19.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/14


AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Kolombja u mill-Perù li jridu jiġu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea

(2020/C 56/13)

Fil-qafas tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Kolombja, il-Perù (1) u l-Ekwador (2), min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Kolombjani u dawk Peruvjani ppreżentaw il-lista mehmuża ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, li huma protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fil-Kolombja u fil-Perù rispettivament, għall-fini tal-protezzjoni skont il-Ftehim. Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qiegħda tikkunsidra jekk dawn l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhomx jiġu protetti wkoll fl-UE.

Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, biex tressaq oppożizzjoni għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif xieraq.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz tal-posta elettronika: AGRI-A3@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li l-protezzjoni tal-isem propost:

(a)

toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-bhejjem u b’hekk x’aktarx tkun tqarraq bil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;

(b)

tkun kompletament jew parzjalment omonima ma’ dik ta’ isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (3), jew ma’ waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi mill-pajjiżi mhux tal-UE skont il-ftehimiet bilaterali disponibbli pubblikament fl-indirizz li ġej:

https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/food-farming-fisheries/food_safety_and_quality/documents/list-gis-non-eu-countries-protected-in-eu_en.pdf

(c)

fid-dawl tar-reputazzjoni tal-marka kummerċjali, tal-fatt li l-marka kummerċjali tkun magħrufa sew u minħabba t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, tqarraq lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

(d)

tipperikola l-eżistenza ta’ isem jew ta’ marka kummerċjali kompletament jew parzjalment identika, jew tipperikola l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

(e)

jew jekk dawn jistgħu jagħtu dettalji li minnhom jista’ jiġi konkluż li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku.

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija soġġetta għall-konklużjoni b’suċċess ta’ din il-proċedura, kif ukoll għall-att legali sussegwenti li jżid dawn l-ismijiet mal-Ftehim imsemmi hawn fuq.

Lista ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Kolombja li jridu jiġu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (4)

Isem

Deskrizzjoni qasira

BOCADILLO VELEÑO

Pejst tal-frott

Lista ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Perù li jridu jiġu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (5)

Isem

Deskrizzjoni qasira

ACEITUNA DE TACNA

Żebbuġa

CACAO AMAZONAS PERÚ

Kawkaw

CAFÉ MACHU PICCHU - HUADQUIÑA

Kaffè

CAFÉ VILLA RICA

Kaffè

LOCHE DE LAMBAYEQUE

Frotta

MACA JUNÍN-PASCO

Maka


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 356, 24.12.2016, p.1.

(3)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(4)  Lista pprovduta mill-awtoritajiet Kolombjani.

(5)  Lista pprovduta mill-awtoritajiet tal-Perù.