Brussell, 29.5.2020

COM(2020) 461 final

2020/0110(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

It-tifqigħa tal-marda tal-Coronavirus (“COVID-19”) ġiet iddikjarata bħala pandemija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fil-11 ta’ Marzu 2020. Minn dak iż-żmien ’il hawn, il-pajjiżi madwar id-dinja adottaw miżuri straordinarji biex iwieġbu għat-tifqigħa u jrażżnuha.

Il-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 qed ikollha impatt kbir fuq is-soċjetajiet madwar id-dinja, mis-sistemi tas-saħħa sal-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi globali serji. Din tirrappreżenta sfida importanti għall-pajjiżi terzi b’istituzzjonijiet dgħajfa u / jew li qed jaffaċjaw kunflitti jew kriżijiet oħra bħal diżastri naturali. Il-gruppi vulnerabbli fosthom ir-refuġjati u l-persuni spostati jaf qegħdin f’riskju partikolari. L-istrateġija ta’ rispons tal-Unjoni jenħtieġ li tkun komprensiva, koerenti u integrata, filwaqt li tittratta s-saħħa pubblika u l-isfidi soċjoekonomiċi kif ukoll twieġeb għall-bżonnijiet umanitarji immedjati maħluqa jew aggravati mill-pandemija.

Din is-sitwazzjoni eċċezzjonali tirrikjedi approċċ koerenti u unifikat fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ ammonti sostanzjali ta’ investiment pubbliku u privat biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi tat-tifqigħa tal-COVID-19.

Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi pakkett ambizzjuż fosthom proposta biex jiġi stabbilit il-European Union Recovery Instrument (Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru). Minbarra l-appoġġ għall-ekonomiji kemm fl-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi, l-istrument jenħtieġ ukoll jirrinforza l-assistenza umanitarja tal-UE u jappoġġa l-bini tal-kapaċità biex jittejbu l-prevenzjoni tal-kriżijiet tal-futur u t-tħejjija għalihom.

Huwa propost li dawn il-miżuri jitwettqu skont strumenti u programmi speċifiċi tal-Unjoni u f’konformità mal-atti tal-Unjoni rilevanti li jistipulaw ir-regoli għal dawn l-istrumenti u l-programmi.

Għaldaqstant huwa meħtieġ li jingħata lok għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri permezz tal-mekkaniżmi eżekuttivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata mill-Artikolu 214(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

•Sussidjarjetà u proporzjonalità

Il-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru jidħol fid-dettall tal-kunsiderazzjonijiet tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

•Għażla tal-istrument

Dan ir-Regolament jemenda r-Regolament (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

1 2 L-Anness 8 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD(2018) 337 final jipprovdi informazzjoni addizzjonali. Informazzjoni addizzjonali dwar il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rigward l-għajnuna umanitarja hija disponibbli wkoll fuq l-internet.

•Evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt

3 L-Anness 8 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD(2018) 337 final jipprovdi informazzjoni addizzjonali. Regolarment isiru wkoll evalwazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja u huma disponibbli fuq l-internet.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-Unjoni se tqiegħed għad-disponibbiltà finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Għajnuna Umanitarja. Ammont ta’ EUR 5 468 000 000 (fi prezzijiet kurrenti) se jinġieb mill-finanzjament mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru.

Fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva hemm provduti aktar dettalji dwar l-implikazzjonijiet għall-baġit.

5.ELEMENTI OĦRA

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-qafas ġuridiku huwa magħmul minn modifiki mmirati tar-Regolament (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja.

L-emendi prinċipali li ddaħħlu għandhom l-għan li:

–Jagħtu lok għall-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fil-proposta għal Regolament li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru permezz tal-mekkaniżmi eżekuttivi tal-Għajnuna Umanitarja;

–Jagħtu lok għall-finanzjament mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru bħala dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju;

–Jiżguraw il-konformità mal-iskadenza fil-mira stipulati fl-Artikolu 4 tal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru permezz ta’ kontroreferenzi kif suppost;

2020/0110 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 214(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-kriżi tal-pandemija tal-Covid-19 qed ikollha impatt kbir fuq is-soċjetajiet madwar id-dinja, mis-sistemi tas-saħħa sal-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi dinjija serji, kif ukoll qed toħloq u tiggrava l-bżonnijiet umanitarji.

