|
7.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/14 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 42/05)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Cabernet d’Anjou”
Numru ta’ referenza: PDO-FR-A1005-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 14.11.2019
DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA
1. Żona ġeografika
Iż-żona ġeografika hija emendata kif ġej: “L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-inbejjed eliġibbli għad-denominazzjoni rreġistrata tal-oriġini (…), Cabernet d’Anjou (…) għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika, li l-perimetru tagħha jkun jinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2018:
|
— |
id-département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Tourtenay, Val en Vignes (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay); |
|
— |
id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Blaison-Gohier et Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brézé, Brissac Loire Aubance (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire u Vauchrétien), Brossay, Cernusson, Chacé, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou), Cizay-la-Madeleine, Cléré-sur-Layon, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Denée, Dénezé-sous-Doué, Distré, Doué-en-Anjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné, Montfort, Saint-Georges-sur-Layon u Les Verchers-sur-Layon), Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Les Garennes sur Loire (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Val-de-Loire (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Chênehutte-Trèves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le Fresne sur Loire (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers), Mauges-sur-Loire (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Montreuil-Bellay, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré u La Varenne), Parnay, Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Le Puy-Notre-Dame, Rochefort-sur-Loire, Rou-Marson, Saint-Cyr-en-Bourg, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saumur, Savennières, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Turquant, Les Ulmes, Val-du-Layon (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay), Varennes-sur-Loire, Varrains, Vaudelnay, Villevêque; |
|
— |
id-département ta’ Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénoux, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Monbris, Sax, Ternay, Les trois-Mouse. |
Mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika jinsabu fis-sit web tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità. “
Bidla editorjali: il-lista l-ġdida ta’ entitajiet amministrattivi tqis fużjonijiet jew bidliet oħra f’żoni amministrattivi minn meta ġew approvati l-ispeċifikazzjonijiet. Għal aktar ċertezza legali, issir referenza għall-verżjoni attwali tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali, li jiġi ppubblikat kull sena mill-INSEE. Il-perimetru taż-żona ġeografika jibqa’ strettament identiku.
Fl-aħħar nett, issir referenza għall-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika għal informazzjoni pubblika aħjar, li huma disponibbli fuq is-sit web tal-INAO.
Id-dokument uniku li għandu x’jaqsam maż-żona ġeografika huwa emendat kif xieraq fil-punt 6.
2. Ir-roqgħa tar-raba’ demarkata
Fil-punt 2 tat-taqsima IV tal-Kapitolu 1 tal-ispeċifikazzjonijiet, wara l-kliem “5 ta’ Settembru 2007”, jiżdiedu l-kliem “u d-19 ta’ Jannar 2017”.
Din l-emenda għandha l-għan li żżid id-data ta’ approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda tar-roqgħa tar-raba’ demarkata fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Id-demarkazzjoni tar-roqgħa tar-raba’ tikkonsisti fl-identifikazzjoni fi ħdan iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-irqajja’ ta’ raba’ xierqa għall-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.
Fil-punt 2 tat-taqsima IV tal-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjonijiet, il-kliem “4 ta’ Settembru 1996” huwa mibdul bil-kliem “4 u 5 ta’ Settembru 1996”.
Din l-emenda hija korrezzjoni tad-data meta l-awtorità nazzjonali approvat ir-roqgħa tar-raba’ demarkata.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
3. Żona fil-viċinanza immedjata
Fit-taqsima IV(3) tal-Kapitolu 1, il-lista tal-muniċipalitajiet hija mibdula b’dan li ġej:
|
— |
id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil; |
|
— |
id-département ta’ Loire-Atlantique: Ancenis, Le Loroux-Bottomreau, Le Palet, La Remudière, Vai-sur-Loire (li qabel kien it-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz), Vallet; |
|
— |
id-département ta’ Maine-et-Loire: Orée d’Anjou (li qabel kien it-territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Saint-Laurent-des-Autel), Saint-Martin-du-Fousseux. |
Dan jippermetti li jitqiesu d-diversi fużjonijiet tal-muniċipalitajiet li seħħu wara l-aħħar verżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet. Il-perimetru tal-viċinanza immedjata jibqa’ strettament l-istess.
