21.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/1


DWANA u FLEGT

Gwida ta’ implimentazzjoni

Sommarju pubbliku

(2020/C 20/01)

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Dan id-dokument qed jingħata bħala servizz għall-partijiet interessati. Il-gwida mhijiex vinkolanti u ma tirrappreżentax l-opinjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u lanqas ma għandha titqies bħala parir legali.

Werrej

1.

Introduzzjoni 2

2.

Importazzjoni tal-injam u l-prodotti tal-injam FLEGT - prinċipji bażiċi 2

3.

Rakkomandazzjonijiet għal kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet 4

3.1.

Assistenza teknika għall-uffiċjali u s-servizzi responsabbli mill-verifiki tal-kunsinni 5

3.2.

Komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet matul il-kontrolli 6

3.3.

L-injam CITES u FLEGT 6

3.4.

Merkanzija kummerċjali u merkanzija mhux kummerċjali 6

3.5.

Kontrolli taħt Proċeduri Doganali Simplifikati 7

3.6.

Trattament ta’ liċenzji f’kunsinni maqsuma 7

3.7.

Pajjiż Imsieħeb tal-esportazzjoni 8

3.8.

Verifika ta’ liċenzji FLEGT 8

3.9.

Rimi ta’ injam konfiskat 8
Anness I – Glossarju 9
Anness II – Qafas Legali 12
L-Anness III - Komunikazzjoni 14

1.   Introduzzjoni

Il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam huwa problema globali b’impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali negattiv sinifikanti. Abbażi tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) (1) l-Unjoni Ewropea (UE) adottat leġiżlazzjoni FLEGT (2) sussegwenti li tistabbilixxi skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjonijiet tal-injam u l-prodotti tal-injam fl-UE. Dan il-qafas legali jistabbilixxi sistema ta’ kontroll għal ċerti prodotti tal-injam esportati minn pajjiżi li jkunu kkonkludew Ftehim ta’ Sħubija Volontarja (VPA) mal-UE. Il-prodotti tal-injam esportati minn dawk il-pajjiżi jridu jkunu koperti minn liċenzja FLEGT maħruġa f’Pajjiż Imsieħeb li jiżgura l-legalità tal-injam (jiġifieri li jkun prodott minn injam domestiku li kien maħsud legalment jew minn injam li kien maħsud legalment f’pajjiż terz u importat fil-Pajjiż Imsieħeb skont il-liġijiet nazzjonali fil-pajjiż imsieħeb). Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, id-Dwana ma tistax tirrilaxxa għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa prodotti tal-injam li huma soġġetti għal din l-iskema sakemm liċenzja FLEGT ma tiġix ippreżentata u aċċettata mill-Awtorità Kompetenti fl-Istat Membru.

L-għan ewlieni ta’ dawn il-Linji Gwida huwa li jingħata appoġġ lid-Dwana u lill-Awtoritajiet kompetenti tal-FLEGT biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv skont il-leġiżlazzjoni FLEGT2, li tistabbilixxi skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjonijiet tal-injam u l-prodotti tal-injam fl-UE u l-miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tagħha. B’mod partikolari, il-Linji Gwida għandhom l-għan li jipprovdu approċċ komuni lejn l-armonizzazzjoni tal-implimentazzjoni permezz ta’:

Il-ħolqien ta’ approċċ xieraq, rakkomandat u, fejn possibbli, komprensiv għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni FLEGT mid-Dwana u mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-FLEGT.

It-twaqqif ta’ rakkomandazzjonijiet għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti.

Għaldaqstant id-dokument huwa strutturat kif ġej:

1.

L-introduzzjoni, fejn id-dokument jiġi ppreżentat;

2.

L-importazzjoni tal-injam u l-prodotti tal-injam FLEGT — prinċipji bażiċi, fejn tingħata deskrizzjoni tal-proċess tal-importazzjoni;

3.

Ir-rakkomandazzjoni għal kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, fejn huma ssuġġeriti ftehimiet nazzjonali, jiġu analizzati kwistjonijiet speċifiċi u jingħataw eżempji;

4.

L-Annessi I, II u III, fejn huma inklużi t-terminoloġija u d-dispożizzjonijiet legali bħala referenza.

Dawn il-Linji Gwida ġew abbozzati fi żmien xieraq qabel ma l-ewwel VPA beda jopera sabiex l-awtoritajiet doganali jingħataw mill-bidu nett il-gwida meħtieġa għal dan il-kompitu ġdid. Dawn il-linji gwida issa huma aġġornati abbażi tal-esperjenza prattika miksuba bl-implimentazzjoni tal-ewwel skema ta’ liċenzjar FLEGT mal-Indoneżja, li bdiet topera fil-15 ta’ Novembru 2016.

Il-Linji Gwida jistgħu jiġu rieżaminati abbażi ta’ esperjenza prattika ulterjuri wara l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ liċenzjar FLEGT minn pajjiżi Imsieħba oħra u wara kull bidla fil-qafas legali. Il-Linji Gwida tfasslu b’kooperazzjoni ma’ esperti tal-Istati Membri mill-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti u ma għandhomx jiġu kkunsidrati obbligatorji.

2.   Importazzjoni tal-injam u l-prodotti tal-injam FLEGT - prinċipji bażiċi

FLEGT huwa bbażat fuq qafas komprensiv li jinkludi l-Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja (VPAs) bejn l-UE u l-Pajjiżi Imsieħba dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali tal-injam u l-prodotti tal-injam minn naħa u l-Leġiżlazzjoni FLEGT (ir-Regolament FLEGT u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT) min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-importazzjonijiet fl-UE tal-injam u l-prodotti tal-injam mill-pajjiżi Imsieħba. Skont dan il-qafas, l-importazzjonijiet fl-UE ta’ prodotti tal-injam esportati mill-pajjiżi Imsieħba se jkunu permessi biss jekk ikunu koperti minn liċenzja FLEGT maħruġa mill-Awtorità ta’ Liċenzjar fil-Pajjiż Imsieħeb li tiċċertifika l-legalità tagħhom. Id-dwana għandha tivverifika li kunsinna tal-injam u l-prodotti tal-injam minn Pajjiż Imsieħeb tkun koperta minn liċenzja FLEGT valida meta tiġi ppreżentata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Wara r-rilaxx tiegħu, l-injam FLEGT jibbenefika minn preżunzjoni ta’ konformità mar-Regolament tal-UE dwar l-Injam (3).

