzjoni ta’ valutazzjoni konġunta huma stmati li huma kemxejn ogħla milli għar-rapporti (9) , iżda xorta waħda ma u għalhekk jiġġustifikawx eżenzjoni sħiħa għal min iħaddem inqas minn 250 ħaddiem. Regoli speċjali għall-SMEs fil-livell nazzjonali jistgħu jiġu ġġustifikati.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

82

Kontra:

130

Astensjonijiet:

20

Punt 4.3.9

Ibdel it-test kif ġej:

 

4.3.9.

L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu appoġġ, taħriġ u assistenza teknika lil min iħaddem, b’mod partikolari lill-SMEs, u jinċentivawhom jieħdu miżuri volontarji biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta’ trasparenza fil-pagi, inkluż billi jiżviluppaw għodod u metodoloġiji għall-kalkolu tad-differenzi fil-pagi. L-Istati Membri għandhom, kull fejn ikun possibbli u xieraq, jagħmlu użu wkoll mill-possibbiltà fl-Artikolu 8(4) li jiġbru informazzjoni dwar id-differenzi fil-pagi fost l-organizzazzjonijiet infushom, b’mod partikolari fir-rigward tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

91

Kontra:

130

Astensjonijiet:

15

Punt 4.4.4

Ibdel it-test kif ġej:

 

4.4.4.

Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-proposta żżid il-possibbiltajiet għall-impjegati biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-prinċipju ta’ paga ugwali. Il-kapaċità tat-trade unions u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema li jaġixxu f’isem il-ħaddiema jenħtieġ li dejjem tkun taħt il-kundizzjoni ta’ mandat ċar mill-ħaddiem u jenħtieġ li sseħħ f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali kif ukoll mas-sistemi ta’ relazzjonijiet industrijali. Id-dritt li tintalab informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi, imqassma skont il-ġeneru, għall-kategoriji tal-ħaddiema jenħtieġ li ma jingħatax awtomatikament, iżda jenħtieġ li dejjem ikun iġġustifikat fuq bażi ta’ każ b’każ u b’mandat mill-ħaddiem. Għandha tissaħħaħ il-kapaċità tar-rappreżentanti tat-trade unions/tal-ħaddiema li jaġixxu f’isem il-ħaddiema, inkluż billi r-rappreżentanti tat-trade unions/tal-ħaddiema jingħataw id-dritt li jitolbu informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi, imqassma skont il-ġeneru, għal kategoriji ta’ ħaddiema. Din l-informazzjoni tippermetti lir-rappreżentanti tat-trade unions/tal-ħaddiema jidentifikaw id-diskriminazzjoni fil-pagi u jaġixxu biex jindirizzwha, inkluż permezz ta’ negozjar kollettiv.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

88

Kontra:

127

Astensjonijiet:

11

Punt 4.5.5 ġdid

Żid punt ġdid wara punt 4.5.4:

 

4.5.5.

Il-KESE jenfasizza li kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru għandha tiġi kkoreġuta. Madankollu, hemm tħassib li r-rekwiżit ta’ kumpens sħiħ, kif imsemmi fl-Artikolu 14, jikkawża kemm inċertezza legali kif ukoll diffikultajiet prattiċi rigward, fost l-oħrajn, il-perjodu li għalih jitħallas tali kumpens. Il-kundizzjonijiet speċifiċi biex jintalab u jinkiseb tali kumpens jew riparazzjoni għandhom għalhekk jiġu speċifikati fil-livell nazzjonali.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

89

Kontra:

127

Astensjonijiet:

20

Punt 4.5.6 ġdid

Żid punt ġdid wara punt 4.5.5:

 

4.5.6.

Il-KESE jinnota li d-dispożizzjoni fl-Artikolu 16(2) dwar ċirkostanzi addizzjonali li fihom l-oneru tal-prova jgħaddi għand l-impjegatur, jiġifieri meta impjegatur ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligi tat-trasparenza stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 9, jista’ jkollha konsegwenzi estensivi jekk tiġi applikata strettament. Għalhekk għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw ir-regoli evidenzjarji adatti meta tali nuqqas ta’ konformità jammonta għal negliġenza tad-dmir ta’ diliġenza mistenni.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

91

Kontra:

145

Astensjonijiet:

13

Punt 4.7.2

Ibdel it-test kif ġej:

 

4.7.2.

