|
3.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 183/3 |
Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 mill-Ungerija
It-tifqigħa tal-COVID-19
(Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli u taħriġ perjodiċi f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport (ĠU L 165, 27.5.2020))
(2020/C 183 I/03)
Notifika minn: l-Ungerija
B’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2020/698, l-Ungerija infurmat lill-Kummissjoni nhar id-29 ta’ Mejju 2020 li ddeċidiet li ma tapplikax ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698.
Dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 li l-Ungerija ddeċidiet li mhix se tapplika:
|
— |
L-Artikolu 5(1) dwar il-limiti ta’ żmien għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom skont id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); |
|
— |
L-Artikolu 5(2) dwar il-validità taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali skont id-Direttiva 2014/45/UE. |
(1) Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).