Id-dokument uniku dwar il-kundizzjonijiet addizzjonali huwa għaldaqstant emendat fil-punt 9.
4. Dispożizzjoni agroambjentali
Fil-punt 2 tat-taqsima VI tal-Kapitolu 1, jiżdied: “Kopertura ta’ veġetazzjoni kkontrollata, selvaġġa jew miżrugħa, hija obbligatorja bejn ir-ringieli; fin-nuqqas ta’ din il-kopertura ta’ veġetazzjoni, l-operatur jaħdem l-art sabiex jikkontrolla l-veġetazzjoni selvaġġa jew biex jiġġustifika l-użu ta’ prodotti tal-bijokontroll approvati mill-awtoritajiet pubbliċi għall-vitikoltura. Meta l-erbiċidi tal-bijokontroll jintużaw fuq roqgħa raba’, l-użu ta’ erbiċidi oħra huwa pprojbit. “
Din l-emenda takkumpanja l-evoluzzjoni attwali tal-prattiki tal-operaturi favur l-agroekoloġija fil-vinji kollha ta’ Anjou. Din tirrifletti t-teħid inkunsiderazzjoni dejjem akbar tat-tħassib ambjentali fl-itinerarji tekniċi. Permezz tal-promozzjoni tal-preżenza ta’ kopertura veġetali, jew l-użu ta’ tnaqqija mekkanika jew l-użu ta’ prodotti tal-bijokontroll, dan iwassal għal tnaqqis fl-użu ta’ erbiċidi kimiċi. Dan it-tnaqqis fl-erbiċidi għandu jippermetti li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ħamrija tad-dwieli u li jiġu ppreżervati l-karatteristiċi naturali tagħhom (il-fertilità, il-bijodiversità, il-purifikazzjoni bijoloġika), li jikkontribwixxu għall-kwalità u għall-awtentiċità tal-inbejjed u li jsaħħaħ il-kunċett ta’ terroir (art).
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
5. It-tħabbir tal-ħsad
Fil-punt 1(a) tat-taqsima VII tal-Kapitolu I(VII), is-sentenza “Id-data tal-bidu tal-ħsad tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu D. 645-6 tal-Kodiċi rurali u tas-sajd marittimu. “ tneħħiet.
L-iffissar ta’ data għall-bidu tal-ħsad m’għadux meħtieġ illum il-ġurnata, peress li l-operaturi issa għandhom firxa wiesgħa ta’ għodod li jippermettulhom jivvalutaw bi preċiżjoni l-maturità tal-għeneb. Kull operatur għandu għadd ta’ apparat u tagħmir, kemm individwali kif ukoll kollettivi, li jippermettu li tiġi ddeterminata b’mod preċiż id-data ottimali għall-bidu tal-ħsad ta’ kull roqgħa tar-raba’, skont l-għanijiet tal-produzzjoni.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
6. Kontenut ta’ zokkor
Fil-punt 1(c) tat-taqsima IX tal-Kapitolu 1, “wara l-fermentazzjoni” tiżdied wara “L-inbejjed għandhom”.
Din l-emenda qed issir sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni mal-kontenut ta’ zokkor qabel il-fermentazzjoni, u għalhekk huwa importanti li jiġi ċċarat li dan il-kontenut irid jiġi vverifikat wara l-fermentazzjoni.
Id-dokument uniku relatat mal-punt 4 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.
