23.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/11


Avviż għall-attenzjoni ta' persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

(2020/C 398/10)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Viktor Ivanovych Ratushniak li jidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

Il-Kunsill irċieva informazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni li ser titqies fil-qafas tar-rieżami annwali tal-miżuri restrittivi. Il-persuna msemmija hawn fuq hi b'dan infurmata li tista' tibgħat talba lill-Kunsill biex tikseb l-elementi li l-Kunsill għandu fil-fajl tiegħu fir-rigward tad-deżinjazzjoni tagħha, qabel it-30 ta' Novembru 2020, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX .1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

F'dan ir-rigward, l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata tinġibed għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista ta' persuni ddeżinjati fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK u r-Regolament (UE) Nru 208/2014.


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26.

(2)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.