|
20.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/19 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antisussidji
(2020/C 18/04)
1. Kif previst fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri kompensatorji msemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal tkomplija jew rikorrenza tas-sussidju u tad-dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Limitu taż-żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4. Din in-notifika hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data tal-iskadenza (3) |
|
Bijodiżil |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
Dazju antisussidji |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1519 tal-14 ta’ Settembru 2015 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 |
16.9.2020 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.