7. Teknika ta’ arrikkiment bi tnaqqis
Fil-punt 1(d) tat-taqsima IX, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “Għall-produzzjoni (…) tal-inbejjed rożè li jistgħu jibbenefikaw mid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Cabarnet d’Anjou” (…), it-tekniki ta’ arrikkiment bi tnaqqis huma awtorizzati u r-rata massima ta’ konċentrazzjoni parzjali meta mqabbla mal-volumi użati hija stabbilita għal 10 %. “
Din l-emenda ssegwi speriment li sar fuq ħafna snin tal-inbejjed, li wera li, b’materja prima adattata b’potenzjal tajjeb ta’ kwalità, b’konċentrazzjoni massima ta’ 10 % u għall-arrikkimenti limitati għal qawwa alkoħolika totali bil-volum ta’ 15 %, it-teknika ta’ reverse osmosis ma jkollhiex impatt negattiv fuq l-inbejjed. Tekniki ta’ arrikkament bi tnaqqis jistgħu jippermettu li tiġi bbilanċjata mill-ġdid il-kompożizzjoni tal-most f’ċerti snin fil-każ ta’ perikli klimatiċi.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
8. Kapaċità tal-kmamar tal-iffermentar tal-inbid
Fil-punt 1(e) tat-taqsima IX tal-Kapitolu 1, is-sentenza: “Kwalunkwe operatur għandu jkollu kapaċità ta’ kmamar tal-iffermentar tal-inbid li tkun ta’ mill-inqas 1,4 darbiet daqs ir-rendiment medju tal-impriża matul l-aħħar ħames snin.” ġiet issostitwita bis-sentenza: “Kwalunkwe operatur għandu jkollu kapaċità ta’ kmamar tal-iffermentar tal-inbid li tkun ta’ mill-inqas 1,4 darbiet daqs il-volum medju tal-inbid f’dawn l-aħħar ħames snin. “
Fl-ispeċifikazzjonijiet, saret referenza mhux għal kapaċità ta’ volum (espressa f’hl jew f’m3) iżda għal rendiment, jiġifieri volum ta’ ħsad diviż bl-erja ta’ produzzjoni (pereżempju f’hl/ha). L-emenda proposta tippermetti li tiġi rimedjata din l-inkoerenza f’termini ta’ kwantitajiet, mingħajr ebda bidla fis-sustanza (minimu dejjem iffissat għal 1,4 darbiet il-volum medju ta’ nbid prodott mill-azjenda fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti).
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
9. Ċirkolazzjoni tal-inbejjed
Il-punt 5(b) tat-taqsima IX tal-kapitolu 1 dwar id-data taċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn depożitanti awtorizzati huwa mħassar.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
10. Ir-rabta maż-żona ġeografika;
Ir-rabta ġiet riveduta biex jiġi aġġornat l-għadd ta’ muniċipalitajiet ikkonċernati (70 minflok 126).
Id-dokument uniku dwar ir-rabta huwa għaldaqstant emendat fil-punt 8.
11. Miżura tranżitorja
Tneħħew il-miżuri tranżitorji bi skadenza.
Fit-taqsima XI tal-kapitolu 1 ġie miżjud “Id-dispożizzjonijiet relatati mal-obbligu li jkun hemm kopertura ta’ veġetazzjoni kkontrollata, selvaġġa jew miżrugħa bejn ir-ringieli jew, fin-nuqqas ta’ dik il-kopertura ta’ veġetazzjoni, mal-obbligu li l-operatur jaħdem l-art jew juża prodotti tal-bijokontroll biex jikkontrolla l-veġetazzjoni selvaġġa, m’għandhomx japplikaw għad-dwieli stabbiliti fid-data tal-approvazzjoni ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet u li l-ispazju tagħhom bejn ir-ringieli jkun inqas minn jew ugwali għal 1.70 m.”
Il-miżura tranżitorja tippermetti li ma jiġux ippenalizzati d-dwieli stabbiliti li jkunu maħduma b’mod mhux adattat għad-dispożizzjonijiet agroambjentali. Fi dwieli b’densità għolja, ikkaratterizzati minn spazjar bejn ir-ringieli ta’ 1,70 metru jew inqas, iż-żamma ta’ kopertura ta’ ħaxix naturali permanenti jew l-implimentazzjoni ta’ ħdim tal-ħamrija jistgħu jikkawżaw problemi tekniċi (mekkanizzazzjoni, materjal, għodod). Fid-dwieli baxxi, il-kopertura ta’ ħaxix naturali żżid ukoll ir-riskju ta’ ġlata tar-rebbiegħa. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ kopertura ta’ veġetazzjoni għandha impatt saħansitra ikbar fuq il-provvista tal-ilma fid-dwieli aktar ma tkun għolja d-densità tat-tħawwil. B’kuntrast ma’ dan, id-dwieli li jitħawlu wara l-approvazzjoni tas-CDC għandhom jikkonformaw, b’għarfien sħiħ tal-fatti, mal-miżuri agroambjentali introdotti, irrispettivament mid-densità tagħhom u l-ispazjar bejn ir-ringieli.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
12. Żamma tar-rekords
Fil-punt 3 tat-taqsima II tal-Kapitolu 2, il-kliem “b’qawwa” huwa sostitwit b’“naturali”.
