|
3.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 254/21 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89
(2020/C 254/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-FAJL TEKNIKU TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA
“Münchener Kümmel”/“Münchner Kümmel”
Nru tal-UE: PGI-DE-01992-AM01 – 28.9.2017
Lingwa tal-emenda: Il-Ġermaniż
Intermedjarju
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Isem l-intermedjarju:
Bundesverband der Deutschen Spirituosen-Industrie und -Importeure e. V. [l-Assoċjazzjoni Federali tal-Industrija Ġermaniża għax-Xorb Spirituż u Importaturi ta’ Xorb Spirituż]
|
Urstadtstraße 2 |
|
53129 Bonn |
|
DEUTSCHLAND |
|
Telefown: +49 228539940 |
|
Posta elettronika: info@bsi-bonn.de |
Südostbayerischer Verband der Obst- und Kleinbrenner e. V. [l-Assoċjazzjoni Bavariża tax-Xlokk għall-Ispirti tal-Frott u Distillaturi ta’ Skala Żgħira]
|
Werkstraße 16 |
|
84513 Töging am Inn |
|
DEUTSCHLAND |
|
Telefown: +49 8631185861 |
|
Posta elettronika: info@obstbraende-bayern.de |
Isem l-Indikazzjoni Ġeografika
“Münchener Kümmel”/“Münchner Kümmel”
Intestaturi fl-Ispeċifikazzjoni affetwati mill-emenda
|
Isem protett: |
: |
1. ortografija sinonima tad-Denominazzjoni |
|
Oħrajn: |
: |
2. bidla tal-kategorija |
Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet ta’ kontroll: 3. tħassir ta’ data personali
Emenda
Emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li twassal għal emenda tal-ispeċifikazzjonijiet ewlenin
Spjegazzjoni tal-emenda
1. Ortografija sinonima tad-Denominazzjoni
Minbarra l-Indikazzjoni Ġeografika “Münchener Kümmel” irreġistrata fl-Anness III tar-Regolament tal-KE, l-emenda tikkonċerna d-Denominazzjoni “Münchner Kümmel” (mingħajr l-ewwel “e”) bħala Indikazzjoni Ġeografika sinonima fakultattiva. Iż-żewġ ortografiji għandhom ikunu awtorizzati. L-ortografija mingħajr l-ewwel “e” ġejja mill-mod li bih l-isem sikwit jiġi pronunzjat.
2. Bidla tal-kategorija
L-aktar emenda importanti tikkonċerna t-Taqsima 1.1.2 tal-fajl tekniku (Kategorija), jiġifieri l-fatt li l-klassifikazzjoni tal-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” għandha tinbidel mill-kategorija Nru 32 (“Likur”) fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ir-Regolament Bażiku dwar ix-Xorb Spirituż) għall-kategorija Nru 23 (“Xarbiet spiritużi bit-togħma tal-anisi”).
Fit-Taqsima 1.1.2 il-kategorija Nru “32. Likur” sempliċiment inbidlet għall-kategorija Nru “23. Xarbiet spiritużi bit-togħma tal-anisi”. Peress li l-prodotti kollha se jkomplu jiġu mirqumin għat-togħma biz-zokkor, iżda se tiġi offruta firxa usa’ ta’ prodotti li jvarjaw fil-ħlewwa, mhu qed jiġi stabbilit l-ebda kontenut minimu ta’ zokkor. Barra minn hekk, il-pjan li jiġu offruti prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ inqas minn 100 g għal kull litru tal-prodott finali huwa konformi mal-istrateġija tal-Gvern Ġermaniż biex jitnaqqas il-kontenut ta’ zokkor ta’ prodotti tal-ikel finali fil-futur. Mingħajr ebda dubju, xorta se jkun possibbli li jiġu kkummerċjalizzati prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 100 g għal kull litru ta’ prodott finali. Għalhekk, il-bidla proposta fil-kategorija mhix ser tinvolvi emendi oħrajn fil-fajl tekniku.
L-Indikazzjoni Ġeografika rreġistrata “Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” bħalissa hija elenkata fil-kategorija Nru 32 (“Likur”) fl-Anness III tar-Regolament Bażiku dwar ix-Xorb Spirituż. Dan huwa dovut prinċipalment għar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 (l-ewwel Regolament Bażiku dwar ix-Xorb Spirituż), fejn id-denominazzjoni ġeografika “Münchener Kümmel/Münchner Kümmel”, għal raġunijiet legali, kellha tiġi kklassifikata bħala “likur” f’dak li kien l-Anness II.