Fir-rigward tal-karatteristiċi tal-prodott, hemm lista ċentrali ta’ prodotti preskritti fl-Anness II tar-Regolament FLEGT li tapplika għall-VPAs kollha u lil hinn minnhom, b’kull VPA jinkludi prodotti addizzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. L-Anness III tar-Regolament FLEGT jinkludi l-pajjiżi Imsieħba u l-karatteristiċi tal-prodotti rispettivi tagħhom — bħalissa l-Indoneżja biss — u għalhekk jipprovdu ċarezza legali suffiċjenti dwar il-prodotti FLEGT minn kull pajjiż Imsieħeb li għalih id-Dwana għandha tivverifika l-preżenza ta’ liċenzja FLEGT. Il-merkanzija mhux kummerċjali, il-prodotti koperti minn dokumenti CITES (4) u l-injam fi tranżitu ġo Pajjiż Imsieħeb huma eżentati milli jippreżentaw liċenzja FLEGT.

Meta jdaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-importatur irid jippreżenta dikjarazzjoni doganali u d-dikjarant jista’ jagħżel bejn diversi proċeduri doganali li jkunu mfassla sabiex jindirizzaw ħtiġijiet ekonomiċi speċifiċi. Skont il-leġiżlazzjoni FLEGT l-importazzjoni hija ddefinita bħala l-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa” u dan jinkludi l-ħlas ta’ dazji doganali, dazji tas-sisa u, jekk applikabbli, tal-VAT għall-merkanzija. Id-dikjarant irid ukoll jikkonforma ma’ restrizzjonijiet speċifiċi li jistgħu japplikaw għall-merkanzija ddikjarata, pereżempju r-rekwiżit biex tiġi ppreżentata liċenzja FLEGT għall-injam jew il-prodotti tal-injam. Hekk kif jiġu imposti d-dazji u tingħata evidenza li l-kondizzjonijiet l-oħra kollha għall-importazzjoni tal-merkanzija huma ssodisfati, id-Dwana tirrilaxxa l-merkanzija. Il-merkanzija tbiddel l-istatus tagħha minn merkanzija mhux tal-Unjoni f’merkanzija tal-Unjoni u tkun tista’ titqiegħed fis-suq intern mingħajr preġudizzju għal kull leġiżlazzjoni applikabbli oħra.

Id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ma għandhiex neċessarjament tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali fejn jasal l-injam fl-UE. Hemm ukoll proċeduri disponibbli li jippermettu l-ħżin, l-ipproċessar jew it-trasport ta’ merkanzija taħt superviżjoni doganali. Meta l-merkanzija tiġi trasportata bejn l-Istati Membri fl-UE, id-dikjarazzjoni doganali tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tista’ tiġi ppreżentata mal-awtoritajiet doganali fil-punt tad-destinazzjoni. L-unika proċedura doganali li teħtieġ il-preżentazzjoni ta’ liċenzja FLEGT hija r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa (5).

Meta l-injam FLEGT jiġi ddikjarat għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fi Stat Membru partikolari, id-Dwana trid tiżgura li l-liċenzja FLEGT tkun ġiet approvata (6) mill-Awtorità Kompetenti fl-istess Stat Membru. Inkella d-Dwana ma tkunx tista’ tirrilaxxa l-injam. Il-proċeduri nazzjonali jistgħu jiddefinixxu kif dan jista’ jsir fil-prattika, filwaqt li l-leġiżlazzjoni FLEGT tipprevedi dawn ir-raġunijiet:

Id-dwana tista’ tidentifika l-injam FLEGT mill-pajjiż tad-dispaċċ u mill-kodiċi tas-Sistema Armonizzata magħmul minn massimu ta’ 6 ċifri. Dan se jkun rifless fl-Annessi I, II u III tar-Regolament FLEGT, debitament aġġornati, u sussegwentement integrati fit-TARIC (7).

Il-prodotti inklużi fl-Annessi A, B u C tar-Regolament tal-UE dwar il-Kummerċ ta’ Organiżmi Selvaġġi (8) (CITES (9)) huma eżentati mill-formalitajiet ta’ importazzjoni FLEGT. Eċċezzjonijiet rilevanti oħra huma l-merkanzija u l-prodotti mhux kummerċjali li jkunu għaddew mill-Pajjiż Imsieħeb taħt superviżjoni doganali. Il-VPAs jistgħu jinkludu Anness IB li jelenka l-prodotti pprojbiti milli jiġu esportati mill-Pajjiż Imsieħeb u għalhekk ma jistgħux ikunu liċenzjati bħala FLEGT u lanqas ma jistgħu jiġu importati fl-Unjoni.

Il-liċenzja FLEGT trid tiġi ppreżentata lill-Awtorità Kompetenti fl-istess Stat Membru fejn se tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Il-liċenzja FLEGT tista’ tiġi ppreżentata minn qabel, iżda mhux aktar tard mill-mument meta tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali. Fi stadju aktar tard, l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jiġu infurmati dwar id-dikjarazzjoni doganali li tikkorrispondi għal kull liċenzja FLEGT.

L-Awtorità Kompetenti tivverifika l-liċenzja FLEGT u tinforma lid-Dwana dwar id-deċiżjoni tagħha biex tapprovaha.

Għall-finijiet ta’ verifika, il-Kummissjoni Ewropea se tagħti lill-Awtoritajiet Doganali u lill-Awtoritajiet Kompetenti, kampjuni u dettalji oħra tal-Awtoritajiet ta’ Liċenzjar.

Jistgħu jsiru verifiki ulterjuri tal-liċenzja FLEGT u tal-kunsinna; L-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib u jaqblu dwar il-kompiti li jridu jitwettqu minn kull servizz.

L-Awtoritajiet Kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mill-Awtorità ta’ Liċenzjar permezz tal-proċeduri deskritti f’kull VPA.

Minħabba n-natura tal-prodotti tal-injam, il-piż jew il-volum waqt l-importazzjoni jistgħu jiddevjaw sa 10 % minn dak iddikjarat fil-liċenzja FLEGT.

L-ispejjeż imġarrba sakemm titlesta l-verifika jitħallsu mill-importatur, ħlief fejn l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi mod ieħor.

Fil-Kaxxa 44 tad-Dokument Amministrattiv Uniku (DAU) li fiha ssir id-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, għandu jkun hemm referenza għal-liċenzja FLEGT. In-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat C690 għal-liċenzji FLEGT irid jintgħażel u n-numru tal-liċenzja li tkopri l-kunsinna jrid jiġi ddikjarat.

Il-liċenzji FLEGT jistgħu jkunu stampati jew liċenzji elettroniċi, u fejn meħtieġ l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni, bl-ispejjeż jitħallsu mill-importatur. Meta l-liċenzji FLEGT ikunu stampati, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT u l-VPAs jipprevedu kopja għad-Dwana; din il-kopja hija maħsuba bħala strument addizzjonali biex tiffaċilita l-komunikazzjoni mal-awtoritajiet jew bejniethom u hemm bżonn li tiġi ppreżentata lid-Dwana.

