Brussell, 30.9.2020

SWD(2020) 305 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt


Kapitolu għall-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Estonja

Li jakkumpanja d-dokument

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt



Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

{COM(2020) 580 final} - {SWD(2020) 300 final} - {SWD(2020) 301 final} - {SWD(2020) 302 final} - {SWD(2020) 303 final} - {SWD(2020) 304 final} - {SWD(2020) 306 final} - {SWD(2020) 307 final} - {SWD(2020) 308 final} - {SWD(2020) 309 final} - {SWD(2020) 310 final} - {SWD(2020) 311 final} - {SWD(2020) 312 final} - {SWD(2020) 313 final} - {SWD(2020) 314 final} - {SWD(2020) 315 final} - {SWD(2020) 316 final} - {SWD(2020) 317 final} - {SWD(2020) 318 final} - {SWD(2020) 319 final} - {SWD(2020) 320 final} - {SWD(2020) 321 final} - {SWD(2020) 322 final} - {SWD(2020) 323 final} - {SWD(2020) 324 final} - {SWD(2020) 325 final} - {SWD(2020) 326 final}


Riassunt

Is-sistema tal-ġustizzja Estonjana hija kkaratterizzata minn xi wħud mill-aktar teknoloġiji avvanzati ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni użati fil-qrati. Huma jipprovdu grad għoli ta’ aċċessibbiltà u flessibbiltà għal użi fil-qrati, u kkontribwew ħafna wkoll għall-funzjonament kontinwu tal-qrati bi tfixkil minimu matul il-pandemija tal-COVID-19. Il-korpi ta’ awtogovernanza tal-Qorti Suprema u dawk ġudizzjarji huma involuti sew fl-aspetti ewlenin tal-ġestjoni tas-sistema ġudizzjarja, b’mod partikolari dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi umani u finanzjarji u fil-ħatra u aspetti oħra tal-karrieri tal-imħallfin.

L-Estonja għandha l-istruttura legali u istituzzjonali biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni b’mod ġenerali. Hija stabbiliet network effettiv għall-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-politika kontra l-korruzzjoni. Qed titħejja strateġija ġdida kontra l-korruzzjoni. Il-ministeri kollha huma mgħammra biex jikkoordinaw il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u jiżguraw l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-istrateġija nazzjonali kontra l-korruzzjoni fis-settur rilevanti. Il-kapaċità li jiġu investigati u mħarrka reati ta’ korruzzjoni hija effettiva u skont l-Uffiċċju tal-Prosekutur, ir-riżorsi baġitarji huma kkunsidrati sodisfaċenti. Ġew introdotti dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-“revolving doors”. L-attivitajiet ta’ llobbjar mhumiex regolati bil-liġi iżda qed jitħejja abbozz ta’ liġi u qafas komprensiv għall-protezzjoni tal-informaturi għadu mhux fis-seħħ. L-Estonja fil-biċċa l-kbira investiet fit-tagħlim elettroniku bħala appoġġ għall-prevenzjoni ta’ kunflitt ta’ interess għall-impjegati kollha tas-settur pubbliku.

Il-qafas legali Estonjan dwar il-pluraliżmu tal-media huwa bbażat kemm fuq is-salvagwardji kostituzzjonali kif ukoll fuq il-leġiżlazzjoni settorjali. Ir-regolatur tal-media — l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Regolatorja Teknika (ECPTRA) — jopera bħala parti amministrattiva mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi. Il-liġi li tittrasponi d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (Audiovisual Media Services Directive, AVMSD) riveduta se ssaħħaħ l-indipendenza tagħha. It-trasparenza tas-sjieda tal-media mhijiex żgurata bis-sħiħ sakemm jiġu adottati dispożizzjonijiet legali speċifiċi ġodda. Madankollu, l-informazzjoni ġenerali relatata mal-intraprenditorija hija disponibbli elettronikament u l-aċċess għad-data fir-Reġistru Kummerċjali huwa b’xejn. Il-qafas għall-protezzjoni tal-ġurnalisti huwa komprensiv u s-salvagwardji għall-protezzjoni tal-ġurnalisti huma inklużi f’diversi atti.

Is-sistema ta’ kontrolli u bilanċi fl-Estonja hija żviluppata sew, bi proċess inklużiv għall-adozzjoni ta’ liġijiet, li qed jiġi żviluppat aktar. L-Awla tar-Reviżjoni Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema twettaq kemm kontroll ex ante kif ukoll ex post tal-kostituzzjonalità, inkluż permezz ta’ lment kostituzzjonali dirett. Il-Kanċillier għall-Ġustizzja, għandu rwol ewlieni fis-sistema ta’ kontrolli u bilanċi, u l-akkreditament tiegħu bl-istatus A skont il-prinċipji tan-NU għadu għaddej (b’dewmien minħabba l-pandemija tal-COVID-19).



I.Sistema Ġudizzjarja 

Is-sistema tal-qrati tal-Estonja tikkonsisti fi tliet livelli: erba’ Qrati tal-Kontea (smigħ tal-kwistjonijiet ċivili, kriminali u ta’ infrazzjoni kollha) u żewġ Qrati Amministrattivi fil-prim'istanza, żewġ Qrati taċ-Ċirkwit fit-tieni istanza (reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kontea u l-Qrati Amministrattivi), u l-Qorti Suprema fl-ogħla istanza, li tirrevedi s-sentenzi tal-qorti permezz ta’ proċedimenti ta’ kassazzjoni u hija wkoll il-qorti ta’ reviżjoni kostituzzjonali. Il-Qorti Suprema tamministra l-baġit tagħha stess, filwaqt li l-qrati tal-prim'istanza u tat-tieni istanza huma amministrati f’kooperazzjoni bejn il-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati u l-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati huwa korp mhux permanenti, li, fost affarijiet oħra, għandu setgħat relatati mal-mappa ġudizzjarja, ir-riżorsi tal-ġudikatura u jipparteċipa fid-diskussjoni dwar l-amministrazzjoni tal-qrati 1 . Dawn il-qrati tal-prim'istanza u tat-tieni istanza huma maħtura mill-President tar-Repubblika bi proposta tal-Qorti Suprema sħiħa (en banc). L-Uffiċċju tal-Prosekutur huwa aġenzija tal-gvern fil-Ministeru tal-Ġustizzja, li huwa indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu. Huwa ġestit mill-Prosekutur Ġenerali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħatra u l-karriera tal-prosekuturi. 2 L-avukati fis-sistema ġudizzjarja Estonjana huma membri tal-Kamra tal-Avukati Estonjana, li hija assoċjazzjoni indipendenti u awtonoma.

Indipendenza

Il-Qorti Suprema u korpi ġudizzjarji awtonomi oħra għandhom rwol importanti fil-ħatriet ġudizzjarji u f’deċiżjonijiet oħra dwar is-sistema ġudizzjarja. Il-Qorti Suprema torganizza l-kompetizzjoni u, f’seduta plenarja, tagħżel kandidati mħallfin għall-qrati tal-prim'istanza u tat-tieni istanza, billi tipproponihom għall-ħatra mill-President tar-Repubblika. 3 L-imħallfin tal-Qorti Suprema jinħatru mill-Parlament (Riigikogu) bil-proposta tal-President tal-Qorti Suprema, li l-ewwel iqis l-opinjonijiet tal-Qorti Suprema sħiħa (en banc) u tal-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati. Il-Qorti Suprema tassisti fl-organizzazzjoni tax-xogħol ta’ ħames korpi awtonomi ta’ imħallfin (il-Qorti li tinkludi l-imħallfin kollha (Qorti en banc), il-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati, il-Kunsill għat-Taħriġ Ġudizzjarju, il-Kumitat dwar l-Eżaminazzjoni tal-Imħallfin 4 , il-Kamra Dixxiplinari 5 u l-Kunsill Etiku Ġudizzjarju). Barra minn hekk, l-Awla ta’ Reviżjoni Kostituzzjonali tagħha ssolvi t-talbiet potenzjali għal reviżjoni ġudizzjarja ppreżentati kontra d-deċiżjoni tal-President tar-Repubblika li ma jaħtarx imħallef kandidat. 6 Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-President sa issa qatt ma rrifjuta li jaħtar imħallef kandidat. Għalhekk, qatt ma kien hemm każ ta’ stħarriġ ġudizzjarju quddiem l-Awla ta’ Reviżjoni Kostituzzjonali dwar in-nuqqas ta’ ħatra ta’ mħallef kandidat.