L-Artikolu 27 għandu l-għan li jiżgura li d-Direttiva mhux se taffettwa d-dritt tal-imsieħba soċjali li jinnegozjaw, jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi jew jieħdu azzjoni kollettiva skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. Dawn il-ftehimiet għandhom jiġu kkunsidrati biex tiġi ggarantita l-protezzjoni mixtieqa Għandu jitkompla jiġi speċifikat ukoll li l-imsieħba soċjali jistgħu jintroduċu dispożizzjonijiet jew japplikaw ftehimiet kollettivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema u dawk stabbiliti fid-Direttiva.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

95

Kontra:

134

Astensjonijiet:

12

Punt 4.7.3

Ibdel it-test kif ġej:

 

4.7.3.

Il-KESE jinnota li l-Artikolu 30 jippermetti l-implimentazzjoni tad-Direttiva mill-imsieħba soċjali fejn huma jitolbu b’mod konġunt li jagħmlu dan, dment li r-riżultati li d-Direttiva trid tikseb ikunu ggarantiti f’kull ħin. Din id-dispożizzjoni tiżgura li d-Direttiva tippermetti mezzi differenti ta’ implimentazzjoni f’sistemi nazzjonali differenti, filwaqt li tiggarantixxi l-istess livell ta’ protezzjoni għall-ħaddiema. Sabiex tkun ċara sew, jeħtieġ tiġi mmudellata fuq id-direttivi dwar ix-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija u kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli li jiddikjaraw li tali implimentazzjoni hija permessa sakemm tiġi rispettata l-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur:

86

Kontra:

142

Astensjonijiet:

9

Punt 1.1 (marbut mal-punt 3.1 ġdid)

Ibdel it-test kif ġej:

 

1.1.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa sostenitur sod tal-prinċipju ta’ paga ugwali għall-irġiel u n-nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali, u jirrikonoxxih bħala wieħed mid-drittijiet u l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-KESE jappoġġja wkoll l-objettiv tal-Kummissjoni li tnaqqas differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u li tkompli tippromovi l-prinċipju tal-paga ugwali. Madankollu, sabiex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, il-kawżi ewlenin tad-differenza jridu jiġu vvalutati bir-reqqa u identifikati b’mod korrett. Il-KESE jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni dwar id-direttiva dwar it-trasparenza fil-pagi  (10) tonqos milli tirrikonoxxi kif xieraq il-fatturi ewlenin tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi bħas-segregazzjoni orizzontali u vertikali tas-suq tax-xogħol, b’segwitu għal għażliet edukattivi u professjonali individwali, xogħol full-time fil-konfront ta’ xogħol part-time kif ukoll restrizzjonijiet b’rabta mal-kura mingħajr ħlas kif ukoll ir-rwol tal-inċentivi tat-taxxa. Għalhekk, minflok il-miżuri proposti dwar it-trasparenza fil-pagi, hemm miżuri aktar effiċjenti u proporzjonati mil-leġiżlazzjoni vinkolanti tal-UE biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi għall-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, ma jiżdidux. Il-KESE jqis li d-Direttiva proposta  (11) tonqos ma tirrispettax bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali tal-formazzjoni tal-pagi u ma tqisx b’mod suffiċjenti l-mudelli nazzjonali diversi tar-relazzjonijiet soċjali u industrijali jew is-sistemi ġudizzjarji u t-tradizzjonijiet legali fl-Istati Membri. Barra minn hekk, ma tingħata l-ebda kunsiderazzjoni għall-fatt li l-formazzjoni tal-pagi hija msawra wkoll mid-domanda u l-provvista simultanja tal-ħiliet fis-suq tax-xogħol kif ukoll mir-riżorsi disponibbli. Għalhekk, il-KESE jikkonkludi li l-proposta tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza fil-pagi hija sproporzjonata u tmur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra mill-ġdid jew tirrevedi l-proposta tagħha u l-koleġiżlaturi huma mistiedna jqisu u jindirizzaw dan it-tħassib fil-passi li jmiss tal-proċess leġiżlattiv. Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li tagħmilha aktar faċli għall-ħaddiema biex jinfurzaw il-prinċipju ta’ paga ugwali meta jqisu li kienu vittmi ta’ diskriminazzjoni fil-pagi, sabiex tikkontribwixxi għal trasparenza akbar fl-istrutturi tal-pagi u ssaħħaħ ir-rwol tal-korpi nazzjonali fl-infurzar ta’ dan il-prinċipju.

