Brussell, 30.9.2020

SWD(2020) 323 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt




Kapitolu għall-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja

Li jakkumpanja d-dokument

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt

Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

{COM(2020) 580 final} - {SWD(2020) 300 final} - {SWD(2020) 301 final} - {SWD(2020) 302 final} - {SWD(2020) 303 final} - {SWD(2020) 304 final} - {SWD(2020) 305 final} - {SWD(2020) 306 final} - {SWD(2020) 307 final} - {SWD(2020) 308 final} - {SWD(2020) 309 final} - {SWD(2020) 310 final} - {SWD(2020) 311 final} - {SWD(2020) 312 final} - {SWD(2020) 313 final} - {SWD(2020) 314 final} - {SWD(2020) 315 final} - {SWD(2020) 316 final} - {SWD(2020) 317 final} - {SWD(2020) 318 final} - {SWD(2020) 319 final} - {SWD(2020) 320 final} - {SWD(2020) 321 final} - {SWD(2020) 322 final} - {SWD(2020) 324 final} - {SWD(2020) 325 final} - {SWD(2020) 326 final}


Riassunt

Is-sistema tal-ġustizzja Slovena hija kkaratterizzata minn rwol importanti għall-Kunsill Ġudizzjarju u għall-Qorti Suprema fil-ħatra, il-karriera u l-governanza tal-ġudikatura, u minn livell avvanzat ta’ għodod tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għall-ġestjoni tal-każijiet. Il-provvediment ta’ riżorsi adegwati għall-Kunsill Ġudizzjarju, kif ukoll il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat, huwa kundizzjoni importanti għall-ħidma indipendenti u effettiva ta’ dawn il-korpi ta’ awtogovernanza. Id-deċiżjoni li ġejja tal-Qorti Kostituzzjonali rigward il-mertu dwar il-kostituzzjonalità tal-Att dwar l-Inkjesti Parlamentari jista’ jagħti gwida rigward il-protezzjoni tal-indipendenza u l-awtonomija tal-imħallfin u l-prosekuturi. Filwaqt li l-Prosekuzzjoni tal-Istat żiedet l-effiċjenza tagħha, għad hemm sfidi fil-prosekuzzjoni effettiva tal-kriminalità ekonomika u finanzjarja. Minkejja x-xogħol b’lura kompla jonqos u ma jirrappreżentax kwistjoni sistemika, it-tul tal-proċedimenti tal-qorti f’każijiet ta’ ħasil tal-flus ikompli jippreżenta sfida.

Is-Slovenja għandha l-qafas legali u istituzzjonali biex tiġġieled u tipprevjeni l-korruzzjoni ġeneralment stabbilit. Fil-prattika, il-politiki komprensivi dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika, il-konsultazzjoni pubblika u t-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv huma osservati tajjeb. Is-Slovenja għandha wkoll korp speċjalizzat awtonomu u indipendenti kontra l-korruzzjoni, il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, li tissorvelja l-prevenzjoni tal-korruzzjoni u t-tisħiħ tal-integrità fil-karigi pubbliċi. Ir-riżorsi umani u finanzjarji tagħha huma limitati u jqajmu tħassib. Barra minn hekk, għad hemm tħassib dwar il-kapaċità tagħha u d-distakk bejn il-leġiżlazzjoni u l-prattika, speċjalment fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tal-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni ta’ Korruzzjoni, il-leġiżlazzjoni ewlenija Slovena kontra l-korruzzjoni.

Filwaqt li l-indipendenza tar-regolatur tal-media – l-Aġenzija għan-Networks u s-Servizzi tal-Komunikazzjoni – hija żgurata bil-liġi, l-Aġenzija topera b’riżorsi baxxi meta wieħed iqis il-kompetenzi tagħha, u dan jaffettwa l-effettività tagħha. Is-sistema attwali ta’ dikjarazzjoni ta’ sjieda tal-media tagħmel ċerta informazzjoni disponibbli pubblikament u b’hekk tiżgura trasparenza parzjali dwar is-sjieda, iżda din ma testendix għas-sidien finali. In-nuqqas ta’ regoli speċifiċi għall-media biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess fis-settur għandu effett negattiv fuq il-pluraliżmu tal-media fis-Slovenja, fil-livell nazzjonali u reġjonali. L-aċċess għall-informazzjoni pubblika jista’ jkun proċess twil għall-pubbliku ġenerali u l-ġurnalisti. Minbarra kawżi b’effett intimidanti, il-molestja online kontra l-ġurnalisti u theddid kontrihom hija kwistjoni ta’ tħassib, u r-rispons tas-sistema tal-ġustizzja kriminali huwa nieqes. 

Is-sistema ta’ kontrokontrolli hija appoġġata, fost l-oħrajn, permezz ta’ għodod online żviluppati tajjeb għall-konsultazzjoni tal-pubbliku u partijiet ikkonċernati oħra, assistiti minn Ombudsperson għad-Drittijiet tal-Bniedem u Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza indipendenti. Madankollu, il-perjodu ta’ konsultazzjoni spiss ikun qasir u l-pożizzjoni tal-korpi indipendenti mhux dejjem titqies. Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ twettaq rieżami kostituzzjonali ex post. Madankollu, minħabba żieda fl-ilmenti kostituzzjonali li jidħlu u xogħol b’lura li qed jakkumula, il-proċedimenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali qed jitwalu, u dan jista’ jinfluwenza l-funzjonament effettiv tagħha. Ġiet ippreżentata strateġija nazzjonali biex jitjieb l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet nongovernattivi sal-2023.

I.Is-Sistema tal-Ġustizzja 

Is-sistema tal-ġustizzja Slovena għandha tliet livelli, bil-Qrati Lokali u Distrettwali (li jittrattaw il-kawżi ċivili u kummerċjali) u t-Tribunali Industrijali (li wieħed minnhom jittratta wkoll il-kawżi tas-sigurtà soċjali) u Qorti Amministrattiva (bl-istatus ta’ qorti superjuri) fl-ewwel istanza (b’kollox 60), erba’ Qrati Għoljin fit-tieni istanza (li jittrattaw l-appelli kontra s-sentenzi maħruġa mill-qrati tal-ewwel istanza) u l-Qorti Suprema fit-tielet istanza (li tittratta l-appelli kontra ċerti sentenzi tal-Qrati Għoljin u l-Qorti Amministrattiva). Il-Kostituzzjoni tipprevedi Kunsill Ġudizzjarju, korp sui generis barra mit-tliet fergħat tal-Gvern, li għandu l-kompitu li jipproteġi l-indipendenza kif ukoll li jippromwovi u jiżgura l-akkontabilità, l-effiċjenza u l-kwalità tax-xogħol tal-ġudikatura 1 . L-imħallfin kandidati jintgħażlu mill-Kunsill Ġudizzjarju u mbagħad jiġu proposti għall-ħatra mill-Assemblea Nazzjonali (Državni zbor – l-ewwel kamra tal-Parlament) 2 . Jekk il-Kunsill Ġudizzjarju jagħżel kandidat li jkun diġà ġie elett għal kariga ġudizzjarja, il-kandidat jiġi promoss għall-pożizzjoni ġudizzjarja l-ġdida mill-Kunsill innifsu. Il-Prosekuzzjoni tal-Istat hija awtorità indipendenti, iżda wkoll parti mis-setgħa eżekuttiva, filwaqt li s-setgħat prinċipali fir-rigward tal-karriera tal-prosekuturi tal-istat u l-funzjonament tagħha jaqgħu taħt il-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni tal-Istat u l-Prosekutur Ġenerali. Il-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni tal-Istat huwa korp statali indipendenti li jwettaq il-kompiti ta’ awtogovernanza tal-Prosekuzzjoni tal-Istat u jipparteċipa biex jiżgura l-uniformità tal-prosekuzzjoni u s-salvagwardja tal-indipendenza tal-prosekuturi tal-istat. Il-Kamra tal-Avukati Slovena hija parti mill-ġudikatura, u korp awtonomu u indipendenti.

Indipendenza

Investigazzjoni li nfetħet fil-bidu tal-2019 minn Kumitat ta’ Inkjesta Parlamentari kienet maħsuba li tinvestiga l-azzjonijiet tal-prosekuturi u l-imħallfin f’kawżi kriminali konkreti. Madankollu, il-Qorti Kostituzzjonali aktar tard issospendiet l-applikazzjoni tal-Liġi dwar l-Inkjesti Parlamentari minħabba riskju għall-indipendenza tal-imħallfin u l-prosekuturi minn tali inkjesta parlamentari f’kawżi konkreti. Il-Kumitat ta’ Inkjesta ġie stabbilit mill-Assemblea Nazzjonali b'talba tal-Kunsill Nazzjonali ( Državni svet, it-tieni kamra tal-Parlament) 3 . Il-Qorti Kostituzzjonali, li l-każ ġie riferut lilha mill-Kunsill Ġudizzjarju u mill-Prosekuzzjoni tal-Istat, issospendiet l-applikazzjoni tal-Liġi dwar l-Inkjesti Parlamentari kemm fir-rigward ta’ mħallfin kif ukoll ta’ Prosekuturi tal-Istat, sakemm isir ir-rieżami tal-kostituzzjonalità tal-liġi 4 . Il-Qorti Kostituzzjonali ssospendiet ukoll l-applikazzjoni tal-Att parlamentari li jistabbilixxi l-Kumitat ta’ Inkjesta. Il-Kunsill Ġudizzjarju ddikjara li l-ambitu tal-inkjesta parlamentari, kif definit fl-att parlamentari li jistabbiliha, ma jkoprix il-funzjonament tal-ġudikatura kollha kemm hi, iżda huwa pjuttost orjentat fuq li jiffoka fuq sentenzi li jagħlqu l-istanza speċifiċi u mħallfin individwali. Il-Qorti Kostituzzjonali, fid-deċiżjoni tagħha dwar miżuri interim, enfasizzat in-nuqqas ta’ mekkaniżmi adegwati fl-Att biex jipproteġu l-imħallfin u l-prosekuturi tal-istat minn inkjesti parlamentari dwar ir-“responsabbiltà politika” tagħhom. Saħqet ukoll li kien hemm riskju li l-inkjesta parlamentari tnawwar mill-indipendenza tal-imħallfin u l-prosekuturi, li “tista’ taffettwa b’mod irreparabbli” kemm l-indipendenza tal-ġudikatura kif ukoll l-indipendenza u l-awtonomija tal-Prosekuzzjoni tal-Istat. Il-Qorti Kostituzzjonali għadha trid tagħti d-deċiżjoni finali tagħha dwar il-merti.

Il-livell tal-indipendenza ġudizzjarja perċepita tjieb kontinwament f’dawn l-aħħar snin iżda għadu baxx għal medju. Il-livell tal-indipendenza ġudizzjarja perċepita fost il-pubbliku ġenerali hija medja (42 % iqisu li hija pjuttost tajba jew tajba ħafna), u fost il-kumpaniji għadu baxx (36 %), waqt li żdied kontinwament, u ż-żewġ stħarriġiet urew xejra pożittiva 5 . Ir-raġuni ewlenija għan-nuqqas perċepit ta’ indipendenza tal-qrati u l-imħallfin imsemmija mill-kumpaniji hija l-perċezzjoni ta’ interferenza jew pressjoni mill-Gvern u l-politiċi, segwita mill-qrib mill-perċezzjoni ta’ interferenza jew pressjoni minn interessi ekonomiċi jew interessi speċifiċi oħra, li t-tnejn li huma għadhom fost l-ogħla fl-UE f’termini komparattivi 6 . Il-Qorti Suprema qabbdet studju dwar ir-raġunijiet wara l-perċezzjoni baxxa tal-indipendenza tal-imħallfin u l-qrati u l-fiduċja baxxa fis-sistema ġudizzjarja, li tista’ tgħin biex jiġu identifikati toroq għal titjib. Fost ir-raġunijiet għal din il-fiduċja baxxa identifikati permezz ta’ stħarriġiet iffukati u workshops mal-partijiet ikkonċernati li jinvolvu l-utenti tal-qorti, il-professjonisti legali, il-persunal tal-qorti u l-pubbliku ġenerali, kien hemm nuqqas ta’ għarfien u informazzjoni dwar is-sistema tal-ġustizzja, problemi organizzattivi u ta’ komunikazzjoni, u problemi biex jinnavigaw fi-binjiet tal-qrati. Dawn is-sejbiet wasslu għal għadd ta’ miżuri, implimentati mill-Qorti Suprema u korpi oħra, mit-taħriġ għal għodod aħjar ta’ informazzjoni għall-utenti tal-qorti ladarba dawn jaslu l-qorti, li għandhom l-għan li jtejbu l-fiduċja fil-ġudikatura u l-livell tal-perċezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja 7 .