Il-livell ta’ perċezzjoni ta’ indipendenza ġudizzjarja hija medja fost il-pubbliku ġenerali u baxxa fost il-kumpaniji. Fost il-pubbliku ġenerali, 57 % jipperċepixxu l-indipendenza ġudizzjarja bħala tajba u tajba ħafna, li hija żieda meta mqabbla mal-2019, wara xejra ta’ tnaqqis preċedenti. Fost il-kumpaniji, l-indipendenza perċepita hija baxxa (39 % biss iqisuha tajba ħafna u tajba ħafna), u tibqa’ stabbli, wara xejra ta’ tnaqqis preċedenti. 7 Stħarriġ ieħor fost in-negozji (Forum Ekonomiku Dinji) fejn il-livell ta’ indipendenza perċepita huwa ogħla mill-medja fost l-Istati Membri, f’dawn l-aħħar snin wera tnaqqis fil-perċezzjoni. 8

Il-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati għandu rwol importanti fid-determinazzjoni tar-riżorsi għall-ġudikatura, u kkontribwixxa għar-rispons għall-pandemija tal-COVID-19. Il-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati, korp mhux permanenti li jikkonsisti minn maġġoranza ta’ mħallfin, għandu rwol importanti fil-ġestjoni tas-sistema ġudizzjarja. Fost l-oħrajn, japprova l-mappa ġudizzjarja, in-numru ta’ mħallfin għal kull qorti, u l-ħatra u t-tneħħija tal-presidenti tal-qorti. Barra minn hekk, jagħti opinjonijiet dwar il-baġits tal-qorti u l-kandidati għall-imħallfin tal-Qorti Suprema. Il-Kunsill ma jiffunzjonax fuq bażi permanenti u għandu erba’ sessjonijiet regolari, kif ukoll sessjonijiet straordinarji kull meta jkun meħtieġ. Pereżempju, il-Kunsill iddiskuta r-rispons tas-sistema ġudizzjarja għall-pandemija tal-COVID-19, inkluż l-iżvilupp ulterjuri tal-komunikazzjoni elettronika fil-qrati biex il-qrati jibqgħu jiffunzjonaw. 9 L-appoġġ organizzattiv għall-Kunsill huwa pprovdut mill-Ministeru tal-Ġustizzja, li ma jistax jintervjeni fix-xogħol u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill. Il-Kunsill għandu japprova l-biċċa l-kbira tad-deċiżjonijiet importanti magħmula mill-Ministeru tal-Ġustizzja fir-rigward tal-qrati. 10 Jagħti wkoll opinjoni dwar kwistjonijiet finanzjarji, baġitarji u riżorsi umani. 11 B’mod partikolari, hija involuta fid-determinazzjoni tal-allokazzjoni ta’ riżorsi lill-qrati, billi tagħti opinjoni dwar il-proposta abbozzata mill-Ministeru tal-Ġustizzja f’konsultazzjoni mal-presidenti tal-qorti. Fil-proċess tal-Kunsill li jippreżenta l-opinjoni tiegħu dwar il-baġit, ġiet iffurmata proposta ta’ kompromess, li tinvolvi kompletament il-ġudikatura.

Kwalità

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fil-qrati huma avvanzati, u qed jiġu żviluppati aktar sabiex il-qrati jiffunzjonaw mingħajr xkiel minkejja l-isfidi relatati mal-COVID-19. L-Estonja hija fost l-Istati Membri li jwettqu l-aħjar meta niġu għall-użu tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (Information and Communication Technology, ICT) biex titjieb l-aċċessibbiltà u l-kwalità ġenerali tas-sistema ġudizzjarja tagħhom. 12 Il-ħidma tal-qrati hija ffaċilitata bl-użu ta’ erba’ għodod tal-ICT: is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Qorti (Court Information System, CIS), il-fajl elettroniku Pubbliku, il-Fajl elettroniku u s-sistema ta’ Fajls Diġitali tal-Qorti li tnediet dan l-aħħar. Is-CIS hija s-sistema ta’ informazzjoni tal-qorti interna użata mill-imħallfin u l-uffiċjali tal-qorti kollha, u fiha d-dokumenti kollha ppreżentati lil qorti jew iġġenerati minn qorti. Din isservi wkoll bħala ambjent biex jinħolqu dokumenti tal-qorti b’mudelli personalizzati, biex isiru inkjesti minn bażijiet ta’ data oħra u biex tintbagħat informazzjoni tal-qorti lil sistemi oħra ta’ informazzjoni permezz ta’ fajl elettroniku. Is-CIS tintuża wkoll għad-distribuzzjoni awtomatika ta’ kawżi fost l-imħallfin. 13 Il-fajl elettroniku huwa s-sistema ta’ informazzjoni esterna li tippermetti lill-partijiet u lir-rappreżentanti tagħhom biex jipparteċipaw b’mod elettroniku fil-proċedimenti. 14 Il-fajl elettroniku pubbliku jippermetti liċ-ċittadini jibdew proċedimenti ċivili u amministrattivi, u jimmonitorja dawn il-proċedimenti u r-reati kif ukoll jippreżenta dokumenti li għandhom jiġu pproċessati. Huwa bbażat fuq is-sistema ta’ fajl elettroniku li tgħaqqad is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Prosekutur, il-qrati u korpi oħra li jmexxu proċedimenti, li jiżguraw il-qsim ċentrali ta’ informazzjoni dwar proċedimenti bejn il-partijiet u skambju ta’ data malajr u mingħajr karti. L-għan tas-sistema tal-fajl elettroniku pubblika huwa li tipprovdi informazzjoni li tinsab fis-sistema ta’ fajl elettroniku lil partijiet proċedurali permezz tal-Internet. 15  Is-sistema ta’ fajl elettroniku huwa sistema ta’ informazzjoni ċentrali interna li tipprovdi ħarsa ġenerali dettaljata tal-istadji differenti tal-proċedimenti. Hija tippermetti l-iskambju simultanju ta’ informazzjoni bejn diversi partijiet fil-proċedimenti. 16 L-utenti tas-sistemi tal-klijenti jistgħu jaraw biss id-data relatata mad-dmirijiet professjonali tagħhom. 17 Is-sistema tal-Fajls Diġitali tal-Qorti tintuża għal ħarsa ġenerali aħjar u aktar funzjonali u għall-aċċessibilità tal-fajls tal-qorti għall-imħallfin, l-assistenti 18 tagħhom u l-partijiet għall-proċedimenti fil-qrati 19 . Din l-għodda tal-ICT toffri diversi għażliet lill-utenti għal organizzazzjoni aħjar u għal ottimizzazzjoni tal-passi u tal-proċessi proċedurali fil-qrati. 20 B’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, kien hemm avvanz fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistema tal-Fajls tal-Qorti Diġitali, li ppermettiet li l-qrati u s-servizz tal-prosekuzzjoni jkomplu jaħdmu mingħajr tfixkil kbir.

Effiċjenza

Is-sistema ġudizzjarja Estonjana qed taħdem b’mod effiċjenti. Fl-2019, il-kawżi ċivili ġew riżolti fi qrati tal-kontea bħala medja fi żmien 95 jum, il-kawżi kriminali ġew solvuti bħala medja fi proċedimenti kriminali ġenerali, 226 jum fi proċedimenti kriminali, 28 jum fi proċedimenti simplifikati u 46 jum f’kawżi ta’ reati minuri. Fil-qrati tal-prim’istanza, il-kawżi amministrattivi ġew riżolti f’medja ta’ 123 jum. 21 Iż-żmien medju għall-ipproċessar tal-appelli kien ta’ 162 jum f’kawżi ċivili, 44 jum f’kawżi kriminali u 197 jum f’kawżi amministrattivi. It-tul tal-proċedimenti tal-qorti f’kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi huwa iqsar mil-livell medju (imkejjel fil-ħin) u kawżi pendenti ta’ spiss ikunu fost l-aktar baxxi fl-UE. 22 F’dawk it-tipi ta’ kawżi, il-clearance rate hija ogħla minn 100 %, li jfisser li l-qrati huma kapaċi jlaħħqu ma’ kawżi li jkunu deħlin. 