Tradizzjonalment, il-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” ġie kkummerċjalizzat b’kontenut ta’ zokkor relattivament għoli, f’xi każijiet ta’ aktar minn 100 g għal kull litru ta’ prodott finali. Taħt is-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-ewwel Regolament bażiku dwar ix-xorb spirituż, kwalunkwe xorb spirituż b’kontenut ta’ zokkor ta’ mill-anqas 100 g għal kull litru ta’ prodott finali ġie kkunsidrat awtomatikament, f’termini legali, bħala “likur”, inklużi dawk prodotti permezz tal-metodu ta’ produzzjoni għal “xarbiet spiritużi bit-togħma tal-anisi”. Il-kategorija tal-prodott “xarbiet spiritużi bit-togħma tal-anisi” ġiet stabbilita fl-Artikolu 1(4)(n) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 u issa ġiet elenkata bħala l-kategorija Nru 23 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.
Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 ħoloq għall-ewwel darba l-possibbiltà li l-prodotti mibjugħa taħt denominazzjoni ta’ bejgħ ġeneriku, u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ aktar minn kategorija ta’ prodott waħda, jiġu kkummerċjalizzati mill-fornituri tax-xorb spirituż taħt isem tal-bejgħ wieħed jew aktar (ara l-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament).
Sabiex jevita li prodott li qabel kien ikkummerċjalizzat bħala “Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” jiġi eskluż meta r-Regolament (KEE) Nru 1576/89 sar applikabbli fil-15 ta’ Diċembru 1989, il-Gvern Ġermaniż kien iddeċieda li jikklassifika l-prodott taħt il-kategorija “Likur”. Waqt id-diskussjonijiet li saru fl-2006 u fl-2007 dwar l-emenda tar-Regolament dwar ix-Xorb Spirituż, il-Gvern Ġermaniż ma ħax l-opportunità l-ġdida pprovduta fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 biex jikklassifika l-prodott “Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” fil-kategorija tal-prodott 23 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament.
Il-likuri tal-karwija ġeneralment isiru permezz ta’ taħlita sempliċi ta’ alkoħol, ġeneralment alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, ma’ zokkor u sustanzi jew preparati tat-taħwir. “Xarbiet spiritużi bit-togħma tal-anisi”, għall-kuntrarju, huma prodotti billi l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jiġi mħawwar biż-żrieragħ tal-karwija naturali permezz ta’ metodi varji ta’ taħwir. Fil-każ ta’ “xarbiet spiritużi bit-togħma tal-anisi”, l-aktar metodi importanti ta’ taħwir jikkonsistu fil-maċerazzjoni ta’ żrieragħ tal-karwija fuq ċertu perjodu ta’ żmien jew fil-maċerazzjoni b’distillazzjoni sussegwenti.
Barra minn hekk, l-isem tradizzjonali “Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” huwa fih innifsu indikazzjoni li l-prodott huwa “xarba spirituża bit-togħma tal-anisi”, jiġifieri prodott tal-kategorija Nru 23 tal-Anness II, u mhux “likur tal-karwija” fis-sens tal-kategorija Nru 32 ta’ dak l-Anness.
3. Tħassir ta’ data personali
Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima 12 tal-Ispeċifikazzjonijiet ewlenin. Id-data personali tal-ogħla awtorità tal-Art responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2019/787) tħassret minn dik it-taqsima.
SPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU
“MÜNCHENER KÜMMEL/MÜNCHNER KÜMMEL”
Nru tal-UE: PGI-DE-01992-AM01 – 28.9.2017
1. Isem
“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel”
2. Kategorija tax-xorb sprituż
Kategorija 23. Xarbiet spiritużi bit-togħma tal-anisi
3. Deskrizzjoni tax-xorb spirituż
Il-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” huwa prodott fil-belt ta’ Munich u fid-distretti rurali ta’ Munich, Freising, Erding u Ebersberg billi l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jitħawwar bi żrieragħ tal-karwija (Carum carvi L.) u possibbilment b’ingredjenti oħra li jagħtu t-togħma.
Karatteristiċi speċifiċi (imqabbla ma’ xarbiet spiritużi tal-istess kategorija)
Qawwa alkoħolika minima ta’ 32 % vol., ogħla minn dik stipulata għall-kategorija tal-prodott. Għaldaqstant, l-aroma tal-karwija hija aktar qawwija f’termini ta’ riħa u togħma.