Id-dwana tista’ tissospendi r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa f’każ li tissuspetta li l-liċenzja FLEGT jista’ jkun li mhijiex valida. Imbagħad, l-Awtorità Kompetenti taġixxi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ meta d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni FLEGT jinkisru (u d-dispożizzjonijiet applikabbli fil-VPA, li jistgħu jeħtieġu komunikazzjoni fil-pront mal-Pajjiż Imsieħeb).

Ir-rekords tal-liċenzji FLEGT u d-dikjarazzjonijiet doganali relatati rċevuti u d-data rilevanti dwar il-kunsinni mhux konformi, jenħtieġ li jinżammu biex jitwettqu l-obbligi ta’ rappurtar. Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-obbligu li tipprovdi format għar-rapporti annwali.

L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jagħtu lill-awditur indipendenti maħtur (10) aċċess għad-dokumenti u d-data rilevanti, fil-limiti tal-liġi nazzjonali rilevanti, biex jikkontroverifika l-informazzjoni mingħand l-Awtorità ta’ Liċenzjar u biex iwettaq rieżami tal-proċeduri ta’ verifika tal-UE.

3.   Rakkomandazzjonijiet għal kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

F’dawk il-każijiet fejn l-Awtoritajiet Kompetenti huma differenti mid-Dwana, il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet hija element ewlieni tal-proċess ta’ implimentazzjoni ta’ kontrolli fuq il-fruntiera skont il-leġiżlazzjoni FLEGT.

Il-leġiżlazzjoni tipprevedi modi differenti ta’ kooperazzjoni: fost l-oħrajn, komunikazzjoni dwar liċenzji FLEGT approvati (11), delega ta’ funzjonijiet lid-Dwana (12), koordinazzjoni ta’ proċeduri ta’ verifika (13) jew skambju ta’ data b’mezzi elettroniċi (14).

Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni xierqa u approċċ komuni, huwa rrakkomandat li l-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti, u meta jkunu involuti, awtoritajiet oħra b’kompetenzi f’oqsma relatati, tkun ibbażata fuq ftehimiet nazzjonali formali.

Għall-istabbiliment ta’ ftehimiet nazzjonali u l-iżvilupp ta’ proċeduri operattivi, idealment għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin:

L-istabbiliment ta’ kuntatti bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti (15) – fil-livell ta’ esperti strateġiċi, maniġerjali u operazzjonali.

Jinstab approċċ xieraq u mudell formali biex ikun żgurat li l-ftehimiet jiġu stabbiliti b’mod xieraq.

Determinazzjoni tal-elementi tal-ftehimiet (it-termini ta’ referenza nazzjonali) li fuqhom se tkun ibbażata l-kooperazzjoni komuni ulterjuri bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti. Dawn it-termini ta’ referenza nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet f’dawn il-Linji Gwida, u għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u/jew l-istruttura amministrattiva.

Implimentazzjoni tal-ftehimiet fi proċeduri operattivi prattiċi li jridu jitwettqu matul il-proċess ta’ kontroll.

Huwa rakkomandat li jiġu inklużi l-elementi li ġejjin fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni nazzjonali:

Kooperazzjoni msaħħa li tinkludi termini għal kooperazzjoni fit-tul effiċjenti u effikaċi:

laqgħat regolari bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti fil-livell xieraq strateġiku, maniġerjali u operattiv b’termini ta’ referenza miftehma;

komunikazzjoni bikrija bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti dwar proposti leġiżlattivi u ta’ politika futuri b’impatt fuq iż-żewġ awtoritajiet;

sistema ta’ kooperazzjoni ta’ reazzjoni rapida biex jiġu trattati sitwazzjonijiet emerġenti, tipi ġodda ta’ ksur jew operaturi ekonomiċi ta’ riskju għoli;

mezzi għal assistenza teknika għall-uffiċjali u s-servizzi responsabbli mill-verifiki.

Tqassim tal-kompiti: rwoli, kompiti u responsabbiltajiet miftiehma dwar il-kontrolli li jridu jsiru mill-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-istrutturi nazzjonali u s-sitwazzjonijiet lokali. Il-kompiti li għandhom jiġu miftiehma huma mill-inqas dawn li ġejjin:

verifiki addizzjonali tal-liċenzja FLEGT;

verifiki addizzjonali tal-kunsinna;

il-ħżin u l-ġbir tad-data għar-reġistrazzjoni (16) u l-obbligi tar-rappurtar (17).

Komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet:

lista ta’ punti ta’ kuntatt taż-żewġ awtoritajiet - l-Awtorità Doganali u l-Awtorità Kompetenti, inkluża klawsola ta’ reviżjoni biex tiżgura aġġornamenti regolari;

il-mezzi u l-proċeduri għall-komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti marbuta mal-aċċetazzjoni tal-liċenzja, il-kontroll tal-proċess u r-riżultati ta’ kull verifika ulterjuri;

termini għal skambju ta’ intelligence relatat mal-ġestjoni tar-riskju, inklużi feedback bidirezzjonali u netwerk ta’ intelligence affidabbli;

dispożizzjonijiet ċari dwar liema informazzjoni (inkluż data nominali) tista’ tiġi skambjata bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti u taħt liema kundizzjonijiet;

Implimentazzjoni u infurzar:

l-iżvilupp konġunt u d-distribuzzjoni ta’ proċeduri operattivi bi struzzjonijiet ċari għall-uffiċjali, b’mod partikolari għall-kontroll u l-attivitajiet ta’ verifika;

ftehimiet ta’ interpretazzjoni jew implimentazzjoni komuni għal każijiet partikolari, bħall-kunsinni FLEGT li huma wkoll CITES, li huma importati taħt proċeduri simplifikati, li għandhom pajjiż ta’ oriġini differenti mill-pajjiż tal-esportazzjoni, li huma merkanzija mhux kummerċjali, jew li juru inkonsistenzi mal-liċenzja (ara aktar spjegazzjonijiet hawn taħt);

kondiviżjoni ta’ struzzjonijiet u informazzjoni għall-operaturi u għad-dikjaranti;

taħriġ reċiproku ta’ uffiċjali responsabbli u sessjonijiet ta’ taħriġ komuni;

skambju perjodiku ta’ data tal-importazzjoni sabiex jinstabu d-diskrepanzi;

proġetti ta’ infurzar jew operazzjonijiet konġunti, b’termini ta’ referenza miftiehma;

proċeduri ċari għar-rimi ta’ merkanzija konfiskata inkluż it-trattament tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-ħażna;

arranġamenti għall-immaniġġjar ta’ liċenzji stampati fuq il-karta u l-evitar tal-użu mill-ġdid frawdolenti ta’ liċenzja.

Fil-paġni li ġejjin jingħataw aktar rakkomandazzjonijiet għall-elementi fit-test ta’ hawn fuq.