II.Qafas Kontra l-Korruzzjoni 

Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli mit-tħejjija tal-istrateġija nazzjonali kontra l-korruzzjoni u jissorvelja u jikkoordina r-rappurtar dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Istrateġija Kontra l-Korruzzjoni. Il-Kumitat Magħżul ta’ Kontra l-Korruzzjoni jeżerċita skrutinju parlamentari dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-korruzzjoni u l-Kumitat ta’ Sorveljanza ta’ Finanzjament ta’ Finanzjament tal-Partiti Politiċi jissorvelja l-finanzjament tal-partiti politiċi. L-Uffiċċju Kriminali tal-Korruzzjoni tal-Pulizija Kriminali Nazzjonali huwa unità speċjalizzata responsabbli għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet dwar każijiet ta’ korruzzjoni u s-Servizz tas-Sigurtà Interna huwa responsabbli għall-investigazzjoni ta’ reati ta’ korruzzjoni mwettqa minn uffiċjali ogħla tal-istat u uffiċjali ogħla tal-gvern lokali f’sitt muniċipalitajiet akbar. L-Uffiċċju tal-Prosekutur jissorvelja u jidderieġi l-proċedimenti ta’ investigazzjoni kriminali ta’ qabel il-proċess dwar reati ta’ korruzzjoni, u jirrappreżenta l-prosekuzzjoni pubblika fil-qrati.

L-Estonja għandha punteġġ ta’ 74/100 fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni ta’ Transparency International u tinsab fit-tmien post fl-Unjoni Ewropea u fit-tmintax--il post madwar id-dinja. 23 Fl-istħarriġ tal-Ewrobarometru Speċjali tal-2020 dwar il-korruzzjoni, 60 % minn dawk li wieġbu għandhom perċezzjoni li l-korruzzjoni hija mifruxa (fl-UE l-medja hija 71 %) 24 u 14 % jħossuhom personalment affettwati mill-korruzzjoni fil-ħajja ta’ kuljum (fl-UE l-medja hija 26 %). Fir-rigward tan-negozji, 44 % tal-kumpaniji jqisu li l-korruzzjoni hija mifruxa (il-medja tal-UE: 63 %), filwaqt li 9 % tal-kumpaniji jqisu li l-korruzzjoni hija problema meta jsir in-negozju (il-medja tal-UE hija 37 %). Sebgħa u tletin fil-mija minn dawk li wieġbu jqisu li hemm biżżejjed prosekuzzjonijiet b’suċċess sabiex jiskoraġġixxu lin-nies minn prattiki korrotti (il-medja tal-UE ta’ 36 %) filwaqt li 46 % tal-kumpaniji jemmnu li n-nies u n-negozji li jinqabdu jxaħħmu uffiċjal anzjan jingħataw piena xierqa (medja tal-UE ta’ 31 %) 25 .

Qed titħejja strateġija ġdida kontra l-korruzzjoni. Il-Ministeru tal-Ġustizzja (id-Dipartiment tal-Politika Kriminali) huwa responsabbli biex jikkoordina l-attivitajiet kontra l-korruzzjoni. 26 Il-Ministeru tal-Ġustizzja jissorvelja u jikkoordina r-rappurtar dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għal Strateġija Kontra l-Korruzzjoni. 27 L-istrateġija attwali qed tasal fi tmiemha billi tkopri l-perjodu mill-2013 sal-2020. 28 Qed titħejja strateġija ġdida. Il-lista ta’ setturi b’riskju għoli ġiet tradotta fi prijoritajiet fl-Istrateġija Kontra l-Korruzzjoni 2013-2020 u bħalissa tinkludi l-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni. L-akkwist pubbliku jitqies bħala qasam orizzontali li huwa suxxettibbli għall-korruzzjoni f’diversi setturi.

Il-kompetenzi fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma kondiviżi bejn istituzzjonijiet differenti. L-Uffiċċju tal-Prosekutur jissorvelja u jidderieġi l-proċedimenti ta’ investigazzjoni kriminali ta’ qabel il-proċess dwar reati ta’ korruzzjoni, u jirrappreżenta l-prosekuzzjoni pubblika fil-qrati. 29 L-għadd ta’ reati ta’ korruzzjoni rreġistrati naqas fl-2019 b’81 % meta mqabbel mal-2018. 30 Madwar 40 % tal-każijiet ta’ korruzzjoni jseħħu fil-livell lokali. 31 Skont l-Uffiċċju tal-Prosekutur, ir-riżorsi baġitarji huma kkunsidrati sodisfaċenti. 32 L-Uffiċċju tal-Kriminalità tal-Korruzzjoni (Corruption Crime Bureau, CCB) tal-Pulizija Kriminali Ċentrali huwa l-unità speċjalizzata responsabbli biex twettaq investigazzjonijiet dwar każijiet ta’ korruzzjoni. Il-funzjonijiet tas-CCB jinkludu kemm il-prevenzjoni kif ukoll l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess ta’ reati kriminali taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur u l-ipproċessar ta’ mġiba ħażina f’każijiet ta’ korruzzjoni. 33 Barra minn hekk, is-Servizz ta’ Sigurtà Interna għandu kompetenzi rigward l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess ta’ reati kriminali u l-ipproċessar ta’ offiżi fil-każijiet ta’ korruzzjoni. Kull Ministeru għandu uffiċjal wieħed li jikkoordina l-prevenzjoni tal-korruzzjoni u jiżgura l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-istrateġija nazzjonali kontra l-korruzzjoni fis-settur rilevanti. Il-koordinaturi tal-prevenzjoni tal-korruzzjoni jirrapportaw ukoll lill-Ministru rispettiv f’każ ta’ suspetti ta’ korruzzjoni jew riskji ta’ korruzzjoni. Meta jkun hemm evidenza ta’ korruzzjoni, huma jirrapportaw dan lill-pulizija. 34 Il-Kumitat Magħżul parlamentari Kontra l-Korruzzjoni jeżerċita skrutinju parlamentari fuq l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-korruzzjoni u jiddiskuti u jivvaluta l-inċidenti potenzjali ta’ korruzzjoni li jinvolvu uffiċjali speċifikati fl-Att Kontra l-Korruzzjoni. 35 Il-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Finanzjament tal-Partiti Politiċi jissorvelja l-finanzjament tal-partiti politiċi u jissorvelja l-legalità tal-kisba u l-infiq tal-finanzi ta’ partiti politiċi, koalizzjonijiet elettorali u kandidati indipendenti li jipparteċipaw fl-elezzjonijiet. 36

Ma hemmx fis-seħħ regoli komprensivi dwar il-protezzjoni tal-informaturi. L-emendi tal-2013 għall-Att Kontra l-Korruzzjoni jipprojbixxu lill-uffiċjali milli jaħbu l-korruzzjoni, u jirrikjedu li l-Aġenziji jipproteġu l-kunfidenzjalità ta’ informaturi b’rieda tajba. Madankollu, huma jirregolaw biss is-settur pubbliku, iżda mhux is-settur privat.

Il-lobbying mhuwiex regolat. Ma hemm l-ebda regoli legali li jistabbilixxu l-qafas u jirregolaw il-lobbying. Il-GRECO jirrakkomanda li jiġu adottati regoli dwar il-kuntatti bejn il-lobbyists u l-persuni li jkollhom funzjonijiet ta’ kwalità għolja (persons with top excutive functions, PTEFs), u li dawn il-kuntatti jsiru pubbliċi. 37 Il-Gvern qiegħed fil-proċess li jħejji abbozz ta’ regolament dwar il-lobbying għall-uffiċjali pubbliċi li jaħdmu fil-fergħa eżekuttiva.