Minbarra l-karwija (żrieragħ), jistgħu jintużaw biss ingredjenti oħra li jagħtu togħma naturali bħall-ħxejjex aromatiċi jew il-ħwawar, inklużi sustanzi u preparati tat-taħwir naturali.
Addittivi tal-ikel, eż. koloranti, ma jintużawx.
Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew organolettiċi
F’termini tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tiegħu, il-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
Rekwiżiti fiżiċi u kimiċi
|
Qawwa alkolika |
: |
tal-anqas 32 % vol.; |
Rekwiżiti sensorjali
|
Ċarezza |
: |
trasparenti; |
|
Kulur |
: |
mingħajr kulur jew kemxejn safrani; |
|
Riħa (aroma) |
: |
diskreta, jiġifieri delikata u ħafifa, sa riħa qawwija ta’ karwija; |
|
Togħma |
: |
ħafifa, bilanċjata, b’aroma diskreta sa qawwija ta’ karwija. |
4. Żona ġeografika kkonċernata
Il-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” isir fil-belt ta’ Munich u fid-distretti rurali ta’ Munich, Freising, Erding u Ebersberg.
Ma għadux neċessarju li ż-żrieragħ tal-karwija użati u l-ingredjenti l-oħrajn, eż. l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola u z-zokkor, jiġu minn Munich jew miż-żona tal-madwar.
5. Il-metodu kif isir ix-xorb spirituż
Il-produzzjoni tal-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” tinvolvi diversi passi:
L-ewwel pass tal-produzzjoni huwa li jitħalltu ż-żrieragħ tal-karwija u possibbilment ingredjenti oħra li jagħtu t-togħma, inklużi sustanzi u preparati tat-taħwir naturali, mal-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola u, skont ir-riċetta, mal-ilma.
Il-proċess tal-estrazzjoni tal-aroma huwa normalment segwit mill-ħżin u/jew mill-maturazzjoni f’kontenituri adattati.
Wara l-istadju tal-ħżin jew tal-maturazzjoni, il-proċess tal-produzzjoni jitlesta. Dan jinkludi:
|
— |
it-taħlit ta’ estratti erbali maħżuna jew immaturati mal-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola; |
|
— |
iż-żieda fil-ħlewwa biz-zokkor jew bi prodotti oħra li jżidu l-ħlewwa fi kwantitajiet li jvarjaw, skont jekk it-togħma tal-verżjoni tal-prodott ikkummerċjalizzat għandhiex tkun aktar jew anqas ħelwa; |
|
— |
ir-riduzzjoni tat-taħlita dolċifikata għall-qawwa tax-xorb billi jiġi miżjud l-ilma; |
|
— |
il-filtrazzjoni (fejn ikun meħtieġ); u |
|
— |
it-tikkettar u l-ippakkjar. |
6. Rabta mal-ambjent jew l-oriġini ġeografiċi
Hemm evidenza li l-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” ġie prodott fiż-żona metropolitana ta’ Munich mill-bidu tas-seklu 19, kif għadu jsir sa issa.
Il-pjanti tal-karwija bi fjura bajda (Carum carvi L.) kienu jikbru fis-salvaġġ f’mergħat fiż-żona metropolitana ta’ Munich. Il-karwija issa titkabbar bħala għalla madwar il-Ġermanja u fl-Istati Membri ġirien tal-UE, minn fejn tinkiseb għall-produzzjoni tal-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel”.
Fil-kċina Bavariża u. b’mod partikolari, f’dik ta’ Munich, li tinkludi xi platti utieqa bħal Schweinshaxen [sieq tal-majjal mixwija], Schweinsbraten (“Münchener Kümmelbraten”) [majjal mixwi bil-karwija], il-karwija hija importanti wkoll, b’mod partikolari bħala ħwawar kulinari. Din tgħin id-diġestjoni u tipprevjeni l-gass wara li s-sauerkraut u tipi oħra ta’ kaboċċi jkunu ttieklu bħala parti minn ikla. L-alkoħol huwa magħruf bħala solvent li jista’ jintuża biex jiġu estratti l-kostitwenti mill-pjanti b’mod partikolarment intensiv. Għalhekk, il-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” evolva bħala diġestiv.