Punt 1.3 (marbut mal-punt 3.3)

Ibdel it-test kif ġej:

 

1.3.

Madankollu, il-KESE jqis li l-proposta għandha tissaħħaħ f’diversi aspetti il-possibbiltà għall-Istati Membri li jakkomodaw il-mudelli ta’ relazzjonijiet industrijali tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji li għandhom jintużaw biex jiġu ddeterminati l-valur tax-xogħol, il-kopertura ta’ wħud mill-obbligi ewlenin ta’ trasparenza, u r-rwol tal-imsieħba soċjali u tan-negozjar kollettiv fl-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali.

Punt 1.5 (marbut mal-punt 4.3.6)

Ibdel kif ġej:

 

1.5.

Filwaqt li Il-proposta hija ġustament sensittiva għat-tħassib dwar piżijiet addizzjonali fuq l-SMEs., i Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu eżentati ma jqisx ġustifikata l-eżenzjoni sħiħa għal dawk kollha li jħaddmu inqas minn 250 ħaddiem iżda fl-istess ħin jirrikonoxxi li . R regoli speċjali fil-livell nazzjonali għall-SMEs jistgħu, madankollu, i jkunu adegwati. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu limiti xierqa. L-Istati Membri għandhom ukoll jintalbu jipprovdu appoġġ, taħriġ u assistenza teknika lil min iħaddem, b’mod partikolari lill-SMEs, għall-obbligi tagħhom ta’ trasparenza fil-pagi.


(1)  COM(2021) 93 final.

(2)  COM(2021) 93 final.

(3)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 26.

(4)  ILO (2018) Global wage report 2018/2019: what lies behind gender pay gaps [Rapport Dinji dwar il-Pagi 2018/2019: x’hemm wara d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi), Geneva, ILO, p. 75.

(5)   L-SMEs jirrappreżentaw madwar żewġ terzi tal-impjiegi fl-UE, u 99,8 % tal-intrapriżi kollha, Statistika dwar l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju .

(6)  Studju tal-EIGE (2020) “Gender inequalities in care and consequences for the labour market” [L-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fil-kura u l-konsegwenzi għas-suq tax-xogħol], p. 29.

(7)  Rakkomandazzjoni 4.

(8)  Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni tissuġġerixxi spejjeż medji addizzjonali ta’ bejn minimu ta’ EUR 379-EUR 508 u massimu ta’ EUR 721-EUR 890 għall-ewwel sena, bl-ispejjeż jonqsu għas-snin ta’ wara: Valutazzjoni tal-Impatt (SWD(2021) 41 final, p. 59). Ara wkoll il-Eurofound (2020), “Measures to promote gender pay transparency in companies: How much do they cost and what are their benefits and opportunities?” (Miżuri li jippromovu t-trasparenza bejn il-ġeneri fil-pagi fil-kumpaniji: Kemm jiswew u x’inhuma l-benefiċċji u l-opportunitajiet tagħhom?) Dokument ta’ ħidma tal-Eurofound, WPEF20021.

(9)  Spiża medja ta’ bejn minimu ta’ EUR 1 180–EUR 1 724 u massimu ta’ EUR 1 911–EUR 2 266, mistennija li tonqos bi kwalunkwe valutazzjoni sussegwenti: Valutazzjoni tal-Impatt (SWD(2021) 41 final, p. 61).

(10)  COM(2021) 93 final.

(11)  COM(2021) 93 final.