Kien hemm xi dibattitu dwar il-ħtieġa li l-maniġers ta’ kumpaniji tal-istat jagħmlu l-interess ekonomiku tagħhom pubbliku . Fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-assi, l-Att Kontra l-Korruzzjoni adottat fl-2013 saħħaħ il-kapaċità tal-Kumitat Magħżul ta’ Kontra l-Korruzzjoni tal-Parlament. 38 It-titjib jinkludi estensjoni tal-ammont ta’ data li għandha tiġi ddikjarata u tal-kompetenza u d-drittijiet tal-Kumitat. Fuq il-bażi tal-Att rivedut, fl-2014 ġie stabbilit reġistru elettroniku tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi. Dawn huma, għall-kuntrarju tal-interessi ekonomiċi ta’ kumpaniji tal-istat, diġà disponibbli pubblikament u għalhekk soġġetti wkoll għal skrutinju pubbliku inkluż mill-media. Is-sistema għad-dikjarazzjoni tal-assi u l-interessi, effettiva mill-2014, tippermetti lil kull uffiċjal dikjarant li juża formola mimlija minn qabel u li jippreżenta d-dikjarazzjoni b’mod elettroniku. Id-dikjarazzjoni ppreżentata hija aċċessibbli għall-pubbliku għal tliet snin mid-data tal-preżentazzjoni. 39

Ġew introdotti dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-“revolving doors”. L-att dwar is-Servizz Ċivili jinkludi dispożizzjonijiet li skonthom uffiċjal li jinħeles mill-kariga ma jistax isir, fi żmien sena mill-jum tar-rilaxx, persuna konnessa 40 ma’ persuna ġuridika li fuqha l-uffiċjal eżerċita superviżjoni diretta jew kostanti matul l-aħħar sena.



III.Pluraliżmu tal-Media

Fl-Estonja, il-libertà ta’ espressjoni u d-dritt ta’ aċċess għal informazzjoni jsibu protezzjoni legali u formali fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Estonja. 41 Il-leġiżlazzjoni sekondarja tiżgura espressament id-dritt tal-ġurnalisti li jipproteġu s-sorsi tagħhom u jrawmu l-libertà tal-media fis-settur tar-radju u t-televiżjoni. 42 Id-dritt għall-informazzjoni huwa rikonoxxut b’mod espliċitu fil-Kostituzzjoni, fl-Att dwar l-Informazzjoni Pubblika 43 u fl-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali 44 . 45

Riforma ppjanata għandha l-għan li ssaħħaħ l-indipendenza tar-regolatur tal-media - l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Regolatorja Teknika (ECPTRA). ECPTRA hija organizzazzjoni governattiva stabbilita fl-2019 bl-għaqda tal-Bord għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Awtorità Regolatorja Teknika. L-awtorità qed topera bħala parti amministrattiva mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Komunikazzjonijiet. L-emendi għat-traspożizzjoni tad-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (Audiovisual Media Services Directive, AVMSD) 46 għandhom l-għan li jimmodifikaw il-kompiti, is-setgħat u l-kompetenzi ta’ ECPTRA. Kif imħabbar mill-awtoritajiet Estonjani, huma se jiddefinixxu wkoll l-istatus ta’ dan tal-aħħar bħala awtorità indipendenti skont ir-rekwiżiti dwar l-indipendenza, stabbiliti fl-AVMSD. 47

Il-Kunsill tal-Istampa tal-Estonja (Presssinõukogu) huwa korp volontarju awtoregolatorju. Huwa għandu l-kompitu li jittratta lmenti mill-pubbliku rigward materjal fl-istampa, portali online b’kontenut ġurnalistiku u fuq l-istazzjonijiet tax-xandir tas-servizz pubbliku. Il-Kunsill tal-istampa għandu 10 membri, fosthom sitta mis-settur tal-media u erba’ membri mhux membri minn setturi mhux tal-media, flimkien ma’ president b’rotazzjoni. Il-korp ġie stabbilit mill-Assoċjazzjoni Estonjana tal-Gazzetti. 48

Bħalissa ma hemm l-ebda dispożizzjoni legali speċifika li teħtieġ l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar is-sjieda. Madankollu, l-informazzjoni ġenerali relatata mal-intraprenditorija hija disponibbli elettronikament u l-aċċess għad-data fir-Reġistru Kummerċjali huwa b’xejn. 49 In-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-sjieda tal-media ħoloq xi tħassib. 50 Madankollu, l-abbozz ta’ att attwali li jittrasponi l-AVMSD jinkludi dispożizzjoni ġdida li tirregola data disponibbli pubblikament dwar l-istruttura u t-trasparenza tas-sjieda tal-media, fuq il-bażi tad-dispożizzjoni rilevanti fl-AVMSD 51 Attwalment, is-sjieda aħħarija tal-kumpaniji tal-media mhijiex disponibbli għall-pubbliku fil-każijiet kollha. Minħabba dan, l-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media tal-2020 (Media Pluralism Monitor, MPM 2020) ikkunsidrat is-sitwazzjoni fir-rigward tat-trasparenza tas-sjieda tal-media fl-Estonja bħala waħda li tippreżenta riskju medju. Fl-istess ħin, l-indikatur tal-pluralità tas-suq jirrappreżenta riskju għoli, minħabba l-konċentrazzjoni dejjem tikber orizzontali u vertikali tas-sjieda tal-media. Dan japplika b’mod partikolari għall-media reġjonali, li għandhom tradizzjoni qawwija fil-pajjiż. Missjoni ta’ 2018 Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Media ġibdet l-attenzjoni lejn il-konċentrazzjoni tal-media bħala kwistjoni ta’ tħassib 52 . Fir-rigward tal-media lokali, l-MPM 2020 enfasizza r-riskju medju relatat mal-indipendenza politika tal-media, bħala riżultat tan-nuqqas ta’ regoli li jirregolaw il-kunflitt ta’ interessi bejn is-sidien tal-media u l-partiti fil-gvern u l-politiċi. 53  

Id-dritt għall-informazzjoni huwa stabbilit fil-Kostituzzjoni, u l-Att dwar l-Informazzjoni Pubblika jirregola d-dritt tal-pubbliku li jaċċessa l-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi . Madankollu, kif indikat lill-Kummissjoni mill-partijiet ikkonċernati 54 u kif imsemmi mill-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media , hemm perċezzjoni li l-amministrazzjoni pubblika għandha t-tendenza li f’xi każijiet tiċħad l-aċċess għall-informazzjoni pubblika.

Il-qafas għall-protezzjoni tal-ġurnalisti huwa komprensiv. Huwa bbażat fuq il-libertà ta’ espressjoni, li hija espliċitament rikonoxxuta fil-Kostituzzjoni Estonjana u fl-Att dwar is-Servizzi tal-Media. Dan tal-aħħar jinkludi dispożizzjoni dwar il-protezzjoni tas-sors ta’ informazzjoni. Is-salvagwardji għall-protezzjoni tal-ġurnalisti huma inklużi wkoll fil-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. 55 Madankollu, il-priġunerija hija fost is-sanzjonijiet previsti għal xi każijiet speċifiċi ta’ malafama. 56 L-analiżi tal-indikatur dwar il-professjoni ġurnalistika, l-istandards u l-protezzjoni tippreżenta riskju baxx fl-MPM 2020. Madankollu, dan l-aħħar kien hemm xi tħassib dwar l-interferenza fix-xogħol tal-ġurnalisti investigattivi. 57 Fl-2019 u l-2020, il-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa biex tippromwovi l-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti ma ppubblikat l-ebda twissija rilevanti dwar l-Estonja. 58 Fl-2020, ġiet ippubblikata twissija waħda dwar l-allegati effetti dissważivi fuq il-libertà tal-media; madankollu, il-każ kien relatat minflok mal-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji maħruġa fil-livell tal-UE, kif ikkonfermat mill-Kummissjoni Ewropea fl-opinjoni tagħha tad-19 ta’ Ġunju 2020. 59

IV.Kwistjonijiet istituzzjonali oħra relatati mas-sistema ta’ kontrokontrolli

L-Estonja hija repubblika parlamentari b’Parlament wieħed, fejn l-Awla ta’ Reviżjoni Kostituzzjonali tista’ twettaq reviżjoni kostituzzjonali ex post, inkluż, taħt ċerti kundizzjonijiet, fuq il-bażi ta’ lment kostituzzjonali. Minbarra s-sistema ġudizzjarja, l-Uffiċċju tal-Kanċillier tal-Ġustizzja (ombudsperson) għandu rwol fis-sistema ta’ kontrolli u bilanċi. L-involviment tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati huwa appoġġat minn għodod avvanzati tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni.

