18.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/4


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

(2020/C 55/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/214 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (4).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili - RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/214, u r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tkun kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt ta’ aċċess, kif ukoll id-drittijiet ta’ rettifika jew ta’ oġġezzjoni ser jiġi indirizzat skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 45, 18.2.2020, p. 5.

(4)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.