29.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/13


Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 180/08)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Fil-paġna 59, wara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Subintestatura NM “0811 20 51 Passolina ħamr a”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

0811 90 95

Oħrajn

Din is-subintestatura ma tinkludix il-flieli tal-mandolin iffriżati fejn il-membrani ikunu tneħħew kimikament (ġeneralment, l-intestatura 2008).”

Fil-paġna 93, wara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Subintestatura NM “2008 30 51 Flieli tal-grejpfrut, inklużi pomelo s”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

2008 30 55 u 2008 30 75

Il-mandolin (inkluż it-tangerines u s-satsumas); il-klementini, il-wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-flieli tal-mandolin iffriżati fejn il-membrani ikunu tneħħew kimikament.”

Fil-paġna 93, wara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Subintestatura NM “2008 30 71 Flieli tal-grejpfrut, inklużi pomelo s”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

2008 30 90

Li ma jkunx fihom zokkor miżjud

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 2008 30 55 u 2008 30 75 .”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.