3.1.   Assistenza teknika għall-uffiċjali u s-servizzi responsabbli mill-verifiki tal-kunsinni

Meta d-Dwana jingħataw il-kompitu li jivverifikaw il-kunsinna huwa rakkomandat li l-ftehim nazzjonali jkun jinkludi termini biex l-Awtoritajiet Kompetenti jipprovdu għajnuna teknika f’livelli differenti:

Taħriġ u gwida fl-aspetti tekniċi (eż. il-qisien u l-identifikazzjoni ta’ speċi)

Kontribut tekniku fl-iżvilupp ta’ proċeduri operattivi għal spezzjonijiet (struzzjonijiet, listi ta’ kontroll, formoli, tabelli ta’ korrelazzjoni, eċċ.)

Assistenza teknika matul il-kontrolli fuq il-post

Servizzi ta’ laboratorju jekk disponibbli, jew informazzjoni dwar servizzi affidabbli

L-għoti tad-dettalji ta’ kuntatt (ismijiet, indirizzi tal-posta elettronika, numri tat-telefon) għal assistenza teknika mill-Pajjiż Imsieħeb

Huwa rakkomandabbli li jiġu inklużi l-iskambju ta’ informazzjoni, taħriġ u riżorsi bejn l-awtoritajiet fi Stat Membru jew fi Stati Membri differenti, li jagħmlu disponibbli għarfien espert u servizzi ta’ laboratorju. L-involviment tal-Pajjiżi Imsieħba huwa rakkomandat f’dan il-proċess, billi jipprovdu għarfien tal-prodotti tagħhom stess, għarfien espert u kampjuni ta’ injam għal analiżi fil-laboratorju.

3.2.   Komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet matul il-kontrolli

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu arranġamenti għal mezzi xierqa ta’ komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet Kompetenti u d-Dwana. Dawn l-arranġamenti jridu jiżguraw li d-Dwana tkun taf mingħajr dewmien li l-liċenzja FLEGT hija approvata (jew le) mill-Awtorità Kompetenti, iżda wkoll li informazzjoni oħra relatata mal-proċess ta’ kontroll tiġi skambjata. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu għodda u proċeduri ta’ komunikazzjoni skont l-istruttura nazzjonali tagħhom, u li dawn jipprevedu mill-inqas dan li ġej:

l-informazzjoni trid tkun disponibbli għad-Dwana kemm jista’ jkun malajr wara li l-liċenzja FLEGT tiġi approvata mill-Awtorità Kompetenti; deċiżjoni negattiva tista’ tkun ukoll disponibbli għad-Dwana, għalhekk is-sistema ta’ komunikazzjoni tista’ tinkludi l-każijiet fejn l-Awtoritajiet Kompetenti ma japprovawx liċenzja FLEGT;

din l-informazzjoni tista’ tkun akkumpanjata b’elementi addizzjonali skont id-distribuzzjoni tal-kompiti miftiehma fil-livell nazzjonali, bħal pereżempju t-talba biex jitwettqu aktar verifiki tal-liċenzja jew tal-kunsinna, dettalji speċifiċi li d-Dwana għandha tikkunsidra, jew informazzjoni rilevanti għall-profil ta’ riskju;

matul il-kontrolli doganali, id-Dwana jista’ jkollha bżonn li tinforma jew tikkonsulta lill-Awtorità Kompetenti meta jkun hemm suspett li l-liċenzja FLEGT ma tkunx valida jew ma tikkorrispondix mal-kunsinna;

rekords dwar id-dikjarazzjonijiet doganali relatati mal-injam FLEGT, u data rilevanti dwar kunsinni mhux konformi, għandhom jiġu kondiviżi biex jitwettqu l-obbligi ta’ rappurtar;

il-kanali ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu robusti u sikuri;

meta l-komunikazzjoni tkun ibbażata fuq liċenzji stampati fuq il-karta, inkluż l-użu possibbli tal-kopja stampata għad-Dwana, għandu jkun hemm proċeduri ċari biex jiġi evitat l-użu mill-ġdid frodulenti ta’ liċenzji FLEGT.

3.3.   L-injam CITES u FLEGT

Ir-Regolament FLEGT u l-VPAs eżistenti jiddikjaraw li l-prodotti tal-injam li huma soġġetti għar-Regolament tal-UE dwar il-Kummerċ ta’ Organiżmi Selvaġġi (l-Annessi A, B u C — mhux l-Anness D) mhumiex se jgħaddu mill-proċedura deskritta għall-prodotti liċenzjati FLEGT fil-fruntiera tal-UE. Madankollu, il-VPAs eżistenti japplikaw is-sistema ta’ assigurazzjoni tal-legalità FLEGT tagħhom anke għall-ispeċijiet CITES, u għalhekk jista’ jkun il-każ li fil-prattika xi kunsinni tal-injam CITES ikunu akkumpanjati kemm minn permess ta’ importazzjoni CITES (l-Annessi A u B), jew minn notifika ta’ importazzjoni CITES (l-Anness C) kif ukoll minn liċenzja FLEGT, bħall-każ tal-Indoneżja.

Huwa rakkomandat li għal dawk il-każijiet fejn liċenzja FLEGT tkun iddikjarata għall-injam CITES, l-Awtoritajiet Kompetenti rilevanti jiġu informati. Id-dwana tista’ wkoll tirrapporta irregolaritajiet (bħal dubji dwar il-konformità mal-Annotazzjonijiet tas-CITES għall-ispeċijiet tal-injam, dwar l-oriġini tal-ispeċijiet mis-salvaġġ/pjantaġġuni, eċċ.) rigward ir-rekwiżiti tas-CITES għall-injam minn Pajjiżi Imsieħba lill-Awtorità Kompetenti, bil-għan li tiffaċilita r-rieżami tad-dispożizzjonijiet dwar is-CITES kif indikat fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament FLEGT.

Jekk il-liċenzja FLEGT tkun disponibbli għall-Awtoritajiet Doganali jew għall-Awtoritajiet Kompetenti, l-irregolaritajiet fil-liċenzja FLEGT għandhom iwasslu għal aktar verifiki li jsegwu l-konformità CITES.

3.4.   Merkanzija kummerċjali u merkanzija mhux kummerċjali

Il-prodotti tal-injam mhux kummerċjali ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament FLEGT (18) u għalhekk huma eżentati mill-obbligu li jkunu koperti minn liċenzja FLEGT meta jiġu importati fl-UE. Id-distinzjoni bejn merkanzija kummerċjali u mhux kummerċjali, qiegħda tikseb aktar importanza f’kuntest ta’ mobbiltà li dejjem qed tikber ta’ persuni u ta’ merkanzija fil-livelli kollha. Vjaġġaturi, professjonisti li jipprovdu servizzi, persuni li jbiddlu r-residenza jew konsumaturi li jixtru permezz ta’ kummerċ mill-bogħod li jinvolvi l-forniment dirett permezz ta’ servizzi postali u ta’ kurjer, huma lkoll eżempji ta’ sitwazzjonijiet fejn id-dwana tista’ tiġi kkonfrontata bi prodotti tal-injam ġejjin minn pajjiżi Imsieħba.