Kwalità

Id-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-ġustizzja għall-ġestjoni tal-każijiet hija avvanzata sew u qed isiru aktar żviluppi biex titjieb il-komunikazzjoni elettronika bejn il-qrati u l-partijiet. It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni għall-ġestjoni tal-każijiet huma avvanzati 8 . Id-data li tkun ġejja mis-sistemi ta’ ġestjoni ġudizzjarja kollha hija standardizzata, integrata (bl-użu ta’ mħażen virtwali tad-data) u ċentralizzata, u użata għal skopijiet ta’ ġestjoni u statistika. Il-politiki u l-istrateġiji tal-IT huma ddefiniti, ikkoordinati, u rregolati mill-Qorti Suprema. Madankollu, il-komunikazzjoni elettronika bejn il-qrati u l-partijiet għadha inqas żviluppata. Pereżempju, mhux dejjem ikun possibbli li kawża tiġi ppreżentata elettronikament, li t-taħrika tasal elettronikament, jew li l-istadji tal-proċedimenti jiġu mmonitorjati online 9 . Il-komunikazzjoni elettronika diġà hija avvanzata f’ċerti oqsma, bħal irkupru ta’ dejn mhux ikkontestat, ġestit minn unità organizzattiva speċjali fil-Qorti Lokali f’Ljubljana (COVL), li fiha l-fajls tal-każijiet jeżistu biss f’forma elettronika, kif ukoll fl-insolvenza u fir-reġistru tal-artijiet. It-titjib tal-għodod tal-komunikazzjoni elettronika f’oqsma oħra, b’mod partikolari fi proċeduri ċivili, kriminali u ta’ reati minuri huwa qasam ta’ prijorità għall-Qorti Suprema mill-2019. Tnieda proġett biex jiġu żviluppati fajls elettroniċi, sottomissjonijiet elettroniċi, servizz diġitali ta’ dokumenti ġudizzjarji, ħlas onlajn ta’ tariffi tal-qorti u għodod diġitali oħra 10 .

Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-Qorti Suprema tal-utenti tal-qorti qegħdin jintużaw biex tkompli tittejjeb il-kwalità tal-ġustizzja. Il-Qorti Suprema kkummissjonat studju (ara hawn fuq), li kien jinkludi stħarriġ mal-utenti tal-qorti u partijiet interessati oħra. Bil-għan li tiżdied il-kwalità tal-attività ġudizzjarja u l-fiduċja fil-ġustizzja, il-Qorti Suprema waqqfet grupp ta’ proġett speċjali. Fost l-oħrajn, il-grupp organizza stħarriġiet fost l-imħallfin u l-persunal tal-qorti, sessjonijiet ta’ ħidma ma’ atturi ewlenin, intervisti u kummenti interni. Fuq il-bażi ta’ dan, il-Qorti Suprema żviluppat manwali għall-imħallfin ġodda, manwali proċedurali f’diversi oqsma tal-liġi, taħriġ għall-persunal tal-qorti, u materjal ta’ informazzjoni għall-pubbliku, bħal fuljetti, vidjows u sit web, inkluż dwar proċeduri tal-qorti 11 . Il-premju ġie ppremjat fil-livell internazzjonali 12 .

Il-Qorti Suprema għandha rwol importanti fl-allokazzjoni tar-riżorsi lill-qrati. Hemm għodod avvanzati tal-ICT għall-ġestjoni tal-każijiet li jsegwu d-data fil-livell tal-qrati partikolari. Dan jippermetti lill-Presidenti tal-Qorti, lill-persunal maniġerjali tal-qorti u lill-Qorti Suprema biex jallokaw riżorsi umani u finanzjarji bbażati fuq data komparattiva dwar l-effiċjenza tal-qrati 13 . Kull sena, il-Presidenti tal-Qrati jippreżentaw il-proposti tagħhom dwar ir-riżorsi lill-Qorti Suprema. Il-Qorti Suprema mbagħad tanalizza d-data dwar l-effiċjenza, tagħmel paragun tal-piż tax-xogħol f’kull qorti u tippreżenta l-analiżi lill-Presidenti tal-Qrati fid-diskussjoni dwar ir-riżorsi. Sussegwentement, jinstab kompromess dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi b’kont meħud tad-data kumparattiva tal-qrati.

Il-Kunsill Ġudizzjarju u l-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni tal-Istat qed jiffaċċjaw sfidi f’termini ta’ riżorsi, minkejja xi titjib. Il-Kunsill Ġudizzjarju qed isir aktar attiv fl-isforzi tiegħu biex itejjeb il-kwalità tal-ġustizzja, b’mod partikolari permezz tar-rwol tiegħu fl-evalwazzjoni tal-imħallfin, fil-proċedimenti dixxiplinari, u t-titjib fir-remunerazzjoni tal-imħallfin 14 . Minkejja li ngħata riżorsi addizzjonali f’dawn l-aħħar snin, il-Kunsill Ġudizzjarju għadu jopera b’għadd relattivament baxx ta’ persunal fid-dawl tal-firxa wiesgħa ta’ setgħat u l-membri mhux professjonali tal-Kunsill 15 . Skont il-partijiet ikkonċernati, dawn l-isforzi jeħtieġu riżorsi addizzjonali biex tiżdied il-kapaċità amministrattiva tal-Kunsill Ġudizzjarju, inkluż għat-titjib tal-proċess tal-għażla tal-imħallfin, b’mod partikolari r-raġunament tad-deċiżjonijiet. Il-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni tal-Istat għad għandu nuqqas ta’ riżorsi umani u finanzjarji 16 , li jfisser li ma jistax jaħdem fuq it-titjib tal-kwalità ġenerali tal-Prosekuzzjoni tal-Istat. Ir-rwol tiegħu fit-titjib tal-proċess tal-għażla tal-prosekuturi huwa wkoll imxekkel minn nuqqas ta’ persunal.

Għaddejjin konsultazzjonijiet biex tiġi ffinalizzata r-riforma tal-mappa ġudizzjarja. Matul l-aħħar deċennji, il-mappa ġudizzjarja (li tiddefinixxi s-siti u l-ġurisdizzjoni tal-qrati) kienet qed iddur bejn qorti waħda u diversi qrati tal-ewwel istanza (distrettwali u lokali). Bħalissa, is-sistema tal-qorti għandha 55 qrati tal-ewwel istanza, b’ 44 Qorti Lokali li jittrattaw kawżi ċivili ta’ valur (finanzjarju) baxx ċivili kontenzjużi u mhux, u 11-il Qorti Distrettwali li jittrattaw kawżi ċivili u kummerċjali ta’ valur għoli bejn persuni ġuridiċi. Ilu li ġie identifikat li l-qasma bejn il-qrati ċivili u kummerċjali tal-ewwel istanza qiegħda taffettwa l-effiċjenza tal-qrati. Bħala rimedju parzjali, ir-riformi tal-2009 u l-2015 ressqu l-Qrati Lokali taħt il-kontroll aktar b’saħħtu tal-Qrati Distrettwali sabiex il-kawżi jitqassmu b’mod aktar uniformi u jitnaqqsu l-kunflitti ġuriżdizzjonali 17 . Sistemi avvanzati sew tal-ICT għall-ġestjoni tal-każijiet u l-esperjenza tal-Qorti Suprema fil-ġestjoni tar-riżorsi jippermettu l-ħolqien ta’ qrati akbar f’żoni urbani 18 . Il-konsultazzjonijiet mill-Ministeru tal-Ġustizzja mal-ġudikatura dwar mappa ġudizzjarja riveduta ġdida komplew fl-2019, iżda l-abbozz leġiżlattiv għad irid jiġi ffinalizzat mill-Gvern.

Il-pubblikazzjoni tas-sentenzi tal-qorti tal-ewwel istanza għadha limitata, b’mod partikolari f’kawżi ċivili u kummerċjali. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tas-sentenzi tal-Qorti Suprema u l-Qrati Superjuri jiġu ppubblikati online, il-pubblikazzjoni tas-sentenzi tal-ewwel istanza għadha baxxa 19 . Barra minn hekk, il-leġibbiltà mill-magni tas-sentenzi ppubblikati, li jippermettu l-iżvilupp ta’ servizzi u prodotti għal utenti tal-qorti fuq il-bażi ta’ soluzzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali, hija relattivament baxxa 20 . Il-proġett għat-titjib tal-aċċessibbiltà online tas-sentenzi tal-qorti tal-ewwel istanza mmexxi mill-Ministeru tal-Ġustizzja qiegħed wieqaf, minħabba sfidi relatati mal-anonimizzazzjoni awtomatika tas-sentenzi. Qed jiġi esplorat metodu ġdid flimkien mar-riċerkaturi.

Effiċjenza

L-effiċjenza mtejba tas-sistema ġudizzjarja wasslet biex ix-xogħol b’lura kompla jonqos, u t-tul tal-proċeduri tal-qorti fil-biċċa l-kbira baqa’ stabbli. Minkejja li għandha waħda mill-ogħla numri ta’ kawżi ċivili deħlin fl-UE, is-sistema tal-ġustizzja Slovena rat titjib kontinwu fl-effiċjenza kważi f’kull kategorija ta’ kawżi 21 . Fl-2019, l-għadd ta’ kawżi pendenti kompla jonqos b’aktar minn 7 %, meta mqabbel mal-2018 22 . Il-qrati reġgħu solvew aktar każijiet milli rċevew, minkejja li ġew solvuti inqas każijiet milli fil-passat 23 . It-tul medju tal-proċedimenti tela’ għal madwar 13il-xahar f’kawżi ċivili kontenzjużi u staġna għal 11-il xahar f’kawżi kummerċjali kontenzjużi, minħabba li każijiet aktar antiki ngħataw prijorità. Madankollu, xorta għadhom jgħaddu aktar minn 12-il xahar qabel l-ewwel seduta fi proċess ta’ kawża kummerċjali. Fil-fażi tal-appell, dawn il-kawżi jiġu solvuti malajr, ġeneralment f’madwar tliet xhur. Kważi kwart tal-każijiet ċivili u kummerċjali kontenzjużi jiġu solvuti permezz ta’ soluzzjoni bil-qorti. Madankollu, xorta jgħaddu bejn 14 u 17-il xahar sa ma tingħata sentenza bil-miktub f’dan it-tip ta’ kawża.