B’mod konformi mal-kliem użat fl-ispeċifikazzjonijiet kollha taż-żona Anjou Saumur, il-kliem “qawwa alkoħolika skont il-volum naturali” huwa ssostitwit bl-espressjonijiet “qawwa” jew “grad”. Permezz ta’ dawn l-emendi l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jinqraw aktar faċilment. L-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma ta’ rekords hija maħsuba biex tippermetti t-tfassil tal-pjan ta’ spezzjoni u l-kontroll ta’ dawk ir-reġistri.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
13. Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati
Il-Kapitolu 3 ġie rivedut biex issir aktar konsistenti l-formulazzjoni tal-punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati fl-ispeċifikazzjonijiet għaż-żona ta’ Anjou Saumur.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Cabernet d’Anjou
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. Inbid
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
L-inbejjed huma nbejjed rożè mhux fervexxenti b’dawn il-karatteristiċi analitiċi:
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika volumetrika naturali minima ta’ 10,5 %.
Il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) fl-inbid wara l-fermentazzjoni huwa daqs jew aktar minn 10 grammi għal kull litru.
L-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 % wara l-arrikkiment.
Il-kontenut ta’ aċidu volatili, aċidità totali, kontenut totali ta’ diossidu tal-kubrit huwa dak stabbilit bil-leġiżlazzjoni Komunitarja, iżda kull kunsinna ta’ nbid mhux ippakkjat eliġibbli għall-approvazzjoni “kmieni” jew “ġdid” għandha aċidità volatili ta’ inqas minn jew daqs 10,2 milliekwivalenti għal kull litru.
L-inbejjed għandhom zokkor fermentabbli u ħlewwa li hija ftit jew wisq sinifikanti. L-espressjoni aromatika intensa tagħhom tiżvela l-ispeċifiċità tal-varjetajiet ta’ dwieli. Madankollu, il-frott jibqa’ inevitabbli (ħawħ, frawli, frott taċ-ċitru, eċċ.). Fil-ħalq, jippreżentaw togħma bbilanċjata bejn il-freskezza u r-rotondezza. Il-persistenza aromatika tagħhom hija intensa.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Id-diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Densità ta’ tħawwil — Spazjar
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4000 pjanta għal kull ettaru. Dawn id-dwieli ma jistgħux ikollhom distanza bejn ir-ringieli ta’ aktar minn 2,50 metru u spazjar bejn ix-xtieli fuq l-istess livell ta’ inqas minn 1 metru. L-irqajja’ ta’ dwieli b’densità ta’ tħawwil ta’ inqas minn 4000 pjanta għal kull ettaru iżda li jkunu iktar minn jew ugwali għal 3300 xitla għal kull ettaru għandhom jibbenefikaw, għall-ħsad, mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta suġġetta għall-konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mar-regoli li jikkonċernaw l-irbit u l-għoli tal-weraq stabbiliti f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet. Dawn l-irqajja’ tad-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn ir-ringieli ta’ aktar minn 3 metri u spazjar bejn ix-xtieli fuq l-istess ringiela ta’ inqas minn 1 metru.
Regoli dwar l-iżbir u l-irbit tad-dwieli
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru, f’daqs imħallat, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April, b’massimu ta’ 14-il rimja għal kull xitla u massimu ta’ 8 rimjiet fuq l-injam twil.
L-għoli tal-weraq marbut għandu jkun mill-inqas 0,6 darbiet daqs l-ispazjar bejn ir-ringieli, u l-għoli tal-weraq marbut għandu jitkejjel bejn il-limitu l-aktar baxx tal-weraq, tal-inqas 0,4 m ’il fuq mill-art, u l-limitu massimu tat-tirqim, li għandu jkun tal-inqas 0,2 m ’l fuq mill-wiċċ ta’ fuq tal-irbit.
L-irqajja’ tad-dwieli b’densità ta’ tħawwil ta’ anqas minn 4 000 xitla għal kull ettaru iżda aktar minn jew daqs 3 300 xitla għal kull ettaru huma wkoll soġġetti għar-regoli ta’ rbit li ġejjin: l-għoli minimu ta’ arbli tal-irbit mhux fl-art għandu jkun ta’ 1,9 metru; L-irbit jikkonsisti f’4 livelli ta’ wajer; l-għoli minimu tal-wajer ta’ fuq għandu jkun ta’ 1,85 metru ’l fuq mill-art.
Tisqija
Prattika tal-kultivazzjoni
L-irrigazzjoni hija pprojbita.
Prattika enoloġika speċifika
L-użu ta’ faħam għall-użu enoloġiku, waħdu jew imħallat fi preparazzjonijiet, huwa pprojbit.
L-użu ta’ laqx tal-injam huwa pprojbit.
L-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 % wara l-arrikkiment.
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’qasam mal-prattiki enoloġiċi użati.
b. Rendimenti massimi
69 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-inbejjed eliġibbli għad-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata “Cabernet d’Anjou” iseħħu fiż-żona ġeografika, li l-perimetru tagħha jinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2018:
|
— |
id-département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Tourtenay, Val en Vignes (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay); |
|
— |
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Blaison-Gohier et Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brézé, Brissac Loire Aubance (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire u Vauchrétien), Brossay, Cernusson, Chacé, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou), Cizay-la-Madeleine, Cléré-sur-Layon, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Denée, Dénezé-sous-Doué, Distré, Doué-en-Anjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné, Montfort, Saint-Georges-sur-Layon u Les Verchers-sur-Layon), Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Les Garennes sur Loire (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Val-de-Loire (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Chênehutte-Trèves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le Fresne sur Loire (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers), Mauges-sur-Loire (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Montreuil-Bellay, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré u La Varenne), Parnay, Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Le Puy-Notre-Dame, Rochefort-sur-Loire, Rou-Marson, Saint-Cyr-en-Bourg, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saumur, Savennières, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Turquant, Les Ulmes, Val-du-Layon (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay), Varennes-sur-Loire, Varrains, Vaudelnay, Villevêque; |
|
— |
id-département ta’ Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénoux, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Monbris, Sax, Ternay, Les trois-Mouse. |
7. Varjetajiet tad-dwieli ewlenin
Cabernet-Sauvignon N
Cabernet franc N
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Informazzjoni dwar iż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tkopri żewġ formazzjonijiet ġeoloġiċi ewlenin fejn il-vinja tokkupa prinċipalment l-għoljiet tax-xmajjar u xi pjanuri: fil-Punent, is-sodda tal-blat Prekambrijana u Paleożoika huma marbuta mal-Massiv Armorikan; fil-Lvant, is-sottostrat Mesożojku u Ċenożojku fil-baċin ta’ Pariġi jgħatti s-sodda tal-blat qadima. Din il-karatteristika ġeoloġika tiddistingwi l-parti tal-Punent taż-żona ġeografika, li hija kkaratterizzata mill-preżenza tax-shale, b’mod partikolari ta’ barrieri tal-lavanja, u magħrufa lokalment bħala “Anjou noir” (Anjou iswed), fil-parti tal-Lvant taż-żona ġeografika, ikkaratterizzata mill-preżenza tal-ġebla tal-franka (Saumur) u magħrufa lokalment bħala “Anjou blanc” (Anjou abjad).
Iż-żona ġeografika, li storikament hija assoċjata ma’ dik li qabel kienet il-provinċja ta’ Anjou, fl-2018 tkopri essenzjalment in-nofs t’isfel tad-département ta’ Maine-et-Loire (70 muniċipalità), kif ukoll is-sezzjonijiet tat-Tramuntana tad-départements ta’ Deux-Sèvres (14-il muniċipalità) u Vienne (9 muniċipalitajiet).
L-irqajja’ demarkati għall-ħsad tal-għeneb għandhom ħamrija li tirriżulta minn formazzjonijiet ġeoloġiċi differenti. Għalkemm huma differenti ħafna, dawn it-tipi ta’ ħamrija huma ġeneralment fqar u għandhom riżerva tal-ilma moderata. Għandhom ukoll imġiba termali tajba.