Ir-Regolament FLEGT jagħmel referenza għad-definizzjoni ta’ merkanzija mhux kummerċjali stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (19). Għaldaqstant, il-merkanzija mhux kummerċjali fil-kuntest FLEGT hija dawk il-prodotti tal-injam li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

li d-dħul tagħhom għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa huwa fuq bażi okkażjonali

 

u

 

li n-natura u l-kwantità tagħhom tindika li huma maħsuba għal użu privat, personali jew tal-familja tal-kunsinnatarji jew tal-persuni li jkunu qed iġġorruhom

 

jew li huma b’mod ċar maħsuba bħala rigali.

Huwa rakkomandat li d-Dwana jinformaw lill-Awtoritajiet Kompetenti fl-Istat Membru dwar kriterji applikati għall-valutazzjoni tan-natura kummerċjali jew mhux kummerċjali tal-prodotti tal-injam, u jinformaw ukoll lill-operaturi ekonomiċi u lil partijiet ikkonċernati oħra fil-limiti tal-mezzi u l-kompetenzi tagħhom.

B’mod partikolari, fir-rigward tal-materjali tal-ippakkjar, filwaqt li jistgħu jiġu koperti minn VPAs skont l-intestatura 4415 tan-Nomenklatura Magħquda, meta jintużaw esklussivament biex jappoġġaw, jipproteġu jew iġorru merkanzija oħra, dawn ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament FLEGT u ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontrolli FLEGT fil-waqt tal-importazzjoni. Din l-interpretazzjoni għandha tinqara flimkien mar-regoli Ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda 5a u 5b (20).

3.5.   Kontrolli taħt Proċeduri Doganali Simplifikati

Id-dwana tista’ tagħti lil operatur ekonomiku — li japplika għaliha u li jissodisfa ċerti kondizzjonijiet u kriterji — awtorizzazzjoni għal Proċeduri Simplifikati. Dan l-operatur ekonomiku jista’ mbagħad jibbenefika minn formalitajiet simplifikati relatati mad-dikjarazzjonijiet doganali tiegħu u approvazzjoni kull meta jimporta jew jesporta lejn/mill-UE. L-użu ta’ Proċeduri Simplifikati għall-importazzjoni ta’ injam FLEGT ma għandux jippreġudika l-effikaċja tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni FLEGT. Ir-rakkomandazzjoni li ġejja għandha tiġi kkunsidrata fl-awtorizzazzjoni għal proċeduri simplifikati għal operaturi tal-injam:

Meta d-Dwana tirċievi applikazzjoni għal Proċedura Simplifikata li tista’ tkopri l-injam FLEGT, l-Awtorità Kompetenti tista’ tagħti l-opinjoni tagħha qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni.

L-awtorizzazzjoni għandha tipprevedi kundizzjonijiet li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet FLEGT jiġu rispettati bis-sħiħ u li l-kontrolli meħtieġa jistgħu jitwettqu, billi jiġu inklużi termini ċari dwar l-aspetti li ġejjin:

Qabel ma l-injam FLEGT li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament FLEGT ikun jista’ jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, hemm bżonn li tkun ġiet approvata liċenzja FLEGT mill-Awtorità Kompetenti.

Id-dwana għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq kontrolli qabel ma l-injam jiġi rilaxxat.

Ir-rilaxx tal-injam FLEGT qabel ma l-Awtorità Kompetenti tapprova l-liċenzja FLEGT jirrappreżenta ksur tal-leġiżlazzjoni FLEGT. Il-każ għandu jiġi rrappurtat lill-Awtorità Kompetenti u din għandha taġixxi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-awtorizzazzjoni għall-Proċedura Simplifikata għandha tiġi rieżaminata sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-awtorizzazzjoni għadhomx issodisfati.

Fejn applikabbli, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għandhom jiġu rieżaminati u allinjati mar-rakkomandazzjonijiet ta’ hawn fuq.

3.6.   Trattament ta’ liċenzji f’kunsinni maqsuma

Skont id-definizzjoni ta’ “kunsinna (21)” fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT, liċenzja waħda FLEGT tista’ tiġi ppreżentata biss lil uffiċċju doganali wieħed fl-UE u idealment, sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni doganali, tkun tikkorrispondi għal dikjarazzjoni doganali waħda.

Sabiex jiġi evitat li prodotti tal-injam koperti minn liċenzja FLEGT waħda jinqasmu f’aktar minn dikjarazzjoni doganali waħda jew jiġu ppreżentati lil aktar minn uffiċċju doganali wieħed fl-UE, il-ħruġ tal-liċenzja FLEGT għandu jkun marbut mal-kwantità ta’ prodotti tal-injam mibgħuta fl-istess ħin u ppreżentata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-istess ħin f’uffiċċju doganali wieħed, sa fejn huwa raġonevoli li jkun previst fil-waqt tal-ħruġ. Huwa rakkomandat li l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti jissensibilizzaw lill-operaturi ekonomiċi u partijiet ikkonċernati oħra dwar din il-kwistjoni fil-limiti tal-mezzi u l-kompetenzi tagħhom.

F’każ li kunsinna koperta minn liċenzja FLEGT waħda “tinqasam”, id-Dwana għandha tinnotifika lill-Awtorità Kompetenti dwar l-inkonsistenza bejn il-merkanzija ppreżentata lid-Dwana u l-liċenzja FLEGT. Id-dwana ma għandhiex tirrilaxxa l-merkanzija sakemm l-Awtorità Kompetenti tikkonferma li qed tiġi ppreżentata liċenzja valida FLEGT (possibilment kopja duplikata kkoreġuta) b’rabta mal-merkanzija ddikjarata. Kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet u proċeduri ċari huma meħtieġa. F’każ li l-merkanzija tiġi ddikjarata f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-merkanzija tiġi ddikjarata għandhom jikkomunikaw ma’ xulxin biex jivverifikaw, meta tiġi ppreżentata l-istess liċenzja FLEGT, l-awtentiċità u l-validità tal-liċenzja u jiżguraw l-eżattezza tal-volumi, tal-ispeċijiet, eċċ.