L-isfidi għall-effiċjenza għadhom hemm, partikolarment għall-kawżi ta’ kriminalità ekonomika u finanzjarja. Il-proċedimenti tal-qorti, b’mod partikolari fil-ħasil tal-flus, u proċedimenti ta’ prosekuzzjoni ta’ spiss ikunu twal. Il-qrati kriminali komplew isolvu aktar każijiet milli rċevew (rata ta’ tlestija ta’ 102 %). Madankollu, it-tul tal-kawżi kriminali naqas fil-qrati lokali għal madwar 9,5 xhur u żdied fi qrati distrettwali (għal aktar minn 14-il xahar) 24 . Meta jiġu trattati reati ta’ ħasil tal-flus aktar kumplessi, it-tul tal-proċessi fil-qrati tal-ewwel istanza għadu jiżdied u laħaq 1 132 jum, bħala medja 25 . Fl-2019, il-Prosekuzzjoni tal-Istat solviet aktar ilmenti (notifiki kriminali) milli rċeviet f’dik is-sena, u fil-biċċa l-kbira ħadet bejn xahar u xahrejn biex biex jew tirrifjuta notifika, titlob investigazzjoni tal-pulizija addizzjonali jew tressaq att ta’ akkuża quddiem il-qorti 26 . Madankollu, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat tal-Istat, li jittratta r-reati ekonomiċi u finanzjarji, kien jeħtieġ madwar erba’ xhur bħala medja għal dawn il-passi. Fir-rigward tal-kawżi mressqa mill-Prosekuzzjoni tal-Istat quddiem il-qrati kriminali, l-għadd qiegħed jonqos b’mod stabbli 27 . Minkejja xi titjib, l-investigazzjonijiet tal-pulizija u l-prosekuturi dwar il-kriminalità finanzjarja u ekonomika xi drabi jistgħu jieħdu bosta snin, parzjalment minħabba nuqqas ta’ riżorsi. Dawn l-isfidi għall-effiċjenza u l-kwalità qed jiġu indirizzati permezz ta’ taħriġ iffukat (inkluż dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus), l-iskambju ta’ prattiki tajba u l-analiżi tal-effiċjenza tal-prosekuturi bl-użu ta’ sistema tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni li ġie aġġornata.

II.Qafas kontra l-korruzzjoni 

Il-qafas istituzzjonali u leġiżlattiv biex tiġi evitata u miġġielda l-korruzzjoni huwa magħmul mill-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni ta’ Korruzzjoni. Hemm liġijiet fis-seħħ li jirregolaw il-kunflitti ta’ interess u d-dikjarazzjoni tal-assi għall-membri tal-amministrazzjoni pubblika, il-ministeri u l-Parlament, dwar il-lobbjar u r-“revolving doors”. Il-qafas istituzzjonali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni huwa korp statali awtonomu, il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, li tikkoopera ma’ korpi oħra involuti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-pulizija u l-uffiċċju tal-prosekutur speċjali.

Is-Slovenja ġabet 60/100 fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2020 ta’ Transparency International u qiegħda fil-11-il post fl-UE u fil-35 post globalment. Iċ-ċifri riċenti tal-Ewrobarometru juru li 87 % ta’ dawk li wieġbu jqisu li l-korruzzjoni hija mifruxa fis-Slovenja (medja tal-UE hija 71 %) u 36 % tan-nies iħossuhom personalment affettwati mill-korruzzjoni fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum (il-medja tal-UE hija 26 %) 28 . Skont l-istħarriġiet, 90 % tal-kumpaniji jqisu li l-korruzzjoni hija mifruxa (il-medja tal-UE hija 63 %) u 41 % tal-kumpaniji jqisu li l-korruzzjoni hija problema meta jsir in-negozju (il-medja tal-UE hija 37 %). 23 % tan-nies iqisu li hemm biżżejjed prosekuzzjonijiet li jirnexxu biex jiskoraġġixxu lin-nies minn prattiki korrotti (il-medja tal-UE hija 36 %) filwaqt li 10 % tal-kumpaniji jqisu li n-nies u n-negozji maqbudin ixaħħmu uffiċjal anzjan jiġu kkastigati kif xieraq (il-medja tal-UE hija 31 %) 29 .

Il-qafas legali bażiku għat-tisħiħ tal-integrità fis-settur pubbliku, li jiżgura t-trasparenza u li jevita l-kunflitti ta’ interess, huwa l-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni. Madankollu, l-adozzjoni ta’ emendi għall-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tal-qafas kontra l-korruzzjoni ġiet posposta. Huwa l-att legali ewlieni għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-Slovenja u jirregola wkoll ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (Commission for the Prevention of Corruption, CPC). F’Jannar 2018, il-gvern għadda l-emendi għall-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (Integrity and Prevention of Corruption Act, IPCA) biex jiġu indirizzati wħud min-nuqqasijiet ewlenin fil-qafas eżistenti, inklużi dawk enfasizzati mill-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO), u ġew skedati għall-approvazzjoni fil-Parlament f’Ġunju 2020 30 . Madankollu, l-adozzjoni tagħhom ġiet posposta, u dan iħalli riformi ewlenin kontra l-korruzzjoni li għadhom pendenti. L-ebda żviluppi kbar ma huma evidenti fir-regoli ta’ kondotta, fil-kunflitti ta’ interess, fl-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, jew “revolving doors”, li lkoll huma indirizzati parzjalment biss mill-IPCA 31 .

Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (CPC) topera f’qafas legali tajjeb, iżda b’riżorsi limitati. Is-CPC hija korp statali awtonomu li l-indipendenza tiegħu hija żgurata permezz tal-proċedura tal-għażla tat-tmexxija tiegħu, fejn bord tal-għażla speċjali magħmul minn membri minn kull waħda mit-tliet fergħat ta’ setgħa u tas-soċjetà ċivili toħroġ rakkomandazzjoni ta’ ħatra lill-President. Is-CPC tikkoopera regolarment mal-pulizija u l-uffiċċju tal-prosekutur speċjali, iżda żżomm setgħat ta’ investigazzjoni superviżorja u amministrattiva. Barra minn hekk, tissorvelja l-prevenzjoni tal-korruzzjoni u t-tisħiħ tal-integrità tal-karigi pubbliċi. Is-CPC twettaq investigazzjonijiet amministrattivi u għandha setgħat legali wesgħin biex taċċessa jew tagħti struzzjonijiet lil korpi u istituzzjonijiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi biex jiġbru l-evidenza. Hija responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitti ta’ interess, pjanijiet ta’ integrità, dikjarazzjonijiet tal-assi, rigali u restrizzjonijiet mill-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni ta’ Korruzzjoni. Madankollu, GRECO nnota li nuqqas ta’ riżorsi u nuqqasijiet proċedurali jidhru li qed ifixklu l-azzjonijiet tas-CPC 32 . L-emendi tal-IPCA huma wkoll mistennija li jindirizza l-kwistjonijijet legali li jiċċirkondaw il-proċedura sui generis tas-CPC biex tindirizza l-każijiet ta’ korruzzjoni. Il-proċess, fejn is-CPC iwettaq investigazzjonijiet amministrattivi u joħroġ deċiżjonijiet pubbliċi, ra każijiet ikkontestati fil-qrati, minħabba li tqies li d-drittijiet tad-difiża tal-persuni ssuspettati ma kinux iggarantiti biżżejjed matul il-proċedura 33 .

Flimkien mal-Kummissjoni speċjalizzata għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, diversi korpi pubbliċi huma involuti fil-prevenzjoni u r-repressjoni tal-korruzzjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat Speċjalizzat u l-Pulizija, u awtoritajiet statali oħra jaqdu rwoli importanti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-Ministeru għall-Ġustizzja huwa responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-qafas legali għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni, inkluż l-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kodiċi Penali. Il-Ministeru għall-Amministrazzjoni Pubblika huwa kompetenti biex jirregola l-istatus, id-drittijiet u l-obbligi tal-uffiċjali u għandu rwol fil-promozzjoni tal-integrità. Il-Awtorità tal-Awditjar hija l-ogħla korp għas-sorveljanza tal-kontijiet tal-istat, il-baġit u l-infiq pubbliku. Teżerċita l-poteri tagħha ta’ verifika b’mod kompletament indipendenti u dawn ma jistgħux jiġu kkontestati quddiem il-qrati jew korpi statali oħra. Il-Kummissjoni Nazzjonali tar-Rieżami għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku hija tribunal speċjalizzat indipendenti li jipprovdi protezzjoni legali lill-offerenti. Programm ta’ Miżuri tal-Gvern għall-Integrità u t-Trasparenza 2017-2019 iffoka fuq is-sensibilizzazzjoni dwar l-integrità u t-trasparenza fost l-uffiċjali pubbliċi u li jiġu offruti mekkaniżmi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għall-finanzi pubbliċi. Kellu wkoll l-għan li jżid it-trasparenza fl-abbozzar tar-regolamenti u fil-ġestjoni tal-proċeduri 34 .

Hemm stabbiliti regoli ta’ kondotta. Id-dispożizzjonijiet rilevanti jinsabu fl-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, l-Att dwar il-Ħaddiema taċ-Ċivil u l-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni. Filwaqt li l-Ministri u s-segretarji tal-istat huma soġġetti għall-Kodiċi ta’ Etika għall-Uffiċjali tal-Gvern u Ministerjali tal-2015, l-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni huwa l-att bażiku legali li jirregola l-kunflitti ta’ interess għall-uffiċjali tas-settur pubbliku. Dan jirregola d-dmirijiet tal-uffiċjali fir-rigward tal-kunflitti ta’ interess, id-dikjarazzjonijiet tal-assi u s-superviżjoni tagħhom, ir-restrizzjonijiet fuq il-prestazzjoni ta’ attivitajiet oħrajn u projbizzjonijiet relatati mar-rigali. Huwa japplika għall-Prim Ministru, il-ministri, is-segretarji tal-istat, il-membri tal-kabinett u s-segretarju ġenerali tal-gvern. Ċerti dispożizzjonijiet, pereżempju dwar id-dikjarazzjoni tal-assi u restrizzjonijiet ta’ wara l-impjieg, japplikaw ukoll għal ex uffiċjali 35 . Fit-12 ta’ Ġunju 2020, l-Assemblea Nazzjonali adottat kodiċi tal-etika. Dan tal-aħħar jelenka l-prinċipji etiċi li d-deputati jridu jimxu magħhom, u jistabbilixxi t-twissijiet għall-ksur ta’ tali prinċipji. Madankollu, ġew sottolinjati nuqqasijiet fil-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Kunsill Nazzjonali fir-rigward ta’ konflitti ta’ interess, superviżjoni u sanzjonijiet 36 .

Hemm stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess. Ir-regoli dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess, u d-dikjarazzjonijiet tal-assi huma definiti fl-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni. L-evitar tal-kunflitti ta’ interess huwa primarjament l-obbligu ta’ kull uffiċjal pubbliku, li jrid immedjatament jinforma bil-miktub lis-superjuri tiegħu jew lill-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (CPC) jekk jinqala’ kunflitt. Regoli addizzjonali dwar l-inkompatibbiltà tal-funzjonijiet u r-restrizzjoni tal-attivitajiet tan-negozju wkoll għandhom l-għan li jipprevjenu l-kunflitti ta’ interess fis-settur pubbliku. Barra minn hekk, l-Att dwar l-Impjegati Pubbliċi jipprojbixxi lill-impjegati taċ-ċivil milli jwettqu attivitajiet li jġibu magħhom kunflitt ta’ interess. Huwa jipprevedi wkoll ċerti restrizzjonijiet u dmirijiet tal-impjegati taċ-ċivil (u membri tal-familja tagħhom) relatati mal-aċċettazzjoni ta’ rigali. L-emendi ppjanati se jwessgħu l-firxa ta’ individwi obbligati li jirrapportaw kunflitti ta’ interess. L-att jistabbilixxi wkoll l-ambitu u jiddetermina liema uffiċjali huma obbligati li jippreżentaw dikjarazzjonijiet mas-CPC 37 . Id-dikjarazzjonijiet għandhom jitressqu lis-CPC fil-bidu tal-inkarigu, sena wara mill-waqfien mill-funzjonijiet u ma’ kull bidla fil-kariga, fl-attivajiet, fis-sjieda jew assi li jeċċedu EUR 10 000. Is-CPC tuża kontrolli ad hoc u żżomm rekords dwar persuni soġġetti għal dazji fuq id-dikjarazzjoni tal-assi. Id-dikjarazzjonijiet tal-assi huma miftuħin għall-pubbliku matul il-mandat ta’ kull uffiċjal u sa sena wara. Madankollu, id-dikjarazzjonijiet tal-assi ewlenin tal-ogħla funzjonijiet eżekuttivi la huma ppubblikati, u lanqas ma huma soġġetti għal xi skrutinju sostanzjali 38 . F’dan ir-rigward ġie rrakkomandat it-twessigħ tal-ambitu tad-dikjarazzjonijiet tal-assi għall-membri tal-familja tal-ministri u s-segretarji tal-istat, mingħajr ma dawn isiru bilfors pubbliċi 39 . Biex jirrispondu għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet, l-awtoritajiet Sloveni qed jippjanaw li jemendaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dikjarazzjoni u s-sorveljanza tal-assi. Madankollu, is-CPC għad għandu nuqqas ta’ persunal u jonqsuh riżorsi kemm finanzjarji kif ukoll umani għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. F’dan ir-rigward, GRECO rrakkomanda li s-CPC jingħata r-riżorsi adegwati biex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv 40 .