Qiegħed jiġu żviluppati ambjent leġiżlattiv ġdid għat-tfassil tal-liġijiet u linji gwida ta’ politika leġiżlattiva biex ikomplu jtejbu l-faċilità tal-użu u l-inklużività għall-pubbliku u l-partijiet interessati. L-abbozzar leġiżlattiv huwa ggwidat mir-Regoli għall-Prattika Leġiżlattiva Tajba u l-Abbozzar Leġiżlattiv. 60 Il-proċess ġeneralment jibda bl-abbozzar ta’ “intenzjoni leġiżlattiva”, li tispjega l-kwistjoni li qed tiġi indirizzata, il-grupp fil-mira potenzjali, analiżi tas-sitwazzjoni attwali u l-għażliet ta’ politika, kif ukoll l-impatt potenzjali ta’ kwalunkwe azzjoni possibbli. 61 Il-ministeri huma meħtieġa jidentifikaw il-partijiet interessati li jkunu involuti kemm jista’ jkun kmieni, sa mhux aktar tard mill-istadju tal-abbozzar ta’ intenzjoni leġiżlattiva jew ta’ proposta biex jitfassal pjan ta’ żvilupp. Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati jridu jsiru f’mill-inqas żewġ stadji: meta jkun qed jiġi deċiż jekk għandux ikun hemm abbozz ta’ leġiżlazzjoni (intenzjoni) u meta tkun tfasslet il-leġiżlazzjoni, qabel ma titressaq quddiem il-Parlament. L-abbozzi ta’ leġiżlazzjoni kollha, atti leġiżlattivi, proposti għal abbozz ta’ pjan ta’ żvilupp jew kwistjonijiet potenzjalment sinifikanti oħrajn huma ppubblikati fis-sistema ta’ informazzjoni ta’ politika EIS (Eelõõut infosüsteem) għall-konsultazzjoni. Il-partijiet ikkonċernati huma wkoll regolarment impenjati direttament mat-talbiet għal input. Il-Ministeru tal-Ġustizzja qed jaħdem fuq proġett biex jinħoloq ambjent leġiżlattiv ġdid li jkun aktar faċli għall-utent, b’modi innovattivi għal abbozzar leġiżlattiv aħjar u aktar inklużiv. Abbozz ta’ Linji Gwida tal-2030 għall-Iżvilupp ta’ Politika Leġiżlattiva qed jiġu diskussi fil-Parlament, bl-objettiv li jiġġedded l-istandard għal politika leġislattiva tajba u li jservi bħala gwida għat-tfassil tal-politika, inkluż fir-rigward tal-involviment mal-partijiet ikkonċernati.

Ir-reviżjoni kostituzzjonali titwettaq mill-Awla tar-Reviżjoni Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema. Il-Qorti Suprema hija kemm l-ogħla qorti tat-tielet istanza kif ukoll il-qorti ta’ reviżjoni kostituzzjonali. L-Awla tar-Reviżjoni Kostituzzjonali tirrevedi l-kostituzzjonalità tal-liġijiet u leġiżlazzjoni oħra ta’ applikazzjoni ġenerali skont l-Att tal-Proċedura tal-Qorti ta’ Reviżjoni Kostituzzjonali. 62 Diversi tipi ta’ proċedimenti ta’ rieżami kostituzzjonali jistgħu jinbdew minn qorti, il-President tar-Repubblika, il-Kanċillier tal-Ġustizzja, kunsill tal-gvern lokali jew il-Parlament. Il-President jista’ jippreżenta petizzjoni biex jiddikjara Att li jkun ġie adottat mingħajr emendi mill-Parlament fuq it-tieni seduta ta’ smigħ, wara r-rifjut inizjali tal-President li jippromulga l-Att imsemmi li jmur kontra l-Kostituzzjoni (reviżjoni kostituzzjonali ex ante). Il-Kanċillier tal-Ġustizzja (Ombudsman) għandu wkoll rwol ewlieni fis-sistema ta’ reviżjoni kostituzzjonali tal-liġijiet, b’mod partikolari bid-dritt li jingħata bidu għal reviżjoni kostituzzjonali astratta ex post. 63 F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, il-Qorti, f’ċerti sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tippermetti lill-applikant jippreżenta lmenti individwali direttament quddiem il-Qorti Suprema qabel l-eżawriment tar-rimedji legali quddiem il-qrati inferjuri, jiġifieri f’sitwazzjonijiet fejn ma hemm l-ebda rimedju effettiv għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-applikant. 64

Emendi estiżi għall-mandat tal-Uffiċċju tal-Kanċillier għall-Ġustizzja (Ombudsman). Il-Kanċillier hija membru assoċjat mhux akkreditat tan-Network Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem. F’Jannar 2019, daħlet fis-seħħ leġiżlazzjoni ġdida 65 dwar l-istituzzjoni, li wessgħet il-mandat tagħha biex tippermettilha taġixxi bħala l-istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fl-Estonja. Il-Kanċillier tal-Ġustizzja għandu mandat wiesa’ u b’saħħtu, inkluż li jaġixxi bħala l-Mekkaniżmu Nazzjonali ta’ Prevenzjoni skont il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u l-Mekkaniżmu Nazzjonali ta’ Monitoraġġ taħt il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Twettaq ukoll il-funzjonijiet bħala l-Ombudsperson għat-Tfal. Reċentement, il-Kanċillier applika għall-akkreditazzjoni mal-Alleanza Globali tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u għaddej mill-proċess ta’ akkreditazzjoni.  66  

Fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19, l-Estonja ddikjarat sitwazzjoni ta’ emerġenza. Fit-12 ta’ Marzu 2020, il-Gvern Estonjan iddikjara sitwazzjoni ta’ emerġenza u ħatar lill-Prim Ministru bħala l-maniġer tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza. Fl-20 ta’ Marzu 2020, huwa informa lill-Kunsill tal-Ewropa skont il-klawżola ta’ deroga li tinsab fl-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (il-Konvenzjoni) li xi wħud mill-miżuri adottati biex jipproteġu s-“saħħa pubblika” jistgħu jinvolvu deroga minn ċerti obbligi tal-Estonja taħt il-Konvenzjoni. L-ordnijiet leġiżlattivi tal-Prim Ministru (bħala l-maniġer tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza) kienu miftuħa għal rieżami ġudizzjarju quddiem il-Qorti Amministrattiva (iżda mhux soġġetti għal skrutinju parlamentari jew presidenzjali). L-emerġenza ntemmet fit-18 ta’ Mejju 2020 (id-deroga skont l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tneħħiet dakinhar stess).

Qed jiġi żviluppat Pjan ta’ Żvilupp tas-Soċjetà Ċivili 2021-2030 ġdid. Fuq il-bażi tal-Kunċett ta’ Żvilupp tas-Soċjetà Ċivili tal-Estonja, il-Gvern jippromwovi s-soċjetà ċivili permezz tal-Pjan ta’ Żvilupp tas-Soċjetà Ċivili 2015-2020. 67 Mill-2018, il-Ministeru għall-Intern ilu jmexxi l-proċess tal-abbozzar ta’ Pjan ta’ Żvilupp tas-Soċjetà Ċivili ġdid 2021-2030, f’kooperazzjoni ma’ u bil-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet interessati, inklużi l-organizzazzjonijiet umbrella li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Estonja. Dan il-proċess inkluda laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma u konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati madwar il-kontej differenti tal-Estonja. 68 L-ispazju ċiviku fl-Estonja jitqies miftuħ. 69



Anness: Lista tas-sorsi f’ordni alfabetiku.*

* Il-lista tal-kontribuzzjonijiet irċevuti fil-kuntest tal-konsultazzjoni għar-rapport dwar l-Istat tad-Dritt 2020 tista’ tiġi aċċessata fuq (is-sit web tal-COM).

Centre for Media Pluralism and Media Freedom (2020), l-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media tal-2020. https://cmpf.eui.eu/media-pluralism-monitor/mpm-2020 .

Ċentru ta’ reġistri u sistemi ta’ informazzjoni, paġna web tal-Fajl elettroniku. https://www.rik.ee/en/international/e-file .

Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi tal-Informazzjoni, il-paġna web tar-Reġistru tan-Negozju Elettroniku. https://www.rik.ee/en/e-business-register .