3.7.   Pajjiż Imsieħeb tal-esportazzjoni

L-esportazzjoni hija definita fil-leġiżlazzjoni FLEGT bħala l-ħruġ fiżiku ta’ prodotti tal-injam mit-territorju ta’ Pajjiż Imsieħeb sabiex jiddaħħlu fl-Unjoni; għalhekk, il-Pajjiż Imsieħeb tal-esportazzjoni huwa identifikat fid-dikjarazzjoni doganali bħala l-pajjiż tad-dispaċċ (Kaxxa DAU 15). Dan jista’ jkun jew ma jkunx l-istess bħall-pajjiż tal-oriġini (Kaxxa DAU 16): pereżempju, jekk l-injam jinħasad fl-Indoneżja u jiġi pproċessat fl-Indoneżja, il-pajjiż ta’ oriġini huwa l-Indoneżja; jekk l-injam jiġi importat fl-Indoneżja minn kwalunkwe pajjiż u jiġi pproċessat fl-Indoneżja iżda l-manifattura ma tkunx biżżejjed biex tagħti oriġini Indoneżjana lill-merkanzija lesta, allura l-pajjiż tal-oriġini ma jkunx l-Indoneżja.

L-injam fi tranżitu huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament FLEGT u r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet tal-VPA. F’dan il-kuntest, il-VPAs jiddefinixxu l-prodotti tal-injam fi tranżitu bħala dawk li joriġinaw f’pajjiż terz ieħor li jgħaddu fi tranżitu minn Pajjiż Imsieħeb taħt superviżjoni doganali u li jitilqu minnu bl-istess mod waqt li jżommu l-oriġini tagħhom (22).

Għalkemm l-eżenzjoni għal prodotti tal-injam fi tranżitu minn Pajjiżi Imsieħba mhijiex prevista fir-Regolament FLEGT, mill-għan u l-istruttura tal-VPAs (23) jista’ jiġi dedott li l-każijiet ta’ tranżitu definiti hawn fuq huma eżentati mill-preżentazzjoni ta’ liċenzja FLEGT għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-UE. It-tranżitu minn Pajjiż Imsieħeb irid jiġi ppruvat lid-Dwana b’evidenza dokumentata valida (24). Huwa rakkomandat li l-Awtoritajiet doganali jistabbilixxu proċeduri ċari għat-trattament ta’ din l-eżenzjoni u jissensibilizzaw l-operaturi ekonomiċi u partijiet konċernati oħra fil-limiti tal-mezzi u l-kompetenzi tagħhom.

3.8.   Verifika ta’ liċenzji FLEGT

Il-verifika tal-validità ta’ liċenzja FLEGT hija r-responsabbiltà tal-Awtorità Kompetenti. Id-dwana tista’ tiġi assenjata jew delegata b’kompiti ta’ verifika skont il-ftehimiet u l-proċeduri nazzjonali.

Il-validità ta’ liċenzja hija ddeterminata minn tliet aspetti ewlenin:

awtentiċità: il-liċenzja nħarġet mill-Awtorità tal-Liċenzjar fil-pajjiż Imsieħeb;

validità: il-liċenzja tiġi ppreżentata mal-Awtorità Kompetenti qabel ma tiskadi;

preċiżjoni: il-liċenzja tikkorrispondi mal-kunsinna u dokumenti ta’ akkumpanjament oħra f’termini tal-informazzjoni kollha pprovduta fiha, eż. volum, isem, intestatura SA, eċċ. id-Dwana tista’ tintalab tappoġġa l-proċess ta’ verifika.

Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet jistabbilixxu proċeduri u kriterji ċari biex jivverifikaw il-korrispondenza bejn il-liċenzja FLEGT u l-kunsinna u li jistabbilixxu liema elementi tal-liċenzja FLEGT huma komparabbli mad-data fid-dikjarazzjoni doganali jew f’dokumenti rilevanti oħra. Huwa rakkomandat ukoll li l-operaturi ekonomiċi u partijiet ikkonċernati oħra rilevanti jiġu infurmati b’dawn il-kriterji biex tiġi ffaċilitata l-proċedura.

3.9.   Rimi ta’ injam konfiskat

Skont il-leġiżlazzjoni FLEGT id-Dwana tista’ tissospendi r-rilaxx ta’ prodott tal-injam jew tikkonfiskah jekk temmen li għal xi raġuni l-liċenzja jista’ jkun li ma tkunx valida. Jekk l-Awtoritajiet Kompetenti jistabbilixxu li dan huwa l-każ, huma għandhom jaġixxu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, l-awtoritajiet għandhom isegwu leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli, inkluż il-leġiżlazzjoni doganali (25) peress li l-oġġetti jkollhom status mhux tal-Unjoni. Madankollu, huwa rakkomandat, għal dawk l-aspetti li mhumiex deskritti fid-dettall mil-leġiżlazzjoni applikabbli jew minn proċeduri eżistenti, li ftehimiet nazzjonali jkunu jinkludu dispożizzjonijiet ċari dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu wara ksur, b’mod partikolari rigward ir-rimi tal-merkanzija.


(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Foresti

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1) dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 23) li jistabbilixxi miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005.

(3)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 995/2010, (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).

(4)  Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu. Ta’ min jinnota li fl-Indoneżja, l-ispeċijiet elenkati fis-CITES huma wkoll soġġetti għas-Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam Indoneżjana (TLAS) u li liċenzja valida FLEGT hija meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ tali injam.

(5)  L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005

(6)  It-terminu użat fil-leġiżlazzjoni FLEGT huwa “jaċċettaw”; madankollu, f’dan id-dokument huwa sostitwit b’ “japprovaw” biex jiddeskrivi aħjar ir-rwol tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-verifika tal-liċenzji FLEGT.

(7)  It-Tariffa Integrata tal-Komunità online bbażata fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1), emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/160 tal-20 ta’ Jannar 2017 (ĠU L 27, 1.2.2017, p. 1).

(9)  Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu

(10)  Monitoraġġ ta’ parti terza skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament FLEGT

(11)  L-Artikolu 6 (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008

(12)  L-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT — Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008

(13)  L-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT — Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008

(14)  L-Artikolu 14(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008

(15)  Lista ta’ Awtoritajiet Kompetenti: ec.europa.eu/environment/forests/pdf/list_competent_authorities_flegt.pdf

(16)  L-Artikolu 5(1) tar-Regolament FLEGT - ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005

(17)  L-Artikolu 8(1) tar-Regolament FLEGT - ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005

(18)  L-Artikolu 2 (9) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005

(19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(21)  L-Artikolu 2.1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008 jindika li “kunsinna” tfisser kwantità ta’ prodotti tal-injam stabbilita fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 koperta minn liċenzja tal-FLEGT li tintbagħat minn pajjiż imsieħeb mill-konsenjatur jew minn min bagħatha u hija ppreżentata għar-rilaxx ta’ ċirkolazzjoni ħielsa f’uffiċċju doganali.

(22)  Ara pereżempju l-Artikolu 1(b) tal-VPA mal-Kamerun

(23)  Dan japplika għal pajjiżi imsieħba bi skema ta’ liċenzjar FLEGT operattiva

(24)  Jekk Jogħġbok ara l-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(25)  Jekk jogħġbok ara l-Artikoli 197-200 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikoli 248-250 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447


Anness I

Glossarju

CITES

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu, implimentata mill-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.) (kif emendata) dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom — l-hekk imsejjaħ Regolament dwar il-Kummerċ tal-Organiżmi Selvaġġi.