Il-lobbjar u r-“revolving doors” huma rregolati 41 . L-IPCA tipprevedi li huwa pprojbit li ssir lobbjar dwar kwistjonijiet soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi, u li l-attivitajiet ta’ lobbying jistgħu jitwettqu biss minn persuna fiżika li tkun fir-reġistru tal-lobbisti, li twaqqaf mis-CPC. L-uffiċjali pubbliċi jistgħu jaqblu mal-lobbjar jekk il-lobbist ikun fir-reġistru u jridu jirrifjutaw il-kuntatt jekk ikun hemm kunflitti ta’ interess. Madankollu, ġie rrakkomandat li l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kuntatti mal-lobbisti mill-membri tal-Assemblea Nazzjonali u l-Kunsill Nazzjonali jkunu soġġetti għal valutazzjoni bir-reqqa . 42 Din għadha ma ġietx implimentata, minkejja li 76 % tan-negozji fis-Slovenja jqisu li l-uniku mod li tirnexxi fin-negozju huwa billi jkollok konnessjonijiet politiċi (il-medja tal-UE hija 54 %) 43 . Barra minn hekk, għall-ogħla funzjonijiet eżekuttivi, ir-regoli dwar il-lobbjar fihom xi lakuni u ma hemmx konformità tajba magħhom. Mhux il-kuntatti kollha ma’ partijiet terzi li jfittxu li jinfluwenzaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-gvern jiġu rrapportati kif xieraq, inklużi dawk minn rappreżentanti legali u awtorizzati ta’ kumpaniji u gruppi ta’ interess 44 . Barra minn hekk, l-IPCA tipprevedi wkoll perjodu ta’ preklużjoni għall-uffiċjali ta’ livell għoli. Matul dan il-perjodu, dawn tal-aħħar huma pprojbiti milli jagħmlu lobbjar jew li jaġixxu bħala rappreżentanti ta’ entità kummerċjali li kellha kuntatti mal-korp li kellhom kariga fih għal sentejn wara t-tluq tagħhom mill-kariga. Entità pubblika lanqas ma tista’ tagħmel negozju ma’ entità li fiha jkollha interess persuna li qabel kienet uffiċjal, għal perjodu ta’ sena wara t-tluq tagħha mill-kariga 45 .

Is-Slovenja żviluppat miżuri ulterjuri biex tipprevjeni l-korruzzjoni u żżid it-trasparenza fl-akkwist pubbliku. Is-Slovenja tinsab fost l-aktar membri żviluppati tal-OECD f’termini ta’ trasparenza u introduċiet diversi miżuri għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku. Pereżempju, il-pjanijiet ta’ integrità huma għodod għall-verifika tal-integrità ta’ organizzazzjoni. Dawn jikkostitwixxu proċess dokumentat għall-valutazzjoni tal-livelli ta’ vulnerabbiltà u l-esponiment għal prattiki korrotti u mhux etiċi. L-istituzzjonijiet pubbliċi kollha huma obbligati li jibagħtu l-pjanijiet ta’ integrità tagħhom lis-CPC, bil-għan ewlieni li jiġu identifikati r-riskji u l-miżuri ta’ implimentazzjoni biex tissaħħaħ l-integrità. L-att dwar l-Akkwist Pubbliku jinkludi sistema għas-sottomissjoni elettronika u l-pubblikazzjoni obbligatorji ta’ offerti ta’ ċertu valur flimkien mad-deċiżjonijiet u r-raġunament finali tal-awtorità kontraenti. Dawn il-miżuri jkunu akkumpanjati mid-dikjarazzjonijiet tal-assi meħtieġa tal-persuni responsabbli għall-akkwist pubbliku kif spjegat mill-IPCA. Disponibbli minn Jannar 2016, l-għodd tal-IT STATIST tiżgura l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fil-kuntratti pubbliċi li ngħataw fis-Slovenja mill-2013 ’l hawn. Is-CPC żviluppat ukoll applikazzjoni online (ERAR) li tipprovdi lill-pubbliku b’aċċess faċli għall-utent għall-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet kummerċjali tal-korpi kollha tas-settur pubbliku. Din għadha xprun importanti għat-trasparenza tas-settur pubbliku, u tippermetti l-viżwalizzazzjoni tal-infiq pubbliku. Madankollu, filwaqt li s-CPC tiddikjara li 10 % biss tar-rapporti kollha dwar il-korruzzjoni huma konnessi mal-akkwist pubbliku, l-istħarriġ tal-Ewrobarometru juri li n-negozji għadhom xettiċi dwar il-prattiki tal-akkwist pubbliku fis-Slovenja.

It-taqsima tal-Korruzzjoni, li tinsab fid-Diviżjoni tal-Kriminalità Ekonomika tad-Direttorat Ġenerali tal-Pulizija (General Police Directorate, GPD), hija responsabbli li tindirizza r-reati ta’ korruzzjoni fil-livell nazzjonali. Din timmonitorja, timmaniġġja u tidderieġi x-xogħol tad-direttorati tal-pulizija kollha, u tinvestiga l-atti suspettati ta’ korruzzjoni rrapportati permezz ta’ notifiki elettroniċi. Il-baġit annwali tal-GPD għall-2019 (EUR 369 400) huwa żieda ta’ 7,3 % meta mqabbel mal-2018. Il-GRECO laqa’ l-passi li saru mill-pulizija biex tipprevjeni l-korruzzjoni fi ħdan il-gradi tagħha, minħabba li l-uffiċjali tal-pulizija ma għandhom l-ebda immunità jew privileġġ proċedurali. Il-pulizija hija konsistentement fost l-awtoritajiet statali l-aktar fdati fis-Slovenja 46 . Stabbilit f’Novembru 2009, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Investigazzjoni (NBI) huwa unità fi ħdan id-Direttorat tal-Pulizija Kriminali tad-Direttorat Ġenerali tal-Pulizija. Huwa speċjalizzat f’reati kriminali serji u kumplessi, inkluż il-kriminalità finanzjarja, il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni. Filwaqt li l-Uffiċċju għandu l-awtonomija fl-għażla tal-każijiet, din il-prattika ġiet ikkritikata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat tal-Istat, minħabba li f’xi okkażjonijiet il-pulizija lokali qed tiffaċċja diffikultajiet b’każijiet kumplessi li l-uffiċċju ddeċieda li ma jaħdimx fuqhom 47 .

Diversi każijiet ta’ korruzzjoni prominenti għadhom għaddejjin, iżda fadal sfidi speċifiċi biex jiġu żgurati prosekuzzjonijiet li jirnexxu. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat tal-Istat (Specialised State Prosecutor's Office, SSPO) iħarrek l-aktar reati kriminali serji, inkluż il-korruzzjoni, li ilha titqies bħala prijorità ta’ politika mill-2017 48 . Madankollu, diversi kawżi ta’ livell għoli qegħdin fit-tul jew laħqu l-preskrizzjoni, u huwa rrappurtat li l-finalizzazzjoni ta’ kawżi hija affettwata minn ineffiċjenza tal-pulizija fil-prijoritizzazzjoni tal-kawżi u fit-trażmissjoni ta’ informazzjoni relatata mal-kawżi. Barra minn hekk, is-Slovenja tirreġistra l-ogħla perċentwal ta’ dawk li wieġbu li jqisu li ma hemmx biżżejjed prosekuzzjonijiet li jirnexxu biex jiskoraġġixxu lin-nies minn prattiki korrotti (72 %) u ma jaqblux mal-affermazzjoni li l-isforzi tal-gvern biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni huma effettivi (77 %) 49 . Is-Slovenja introduċiet il-konfiska tal-assi ċivili fil-liġi nazzjonali tagħha fl-2011, meta ġie adottat l-Att dwar il-Konfiska tar-Rikavat mill-Kriminalità. Madankollu, fl-2018 il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li l-immirar ta’ assi, miksub minn persuna akkużata qabel l-2011, jirrappreżenta “retroattività inammissibbli” 50 . Din is-sentenza għandha implikazzjonijiet prattiċi fuq l-operat tar-reġim ta’ konfiska ċivili u l-effettività tiegħu, peress li l-awtoritajiet issa jistgħu biss jiskjeraw l-istrument ta’ konfiska ċivili fir-rigward tal-assi miksuba minn persuna akkużata wara l-2011. Madankollu, fl-2019, il-Prosekuzzjoni Statali ppreżentat 147 akkuża relatati mal-korruzzjoni, 22 % inqas milli fl-2018 (188). Fl-2019, il-qrati ħarġu 21 kundanna, 30 % inqas mill-2018 (30), kif ukoll disa’ liberazzjonijiet minn liberazzjonijiet (tlieta fl-2018) u ċaħda waħda (tnejn fl-2018). Hemm 225 każ ieħor ta’ korruzzjoni miftuħ fil-qrati f’diversi stadji tal-proċedimenti kriminali, u l-qrati għad iridu joħorġu sentenzi tal-ewwel istanza 51 . L-awtoritajiet innotaw li l-għadd imnaqqas ta’ akkużi u kundanni jistgħu jiġu attribwiti għal diffikultajiet biex jingħata segwitu għall-evidenza pprovduta minn informaturi li huma protetti biss parzjalment mill-IPCA 52 .



III.Il-Pluraliżmu tal-Media

Fis-Slovenja, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni huma minquxa fil-Kostituzzjoni, filwaqt li l-pluralità tal-media hija żgurata permezz ta’ leġiżlazzjoni settorjali speċifika. Ir-regolatur tal-media, l-Aġenzija għan-Networks u Servizzi tal-Komunikazzjoni, huwa awtorità indipendenti, li hija legalment u funzjonalment distinta mill-Gvern. Ir-regoli dwar it-trasparenza tas-sjieda tal-media jeħtieġu li l-kumpaniji jiddikjaraw lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni l-influwenza tas-sjieda jew tal-maniġment meta jkun ogħla minn ċertu limitu. Bidla konsiderevoli fis-sjieda teħtieġ ukoll il-qbil tal-ministeru kompetenti. Il-protezzjoni tal-ġurnalisti mhijiex regolata b’mod speċifiku u japplikaw il-mekkaniżmi disponibbli għaċ-ċittadini kollha 53 .