CIVICUS, Monitor tracking civic space: Estonia. https://monitor.civicus.org/country/estonia/ .

Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (2020), Ewrobarometru Flash 482: l-attitudnijiet tan-negozji lejn il-korruzzjoni fl-UE.

Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (2020), Ewrobarometru Speċjali 502: korruzzjoni.

GRECO (2013), Fourth Evaluation Round – Evaluation Report on Estonia on corruption prevention in respect of members of parliament, judges and prosecutors.

GRECO (2015), Fourth Evaluation Round – Compliance Report on Estonia on corruption prevention in respect of members of parliament, judges and prosecutors.

GRECO (2017), Fourth Evaluation Round – Second Compliance Report on Estonia on corruption prevention in respect of members of parliament, judges and prosecutors.

GRECO (2018), Fifth Evaluation Round – Evaluation Report on Estonia on preventing corruption and promoting integrity in central governments (top executive functions) and law enforcement agencies.

Gvern Estonjan (2013), Strateġija kontra l-korruzzjoni għall-2013-2020, https://www.korruptsioon.ee/sites/www.korruptsioon.ee/files/elfinder/dokumendid/korruptsioonivastane_strateegia_2013-2020_1.pdf .

Gvern Estonjan (2020), Pjan ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-korruzzjoni għall-2013–2020 għall-2017–2020. https://www.korruptsioon.ee/sites/www.korruptsioon.ee/files/elfinder/dokumendid/lisa_2_rakendusplaan_2018-2020.pdf .

Gvern tal-Estonja (2020), kontribut għar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2020. 

Gvern Estonjan, Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Politika. http://eelnoud.valitsus.ee/main#ANx6shIc .

Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni L 305/17.

Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) L 95/1.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019, 2020), it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE.

In-Network Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem — ENNHRI (2020), L-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea: Rapporti mill-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja (2019), il-Kriminalità fl-Estonja - 2019. https://www.kriminaalpoliitika.ee/kuritegevuse-statistika/korruptsioon.html .

Il-Qorti Suprema tal-Estonja, Sentenza tas-17 ta’ Marzu 2003, 3-1-3-10-02. https://www.riigikohus.ee/en/constitutional-judgment-3-1-3-10-02  

Ir-regoli għall-Prattika Leġiżlattiva Tajba u l-Abbozzar Leġiżlattiv. https://www.riigiteataja.ee/en/eli/508012015003/consolide .

Kumitat Magħżul dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni, il-paġna web. https://www.riigikogu.ee/en/parliament-of-estonia/committees/anti-corruption-select-committee/ .

Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (2020), Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati biex tiġi organizzata l-amministrazzjoni tal-ġustizzja matul is-sitwazzjoni ta’ emerġenza. https://www.kohus.ee/sites/www.kohus.ee/files/elfinder/KHN%20recommendations.docx.pdf  

Kunsill tal-Ewropa, Pjattaforma biex Jippromwovu l-Protezzjoni tal-Ġurnaliżmu u s-Sikurezza tal-Ġurnalisti (2020), Tweġiba mill-Gvern tal-Estonja lill-pjattaforma li tikkonċerna l-aġenzija tal-Aħbarijiet tal-Istat Russu Sputnik. https://rm.coe.int/estonia-reply-en-sputnik-____day_dmy-/168099922f  

Kunsill tal-Ewropa, Pjattaforma biex tippromwovi l-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti, https://www.coe.int/en/web/media-freedom/the-platform  

Ministeru tal-Ġustizzja (2020), taħriġ elettroniku kontra l-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess fl-Estonja— paġna web fuq YouTube.  https://www.youtube.com/playlist?list=PL5JI001vz8bOi09N3PabBK2ogjrf0k03V .

Ministry of Justice (2019), Recorded crimes 2003-2018. https://www.kriminaalpoliitika.ee/sites/krimipoliitika/files/elfinder/dokumendid/registreeritud_kuriteod_2003-2018.xlsx .

Pjan ta’ Żvilupp tas-Soċjetà Ċivili tal-Estonja 2015-2020, https://www.siseministeerium.ee/sites/default/files/elfinder/article_files/estonian_cs_dev_plan_2015-2020_extract.pdf  

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riforma Nazzjonali tal-2020 tal-Estonja u li twassal opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-2020 tal-Estonja ST 8177/20 - COM(2020) 506 final.

Reporters without Borders (2020), Does crisis at leading daily mean end to investigative journalism in Estonia? https://rsf.org/en/news/does-crisis-leading-daily-mean-end-investigative-journalism-estonia .

Żjara virtwali fl-Estonja fil-kuntest tar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2020.



Anness II: Żjara fl-Estonja

F’Ġunju u f’Lulju tal-2020 is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom laqgħat virtwali ma’:

·Il-Kumitat Magħżul Parlamentari Kontra l-Korruzzjoni

·Il-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati

·Il-Kunsill tal-Istampa

·Il-Ministeru tal-Ġustizzja

·Il-Pulizija Kriminali Nazzjonali

·Il-Qorti Suprema

·L-Assoċjazzjoni Estonjana tal-Ġurnalisti

·L-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Regolatorja Teknika

·L-Uffiċċju tal-Prosekutur

·L-Unità tal-Intelligence Finanzjarja

·Transparency International Estonia

* Il-Kummissjoni ltaqgħet ukoll mal-organizzazzjonijiet li ġejjin f’għadd ta’ laqgħat orizzontali:

·Amnesty International

·Civil Liberties Union for Europe

·Civil Society Europe

·EuroCommerce

·European Center for Not-for-Profit Law

·European Centre for Press and Media Freedom

·European Civic Forum

·Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem

·Front Line Defenders

·ILGA-Europe

·Istitut Internazzjonali tal-Istampa

·Konferenza tal-Knejjes Ewropej

·Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġuristi

·Open Society Justice Initiative/Open Society European Policy Institute

·Pjattaforma ta’ Tagħlim tul il-Ħajja

·Reporters without Borders

·Stampa Ħielsa Mhux Limitata

·Transparency International EU

(1)      Il-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati huwa magħmul mill-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema, ħames imħallfin eletti mill-Qorti Suprema en banc għal tliet snin, żewġ membri tal-Parlament ( ex officio l-presidenti tal-Kumitat Legali u l-Kumitat Kostituzzjonali), avukat ġuramentat maħtur mill-Bord tal-Kamra tal-Avukati, il-Kap Prosekutur Pubbliku jew prosekutur pubbliku maħtur minnu, mill-Kanċillier tal-Ġustizzja (Ombudsman) jew minn rappreżentant maħtur minnu. Barra minn hekk, il-Ministru tal-Ġustizzja jew rappreżentant maħtur minnu għandu jipparteċipa fil-Kunsill bid-dritt li jitkellem iżda mingħajr id-dritt li jivvota. Il-Kunsill mhuwiex korp li jopera b’mod permanenti iżda Kunsill li għandu sessjonijiet regolari erba’ darbiet fis-sena u sessjonijiet straordinarji kull meta jkun hemm bżonn.
(2)      Il-Figuri 55 - 57, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2019. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jeżerċita kontroll superviżorju fuq is-servizz tal-prosekuzzjoni, madankollu, dan ma jestendix għall-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur fl-ippjanar tas-sorveljanza, il-proċedimenti kriminali preliminari u r-rappreżentanza tal-prosekuzzjoni pubblika fil-qorti. Ara l-Artikolu 9 tal-Att dwar l-Uffiċċju tal-Prosekuturi. Il-Prosekutur Ġenerali jinħatar mill-Gvern fuq proposta tal-ministru tal-ġustizzja wara li jikkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament.
(3)      L-Artikolu30 tal-Att dwar il-Qrati.
(4)      Il-Kumitat ta’ Eżami tal-Imħallfin huwa magħmul minn 10 membri u huwa fformat għal ħames snin. Sitta huma mħallfin mit-tliet livelli kollha, ġuristi magħżula mill-Fakultà tal-Liġi f’Tartu, persuna waħda magħżula mill-Ministru tal-Ġustizzja, avukat maħtur mill-Kamra tal-Avukati u prosekutur pubbliku maħtur mill-Prosekutur Ġenerali. Ara l-Artikolu 69 tal-Att dwar il-Qrati.
(5)      Għall-kompożizzjoni tal-awla, ara l-Artikolu 93 (1) - ħames imħallfin tal-Qorti Suprema, ħames imħallfin tal-qorti taċ-ċirkwit u ħames imħallfin tal-qrati tal-prim’istanza.
(6)      GRECO nnotat li l-Qorti Suprema tiddeċiedi fil-plenarja (19 tal-Ġustizzja) meta tagħmel proposti għall-ħatra tal-prim'istanza u tat-tieni istanza mħallfin tal-qorti, filwaqt li l-Awla ta’ Reviżjoni Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, magħmula minn disa’ mħallfin, isservi bħala l-istanza tal-appell. Skont GRECO, dan joħloq problema ta’ “imparzjalità strutturali” indirizzata f’diversi deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Ara GRECO Fourth Evaluation round – Evaluation report, il-paragrafu. 99. Ara wkoll GRECO Fourth Evaluation round - Second Compliance Report, il-paragrafi 39 – 44.
(7)      Il-Figuri 44 u 46, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020.
(8)      Il-Figura 48, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2020. Il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita huwa kkategorizzat kif ġej: baxx ħafna (inqas minn 30 % ta’ dawk li wieġbu jipperċepixxu l-indipendenza ġudizzjarja bħala pjuttost tajba u tajba ħafna); baxx (bejn 30 %-39 %), medju (bejn 40 %-59 %), għoli (bejn 60 %-75 %), għoli ħafna (aktar minn 75 %).
(9)      Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati li jiġu organizzati l-amministrazzjoni tal-ġustizzja matul is-sitwazzjoni ta’ emerġenza.
(10)      Ara l-Artikoli 39 u 41 tal-Kodiċi Ċivili: id-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qrati, tal-istrutturi tal-qrati, tal-post fejn jinsabu l-qrati u tal-qrati; id-determinazzjoni tan-numru ta’ mħallfin fil-qrati; il-ħatra fil-kariga u r-rilaxx bikri tal-presidenti tal-qrati; deċiżjoni li tippermetti lill-imħallef ikompli jservi wara li jilħaq l-età tal-irtirar; id-determinazzjoni tan-numru ta’ mħallfin onorarji; l-istabbiliment tal-kompożizzjoni tad-data tar-reġistru tas-sistema ta’ informazzjoni tal-qrati u l-proċedura għall-preżentazzjoni tagħha.
(11)      Ara l-Artikoli 39 u 41 tal-Kodiċi Ċivili: il-prinċipji tal-formazzjoni tal-baġits annwali tal-qrati; il-konformità tal-fondi allokati lill-qrati fil-baġit tal-Ministeru tal-Ġustizzja mal-prinċipji tal-formazzjoni tal-baġits annwali tal-qrati; il-kandidati għal pożizzjoni vakanti tal-ġustizzja tal-Qorti Suprema; rilaxx ta’ mħallef mill-kariga minħabba raġunijiet straordinarji.
(12)      Il-Figuri 27 - 29, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2020.
(13)      Kontribut mill-Estonja għar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt 2020.
(14)      Fajl elettroniku pubbliku jagħti aċċess għal kawżi ċivili, amministrattivi, kriminali u għal reati minuri. Għandu madwar 5 000 utent li jilloggjaw fis-sistema tal-anqas darba fil-ġimgħa u 50 000 talba minn sistemi ta’ klijenti kuljum.
(15)      Għal aktar tagħrif ara https://www.rik.ee/en/international/public-e-file.
(16)      Għal aktar tagħrif ara https://www.rik.ee/en/international/e-file.
(17)      Pereżempju, l-uffiċjali tal-ħabs ma jistgħux jaċċessaw informazzjoni dwar il-proċedimenti tal-qorti.
(18)      Permezz tas-CIS.
(19)       Permezz tal-fajl elettroniku pubbliku
(20)       B'talba mill-Istat Membru, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi għajnuna esperta mfassla apposta permezz tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali biex tgħinu jfassal u jimplimenta riformi li jtejbu t-tkabbir. Mill-2018, dan l-appoġġ ingħata lill-Estonja għal riformi fis-sistema ġudizzjarja. Billi l-Estonja hija waħda mill-aktar pajjiżi diġitalizzati fid-dinja, inkluż fil-livell tas-servizzi elettroniċi mis-settur pubbliku, meta mqabbla ma’ pajjiżi inqas diġitalizzati, b’hekk iċ-ċiberkriminalità potenzjalment għandha impatt kbir fuq l-istabbiltà, l-ekonomija u t-tkabbir tal-Estonja. L-appoġġ għandu l-għan li jiżviluppa unitajiet nazzjonali effettivi taċ-ċiberkriminalità fi ħdan il-pulizija, il-Bord tal-Gwardja tal-Fruntiera, l-Uffiċċju tal-Prosekutur u l-qrati sabiex jiġi miġġieled, investigat u ssir prosekuzzjoni ta’ theddid ċibernetiku.
(21)      Kontribut mill-Estonja għar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt 2020.
(22)      Il-Figuri 4 - 15, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2020.
(23)      Indiċi ta’ Transparency International 2020.
(24)      Ewrobarometru Speċjali 502 (2020).
(25)      Ewrobarometru Flash 482.
(26)      Kull ministeru ieħor għandu koordinatur għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni li jinħatar biex jimmaniġġa l-implimentazzjoni tal-politika ta’ kontra l-korruzzjoni fil-qasam ta’ kompetenza tagħha. In-network jiltaqa’ madwar erba’ sa ħames darbiet fis-sena u jinkludi wkoll rappreżentanti mill-pulizija, is-soċjetà ċivili, il-Parlament, l-uffiċċju tal-awditjar tal-istat u partijiet interessati oħra. Il-baġit tal-koordinazzjoni kontra l-korruzzjoni huwa bejn EUR 7 000 u EUR 15 000 għal proġetti kontra l-korruzzjoni, minbarra l-ispejjeż operazzjonali għall-persunal.
(27)      Strateġija tal-Gvern Estonjan Kontra l-Korruzzjoni 2013.
(28)      Korruptsioonivastase strateegia aastateks 2013-2020" rakendusplaan aastateks 2017-2020. 
(29)

     Il-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur għall-2020 huwa EUR 15 159 770, li jirrappreżenta żieda ta’ EUR 763 801 meta mqabbel mal-2019.