Awtorità/awtoritajiet kompetenti L

Artikolu 2(8) tar-Regolament Nru 2173/2005

Awtorità/awtoritajiet nominati mill-Istati Membri sabiex jirċievu, jaċċettaw u jivverifikaw il-liċenzji FLEGT. Id-Dwana tista’ tinħatar bħala Awtorità Kompetenti jew tista’ tiġi ddelegata b’kompiti speċifiċi mill-Awtorità Kompetenti.

Lista ta’ Awtoritajiet Kompetenti:

ec.europa.eu/environment/forests/pdf/list_competent_authorities_flegt.pdf

Id-dwana

L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-UE

Pajjiż tad-dispaċċ

L-Appendiċi C1 tar-Regolament (UE) Nru 341/2016

L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2010

Il-pajjiż tad-dispaċċ marbut mad-definizzjoni ta’ pajjiż tal-konsenja. It-tnejn ifissru l-pajjiż minn fejn il-merkanzija ġiet mibgħuta lejn l-Istat Membru importatur, u dan irid jimtela fil-Kaxxa 15 tad-Dokument Amministrattiv Uniku (DAU) fejn issir id-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Pajjiż tal-oriġini

L-Artikolu 59-63 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Il-pajjiż ta’ oriġini huwa definit fil-Titolu II, il-Kapitolu 2 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (l-Artikoli 59-63) u jrid jimtela fil-Kaxxa 34 tad-Dokument Amministrattiv Uniku (DAU) fejn issir id-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Kontrolli doganali

L-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

L-atti speċifiċi magħmula mill-awtoritajiet doganali sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali u leġiżlazzjoni oħra li tirregola d-dħul fis-suq tal-Unjoni, bħal-leġiżlazzjoni FLEGT.

Territorju Doganali

L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

It-Territorju Doganali għandu jinkludi t-territorji elenkati fl-Artikolu 4 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

Operatur ekonomiku

L-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Il-persuna fiżika jew ġuridika li, matul l-attività tan-negozju tagħha, tkun involuta f’attivitajiet koperti mil-leġiżlazjoni doganali Meta n-negozju tiegħu jew tagħha jkun fil-forestrija jew fit-trasformazzjoni jew il-kummerċ ta’ prodotti tal-injam, dan jissejjaħ operatur tal-injam (ara l-entrata “operatur tal-inja m”).

Esportazzjoni

L-Artikolu 2(13) tar-Regolament Nru 2173/2005

It-tluq fiżiku jew it-teħid ta’ prodotti tal-injam minn kwalunkwe parti tat-territorju ta’ Pajjiż Imsieħeb sabiex jinġabu fil-Komunità;

FLEGT —

Ir-Regolament Nru 2173/2005

Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (KE)

L-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, tfisser il-ħruġ ta’ liċenzji għall-injam jew prodotti tal-injam prodotti legalment koperti bi Ftehim ta’ Sħubija Volontarja (VPA) għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni minn Pajjiżi Imsieħba u l-implimentazzjoni tagħha fl-UE.

Ir-Regolament FLEGT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005

Liċenzja FLEGT

L-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005

Tfisser dokument ibbażat fuq it-trasbord jew ibbażat fuq il-parteċipant fis-suq f’format standard li għandu jkun reżistenti għall-falsifikazzjoni u t-tbagħbis, ikun verifikabbli, u li jirriferi għal trasbord konformi mar-rekwiżiti tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT, debitament maħruġ u validat minn awtorità tal-liċenzji ta’ Pajjiż Imsieħeb. Is-sistemi għall-ħruġ, registrazzjoni u komunikazzjoni ta’ liċenzji jistgħu jkunu bbażati fuq l-użu ta’ karti (paper-based) jew fuq l-użu ta’ mezzi elettroniċi, skont kif ikun dettat mill-każ;

Ir-Regolament FLEGT jipprevedi l-possibbiltà ta’ liċenzji FLEGT ibbażati fuq il-parteċipant fis-suq, iżda fil-mument tal-ħruġ ta’ dawn il-Linji Gwida il-VPAs kollha (ratifikati, iffirmati jew li qed jiġu nnegozjati) jistgħu jikkunsidraw biss liċenzji bbażati fuq il-kunsinna.

Kunsinna FLEGT

 

Ara d-definizzjonijiet għal “kunsinna” u “prodotti tal-injam”.

Injam FLEGT

Injam importat minn pajjiż Imsieħeb li ġie rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-UE

Importazzjoni

L-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005

Ir-rilaxx ta’ prodotti tal-injam għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fis-sens tal-Artikolu 201 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

Injam prodott legalment

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005

Prodotti tal-injam prodotti minn injam domestiku li kien maħsud legalment jew injam li kien maħsud legalment f’pajjiż terz u importat f’Pajjiż Imsieħeb skont il-liġijiet nazzjonali determinati minn dak il-Pajjiż Imsieħeb kif stabbilit fil-Ftehim ta’ Sħubija.

Awtorità/awtoritajiet tal-Liċenzji:

L-Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005

L-awtorità jew awtoritajiet nominati minn Pajjiż Imsieħeb għall-ħruġ u l-validazzjoni tal-liċenzji FLEGT.

L-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji (LIU)

L-Artikolu 4.4 tal-VPA mal-Indoneżja

Hija unità responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni li tirċievi u taħżen data rilevanti u informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ Dokumenti V-Legali u li twieġeb għal mistoqsijiet minn awtoritajiet kompetenti jew partijiet ikkonċernati.

Ftehimiet nazzjonali

 

It-total tal-arranġamenti formali kollha fi Stat Membru bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti, inklużi inter alia Memoranda ta’ Ftehim, arranġamenti prattiċi, proċeduri, pjanijiet ta’ azzjoni, eċċ.

Pajjiż Imsieħeb

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2173/2005

Tfisser kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali li jidħlu fi Ftehim ta’ Sħubija Volontarja. Għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni FLEGT u dawn il-linji gwida, il-pajjiżi Imsieħba li ġew miżjuda mal-Anness tar-Regolament FLEGT huma pajjiżi Imsieħba li bdew joħorġu l-liċenzji FLEGT.

Rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija

L-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Proċedura doganali li tagħti lill-merkanzija mhux tal-Unjoni l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni u tippermetti r-rilaxx tagħha fis-Suq Uniku. Dan jinvolvi l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali, it-tlestija ta’ formalitajiet oħra stipulati fir-rigward ta’ importazzjoni ta’ merkanzija u l-impożizzjoni ta’ kull dazju legalment dovut.

Rilaxx ta’ merkanzija

L-Artikolu 5(26) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

L-att li bih l-awtoritajiet doganali jagħmlu merkanzija disponibbli għall-għanijiet speċifikati għall-proċedura doganali li taħtha hija tqiegħdet.