(2)Il-pajjiżi terzi b’istituzzjonijiet tal-Istat dgħajfa huma partikolarment vulnerabbli għall-impatt tal-pandemija. Dan se jwassal / wassal għal domanda li qed tiżdied fuq l-atturi umanitarji biex jipprovdu rispons immedjat, effettiv, effiċjenti u koerenti u biex jappoġġaw lill-komunitajiet lokali tal-pajjiżi terzi. L-istrateġija ta’ rispons tal-Unjoni jenħtieġ li tkun komprensiva, koerenti u integrata, tittratta s-saħħa pubblika, l-isfidi soċjoekonomiċi kif ukoll tittratta l-isfidi umanitarji. B’mod partikolari, il-pajjiżi u l-popolazzjonijiet vulnerabbli jinsabu f’riskju u jeħtieġu assistenza, għajnuna u protezzjoni.

(3)F’konformità mar-Regolament [Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fih, jenħtieġ li jittieħdu miżuri ta’ rkupru u resistenza fl-ambitu tal-Għajnuna Umanitarja biex jindirizzaw l-impatt bla preċedent tal-kriżi tal-COVID-19.  Jenħtieġ li riżorsi addizzjonali bħal dawn jintużaw b’tali mod li jiżgura l-konformità mal-iskadenzi previsti fir-Regolament [ERI].   

(4)Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) 1257/96 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) 1257/96 huwa emendat kif ġej:

(1)Jiddaħħal l-Artikolu 14a:

Artikolu 14a

Riżorsi mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati skont dan il-Programm permezz tal-ammonti msemmija fil-punt (vii) tal-Artikolu 3(2)(a) ta’ dak ir-Regolament, soġġetti għall-Artikolu 4(4) u (8) tiegħu.

Dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.FRAMEWORK OF THE PROPOSAL/INITIATIVE

1.1.Title of the proposal/initiative

1.2.Policy area(s) concerned (Programme cluster)

1.3.The proposal/initiative relates to:

1.4.Grounds for the proposal/initiative

1.4.1.Requirement(s) to be met in the short or long term including a detailed timeline for roll-out of the implementation of the initiative

1.4.2.Added value of Union involvement (it may result from different factors, e.g. coordination gains, legal certainty, greater effectiveness or complementarities). For the purposes of this point 'added value of Union involvement' is the value resulting from Union intervention which is additional to the value that would have been otherwise created by Member States alone.

1.4.3.Lessons learned from similar experiences in the past

1.4.4.Compatibility and possible synergy with other appropriate instruments

1.5.Duration and financial impact

1.6.Management mode(s) planned

2.MANAGEMENT MEASURES

2.1.Monitoring and reporting rules

2.2.Management and control system(s)

2.3.Measures to prevent fraud and irregularities

3.ESTIMATED FINANCIAL IMPACT OF THE PROPOSAL/INITIATIVE

3.1.Headings of the multiannual financial framework and new expenditure budget line(s) proposed

3.2.Estimated impact on expenditure

3.2.1.Summary of estimated impact on expenditure

3.2.2.Summary of estimated impact on appropriations of an administrative nature

3.3.Estimated impact on revenue

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva 

Proposta għal emenda tar-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

15 Azzjoni Esterna

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda: 

◻ azzjoni ġdida 

◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 4  

X l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

◻ fużjoni jew ir-ridirezzjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.4.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi(u) ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil, inkluża skeda ta’ żmien dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Din l-emenda fil-mira tar-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja hija pproposta fil-qafas tal-proposta għal QFP (2021-2027) rivedut inkluż l-Istrument Ewropew għall-Irkupru. Dan l-istrument il-ġdid se jipprovdi fondi għall-Għajnuna umanitarja, flimkien ma’ programmi oħra, għal perjodu ta’ żmien limitat ’il fuq mil-limiti massimi stabbiliti għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament mill-QFP, bħala dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju.

L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet rilevanti skont l-Għajnuna umanitarja għandha l-għan li tappoġġa lill-pajjiżi terzi biex jegħlbu l-effetti negattivi tal-pandemija tal-COVID-19 u jippromovu r-reżiljenza.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li b’mod ieħor kien kieku jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

(1)    L-imxija tal-marda tal-coronavirus (“COVID-19”), li fil-11 ta’ Marzu 2020 ġiet iddikjarata bħala pandemija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa poġġiet pressjoni enormi fuq il-pajjiżi terzi, b’mod partikolari fuq il-pajjiżi li qed jiffaċċjaw kunflitti jew tipi oħra ta’ kriżijiet. Barra minn hekk, sabiex irażżnu l-imxija, il-pajjiżi terzi adottaw sett ta’ miżuri bla preċedent. Dawn il-miżuri kkawżaw tfixkil sinifikanti fl-attivitajiet ekonomiċi li ħolqu aktar diffikultajiet lis-sistemi diġà mdgħajfa f’xi wħud mill-pajjiżi. B’mod partikolari, dawn il-miżuri fixklu l-katini ta’ provvista u l-produzzjoni u kienu l-kaġun ta’ assenzi mil-lant tax-xogħol. B’mod aktar ġenerali, dawn il-miżuri diġà wasslu jew se jwasslu għal deterjorament serju tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ bosta negozji fil-pajjiżi terzi.

(2)    Din il-kriżi nfirxet f’ħakka t’għajn fit-territorju tal-Unjoni u fil-pajjiżi terzi. Issa huwa previst tnaqqis f’daqqa tat-tkabbir madwar id-dinja fl-2020 li jaf jibqa’ għaddej sal-2021. Dan jaf ikollu konsegwenzi partikolarment imwiegħra għall-pajjiżi terzi u l-popolazzjonijiet jew il-gruppi vulnerabbli tagħhom (eż. ir-refuġjati), b’mod partikolari jekk dawn jiżdiedu ma’ sfidi oħra bħall-kunflitti, id-diżastri naturali jew il-kollass tas-sistema tas-saħħa fil-pajjiżi terzi.

(3)    Din is-sitwazzjoni ta’ eċċezzjoni tirrikjedi approċċ koerenti u unifikat fil-livell tal-Unjoni biex jiġi evitat aktar deterjorament tal-ekonomija u biex tingħata spinta lill-irkupru bbilanċjat tal-attività ekonomika, filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità u ż-żieda fl-investimenti fuq tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. Apparti minn hekk, minħabba implikazzjonijiet kbar għall-pajjiżi terzi jew il-gruppi vulnerabbli li qed jiffaċċjaw sfidi oħra bħall-kunflitt, il-faqar, diżastri naturali, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit Strument tal-UE għall-Irkupru biex jittratta l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 jew il-ħtiġijiet immedjati ta’ finanzjament biex ma terġax titfaċċa.

(5) Apparti l-appoġġ lill-ekonomiji kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi terzi għal attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni relatati mas-saħħa u l-klima fl-Unjoni, jenħtieġ li l-istrument jirrinforza l-appoġġ li tista’ tipprovdi l-UE f’każijiet ta’ ħtiġijiet umanitarji.

