22.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/22


Avviż ta’ talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba magħmula minn entità kontraenti — Estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

(2020/C 242/05)

Fit-3 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Din it-talba saret minn ENEL Green Power u tikkonċerna attivitajiet relatati mal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fl-Italja. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat fil-paġna 45 tal-ĠU C 196 fil-11 ta’ Ġunju 2020. Tmiem l-iskadenza estiża kien il-15 ta’ Lulju 2020.

Skont ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, id data ta’ skadenza tista’ tiġi estiża mill-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li għamlu t-talba għall-eżenzjoni kkonċernata. Fid-dawl tal-kuntest attwali u l-effetti tal-pandemiji tal-COVID 19, u bil-qbil ta’ ENEL Green Power, il-perjodu ghad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Lulju 2020.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).