Kunsinna

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1024/2008

Kwantità ta’ prodotti tal-injam stabbilita fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 koperta minn liċenzja tal-FLEGT li tintbagħat minn Pajjiż Imsieħeb mill-konsenjatur jew minn min bagħatha u hija ppreżentata għar-rilaxx ta’ ċirkolazzjoni ħielsa f’uffiċċju doganali tal-UE.

Proċedura simplifikata

L-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

L-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) Nru 2446/2015

Il-proċedura ta’ rilaxx lokali u l-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata kif definit hawn taħt:

Proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata: L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw kwalunkwe persuna biex ikollha merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali abbażi ta’ dikjarazzjoni simplifikata li tista’ tħalli barra ċerti dettalji jew dokumenti ta’ sostenn meħtieġa għal dikjarazzjoni doganali standard.

Dħul fir-reġistri tad-dikjarant: Il-proċedura li tippermetti d-dħul tal-merkanzija għall-proċedura doganali fil-post tan-negozju tal-persuna kkonċernata jew f’postijiet oħrajn indikati jew approvati mill-awtoritajiet doganali. Il-proċedura hija deskritta fl-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-Artikoli 226 sa 228 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447).

Operatur fl-injam

L-Artikolu 2(6) tar-Regolament Nru 2173/2005

L-Artikolu 5(5) tar-Regolament Nru 952/2013

Il-persuna fiżika jew ġuridika involuta fil-forestrija jew fit-trasformazzjoni jew kummerċ ta’ prodotti tal-injam; persuna li, matul in-negozju tagħha, hija involuta f’attivitajiet koperti mil-leġiżlazzjoni doganali”.

Prodotti tal-injam

L-Artikolu 2(9) tar-Regolament Nru 2173/2005

Il-prodotti stabbiliti fl-Annessi II u III, li għalihom tapplika l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, u li, meta jiġu importati lejn l-Unjoni, ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala “merkanzija ta’ natura mhux kummerċjali” kif definit fil-punt 21 tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446.

VPA – Ftehim ta’ Sħubija Volontarja

L-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2173/2005

Tfisser trattat kummerċjali legalment vinkolanti bejn l-UE u Pajjiż Imsieħeb li permezz tiegħu l-Unjoni u dak il-Pajjiż Imsieħeb jimpenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien sabiex jappoġġjaw il-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT u jimplimentaw l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT.


Anness II

Qafas Legali

ATT LEGALI

REFERENZA

IPERLINK

Ir-Regolament FLEGT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32005R2173

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32008R1024

Il-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT

COM(2006) 302 final

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52006DC0302:MT:NOT

Ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam (EUTR)

Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32010R0995:MT:NOT

Ir-Regolament ta’ Delega EUTR

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 363/2012

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32012R0363:MT:NOT

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni EUTR

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 607/2012

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32012R0607

Ir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar l-allinjament tal-obbligi ta’ rapportar fil-qasam tal-leġislazzjoni relatata mal-ambjent u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005, u d-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE

Ir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32019R1010

Il-Konvenzjoni CITES (Adeżjoni mal-UE)

ĠU L 384, 31.12.1982, p. 7

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:L:1982:384:TOC

Ir-Regolamenti dwar il-Kummerċ tal-Organiżmi Selvaġġi

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/1997

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:31997R0338

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar il-Kummerċ tal-Organiżmi Selvaġġi

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32006R0865

Ir-Regolament dwar il-Permessi għall-Kummerċ tal-Organiżmi Selvaġġi

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32012R0792

Il-VPA mar-Repubblika tal-Kamerun

ĠU L 92, 6.4.2011, p. 4

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:52011XC1129(02)

Il-VPA mar-Repubblika tal-Gana

ĠU L 70, 19.3.2010, p. 3

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:22010A0319(01)

Il-VPA mal-Liberja

ĠU L 191, 19.7.2012, p. 3

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:22012A0719(01)

Il-VPA mal-Indoneżja

ĠU L 150, 20.5.2014, p. 252

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:22014A0520(02) & from = MT

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1387 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 b’segwitu għall-VPA mal-Indoneżja

ĠU L 223, 18.8.2016, p. 1

https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_del/2016/1387/oj

Il-VPA mar-Repubblika Ċentru Afrikana

ĠU L 191, 19.7.2012, p. 103

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:22012A0719(02)

Il-VPA mar-Repubblika tal-Kongo

ĠU L 92, 6.4.2011, p. 127

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:22011A0406(03)

Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32013R0952

Id-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32015R2446

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32015R2447

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX%3A32016R0341


L-Anness III

Komunikazzjoni

It-tabella ta’ hawn taħt tinkludi d-dispożizzjonijiet ta’ komunikazzjoni msemmija mir-Regolament FLEGT (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008) u r-Regolament (UE) Nru 657/2014, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 fir-rigward tas-setgħat delegati u tas-setgħat ta’ implimentazzjoni li għandhom jingħataw lill-Kummissjoni.

Il-Komunikazzjoni FLEGT

Nru.

SORS:

RIĊEVITUR

MESSAĠĠ

Referenza leġiżlattiva

1

Il-Kummissjoni Ewropea

Pubbliku

Ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha abbażi tad-data ppreżentata mill-Istati Membri

L-Artikolu 8(3) tar-Regolament FLEGT kif emendat bl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2

Il-Kummissjoni Ewropea

Pubbliku

Emenda tal-Anness I tar-Regolament FLEGT

L-Artikolu 10(1) tar-Regolament FLEGT

3

Il-Kummissjoni Ewropea

Pubbliku

Emenda tal-Anness II tar-Regolament FLEGT

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament FLEGT

4

Il-Kummissjoni Ewropea

Pubbliku

Emenda tal-Anness III tar-Regolament FLEGT

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament FLEGT

5

Awtoritajiet kompetenti

Operatur ekonomiku

Verifika ulterjuri tal-kunsinna

L-Artikolu 5(4) tar-Regolament FLEGT

6

Operatur ekonomiku

Awtoritajiet Kompetenti/Dwana

Preżentazzjoni ta’ kopja oriġinali tal-liċenzja FLEGT u dikjarazzjoni Doganali għar-rilaxx tal-merkanzija għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament FLEGT

7

Operatur ekonomiku

Awtoritajiet Kompetenti/Dwana

It-traduzzjoni tal-liċenzja għal-lingwa uffiċjali tal-Istati Membri

L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni

8

Operatur ekonomiku

Awtoritajiet kompetenti

Preżentazzjoni ta’ liċenzja FLEGT

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni

9

Operatur ekonomiku

Id-dwana

Preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni Doganali fil-Kaxxa 44 tad-DAU: in-numru tal-liċenzja

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni