28.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/7


Avviż ta’ talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

Estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

(2020/C 178/05)

Fid-19 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Din it-talba, mressqa mir-Renju tad-Danimarka, tikkonċerna s-servizzi tal-pakketti postali min-negozju għall-konsumatur fid-Danimarka. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat fil-paġna 55 tal-ĠU C 64 fis-27 ta’ Frar 2020. L-ewwel data ta’ skadenza kienet il-11 ta’ Mejju 2020.

Skont ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, id data ta’ skadenza tista’ tiġi estiża mill-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li għamlu t-talba għall-eżenzjoni kkonċernata. Fid-dawl tal-kuntest attwali u l-effetti tal-pandemiji tal-COVID 19, u bil-qbil tar-Renju tad-Danimarka, il-perjodu ghad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba huwa b’dan estiż bi 12-il jum ta’ xogħol.

Għalhekk id-data ta’ skadenza finali hija d-29 ta’ Mejju 2020.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).