30.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/4


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/458, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

(2020/C 102/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi legali ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar hija id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (2) kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/458 (3).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili - RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2020/458.

Is-suġġetti tad-data huma persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji ta' elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna konċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.

Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont il-ħtieġa mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew minn meta tiskadi l-validità tal-miżura, jew sakemm idumu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(3)  ĠU L 97, 30.3.2020, p. 13.