(6) Il-qagħda umanitarja kumplessiva, kif ukoll ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-pajjiżi tal-viċinat u fil-fażi tal-iżvilupp huma ta’ rilevanza kbira għall-ekonomija fl-Unjoni. Għal din ir-raġuni, u skont ir-rwol u r-responsabbiltà globali tal-Unjoni kif ukoll il-valuri tagħha, ir-riżorsi finanzjarji mill-Istrument tal-UE għall-Irkupru permezz tal-NDICI jenħtieġ li jintużaw ukoll biex jipprovdu appoġġ għall-isforzi ta’ dawk il-pajjiżi biex jiġġieldu l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u jirkupraw minnha. Jenħtieġ ukoll li jintużaw, permezz tal-Għajnuna umanitarja, biex jipprovdu solliev umanitarju lill-popolazzjonijiet fil-bżonn, inkluż l-appoġġ tant meħtieġ għas-servizzi tas-saħħa tal-pajjiżi terzi.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-esperjenza mill-QFP 2014-2020 turi li l-allokazzjonijiet annwali għall-Għajnuna umanitarja ma kinux biżżejjed biex ikopru l-bosta kriżijiet umanitarji madwar id-dinja li ħadu fit-tul jew li tfaċċaw ġodda. Għal din ir-raġuni, kellu jkun hemm rinforzi estensivi permezz tal-użu tar-Riżerva tal-Għajnuna f’Emerġenza u sorsi oħra. Din il-proposta twieġeb għall-ħtiġijiet addizzjonali mhux previsti relatati mal-COVID-19 billi żżid id-disponibbiltà tar-riżorsi addizzjonali li jmorru lil hinn mill-ammonti tal-QFP 2021-2027.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Minbarra s-sinerġiji mal-NDICI, l-inizjattivi attwali fil-kuntest tal-proposta għal QFP rivedut tistabbilixxi sinerġiji qawwija bejn l-Għajnuna umanitarja u l-Istrument Ewropew għall-Irkupru, stabbilit permezz tar-Regolament propost (UE) XXX/XX. Dan tal-aħħar se jippermetti li jiġu pprovduti fondi lil dawn il-programmi settorjali għal perjodu ta’ żmien limitat ’il fuq mil-limiti massimi tal-QFP kaġun tal-komplementarjetà tal-oġġettivitajiet u l-funzjonament ta’ dawn l-istrumenti u fid-dawl tar-raġunament u l-valur miżjud ippreżentati fit-Taqsima 1.4.2. aktar ’il fuq.

1.5.Durata u impatt finanzjarju 

◻ durata limitata

–◻    fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

–◻    Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

X durata illimitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2021 ’il quddiem,

–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 5   

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

–X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–◻    mill-aġenziji eżekuttivi

◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

X Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

–X lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

–◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

–X lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

–X lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti:

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

F’konformità mar-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja, il-Kummissjoni twettaq monitoraġġ u tivvaluta l-ħidmiet fl-ambitu tal-Għajnuna umanitarja skont il-proċeduri baġitarji u proċeduri oħra fis-seħħ, b’mod partikolari dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-UE. Il-Kummissjoni tivvaluta regolarment il-ħidmiet tal-għajnuna umanitarja biex tistabbilixxi jekk dawn ikunux laħqu l-għanijiet tagħhom u biex toħloq linji gwida għat-titjib tal-effettività tal-ħidmiet li jiġu wara. Il-Kummissjoni tirrapporta lill-Kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

Sabiex tiżgura t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont dwar kif intefqu l-fondi Ewropej għall-għajnuna, fi tmiem kull sena, id-dipartiment tal-Kummissjoni Ewropea għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja (ECHO) jistabbilixxi rapport annwali. Ir-rapport ikun disponibbli għall-pubbliku, jippreżenta l-mod kif ikun intefaq il-baġit u liema attivitajiet twettqu. Id-DĠ ECHO jkun soġġett regolarment għal rieżami annwali ddettaljat tal-proċeduri u tal-validazzjoni tan-nefqa tiegħu. L- awditi jitwettqu mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni. Id-DĠ ECHO jwettaq ukoll l-awditi tas-sħab biex jivvalutaw jekk l-għotjiet ikunux intefqu skont ir-regoli stipulati, u biex jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex tittejjeb il-ġestjoni finanzjarja mis-sħab.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Id-DĠ ECHO għandu fis-seħħ Strateġija Kontra l-Frodi. L-Istrateġija tkopri l-oqsma ewlenin kollha bħall-istadji kollha taċ-ċiklu ta’ kontra l-frodi (il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni); il-frodi interna u l-frodi esterna; l-attivitajiet kollha tad-DĠ, b’mod partikolari l-azzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili; il-modi ta’ ġestjoni diretta u indiretta; u r-reżistenza tal-leġiżlazzjoni għall-frodi.