L-indipendenza tal-Aġenzija għan-Netwerks u s-Servizzi tal-Komunikazzjoni hija stipulata bil-liġi, madankollu, l-effettività tagħha hija mxekkla min-nuqqas ta’ riżorsi umani u n-nuqqas ta’ salvagwardji kontra l-interferenza politika. Minbarra li hija r-regolatur tal-media, l-Aġenzija għan-Networks u s-Servizzi tal-Komunikazzjoni tar-Repubblika tas-Slovenja (AKOS) hija wkoll il-korp regolatorju għas-setturi tat-telekomunikazzjoni, tal-posta u tal-ferrovija. L-istatus tal-AKOS huwa ggarantit mill-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi 54 . Hija tieħu s-setgħat ta’ infurzar tagħha fil-qasam tal-media awdjoviżiva mill-Att dwar il-Media tal-Massa 55 u l-Att dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva 56 . Iż-żewġ atti bħalissa qed jiġu riveduti u għandhom jittrasponu d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (Audiovisual Media Services Directive, AVMSD) riveduta: f’Lulju 2020 tnediet konsultazzjoni pubblika b’durata ta’ ħamest ijiem biss. Wara kritika mifruxa, fost oħrajn minn assoċjazzjonijiet tal-media nazzjonali u internazzjonali, il-perjodu ta’ konsultazzjoni ġie estiż sal-bidu ta’ Awwissu u Settembru, rispettivament 57 . AKOS hija amministrata mid-Direttur u mill-Kunsill tal-Aġenzija, li huwa magħmul minn ħames membri. Is-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet hija f’idejn id-Direttur, filwaqt li l-Kunsill jissorvelja t-twettiq tal-programm ta’ ħidma u japprova l-ippjanar finanzjarju. It-tnejn jinħatru mill-Gvern abbażi ta’ proċedura tal-għażla preċedenti, waqt li d-Direttur jiġi propost lill-Gvern mill-ministru responsabbli. Is-sospensjoni u t-tkeċċija jistgħu jseħħu biss minħabba nuqqas ta’ adegwatezza għall-pożizzjoni jew nuqqas ta’ kompetenza, jew minħabba raġunijiet b’saħħithom oħra relatati mal-persuna kkonċernata. Għalkemm ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess mal-industrija huma definiti fl-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika li tindirizza l-possibbiltà li d-Direttur ikollu kunflitt ta’ interess fir-rigward ta’ partit politiku 58 . Ir-riżorsi finanzjarji u umani huma fid-diskrezzjoni tar-regolatur. Il-baġit jittieħed mid-dħul miksub mill-attività tal-Aġenzija, li ssaħħaħ l-indipendenza tagħha mill-Gvern. Madankollu, meta wieħed iqis il-firxa wiesgħa ta’ setgħat, jidher li l-Aġenzija jonqosha r-riżorsi umani, li jista’ jinfluwenza l-effettività tagħha. L-Aġenzija għandha s-setgħa li toħroġ sanzjonijiet, li jistgħu jiġu kkontestati fil-qorti. L-Aġenzija tippreżenta r-rapport annwali tagħha lill-Gvern u lill-Parlament, u tippubblika d-dokumenti rilevanti kollha fuq is-sit web tagħha, u b’hekk tiżgura livell tajjeb ta’ trasparenza 59 . L-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media (Media Pluralism Monitor, 2020) tivvaluta l-indipendenza u l-effikaċja tal-awtorità tal-media bħala f’riskju medju, prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ salvagwardji kontra l-interferenza politika 60 .

It-trasparenza tas-sjieda tal-media teħtieġ dikjarazzjoni ta’ sjieda jew tal-parteċipazzjoni tal-maniġment. Skont l-Att dwar il-Mezzi tal-Komunikazzjoni tal-Massa, pubblikatur jew xandar għandu jiddikjara kull meta sehem individwali ta’ sjieda jew ġestjoni fil-kumpanija jilħaq 5 % jew aktar. Ċerta informazzjoni hija disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Kultura 61 . B’mod partikolari fil-każ ta’ diversi sidien f’kaskata, il-leġiżlazzjoni attwali tista’ tagħmilha diffiċli li jiġi identifikat jekk it-teħid tad-deċiżjonijiet huwiex qed jiġi kkonċentrat minn wara l-kwinti 62 . L-MPM 2020 għalhekk ivvaluta t-trasparenza tas-sjieda tal-media fis-Slovenja f’riskju medju 63 . L-abbozz ta’ proposta għal reviżjoni tal-liġi ppreżentata f’Lulju 2020 jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar il-Media tal-Massa għall-media diġitali u jneħħi l-limitu minimu ta’ 5 %, ħlief għall-kumpaniji organizzati bħala kumpaniji b’ishma konġunti 64 . L-abbozz tal-proposta jagħmel ukoll l-informazzjoni kollha relatata mas-sjieda disponibbli għall-pubbliku, inkluż is-sorsi finanzjarji li qabel ma kinux żvelati u s-sorsi li għadhom kif ġew introdotti li jirriżultaw minn fondi pubbliċi 65 .

L-allokazzjoni tar-reklamar mill-istat mhijiex regolata b’mod speċifiku. Fin-nuqqas ta’ ġbir ta’ data dwar id-dħul tal-kumpaniji tal-media, huwa diffiċli li tinkiseb informazzjoni affidabbli dwar in-nefqa fuq ir-reklamar, inkluża l-identità tal-kuntrattur. Matul l-elezzjonijiet, hija l-Media tas-Servizz Pubbliku biss li hija meħtieġa li tagħti biżżejjed ħin ta’ xandir biex tiġi żgurata rappreżentanza politika ġusta fil-programmi rilevanti.

L-att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni jipprovdi regoli ġenerali dwar il-kunflitti ta’ interess għall-uffiċjali pubbliċi, inkluż fis-settur tal-media.  66  Minbarra dawn, ma hemm l-ebda regoli speċifiċi li jirregolaw il-kunflitt ta’ interess fis-settur tal-media, pereżempju bejn il-partiti politiċi u sidien tal-media. Fil-prattika, dan għandu effett negattiv fuq il-pluraliżmu tal-media fis-Slovenja. Huwa rrappurtat livell għoli ta’ influwenza politika fuq il-kumpaniji tal-media, li tista' tasal sal-istampa u x-xandara fil-livelli reġjonali u lokali. Il-mezzi tax-xandir partikolarment kbar fis-Slovenja għandhom perċezzjoni popolari li huma politikament preġudikati. Pereżempju, mill-inqas żewġ stazzjonijiet tat-televiżjoni u aktar mezzi tal-informazzjoni stampata u oħrajn huma meqjusa bħala politikament ikkontrollati minn partit politiku 67 . F’dan il-kuntest, l-MPM 2020 ivvaluta l-indipendenza politika tal-media bħala f’riskju għoli. Inħoloq tħassib mill-partijiet interessati dwar bidliet possibbli relatati mal-finanzjament tax-xandara pubbliċi nazzjonali u l-governanza tal-aġenzija nazzjonali tal-istampa, li kienu kkunsidrati bħala politikament motivati.

L-implimentazzjoni tad-dritt għall-informazzjoni twassal għal proċeduri twal, iżda ma ġewx irreġistrati ħafna każijiet ta’ ksur. 68 Id-dritt huwa minqux fil-Kostituzzjoni u rregolat fl-Att dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni Pubblika. Il-mekkaniżmi tal-appell huma stabbiliti u huma ġestiti mill-Kummissarju tal-Informazzjoni. L-MPM 2020 ikklassifika l-protezzjoni tad-dritt għall-informazzjoni bħala b’riskju baxx.

Filwaqt li l-attakki fiżiċi kontra l-ġurnalisti huma rari, il-fastidju jew it-theddid online kontra l-ġurnalisti huma frekwenti u rarament jiġu sanzjonati mis-sistema ġudizzjarja. Fir-rigward tal-qafas għall-protezzjoni tal-ġurnalisti , il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni huma minquxa fil-Kostituzzjoni u l-liġijiet rilevanti (pereż. il-Kodiċi Kriminali), u hemm stabbiliti mekkaniżmi ġudizzjarji. Filwaqt li Reporters Without Borders innutaw li fl-2019, ma kienx hemm attakki fiżiċi rreġistrati kontra l-ġurnalisti 69 , ġew irrappurtati kawżi legali b’effett intimidanti 70 . Kien hemm ukoll rapporti dwar il-prosekuzzjoni ta’ ġurnalisti li żvelaw informazzjoni ta’ interess pubbliku 71 . Id-“dritt għal korrezzjoni” 72 , il-pluraliżmu tal-media li ddgħajjef, u l-awtoċensura tal-ġurnalisti ġew sottolinjati bħala problematiċi mill-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2019 73 . Fis-Slovenja, il-priġunerija hija fost is-sanzjonijiet previsti għall-malafama. L-MPM 2020 ivvalutat il-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni f’riskju medju għas-snin 2018 u 2019. Madankollu, jidher li s-sitwazzjoni marret għall-agħar. Il-pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti ppubblikat erba’ twissijiet dwar is-Slovenja fl-2020, relatati prinċipalment mal-fastidju fil-konfront tal-ġurnalisti 74 . Tlieta mill-erba’ twissijiet ġew indirizzati permezz ta’ tweġiba mill-awtoritajiet Sloveni, kif indikat fil-pjattaforma. L-attakki u t-theddid online, inkluż mill-politiċi, huma numerużi iżda ħafna mill-awturi jibqgħu anonimi 75 . Diversi organizzazzjonijiet qajmu tħassib dwar is-sikurezza ta’ ġurnalist investigattiv fid-dawl ta’ każ reċenti inkwetanti 76 . Applikazzjoni dejqa tal-liġi kriminali twassal biex il-fastidju jew it-theddid online kontra l-ġurnalisti qajla jiġu sanzjonati. Dan jiddependi fuq l-interpretazzjoni legali mill-Prosekuzzjoni tal-Istat, fejn l-inċitament pubbliku għall-mibegħda jeħtieġ li jkun “konkret”, li jammonta għal “periklu konkret għall-ordni u l-paċi pubbliċi” biex jitressaq il-qorti bħala reat kriminali 77 . Din l-interpretazzjoni jista’ jkollha effett negattiv fuq il-protezzjoni tal-ġurnalisti mis-sistema tal-ġustizzja kriminali. Barra minn hekk, diversi sorsi rrappurtaw li l-proċeduri ġudizzjarji li jinvolvu lill-ġurnalisti jistgħu jkunu twal, u dan iwassal għal effett dissważiv fuq il-libertà tal-espressjoni u jwassal biex il-vittmi spiss jibqgħu lura milli jirrapportaw tali atti 78 .

IV.Kwistjonijiet Istituzzjonali Oħrajn relatati mas-Sistema ta’ Kontrokontrolli

Is-Slovenja għandha sistema parlamentari tal-gvern bi struttura bikamerali imperfetta, fejn l-Assemblea Nazzjonali biss (l-ewwel kamra tal-Parlament), u mhux il-Kunsill Nazzjonali (it-tieni kamra tal-Parlament), tadotta l-liġijiet 79 . L-abbozzi tal-leġiżlazzjoni jistgħu jitressqu mill-Gvern, kwalunkwe membru parlamentari, jew mill-inqas 5 000 “votant”. Il-Qorti Kostituzzjonali twettaq rieżami kostituzzjonali ex post, inkluż f’każijiet konkreti fuq il-bażi ta’ lment kostituzzjonali. Minbarra s-sistema ġudizzjarja, għadd ta’ istituzzjonijiet oħra, b’mod partikolari l-Ombudsperson u l-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza għandhom rwol fis-sistema tal-kontrokontrolli.

Il-konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-liġijiet hija organizzata permezz ta’ għodda online apposta. Riżoluzzjoni parlamentari tirrakkomanda li l-konsultazzjonijiet pubbliċi jdumu bejn 30 u 60 jum u li l-proċess jinġabar fil-qosor f’rapport 80 . L-abbozzi ta’ liġijiet huma ppubblikati fuq sit web apposta “e-Demokracija 81 ”, li permezz tagħha l-pubbliku jista’ jibgħat il-kontribuzzjonijiet tiegħu. Fil-prattika, il-pubbliku mhux dejjem ikollu opportunità biżżejjed biex jipparteċipa fil-proċess leġiżlattiv. Il-perjodu ta’ konsultazzjoni rrakkomandat ta’ spiss ma jiġix segwit, billi l-pubbliku jingħata żmien iqsar biex iressaq il-kummenti tiegħu. F’xi każijiet, il-kummenti mhux qed jiġu kkunsidrati kif dovut 82 . Il-liġijiet jistgħu jiġu adottati fi proċedura mqassra jew ta’ emerġenza skont il-kundizzjonijiet stipulati mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Nazzjonali 83 . Il-Collegium tal-President tal-Assemblea Nazzjonali mbagħad jiddeċiedi jekk il-liġi tkunx se tiġi diskussa b’dan il-mod 84 . Matul il-proċedura mqassra u ta’ emerġenza, id-dibattitu ġenerali ma jseħħx u t-tieni u t-tielet qari jsiru matul l-istess sessjoni tal-Parlament. Fil-leġiżlatura 2014-2018, 39 % tal-liġijiet kollha ġew adottati skont il-proċedura regolari, 19,1 % tal-liġijiet ġew adottati skont il-proċedura ta’ emerġenza, u 23 % tal-liġijiet skont il-proċedura leġiżlattiva mqassra 85 .

