14.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/2


Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 303/02)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Fil-paġna 196, qabel in-Nota ta’ Spjegazzjoni tan-Nota 6, jiddaħħal it-test li ġej:

Ġenerali

In-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-Kapitolu 39, Ġenerali, “Kombinamenti ta’ plastik u materjali oħrajn għajr it-tessuti”, il-punt (d), tapplika mutatis mutandis, għall-kombinamenti ta’ fibri tal-karbonju u tal-plastik.”

Fil-paġna 202, wara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-subintestatura tan-NM “ 3926 40 00 Statwetti u oġġetti ornamentali oħrajn ”, jiddaħħal it-test li ġej:

3926 90 97

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-covers tal-ġenb tal-plastik rinforzat bil-fibra tal-karbonju għal console ċentrali tal-karozzi tal-passiġġieri. Dawn il-covers huma magħmula minn materjal kompożitu li jikkonsisti l-aktar minn fibri tal-karbonju inkorporati f’matriċi tar-raża tal-epossi. Għandhom struttura riġida.

Dawn il-covers għandhom diversi apparati li jillokkjaw tat-tip snap-in u toqob għall-immuntar fit-tarf t’isfel tagħhom. Jitwaħħlu mal-console ċentrali tal-karozzi tal-passiġġieri u jservu b’mod partikolari bħala karatteristika dekorattiva.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.