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarji ġodda tan-nefqa proposta/i 

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura 6. Il-Viċinat u d-Dinja

Diff./Mhux diff 6 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 7

mill-pajjiżi kandidati 8

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

6

15 01 02 Sostenn għan-nefqa ta’ “Għajnuna Umanitarja”

Mhux diff.

IVA

IVA

IVA

LE

6

15 03 01 Għajnuna umanitarja

Diff.

IVA

IVA

IVA

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Minbarra r-riżorsi li tqiegħdu għad-disponibbiltà skont il-limitu massimu tal-QFP għall-Intestatura [EUR 5 468 000 000 ] (fi prezzijiet kurrenti) se jkunu disponibbli bħala dħul assenjat estern, skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju bħala finanzjament mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru. Minn dawn sa massimu ta’ EUR 42 000 000 jistgħu jiġu ddedikati għan-nefqa amministrattiva, inklużi l-kostijiet tal-persunal estern.

Il-qsim indikattiv tan-nefqa mid-dħul assenjat estern huwa kif ġej:

[–Għajnuna umanitarja]

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Nefqa operazzjonali mid-dħul assenjat estern tal-EURI

Impenji

(1)

1 316,170

1 341,170

1 368,170

1 400,490

-

-

-

5 426,000

Pagamenti

(2)

864,621

1 214,845

1 356,504

1.383,504

477,110

129,416

-

5 426,000

Nefqa għas-sostenn amministrattiv mid-dħul assenjat estern tal-EURI

Impenji = Pagamenti

(3)

5,830

7,830

7,830

7,830

5,830

4,230

2,620

42,000

Dħul assenjat estern totali:

Impenji

=1+3

1 322,000

1 349,000

1 376,000

1 408,320

5,830

4,230

2,620

5 468,000

Pagamenti

=2+3

870,451

1 222,675

1 364,334

1 391,334

482,940

133,646

2,620

5 468,000



L-intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

-

-

-

-

-

-

-

-

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

-

-

-

-

-

-

-

-

Barra mill-INTESTATURA 7 9  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani - dħul assenjat estern (mhux riċerka)

4,000

6,000

6,000

6,000

4,000

2,400

0,800

29,200

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva - dħul assenjat estern (mhux riċerka)

1,830

1,830

1,830

1,830

1,830

1,830

1,820

12,800

Subtotal għad-dħul assenjat estern (mhux riċerka)

5,830

7,830

7,830

7,830

5,830

4,230

2,620

42,000

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

5,830

7,830

7,830

7,830

5,830

4,230

2,620

42,000

TOTAL

5,830

7,830

7,830

7,830

5,830

4,230

2,620

42,000

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji. Il-persunal addizzjonali se jkun biss persunal estern u se jkun iffinanzjat unikament mid-dħul assenjat.

3.2.2.1.Ir-rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

–☑    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

Id-delegazzjonijiet

Ir-riċerka

• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  10

Intestatura 7

Iffinanzjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  11

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Oħrajn: dħul assenjat estern (riċerka)

Oħrajn: dħul assenjat estern (mhux riċerka)

50

75

75

75

50

30

10

TOTAL

50

75

75

75

50

30

10

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji. Il-persunal addizzjonali se jkun biss persunal estern u se jkun iffinanzjat unikament mid-dħul assenjat.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Persunal estern

Il-persunal estern se jassisti lill-uffiċjali u lill-aġenti temporanji biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fir-Regolament ERI u li għandhom jiġu implimentati fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja.

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

–X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–◻    fuq ir-riżorsi proprji

–◻    fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa ◻    

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħrajn (eż. il-metodu/il-formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra). 

(1)    https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/budget-may2018-neighbourhood-world-swd_en.pdf
(2)    https://ec.europa.eu/echo/partnerships/consultations/consultations_en
(3)    https://ec.europa.eu/echo/funding-evaluations/evaluations_en
(4)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(5)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit ta’ BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(6)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(7)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(8)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(9)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(10)    AC= Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
(11)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).