2.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/6


Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

(2020/C 325/05)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Alexis Enrique Escalona Marrero (Nru 22), is-Sur Rafael Antonio FRANCO QUINTERO (Nru 23), is-Sur Alexander Enrique GRANKO ARTEAGA (Nru 24), is-Sur José Adelino ORNELAS FERREIRA (Nru 26) u s-Sur José Gregorio Noriega FIGUEROA (Nru 36), persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1) u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, sa mhux aktar tard mit-12 ta' Ottubru 2020, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għar-rieżami regolari mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074.


(1)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.

(2)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.