Minħabba żieda fl-ilmenti kostituzzjonali, ix-xogħol b’lura u t-tul tal-proċedimenti tal-Qorti Kostituzzjonali komplew jiżdiedu. Skont il-Kostituzzjoni, il-Qorti Kostituzzjonali għandha s-setgħa li teżamina l-konformità tal-liġijiet, ir-regolamenti, u l-atti ġenerali maħruġa fl-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika, trattati internazzjonali u lmenti kostituzzjonali. Il-proċedimenti jistgħu jinbdew, fost oħrajn, mill-Assemblea Nazzjonali, minn terz tad-deputati tagħha, mill-Gvern, mill-Ombudsperson 86 , mill-Kunsill Ġudizzjarju jew mill-Prosekutur Ġenerali. Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tħassar liġijiet li ma jkunux konformi mal-Kostituzzjoni, u tħassar jew tannulla regolamenti jew atti ġenerali maħruġa għall-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika li jkunu antikostituzzjonali jew illegali. Jekk il-Qorti Kostituzzjonali tqis li regolament huwa antikostituzzjonali jew illegali, toħroġ deċiżjoni dikjaratorja. Fl-2019, il-Qorti Kostituzzjonali solviet 1,804 kawża 87 . Filwaqt li t-talbiet għal rieżami kostituzzjonali komplew jonqsu (għal 165 kawża), minħabba żieda kontinwa fl-ilmenti kostituzzjonali, il-Qorti Kostituzzjonali ma tistax tlaħħaq mal-ammont ta’ kawżi. Bħalissa qed tittratta aktar minn 2 500 kawża, li aktar minn erbgħa minn ħamsa minnhom huma lmenti kostituzzjonali. Mill-2016 ’l hawn, ix-xogħol b’lura żdied b’madwar 25 % kull sena. Konsegwentement, it-tul medju tal-proċedimenti żdied minn 250 jum fl-2012 għal 425 jum u kważi 500 jum fl-2019 għall-kawżi ta’ lment kostituzzjonali u għal kawżi ta’ rieżami kostituzzjonali, rispettivament. Il-Qorti Kostituzzjonali ġiet adita wkoll biex tirrevedi ċerti miżuri adottati b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 88 .

L-Ombudsperson għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza huma wkoll inkarigati mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi. L-Ombudsperson għad-Drittijiet tal-Bniedem huwa responsabbli għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fir-rigward tal-awtoritajiet tal-istat, l-awtonomija lokali, u l-persuni li għandhom awtorità pubblika. L-Ombudsperson huwa akkreditat bħala l-istituzzjoni nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem bil-“B” Status mill-Alleanza Globali tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Mill-akkreditazzjoni, is-setgħat tal-Ombudsperson ġew estiżi biex jinkisb l-“A” status 89 . L-Uffiċċju tal-Ombudsperson jaġixxi wkoll bħala l-avukat tad-drittijiet tat-tfal. L-Ombudsperson iħejji rapporti annwali, li jiġu diskussi fl-Assemblea Nazzjonali 90 . Il-Gvern imbagħad iħejji tweġiba għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport. Istituzzjoni indipendenti oħra inkarigata bil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem hija l-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza, korp indipendenti li l-kompiti tiegħu jinkludu l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza f’livell sistemiku, il-konsulenza, l-appoġġ legali u r-rappreżentanza fil-qorti għall-vittmi tad-diskriminazzjoni, u l-ħruġ ta’ deċiżjonijiet legalment vinkolanti bbażati fuq ilmenti kontra d-diskriminazzjoni. Madankollu, l-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza ma għandux is-setgħa li joħroġ sanzjonijiet 91 . Minkejja żieda fir-riżorsi finanzjarji, jopera b’għadd relattivament żgħir ta’ impjegati 92 . Għandu jiġi nnutat li korpi indipendenti oħra wkoll qed jaffaċċjaw l-isfidi 93 .

L-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Settur Nongovernattiv u tal-Volontarjat għandha l-għan li ttejjeb l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet nongovernattivi sal-2023. L-istrateġija tistabbilixxi miżuri biex tappoġġa lil dawn l-organizzazzjonijiet biex jikkontribwixxu għall-prinċipji tal-pluraliżmu u tad-demokrazija fis-soċjetà 94 . L-istrateġija tippromwovi wkoll it-trasparenza, l-integrità u l-akkontabilità tal-NGOs. L-istat jiffinanzja proġetti u programmi tal-NGOs, f’oqsma li fihom iqis li l-NGOs jistgħu jimplimentaw politiki pubbliċi u jipprovdu servizzi liċ-ċittadini. Il-finanzjament joħroġ l-aktar permezz ta’ offerti pubbliċi, sejħiet pubbliċi, jew finanzjament dirett. Huwa meqjus li s-Slovenja għandha soċjetà ċivili miftuħa u estensiva, b’livelli relattivament għoljn ta’ volontarjat 95 .

Anness: Lista ta’ sorsi f’ordni alfabetiku*

Il-lista ta’ kontribuzzjonijiet riċevuti fil-kuntest tal-konsultazzjoni għar-rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-dritt tinsab f'dan is-sit (sit web COM).

Centre for Media Pluralism and Media Freedom (2020), 2020 Media pluralism monitor. https://cmpf.eui.eu/media-pluralism-monitor/mpm-2020 .

CIVICUS, Monitor tracking civic space: Slovenia. https://monitor.civicus.org/country/slovenia/

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2018 dwar standards għall-korpi għall-ugwaljanza C (2018) 3850 final.

Commission staff working document – Country Report Slovenia 2020 Accompanying the document communication from the Commission to the European Parliament, the European Council, the Council, the European Central Bank and the Eurogroup 2020 European Semester: Assessment of progress on structural reforms, prevention and correction of macroeconomic imbalances, and results of in-depth reviews under Regulation (EU) No 1176/2011 SWD/2020/523 final.

Il-Qorti Kostituzzjonali tas-Slovenja (2019), Deċiżjoni dwar is-sospensjoni temporanja tal-Att dwar l-Inkjesti Parlamentari fejn jikkonċerna l-imħallfin; http://pisrs.si/Pis.web/pregledPredpisa?id=SKLU291 .

Il-Qorti Kostituzzjonali tas-Slovenja (2019), Deċiżjoni dwar is-sospensjoni temporanja tal-Att dwar l-Inkjesti Parlamentari sa fejn jikkonċerna l-Prosekuturi tal-Istat. http://pisrs.si/Pis.web/pregledPredpisa?id=SKLU293 .

Il-Qorti Kostituzzjonali tas-Slovenja (2020), Rapport ta’ ħidma tal-Qorti Kostituzzjonali għall-2019. https://www.us-rs.si/wp-content/uploads/2020/05/usrs_letnoporocilo_2019.pdf . 

Il-Qorti Kostituzzjonali tas-Slovenja, Deċiżjoni tas-16 ta’ April 2020, U-I-83/20-10, http://www.us-rs.si/zadrzanje-izvrsevanja-7-clena-odloka-o-zacasni-splosni-prepovedi-gibanja-in-zbiranja-ljudi-na-javnih/ .

Il-Qorti Kostituzzjonali tas-Slovenja, is-Sentenza tat-22 ta’ Ottubru 2008, U-I-295/07.

Il-Qorti Kostituzzjonali tas-Slovenja, is-Sentenza tal-5 ta’ Lulju 2018, U-I-6/15-23, Up-33/15-32 u Up-1003/15-27. http://pisrs.si/Pis.web/pregledPredpisa?id=ODLU1809 . 

Il-Kunsill tal-Ewropa (2019), Newsroom: The CEPEJ awards the Crystal Scales of Justice Prize to the Supreme Court of Slovenia. https://www.coe.int/en/web/human-rights-rule-of-law/-/the-cepej-awards-the-crystal-scales-of-justice-prize-to-the-supreme-court-of-slovenia .

Il-Kunsill tal-Ewropa, il-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-ġurnaliżmu tas-sikurezza tal-ġurnalisti: is-Slovenja. https://www.coe.int/en/web/media-freedom/slovenia .

Il-Kunsill tal-Ewropa: Kumitat tal-Ministri (2016), Recommendation CM/REC(2016)4 Ministers on the protection of journalism and safety of journalists and other media actors.

Il-Kunsill tal-Ewropa: Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza – ECRI (2019), ECRI report on Slovenia. https://www.coe.int/en/web/european-commission-against-racism-and-intolerance/slovenia .

Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (2020), Special Eurobarometer 502: korruzzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea (2016, 2017, 2018, 2019, 2020), It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza – ECRI (2019), Fifth report on Slovenia. https://www.coe.int/en/web/european-commission-against-racism-and-intolerance/slovenia .

In-Network Ewropew ta’ Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (2020), The rule of law in the European Union: Reports from National Human Rights Institutions. Kontribuzzjoni fil-kuntest tal-proċess ta’ konsultazzjoni għat-tħejjija għar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt.

Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (2020), Kontribuzzjoni min-Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati għar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt.

GRECO (2013), Fourth Evaluation Round – Evaluation Report on Slovenia on corruption prevention in respect of members of parliament, judges and prosecutors.

GRECO (2016), Fourth Evaluation Round – Interim Compliance Report on Slovenia on corruption prevention in respect of members of parliament, judges and prosecutors.

GRECO (2018), Fifth Evaluation Round – Evaluation Report on Slovenia on preventing corruption and promoting integrity in central governments (top executive functions) and law enforcement agencies.

Il-Kunsill Ġudizzjarju (2019), Talba għal rieżami kostituzzjonali u sospensjoni parzjali tal-applikazzjoni tal-Att dwar l-Inkjesti Parlamentari. http://pisrs.si/Pis.web/pregledPredpisa?id=SKLU291 . 

Il-Ministeru għall-Kultura, il-paġna web tar-reġistru tal-media. https://rmsn.ekultura.gov.si/razvid/mediji . 

Il-Ministeru għall-Intern: Il-Pulizija (2020), Mil-lum, Igor Lamberger se jieħu f’idejh il-ġestjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Investigazzjoni. https://www.policija.si/medijsko-sredisce/sporocila-za-javnost/sporocila-za-javnost-gpue/103938-z-danasnjim-dnem-vodenje-nacionalnega-preiskovalnega-urada-prevzema-igor-lamberger .

L-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja (2018), Rapport dwar il-ħidma tal-Assemblea Nazzjonali fil-leġiżlatura 2014–2018. https://fotogalerija.dz-rs.si/datoteke/Publikacije/PorocilaDZ/Mandat_2014%E2%80%932018/Report_2014-2018.pdf .

L-Ombudsman tar-Repubblika tas-Slovenja (2020), Rapport annwali tal-Ombudsman tar-Repubblika tas-Slovenja għall-2019. http://www.varuh-rs.si/sl/promocija-publikacije-projekti/publikacije-gradiva/letna-porocila-priporocila-dz-odzivna-porocila-vlade/ . 

Reporters Without Borders, is-Slovenja. https://rsf.org/en/slovenia .

Il-Gvern Sloven (2018), il-Qorti Suprema ppreżentat attivitajiet ġodda għat-titjib fit-tul tal-kwalità u r-reputazzjoni tal-ġudikatura Slovena. http://www.sodisce.si/vsrs/objave/2018102509355191/ .

Il-Gvern Sloven (2019), il-Qorti Suprema ddeċidiet dwar l-importanza ta’ azzjonijiet ta’ sanzjonar meta jkun hemm sinjali ta’ diskors ta’ mibegħda. http://www.sodisce.si/vsrs/objave/2019080810051183/ .

Il-Gvern Sloven (2020), is-47 sessjoni ta’ korrispondenza tal-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja. https://www.gov.si/novice/2020-05-21-47-dopisna-seja-vlade-republike-slovenije/ .