Iż-żona ġeografika tgawdi minn klima oċeanika moderata b’varjazzjonijiet ta’ temperatura pjuttost baxxi, meta jitqiesu l-viċinanza relattiva tal-Oċean Atlantiku, ir-rwol tal-Loire u t-tributarji tagħha, kif ukoll it-tħawwil tal-vinji fuq l-għoljiet. Biex ma nsemmux il-“ħlewwa ta’ Anjou”, espressjoni li tapplika b’mod aktar speċifiku matul ix-xitwa, fir-rebbiegħa twila u fil-ħarifa, filwaqt li t-temperaturi għoljin huma frekwenti fis-sajf. L-għoljiet fil-Majjistral u x-Xlokk għandhom rwol protettiv fil-konfront tar-riħ mill-Punent li spiss ikun umdu. Iż-żona ġeografika hija għalhekk kemxejn niedja, u tibbenefika minn effett ta’ fœhn, hija protetta mill-umdità tal-oċeani, minħabba r-riżalti ogħla ta’ Choletais u Mauges. Ix-xita annwali tammonta għal madwar 585 mm filwaqt li hija madwar 800 mm f’Choletais.
L-eżistenza ta’ vinja hija rikonoxxuta f’Anjou sa mill-ewwel seklu WK u dan fuq bażi kontinwa. Id-dwieli rnexxew hemmhekk, kif tixhed din is-silta mill-poeżija ta’ Apollonius (is-sitt seklu): “Mhux bogħod mill-Bretanja hemm belt mibnija fuq il-blat, imbierka minn Ceres u Bacchus, li nislet minn isem Grieg isimha ta’ Andégave (Angers).” Għalkemm il-vinja ta’ Anjou żviluppat matul il-Medjuevu, meta ġiet stabbilita taħt l-awspiċju tal-monasteri max-xtut tal-Loire u madwar Angers, din kisbet prinċipalment ir-reputazzjoni tagħha sa mis-sekli tnax u tlettax. Sussegwentement, l-influwenza tar-Renju ta’ Henri II u ta’ Aliénor d’Aquitaine ppermettiet lill-“vin d’Anjou” (inbid ta’ Anjou) biex jasal fuq l-ifjen imwejjed.
Il-produzzjoni kibret b’mod sinifikanti mis-seklu sittax, bis-saħħa tal-wasla tal-sensara Olandiżi li kienu qegħdin ifittxu nbejjed għal pajjiżhom u għall-kolonji tagħhom. L-Olandiżi kienu jixtru provvisti kbar u l-kummerċ tant iffjorixxa li fis-seklu tmintax, sabiex jiġi promoss it-trasport, inbena l-kanal Layon li jaqsam iż-żona ġeografika. Madankollu, il-fama kbira tal-“vins d’Anjou” nisslet ir-regħba u nħolqu ħafna taxxi (droit de cloison, de boîte, d’appetissement, de huitième, de passe-debout, eċċ.) li kellhom impatt negattiv fuq il-kummerċ. Id-devastazzjoni tal-gwerer ta’ Vendée wasslu għall-qerda tal-vinja. Il-prosperità twieldet mill-ġdid fis-seklu dsatax. Fl-1881, il-vinja kienet tkopri żona ta’ 45 000 ettaru, li minnhom 10 000 ettaru kienu għadhom jeżistu fl-1893, wara l-invażjoni tal-fillosera.
L-“Anjou” huwa magħruf, essenzjalment, għall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod prodotti mill-varjetà ta’ għeneb chenin B. Madankollu, it-tħawwil tal-varjetà ta’ għeneb cabernet franc N, u ftit iktar tard il-varjetà ta’ għeneb cabernet-sauvignon N, żdiedu wara l-kriżi tal-fillosera. Il-proċess tal-produzzjoni tal-inbid kien primarjament immirat, fil-bidu tas-seklu 20, lejn l-iżvilupp tar-“rouget”, l-isem lokali għal inbid ħafif ikkunsmat fil-kafetteriji, u huwa l-ewwel stadju fit-trasformazzjoni tal-vinja ta’ Anjou. Assoċjati mal-varjetajiet tal-għeneb Grolleau N u grolleau gris G, li jagħtu nbejjed “ċari” u kemxejn ikkuluriti, b’mod aċċessorju għall-varjetajiet ta’ dwieli Gamay N u Pineau d’Aunis N, dawn jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ produzzjoni kbira ta’ nbejjed rożè ikoniċi, magħrufa u rikonoxxuti taħt id-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Cabernet d’Anjou” u “Rosé d’Anjou”. It-tieni stadju ta’ din il-bidla hija bbażata fuq l-esperjenza miksuba mill-produtturi fil-ġestjoni ta’ dan il-prodott veġetali. L-osservazzjoni u l-analiżi tal-aqwa tqabbil bejn il-varjetà tad-dielja u s-siti tat-tħawwil tagħha, l-apprezzament tal-potenzjal tal-ħsad u l-kontroll tat-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid wasslu għall-iżvilupp tal-produzzjoni tal-inbejjed ħomor sa mis-snin 1960.
Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti
L-inbejjed rożè għandhom zokkor fermentabbli u ħlewwa pjuttost sinifikanti. L-espressjoni aromatika tagħhom hija intensa, li tiżvela l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull varjetà ta’ dielja. Madankollu, il-frott jibqa’ inevitabbli (ħawħ, frawli, frott taċ-ċitru, eċċ.). Fil-ħalq, jippreżentaw togħma bbilanċjata bejn il-freskezza u r-rotondezza. Il-persistenza aromatika tagħhom hija intensa.
Interazzjonijiet kawżali
Inbejjed mhux fervexxenti
It-taħlita ta’ vinja tat-tramuntana ma’ pajsaġġ partikolari, bi klima tajba, kif ukoll b’ġeoloġija u pedoloġija oriġinali, tagħti lill-inbejjed identità tat-togħma li hija espressa permezz tal-freskezza tal-inbejjed.
Id-diversità ta’ sitwazzjonijiet tal-inbejjed li tippreżenta sitwazzjonijiet ġeografiċi differenti tat lill-produtturi l-opportunità li jsibu, għal kull waħda mill-varjetajiet tad-dwieli użati, il-kundizzjonijiet tagħhom ta’ espressjoni ottimali. L-osservazzjoni u l-analiżi mwettqa mill-produtturi tal-inbid dwar l-imġieba tad-dwieli tagħhom jippermettulhom jiddefinixxu stabbiliment xieraq tal-vinja.
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas ġuridiku:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddefinita
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Iż-żona ta’ prossimità immedjata ddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed eliġibbli għad-denominazzjoni kkontrollata tal-oriġini “Cabernet d’Anjou” għandha tikkonsisti fit-territorji tal-muniċipalitajiet li ġejjin, fuq il-bażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2018:
|
— |
id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil; |
|
— |
id-département ta’ Loire-Atlantique: Ancenis, Le Loroux-Bottomreau, Le Palet, La Remudière, Vai-sur-Loire (l-ewwel territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz), Vallet; |
|
— |
id-département ta’ Maine-et-Loire: Orée d’Anjou (li qabel kien it-territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Saint-Laurent-des-Autel), Saint-Martin-du-Fousseux. |
Tikkettar
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bl-indikazzjoni “primeur” (inbid bikri) jew “nouveau” (ġdid), skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet.
L-indikazzjonijiet fakultattivi li l-użu tagħhom jista’, skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji, jiġi rregolat mill-Istati Membri, għandhom jinkitbu b’karattri li d-daqs tagħhom, f’għoli, wisa’ u ħxuna ma jkunx aktar mid-doppju ta’ dawk il-karattri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata.
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Val de Loire” skont ir-regoli stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet. Id-daqs tal-ittri tad-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” ma għandux ikun akbar, kemm fl-għoli u kemm fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
L-inbejjed li jikkwalifikaw għall-indikazzjoni “primeur” (inbid bikri) jew “nouveau” (ġdid) għandhom jiġu ppreżentati b’mod obbligatorju bl-indikazzjoni tas-sena.
It-tikkettar tal-inbejjed jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li: - tkun post irreġistrat; - tkun tinsab fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. L-isem tal-post irreġistrat għandu jkun stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx ogħla u usa’ minn nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
Link għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-c7cad5d3-da9f-4088-aebd-c22f0626c5c3