Il-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” huwa elenkat ukoll fil-bażi tad-data tal-ispeċjalitajiet tal-Ministeru Bavariż tal-Ikel, l-Agrikoltura u l-Forestrija fuq www.spezialitaetenland-bayern.de. Il-bażi tad-data fiha biss prodotti li ġew prodotti fir-reġjun għal tal-anqas 50 sena, li għandhom storja li turi rabta mill-qrib bejn il-prodott u r-reġjun, u li huma meqjusa mill-konsumaturi bħala tipikament Bavariżi jew tipiċi ta’ reġjun fil-Bavarja.
Taħt diversi ftehimiet bilaterali bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u ċerti pajjiżi dwar il-protezzjoni reċiproka tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, il-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” ilu jiġi protett bħala indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika f’pajjiżi li jinkludu Franza, Spanja, il-Greċja u l-Iżvizzera mis-sittinijiet.
Il-Kunsill, b’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew, irrikonoxxa l-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” bħala Denominazzjoni Ġeografika meta adotta r-Regolament (KEE) Nru 1576/89, l-ewwel Regolament Ewropew dwar ix-Xorb Spirituż. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ikkonfermaw dan l-istatus protett meta adottaw ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, it-tieni Regolament Ewropew dwar ix-Xorb Spirituż.
7. Dispożizzjonijiet nazzjonali/reġjonali jew tal-Unjoni Ewropea
Il-“Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” huwa rreġistrat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ir-Regolament dwar ix-Xorb Spirtuż) u għalhekk huwa protett bħala Indikazzjoni Ġeografika. Il-prodott għandu jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti tal-liġi orizzontali tal-UE dwar l-ikel, tal-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż tal-UE li jkun speċifiku għall-prodott u tal-liġi nazzjonali supplimentari (eż. ir-rekwiżit li jiġi indikat in-numru tal-lott skont ir-Regolament dwar l-Identifikazzjoni tal-Lott).
8. Suppliment għall-Indikazzjoni Ġeografika
|
(a) |
Regola bażika dwar is-supplimenti għall-Indikazzjoni Ġeografika “Münchener Kümmel/Münchner Kümmel”: Skont il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar ix-xorb spirituż, l-isem “Münchener Kümmel/Münchner Kümmel” jista’ jiġi ssupplimentat biss bi:
|
|
(b) |
Supplimenti b’termini oħra:
|
9. Applikant
|
Bundesministerium für Ernährung und Landwirtschaft (BMEL) [il-Ministeru Federali tal-Ikel u l-Agrikoltura (BMEL)] Referat 414 (Wein, Bier, Getränkewirtschaft) [Unità 414 (is-settur tal-inbid, il-birra, u x-xorb)] |
|
Rochusstraße 1 |
|
53123 Bonn |
|
DEUTSCHLAND |
10. Intermedjarji
|
Bundesverband der Deutschen Spirituosen-Industrie und -Importeure e. V. [l-Assoċjazzjoni Federali tal-Industrija Ġermaniża għax-Xorb Spirituż u Importaturi ta’ Xorb Spirituż] |
|
Urstadtstraße 2 |
|
53129 Bonn |
|
DEUTSCHLAND |
|
Südostbayerischer Verband der Obst- und Kleinbrenner e. V. [l-Assoċjazzjoni Bavariża tax-Xlokk għall-Ispirti tal-Frott u Distillaturi ta’ Skala Żgħira] |
|
Werkstraße 16 |
|
84513 Töging am Inn |
|
DEUTSCHLAND |
11. Awtoritajiet ta’ Kontroll
L-ogħla awtorità tal-Art responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2019/787):
|
Bayerisches Staatsministerium für Ernährung, Landwirtschaft und Forsten, Referat M1 [il-Ministeru tal-Istat Bavariż għall-Ikel, l-Agrikoltura u l-Forestrija Unità M1] |
|
Ludwigstraße 2 |
|
80539 Munich |
|
DEUTSCHLAND |
Telefown: +49 08921820
Posta elettronika: poststelle@stmelf.bayern.de; Ref-M1@stmelf.bayern.de;
L-ogħla awtorità tal-Art responsabbli għas-sorveljanza tal-użu tal-ismijiet fis-suq (skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2019/787):
|
Bayerisches Staatsministerium für Umwelt und Verbraucherschutz (STMUV) [il-Ministeru Bavariż tal-Ambjent u l-Ħarsien tal-Konsumatur] |
|
Rosenkavalierplatz 2 |
|
81925 Munich |
|
DEUTSCHLAND |
Telefown: +49 89921400
Posta elettronika: poststelle@stmuv.bayern.de