(30)      Il-Ministeru tal-Ġustizzja fl-Estonja – 2019, Il-Korruzzjoni. https://www.kriminaalpoliitika.ee/kuritegevusestatistika/korruptsioon.html.
(31)      Ministry of Justice, Recorded crimes 2003 – 2018, Tallinn, 2019.
(32)      Il-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur għall-2020 huwa EUR 15 159 770, li jirrappreżenta żieda ta’ EUR 763 801 meta mqabbel mal-2019. Noti ta’ spjegazzjoni għall-Baġit tal-Istat tal-2020. https://www.riigikogu.ee/download/52fab2ca-9670-4add-8347-4c880a647a63.
(33)      Fl-2019, kien hemm 33 persuna jaħdmu fil-Bureau. Il-baġit tas-CCB fl-2019 kien ta’ EUR 1,156,132. Ara wkoll https://www.politsei.ee/files/Korruptsioon/Trykised/korruptsioonsisu2017engnett.pdf?18996834f6.
(34)      Kuntatti għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni fil-ministeri, Korrutsioon.ee, https://www.korruptsioon.ee/en/anti-corruption-activity/corruption-prevention-contacts-ministries.
(35)      Il-Kumitat jikkonsisti minn ħames membri tal-Parlament u żewġ uffiċjali permanenti. Il-Kumitat jissorvelja l-konformità mar-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-membri tar-Riigikogu (il-Parlament) u jirrevedi d-dikjarazzjonijiet tal-assi tagħhom, jippreżenta lill-Parlament ħarsa ġenerali tal-attivitajiet tiegħu kull sena, iwettaq is-sorveljanza parlamentari tal-miżuri kontra l-korruzzjoni, inklużi laqgħat ma’ aġenziji tal-gvern, aġenziji tal-infurzar tal-liġi bħall-Pulizija tas-Sigurtà Interna, il-Pulizija Ċentrali Kriminali u l-Uffiċċju tal-Prosekutur biex jiġbor informazzjoni. Il-Kumitat Speċjali għandu d-dritt li jibgħat għal persuni u jitlob informazzjoni u dokumenti għall-ispezzjoni. Għandu wkoll id-dritt li jagħmel proposti biex tiġi emendata l-leġiżlazzjoni. Ara wkoll l-attivitajiet ta’ superviżjoni tal-Kumitat Magħżul ta’ Kontra l-Korruzzjoni: https://www.riigikogu.ee/en/parliament-of-estonia/committees/anti-corruption-select-committee/.
(36)      Il-Kumitat jikkonsisti f’membri maħtura mill-partiti politiċi rappreżentati fir-Rigikogu u rappreżentanti tal-Kanċillier tal-Ġustizzja, l-Awditur Ġenerali u l-Kumitat Elettorali Nazzjonali. Il-membri tal-Kumitat huma indipendenti u ma jirrappreżentawx l-interessi u l-pożizzjonijiet tal-organizzazzjonijiet li ħatruhom fix-xogħol tagħhom.
(37)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation Report, ir-Rakkomandazzjoni v.: “ li jiġu stabbiliti regoli biex jiggveraw (i) il-kuntatti bejn il-persuni ma’ funzjonijiet eżekuttivi superjuri u lobbisti/partijiet terzi li jfittxu biex jinfluwenzaw il-proċess pubbliku ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u (ii) l-iżvelar ta’ kuntatti bħal dawn u s-suġġetti diskussi”.
(38)      L-Att dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni. https://www.riigiteataja.ee/en/eli/521082014007/consolide. (mit-22.09.2014)
(39)      GRECO Fourth Evaluation Round- Compliance Report.
(40)      Il-persuna konnessa f’dan il-kuntest tfisser persuna ġuridika li fiha tal-inqas 1/10 tal-azjenda jew id-dritt li wieħed jakkwista sehem jappartjeni lil uffiċjal jew persuna konnessa miegħu jew magħha; u l-persuna ġuridika li fiha l-uffiċjal jew il-membru tal-familja huwa membru tal-korpi maniġerjali jew ta’ kontroll.
(41)      It-Taqsima 44-46, https://www.riigiteataja.ee/en/eli/521052015001/consolide.
(42)      L-Artikoli 15 u 13 tal-Att dwar is-Servizzi tal-Media, ara: www.riigiteataja.ee/en/eli/506112013019/consolide.
(43)      https://www.riigiteataja.ee/en/eli/514112013001/consolide.
(44)      LAtt dwar il-Protezzjoni tad-DataPersonali (Isikuandmete kaitse seadus) https://www.riigiteataja.ee/en/eli/523012019001/consolide.
(45)      Fl-2020, l-Estonja kienet fl-erbatax-il post fl-Indiċi tal-Libertà tal-Istampa ta’ Reporters Without Borders.
(46)      L-abbozz ta’ liġi li temenda d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE) għaddiet il-konsultazzjoni interistituzzjonali u se tiġi ppreżentata lill-Gvern għall-approvazzjoni f’Awwissu. Se tiġi diskussa fil-Parlament f’Settembru.
(47)      L-Artikolu 30 AVMSD.
(48)      is-sit web tal-Assoċjazzjoni Estonjana tal-Gazzetti (Eesti Ajalehtede Liit) fuq il-Kunsill tal-Istampa tal-Estonja (Presinõukogu), http://vana.meedialiit.ee/pressinoukogu/index-eng.html.
(49)      Ir-reġistru tan-Negozju jinsab hawnhekk: https://www.rik.ee/en/e-business-register.
(50)      L-informazzjoni rċevuta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż u tal-proċess ta’ konsultazzjoni għat-tħejjija tar-rapport
(51)      l-Artikolu 5 tal-AVMSD.
(52)      Missjoni konġunta tal-EFJ-ECPMF fil-pajjiżi Baltiċi tal-2018 https://adobeindd.com/view/publications/c17c50d1-7733-41c3-b0fd-de8de57e8d9a/alnr/publication-web-resources/pdf/FFM_Baltics_cc.pdf.
(53)      Dawn is-sejbiet ġew ikkonfermati b’informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż.
(54)      Informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż.
(55)      It-Taqsima 72 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali - https://www.riigiteataja.ee/en/eli/530102013093/consolide.
(56)      Dekriminalizzazzjoni u Defamazzjoni, https://cmpf.eui.eu/wp-content/uploads/2019/01/decriminalisation-of-defamation_Infographic.pdf.
Hemm biss istanzi tassew speċifiċi għal defamazzjoni ta’ kategorija differenti ta’ persuni li jistgħu jirriżultaw f’ħabż (persuni li jgawdu mill-immunità internazzjonali § 247; rappreżentant tal-awtorità tal-Istat § 275; imħallef/qorti § 305 tal-Kodiċi Penali).
(57)      “Reporters without Borders (RSF) huma estremament ikkonċernati għall-futur tal-ġurnaliżmu indipendenti fl-Estonja, fejn kważi r-reporters investigattivi kollha u l-edituri tal-uffiċċju tal-opinjoni telqu minn Postimees, il-gazzetta ewlenija ta’ kuljum tal-pajjiż, f’dawn l-aħħar ġimgħat, u qalet li huma ma għadhomx jafdaw il-ġestjoni tagħha”. RSF diġà esprimiet tħassib dwar il-kontroll ta’ Linnamäe ta’ Postimees f’April 2019, meta l-ġurnalisti tagħha qalu li kienu taħt diversi forom ta’ pressjoni biex ikopru avvenimenti marbuta mal-lista twila l-oħra tiegħu ta’ interessi tan-negozju”, Jannar 2020, https://rsf.org/en/news/does-crisis-leading-daily-mean-end-investigative-journalism-estonia.
(58)      Il-Kunsill tal-Ewropa, il-Pjattaforma għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti.
(59)      Il-Kunsill tal-Ewropa, Pjattaforma biex Jippromwovu l-Protezzjoni tal-Ġurnaliżmu u s-Sikurezza tal-Ġurnalisti, Tweġiba mill-Gvern tal-Estonja lill-pjattaforma li tikkonċerna l-aġenzija tal-Aħbarijiet tal-Istat Russu Sputnik.
Fid-19 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni Ewropea adottat opinjoni dwar l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji imposti permess tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, li skonthom l-Estonja implimentat is-sanzjonijiet finanzjarji fil-konfront ta’ Rossiya Segodnya (Sputnik-Estonia) b’mod leġittimu. Ara l-Opinjoni dwar l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji imposti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/200619-opinion-financial-sanctions_en.pdf.
(60)      https://www.riigiteataja.ee/en/eli/508012015003/consolide.
(61)      L-aċċess għal dawn id-dokumenti kollha huwa disponibbli b’xejn għall-pubbliku permezz ta’ abbozz ta’ leġiżlazzjoni u ta’ sistema ta’ informazzjoni politika (Eelõõut infosüsteem jew EIS, li tinsab fuq http://eelnoud.valitsus.ee/main#ANx6shIc.
(62)      Għall-att sħiħ ara https://www.riigiteataja.ee/en/eli/512122019006/consolide.
(63)      L-Artikolu 6 tal-Att ta' Proċedura tal-Qorti għar-Rieżami Kostituzzjonali.
(64)      Sentenza tal-Qorti Suprema en banc, 3-1-3-10-02, 17 ta’ Marzu 2003.
(65)      Ara l-emendi ta’ Jannar 2019 għall-Att tal-Kanċillier tal-Ġustizzja.
(66)      L-akkreditament mill-ġdid għal status A skont il-Prinċipji ta’ Pariġi tan-NU, li kien skedat għal Marzu 2020, ġie pospost minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Ara wkoll ENNHRI, The rule of law in the European Union, Reports from national human rights institutions, p. 73.
(67)      https://www.siseministeerium.ee/sites/default/files/elfinder/article_files/estonian_cs_dev_plan_2015-2020_extract.pdf.
(68)      Kontribut mill-Estonja għar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt 2020.
(69)      Ara l-klassifikazzjoni mogħtija minn CIVICUS; il-klassifikazzjonijiet huma fuq skala ta’ ħames kategoriji definiti bħala: miftuħa, ristretta, imxekkla, repressa u magħluqa.