17.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/2


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2020/C 124/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Muhammad Dib Zaytun (nru 6), is-Sur Jamil Hassan (nru 10), is-Sur Bassam Al Hassan (nru 20), is-Sur Riyad Chaliche (nru 24), il-Brigadier Kmandant Mohammad Ali Jafari (nru 25), is-Sur Hossein Taeb (nru 27), il-Ġeneral Aous Aslan (nru 58), il-Ġeneral Ghassan Belal (nru 59), is-Sur Kifah Moulhem (nru 66), is-Sur Mohamed Heikmat Ibrahim (nru 104), is-Sur Nasser Al-Ali (nru 105), Dr Wael Nader Al -Halqi (nru 106), is-Sur Mohammad Ibrahim Al-Sha’ar (nru 107), is-Sur Joseph Suwaid (nru 111), il-Brigadier Ġeneral Muhammad Khallouf (nru 130), il-Brigadier Ġeneral Abdul-Salam Fajr Mahmoud (nru 132), il-Brigadier Ġeneral Jawdat al-Ahmed (nru 133), il-Kurunell Qusay Mihoub (nru 134), il-Maġġur Ġeneral Hussam Luqa (nru 139), il-Ġeneral Ghassan Jaoudat Ismail (nru 146), il-Ġeneral Amer al-Achi (nru 147), is-Sur Ali Hadar (nru 172), is-Sur Suhayl Hassan magħruf bħala It-Tigra (nru 193), is-Sur Houmam Jaza’iri (nru 264), is-Sur Mohammad Walid Ghazal (nru 74), is-Sur Ghazwan Kheir Bek (nru 12), il-Maġġur Ġeneral Muhamad Mahalla (nru 206), Addounia TV (magħruf ukoll bħala Dounia TV) (nru 13) u Overseas Petroleum Trading (nru 54), persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1) u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmija hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet prevista għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, sal-24 ta’ April 2020, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. B’rabta ma’ dan, l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati tinġibed għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sat-8 ta’ Mejju 2020.


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.