24.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/28


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri kompensatorji

(2020/C 210/06)

1.   

Kif previst fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri kompensatorji msemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   

Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta’ sussidjar u ta’ dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   

Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, B-1049 Brussels (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   

Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data tal-iskadenza (3)

Tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali)

L-Indja

Id-dazju kompensatorju

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja

(ĠU L 73, 18.3.2016, p. 1)

19.3.2021


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.