|
8.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/8 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33
(2020/C 298/06)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU
“BERGLAND”
PGI-AT-A0211-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 24.6.2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
Peress li r-reġistru tal-vinji issa huwa ġestit skont is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, ir-rendiment massimu għal kull ettaru jrid jiġi aġġustat.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem il-prodott
Bergland
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
IĠP — Indikazzjoni Ġeografika Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Nbid |
|
11. |
Most parzjalment iffermentat |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
L-inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika “Bergland” iridu jiġu ttikkettati bit-terminu tradizzjonali “Landwein”, f’konformità mal-Att dwar l-Inbid Awstrijakk. Il-meraq tal-għeneb irid ikollu piż minimu ta’ 14 ° Klosterneuburger Mostwaage (= 8,7 % tal-volum). Il-qawwa alkoħolika proprja minima trid ikun 8,5 % tal-volum u l-aċidità minima trid jkun 4 g/l. Karatteristiċi analitiċi oħra, inkluż dawk għall-most parzjalment iffermentat, huma stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-indikazzjoni ġeografika “Bergland” tintuża prinċipalment għall-inbejjed ħfief, mhux ħelwin, b’togħma tal-frott u aċidużi.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Minimu ta’ qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
F’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed
Il-prattiki enoloġiċi kollha awtorizzati għall-inbid b’indikazzjoni ġeografika protetta u mosti parzjalment iffermentati skont ir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935 huma permessi għall-indikazzjoni ġeografika “Bergland”, ħlief għat-trattament bis-sorbat tal-potassju (l-Anness I, Parti A, Tabella 2, 2.4) u bid-dikarbonat tad-dimetil (l-Anness I, Parti A, Tabella 2, 2.7). Id-deaċidifikazzjoni tal-“Landwein” hija possibbli f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935. Il-Ministru Federali għall-Agrikoltura, ir-Reġjuni u t-Turiżmu jiddeċiedi dwar aċidifikazzjoni possibbli skont il-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir. F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-aċidifikazzjoni possibbli huma rregolati mir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935.
Il-prattiki enoloġiċi speċifiċi (inkluż l-arrikkiment) huma derivati mill-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali magħżul u deskritti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
b. Rendimenti massimi
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona ġeografika tal-indikazzjoni ġeografika “Bergland” tinkludi ż-żoni tal-vitikultura tal-Länder Awstrijaċi ta’ Fuq, Kärnten, Salzburg, Tyrol u Vorarlberg.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid
|
|
Grüner Veltliner — Weißgipfler |
|
|
Zweigelt — Blauer Zweigelt |
|
|
Zweigelt — Rotburger |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Prinċipalment, l-inbejjed u l-most parzjalment iffermentat (“Sturm”) prodotti fir-reġjun ta’ Bergland huma aċidużi u b’togħma tal-frott. Dawn huma kkaratterizzati minn aromi li jirriżultaw mill-bidliet bejn il-jum u l-lejl, u ġeneralment jistgħu jiġu deskritti bħala friski u vivaċi. Minħabba t-tipi differenti ta’ ħamrija u ta’ postijiet fejn jinsabu d-dwieli l-inbejjed ħomor ivarjaw kemxejn. Madankollu, b’mod ġenerali, dawn jistgħu jiġu deskritti bħala ħfief u b’togħma tal-frott.
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)
Il-qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-awtoritajiet ta’ sorveljanza kompetenti skont l-Att dwar l-Inbid Awstrijakk iridu jwettqu verifika annwali fuq l-inbejjed “Landwein” f’konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea. Dik il-verifika trid tinkludi eżami purament analitiku jew eżami organolettiku u analitiku, kif ukoll verifika dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.bmlrt.gv.at/land/produktion-maerkte/pflanzliche-produktion/wein/Weinherkunft.html