Il-Gvern Sloven (2020), Kontribuzzjoni mill-Iżvezja għar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt.

Il-Gvern Sloven, il-paġna web tad-Demokrazija elettronika. https://e-uprava.gov.si/drzava-in-druzba/e-demokracija . 

Il-Qorti Suprema (2019), Rapport Annwali tal-2019. http://www.sodisce.si/mma_bin.php?static_id=2020052510305888 .

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Suprem tal-Istat (2013), Opinjoni ġuridika rigward il-prosekuzzjoni tal-Artikolu 2917 tal-Kodiċi Kriminali. http://www.spletno-oko.si/sites/default/files/sovrazni_govor_pravno_stalisce_-_vrhovno_tozilstvo_0.doc .

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Suprem tal-Istat u l-Prosekutur Ġenerali (2019), Inizjattiva għal rieżami kostituzzjonali tal-Att dwar l-Inkjesti Parlamentari. https://www.dt-rs.si/files/documents/USTAVNA%20POBUDA03.pdf .

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Suprem tal-Istat (2019), Rapport annwali għall-2019.

UX Design Awards, rebbieħ tal-UX Design Award 2019. https://ux-design-awards.com/news/gewinner-der-ux-design-awards-2019-2/ .

Żjara virtwali fis-Slovenja fil-kuntest tar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt.



Anness II: Żjara s-Slovenja

F'Ġunju 2020, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom laqgħat virtwali ma’:

·L-Aġenzija għan-Networks u s-Servizzi tal-Komunikazzjoni (AKOS)

·L-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti

·L-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti u l-Pubbliċisti

·Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni

·Id-Direttorat Ġenerali tal-Pulizija – Taqsima tal-Korruzzjoni

·Il-Kunsill Ġudizzjarju

·Il-Ministeru għall-Ġustizzja

·Il-Ministeru għall-Amministrazzjoni Pubblika

·L-Uffiċċju Speċjalizzat tal-Prosekuzzjoni

·Il-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni tal-Istat

·Il-Qorti Suprema

·L-Uffiċċju tal-Prosekutur Suprem tal-Istat

·Transparency International Slovenia

* Il-Kummissjoni ltaqgħet ukoll mal-organizzazzjonijiet li ġejjin f’għadd ta’ laqgħat orizzontali:

·Amnesty International

·Civil Liberties Union for Europe

·Civil Society Europe

·Conference of European Churches

·Eurocommerce

·European Center for Not-for-Profit Law

·Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Media

·European Civic Forum

·Free Press Unlimited

·Front Line Defenders

·ILGA-Europe

·Kummissjoni Internazzjonali ta' Ġuristi

·Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem

·Istitut Internazzjonali għall-Istampa

·Pjattaforma għat-Tagħlim tul il-Ħajja

·Open Society Justice Initiative/Open Society European Policy Institute

·Reporters Without Borders

·Transparency International EU

(1)      Ir-responsabbiltà primarja tal-Kunsill Ġudizzjarju hija l-għażla tal-kandidat għall-uffiċċji ġudizzjarji. Kif iggarantit mill-Kostituzzjoni, il-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill Ġudizzjarju huma mħallfin, eletti mill-pari tagħhom. Il-ħames membri li jifdal huma rappreżentanti ta’ professjonijiet legali oħra, eletti mill-Assemblea Nazzjonali abbażi tan-nomina tal-President tar-Repubblika. Il-Kunsill Ġudizzjarju jamministra l-baġit tiegħu stess.
(2)      Minn mindu ġew eletti mill-ġdid l-imħallfin għall-ewwel darba wara l-indipendenza tas-Slovenja fis-snin 90, il-Parlament ċaħad kandidat għal imħallef għall-ewwel ħatra darba biss. Għandu jiġi nnotat li kandidat għal imħallef, li mhuwiex maħtur, ma jistax jitlob stħarriġ ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni tal-Parlament.
(3)      Għal aktar dettalji dwar l-istruttura tal-Parlament, ara l-pilastru IV. Kwistjonijiet istituzzjonali oħrajn relatati mas-sistema ta’ kontrokontrolli.
(4)      Il-Kunsill Ġudizzjarju (2019), Talba għal rieżami kostituzzjonali u sospensjoni parzjali tal-applikazzjoni tal-Att dwar l-Inkjesti Parlamentari; L-Uffiċċju tal-Prosekutur Suprem tal-Istat u l-Prosekutur Ġenerali (2019), Inizjattiva għal rieżami kostituzzjonali tal-Att dwar l-Inkjesti Parlamentari; Il-Qorti Kostituzzjonali (2019), Deċiżjoni dwar is-sospensjoni temporanja tal-Att dwar l-Inkjesti Parlamentari fejn jikkonċerna l-imħallfin; Il-Qorti Kostituzzjonali (2019), Deċiżjoni dwar is-sospensjoni temporanja tal-Att dwar l-Inkjesti Parlamentari sa fejn jikkonċerna l-Prosekuturi tal-Istat.
(5)      Il-Figuri 44 u 46, Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2020. Il-livell tal-indipendenza ġudizzjarja perċepita huwa kkategorizzat kif ġej: baxx ħafna (anqas minn 30 % tar-rispondenti jipperċepixxu l-indipendenza ġudizzjarja bħala pjuttost tajba u tajba ħafna); baxx (bejn 30 % u 39 %), medju (bejn 40 % u 59 %), għoli (bejn 60 % u 75 %), għoli ħafna (aktar minn 75 %).
(6)      Il-Figuri 45 u 47, Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2020.
(7)      Il-Gvern Sloven (2018), il-Qorti Suprema ppreżentat attivitajiet ġodda għat-titjib fit-tul tal-kwalità u r-reputazzjoni tal-ġudikatura Slovena.
(8)      Il-Figura 40, Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2020
(9)      Il-Figura 27, Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2020
(10)      Il-Qorti Suprema (2019), Rapport Annwali tal-2019, pp. 124-125.
(11)      Is-sit web jinsab fi http://www.sodisce.si/vsrs/objave/2018102509355191/.
(12)      Fl-2019, il-proġett tal-Qorti Suprema “Intejbu l-kwalità tal-ġustizzja” (IQ Justice) irċieva l-Premju Crystal Scales of Justice tal-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja. Fl-2019, il-proġett biex titjieb il-ġustizzja proċedurali, b’mod partikolari l-komunikazzjoni mal-utenti tal-qorti, ingħata l-UX Design Award 2019 għal kemm kien faċli jintuża.
(13)      Il-Qorti Suprema talloka l-baġit lil qrati partikolari filwaqt li l-Kunsill Ġudizzjarju għandu rwol predominanti fl-għażla u l-karriera tal-imħallfin.
(14)      Ir-responsabbiltà primarja tal-Kunsill Ġudizzjarju hija l-għażla tal-kandidat għall-uffiċċji ġudizzjarji. Kif iggarantit mill-Kostituzzjoni, il-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill Ġudizzjarju huma mħallfin, eletti mill-pari tagħhom. Il-ħames membri li jifdal huma rappreżentanti ta’ professjonijiet legali oħra, eletti mill-Assemblea Nazzjonali abbażi tan-nomina tal-President tar-Repubblika.
(15)      Il-Kunsill Ġudizzjarju għandu biss 15-il impjegat. Għal perspettiva komparattiva tar-riżorsi tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, Kontribuzzjoni min-Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura għar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 9. Għal perspettiva komparattiva dwar is-setgħat tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, ara l-Figura 50, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2016.
(16)      Il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat għandu biss erba’ impjegati.
(17)      Pereżempju, skont l-emendi, fid-distribuzzjoni annwali tax-xogħol, il-President tal-Qorti Distrettwali jista’, bi qbil mal-President tal-Qorti Lokali, jassenja lill-imħallfin biex jaħdmu fi ħdan id-distrett, inkluż fil-Qorti Distrettwali. Barra minn hekk, il-President tal-Qorti Distrettwali ta’ Ljubljana jista’ jassenja li ċerti każijiet se jiġu ttrattati quddiem Qrati Lokali speċifiċi f’dak id-distrett. Ara l-Artikoli 71 u 105.a tal-Att dwar il-Qrati.
(18)      Is-Slovenja rċeviet appoġġ mill-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali tal-Kummissjoni Ewropea biex ittejjeb il-kwalità tas-sistema tal-ġustizzja tagħha, speċifikament biex tikkondividi l-prattiki nazzjonali dwar ir-riformi tal-mappa ġudizzjarja: sessjoni ta' ħidma dwar ir-riforma tal-mappa ġudizzjarja ma’ esperti minn FI u NL, 28-29 ta’ Settembru 2016, Ljubljana.
(19)      Il-Figura 28, Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2020
(20)      Il-Figura 29, Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2020
(21)      Il-Figuri 2, 5 u 19, Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2020.
(22)      Data dwar l-effiċjenza tal-qrati għall-2019, il-Qorti Suprema.
(23)      Rata ta’ tlestija ta’ 101 %. Flimkien, il-qrati solvew madwar 70 000 fix-xahar fl-2019, meta mqabbla ma’ kważi 100 000 fix-xahar fl-2012.
(24)      Data dwar l-effiċjenza tal-qrati għall-2019, il-Qorti Suprema.
(25)      Il-Figura 21, Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020, li tippreżenta data għall-2014, l-2015, l-2016 u l-2018.
(26)      Fl-2019, ir-rata ta’ approvazzjoni kienet ogħla minn 106 %. Data tal-Prosekuzzjoni tal-Istat.
(27)      L-għadd ta’ kawżi li l-Prosekuzzjoni tal-Istat ressqet quddiem il-qrati kriminali, naqas minn madwar 620 kawża fl-2014 għal madwar 458 fl-2018 (għal kull 100 000 abitant), data tal-Eurostat, https://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/show.do?dataset=crim_crt_case&lang=en.
(28)      Ewrobarometru Speċjali 502 (2020).
(29)      Ewrobarometru Speċjali 502 (2020).
(30)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation Report.
(31)      Ir-Rapport dwar il-Pajjiż tas-Semestru Ewropew 2020.
(32)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation Report, ir-Rakkomandazzjoni i.
(33)      Il-proċess jinvolvi l-ġbir ta’ informazzjoni, li l-persuna kkonċernata jintbagħtilha abbozz tal-konstatazzjonijiet, segwit mill-adozzjoni tal-konstatazzjonijiet u l-preżentazzjoni tagħhom lill-pubbliku, flimkien mar-rispons tal-persuna kkonċernata. Skont il-Qorti Suprema, il-proċeduri quddiem is-CPC jridu jinkludu l-istess salvagwardji bħal dawk taħt il-proċeduri tal-liġi amministrattiva ġenerali. Dan jinkludi li l-persuna kkonċernata tiġi infurmata dwar il-verifika, li tippermettilha tippreżenta kjarifiki u li tkun rappreżentata matul il-verifiki.
(34)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation Report, il-paragrafu 54.
(35)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation Report, il-paragrafu 40.
(36)      GRECO Fourth Evaluation Round – Interim report, conclusions on the National Council.
(37)      Dawn jinkludu uffiċjali ta’ livell għoli, lokali, eletti u maħtura bħal: uffiċjali professjonali ta’ livell għoli , sindki mhux u viċi sindki mhux professjonali, ħaddiema taċ-ċivil imlaħħqin, maniġers, persuni responsabbli mill-akkwist pubbliku, uffiċjali tal-Kummissjoni Nazzjonali għar-Reviżjoni tal-Proċeduri tal-Akkwist Pubbliku.
(38)      Il-GRECO rrakkomanda li tiġi żgurata l-pubblikazzjoni f’waqtha tad-dikjarazzjoni tal-assi tal-ministri u tas-segretarji tal-istat u li jsiru kontrolli sostantivi mis-CPC. Il-Ħames Ċiklu ta’ Evalwazzjoni tal-GRECO – Rapport ta’ Evalwazzjoni, rakkomandazzjoni viii.
(39)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation Report, ir-Rakkomandazzjoni vii.
(40)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation Report, p. 4.
(41)      1) kuntatt mhux pubbliku; 2) l-għan li jiġu influwenzati d-diskussjoni u l-adozzjoni ta’ regolamenti u dokumenti ġenerali oħra; 3) imwettqa fl-interess, jew f’isem ċertu grupp ta’ interess/klijent tal-lobbjar.
(42)      Ewrobarometru Speċjali 502 (2020), p. 71.
(43)      GRECO Fourth Evaluation Round – Evaluation Report, ir-Rakkomandazzjoni ii.
(44)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation Report, ir-Rakkomandazzjoni v.
(45)      Bħal parteċipazzjoni ta’ 5 % fid-drittijiet, fil-ġestjoni jew il-kapital tal-fundaturi, jew permezz ta’ parteċipazzjoni diretta jew permezz tal-parteċipazzjoni ta’ persuni ġuridiċi oħra.
(46)      Ewrobarometru Speċjali 502 (2020).
(47)      Informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż.
(48)      Rapport annwali SPPO, Vrhovno Državno tožilstvo. Letno poročilo za leto 2019.
(49)      Special Eurobarometer 502 (2020).
(50)      Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-5 ta’ Lulju 2018, U-I-6/15-23, Up-33/15-32 u Up-1003/15-27.
(51)      Rapport annwali SPPO, Vrhovno Državno tožilstvo. Letno poročilo za leto 2019.
(52)    Informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż.
(53) Wara li niżlet żewġ skaluni bejn l-2018 u l-2019, is-Slovenja reġgħet kisbet il-pożizzjoni preċedenti tagħha fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa ta’ Reporters Without Borders, u issa reġgħet fit-32 post fid-dinja. Reporters Without Borders, is-Slovenja.
(54)      Zakon o elektronskih komunikacijah (ZEKon-1).
(55)      Zakon o medijih (ZMed).
(56)      Zakon o avdiovizualnih medijskih storitvah (ZAvMS).
(57) Abbozz tal-att dwar il-Media tal-Massa, https://e-uprava.gov.si/drzava-in-druzba/e-demokracija/predlogi-predpisov/predlog-predpisa.html?id=10493, Abbozz tal-Att dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, https://e-uprava.gov.si/drzava-in-druzba/e-demokracija/predlogi-predpisov/predlog-predpisa.html?id=11475. L-abbozz tat-tibdil għal-liġi dwar il-media li għandu impatt fuq ir-rieżami tal-fużjonijiet fil-media ġew opposti mill-awtorità tal-kompetizzjoni tal-pajjiż.
(58)      L-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media tal-2020 l-Artikolu 182 ta’ Zakon o elektronskih komunikacijah (ZEKon-1).
(59)      Ta’ min infakkru f’dan il-kuntest li l-AVMSD riveduta tistipula garanziji speċifiċi għall-indipendenza u l-effikaċja tar-regolaturi nazzjonali tal-media.
(60)      L-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media tal-2020.
(61)      L-Artikoli 12 u 14, l-Att dwar il-Media tal-Massa.
(62)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż għar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt.
(63)      Ta’ min infakkru f’dan ir-rigward li l-AVMSD riveduta tħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw miżuri leġiżlattivi li jipprevedu li l-provdituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jagħmlu aċċessibbli informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tagħhom, inklużi s-sidien benefiċjarji.
(64)      L-Artikolu 12 emendat, l-Abbozz tal-Att dwar il-Media tal-Massa.
(65)      Ara n-nota ta’ qabel.
(66)      L-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni.
(67)      L-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media tal-2020.
(68)      Ara n-nota ta’ qabel.
(69)      Reporters Without Borders, is-Slovenja.
(70)      Ara n-nota ta’ qabel.
(71)      MPM 2020, il-Kunsill tal-Ewropa, Il-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-ġurnaliżmu tas-sikurezza tal-ġurnalisti.
(72)      L-Att dwar il-Media tal-Massa: l-Artikolu 26, li joffri l-possibbiltà li tintalab il-korrezzjoni ta’ dikjarazzjoni jekk id-drittijiet u l-interessi tal-persuna milquta ma jkunux ġew rispettati.
(73)      Reporters Without Borders, is-Slovenja.
(74)      Il-Kunsill tal-Ewropa, il-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-ġurnaliżmu tas-sikurezza tal-ġurnalisti.
(75)      L-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media tal-2020.
(76)      Il-Kunsill tal-Ewropa, Il-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-ġurnaliżmu tas-sikurezza tal-ġurnalisti, it-twissija nru 28/2020 dwar il-ġurnalist investigattiv Blaž Zgaga; https://rsf.org/en/news/seven-organisations-call-slovenian-government-stop-harassing-investigative-journalist.
(77)      ECRI – Il-Ħames Rapport, L-opinjoni legali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Suprem tal-Istat rigward il-prosekuzzjoni tal-Artikolu 297 tal-Kodiċi Kriminali. Madankollu, ta’ min ninnutaw li fl-2019, il-Qorti Suprema ċċarat li hemm żewġ modi kif jitwettaq ir-reat fl-Artikolu 297 tal-Kodiċi Kriminali, jew (a) bl-inċitazzjoni jew l-infjammazzjoni tal-mibegħda u l-vjolenza jew l-intolleranza b’mod li jista’ jipperikola jew ifixkel l-ordni u l-paċi pubbliċi, jew (b) permezz ta’ theddid, insulti jew abbuż verbali. Iddikjarat li, f’każ li l-aġir jitwettaq b’theddid, insulti jew abbuż verbali, ma hemm l-ebda ħtieġa li jkun hemm periklu potenzjali għall-ordni u l-paċi pubbliċi. Hija ċċarat ukoll, madankollu, li meta l-imġiba titwettaq b’tali mod li jista’ jipperikola jew jiddisturba l-ordni u l-paċi pubbliċi, ma hemm l-ebda rekwiżit li dan il-periklu jkun immedjat, iżda biss li għandu l-potenzjal li jirriżulta f’periklu konkret. http://www.sodisce.si/vsrs/objave/2019080810051183/.
(78)      F’dan il-kuntest, ta’ min infakkru li, f’konformità mal-istandards Ewropej, u kif indikat mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 2016/4, “l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu qafas leġiżlattiv komprensiv li jippermetti lill-ġurnalisti u lil atturi oħra tal-media jikkontribwixxu għad-dibattitu pubbliku b’mod effettiv u mingħajr biża’”.
(79)      Il-Qorti Kostituzzjonali tas-Slovenja, is-Sentenza tat-22 ta’ Ottubru 2008, U-I-295/07.
(80)      Riżoluzzjoni dwar ir-Regolamentazzjoni Leġiżlattiva. Il-konsultazzjonijiet pubbliċi ma jsirux matul proċeduri leġiżlattivi speċjali, bħal proċeduri ta’ emerġenza, jew fuq ċerti kwistjonijiet, bħall-baġit tal-istat.
(81)      Is-sit web jinsab fi https://e-uprava.gov.si/drzava-in-druzba/e-demokracija.
(82)      In-Network Ewropew ta’ Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (2020), The rule of law in the European Union: Reports from National Human Rights Institutions. Informazzjoni li waslet fil-kuntest tal-proċess ta’ konsultazzjoni għat-tħejjija għar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt.
(83)      Il-leġiżlazzjoni tista’ tiġi adottata fi proċedura mqassra fil-każijiet li ġejjin: emendi minuri għal-liġi, l-iskadenza ta’ liġi jew xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha, armonizzazzjoni minuri mal-leġiżlazzjoni tal-UE jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra, jew emendi għal liġijiet li kienu soġġetti għal deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali (Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Nazzjonali, l-Artikolu 142); f’każ ta’ sigurtà nazzjonali, diżastri naturali, jew biex jiġu evitati konsegwenzi serji għall-funzjonament tal-Istat, il-Gvern jista’ jipproponi lill-Assemblea Nazzjonali li l-att jiġi adottat skont proċedura urġenti (Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Nazzjonali, l-Artikolu 143).
(84)      Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Nazzjonali, l-Artiklu 143.
(85)      Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja (2018), Rapport dwar il-ħidma tal-Assemblea Nazzjonali fil-leġiżlatura 2014-2018.
(86)      Tul is-snin, l-Ombudsman ukoll ressaq 31 talba għal rieżami tal-kostituzzjonalità jew tal-legalità ta’ regolament jew ta’ att ġenerali maħruġa biex jeżerċitaw il-poteri pubbliċi, in-Network Ewropew ta’ Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (2020), The rule of law in the European Union: Reports from National Human Rights Institutions.
(87)      Rapport ta’ Ħidma tal-Qorti Kostituzzjonali għall-2019.
(88)      Biex tindirizza l-pandemija tal-COVID-19, is-Slovenja ma ddikjaratx stat ta’ emerġenza u ħafna mill-miżuri ġew adottati mill-Gvern f’konformità mal-Att dwar il-Mard li Jittieħed, li ġie wkoll emendat f’April 2020. F’konformità ma’ din il-liġi, il-Gvern għandu jinforma lill-Parlament dwar kwalunkwe miżura li tittieħed. Ara pereżempju d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment bejn il-muniċipalitajiet, U-I-83/20-10, 16.4.2020.
(89)      L-akkreditazzjoni mill-ġdid skedata għal Marzu 2020 ġiet posposta minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
(90)      Ir-rapporti jinsabu fuq http://www.varuh-rs.si/sl/promocija-publikacije-projekti/publikacije-gradiva/letna-porocila-priporocila-dz-odzivna-porocila-vlade/.
(91)      Għandu jiġi nnutat li r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tiddikjara li meta l-korpi tal-ugwaljanza jkollhom il-kapaċità legali li jieħdu deċiżjonijiet vinkolanti, jenħtieġ li l-Istat Membru jagħtihom ukoll il-kapaċità li joħorġu sanzjonijiet adegwati, effettivi u proporzjonati. Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2018 dwar standards għall-korpi għall-ugwaljanza C (2018) 3850 final, 1.1.2 (5).
(92)      Fl-ewwel sena ta’ operazzjoni tiegħu, l-Avukat ġie allokat total ta’ EUR 200 000, li xekkel il-kapaċità tiegħu li jiżviluppa, u li jaqdi l-mandat wiesa’ tiegħu. Madankollu, fil-bidu tal-2019 il-baġit nazzjonali kien ibbilanċjat mill-ġdid u l-Avukat ġie allokat EUR 1 100 000. Ara l-kontribuzzjoni Slovena għar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt. Fi tmiem l-2019, l-Avukat kellu 19-il impjegat.
(93)      F’Mejju 2020, il-Gvern/id-direttur ġenerali tal-pulizija ssostitwixxa l-kapijiet ta’ bosta korpi indipendenti: id-direttur tad-dipartiment speċjalizzat tal-pulizija kontra l-korruzzjoni; id-direttur tal-Uffiċċju tal-Istatistika (SURS); id-Direttur tal-Unità tal-Intelligence Finanzjarja. Din kienet l-ewwel darba li tali sensji ġraw mingħajr ma ngħatat raġuni. Għandu jiġi nnutat li f’Ġunju 2020, il-Kummissjoni bagħtet ittra li fiha talbet kjarifika rigward is-sensja tad-direttur tal-Uffiċċju tal-Istatistika, fid-dawl tar-regoli tal-UE dwar l-indipendenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika. Id-direttur tad-dipartiment speċjalizzat tal-pulizija kontra l-korruzzjoni u d-direttur tal-Uffiċċju tal-Istatistika bdew stħarriġ ġudizzjarju tas-sensja tagħhom. Il-Ministeru għall-Intern: Il-Pulizija (2020), il-Gvern Sloven (2020), is-47 sessjoni ta’ korrispondenza tal-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja.
(94)      L-istrateġija tinsab fuq https://www.gov.si/en/topics/non-governmental-organisations/.
(95)      Klassifikazzjoni minn CIVICUS; il-klassifikazzjonijiet huma fuq skala ta’ ħames kategoriji ddefiniti bħala: miftuħ, ristrett, ostakolat, ripress u magħluq.