Brussell, 2.6.2020

COM(2020) 220 final

2020/0097(COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

·Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Din il-proposta intiża biex tintroduċi xi tibdil immirat fuq id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (“id-Deċiżjoni”) dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“Mekkaniżmu tal-Unjoni”), li fil-kuntest tiegħu l-Unjoni Ewropea tappoġġa, tikkoordina u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem kemm fl-Unjoni kif ukoll lil hinn minnha. Bil-prinċipji tas-solidarjetà u r-responsabbiltà kondiviża bħala pedament, l-objettiv komplessiv ta’ din il-proposta huwa li jiżgura li l-Unjoni tkun tista’ tipprovdi appoġġ fil-kriżijiet u appoġġ ta’ emerġenza ta’ kwalità aħjar liċ-ċittadini tagħha fl-Ewropa u lil hinn.

Din il-proposta tibni fuq il-progress li nkiseb sa issa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-kunsiderazzjonijiet u d-deliberazzjonijiet tagħhom dwar il-proposta tal-Kummissjoni COM(2019) 125 final 1 .

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wera kemm huwa għodda utli biex jimmobilizza u jikkoordina l-assistenza mogħtija mill-Istati Parteċipanti b’reazzjoni għal kriżijiet ġewwa u barra mill-Unjoni, u b’hekk kien prova tanġibbli tas-solidarjetà Ewropea. Bl-istess mod, fil-kuntest tal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza, l-Unjoni se tiffaċilita temporanjament it-trasferiment ta’ pazjenti u persunal mediku bejn l-Istati Membru, li huwa kontribut essenzjali li jġib benefiċċji tanġibbli meta titqies id-dimensjoni transfruntiera tal-azzjonijiet. Madankollu, il-pandemija tal-COVID-19 uriet il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija aħjar għall-emerġenzi fuq skala kbira li jseħħu l-ġejjieni, filwaqt li tat prova tal-limitazzjonijiet tal-qafas ta’ bħalissa. L-interkonnettività tas-soċjetajiet tagħna li qed iħabbtu wiċċhom mal-istess emerġenza u d-diffikultà li rriżultat meta ġew biex jgħinu lil xulxin uriet il-ħtieġa għal azzjoni msaħħa fil-livell tal-Unjoni, kif intalab ukoll fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2020.

Bħalissa l-Mekkaniżmu tal-Unjoni jiddependi totalment fuq ir-riżorsi tal-Istati Membri. Kif ħareġ fid-dieher f’dawn l-aħħar xhur, ħafna drabi din is-sistema ta’ solidarjetà reċiproka Ewropa tibda togħtor jekk l-Istati Membri kollha, jew parti kbira minnhom, jintlaqtu mill-istess emerġenza fl-istess waqt u għaldaqstant ma jkunux jistgħu jgħinu lil xulxin. F’każijiet bħal dawn ta’ emerġenzi fuq skala kbira u b’impatt enormi, bħalissa l-Unjoni ma għandhiex il-kapaċità li tinvolvi ruħha biżżejjed biex tindirizza dawn il-lakuni b’mod suffiċjenti. Biex tiġi żgurata reazzjoni ġenerali effettiva tal-Unjoni għal emerġenzi fuq skala kbira l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu bżonn ikun aktar flessibbli u awtonomu - biex ikun jista’ jaġixxi fil-livell tal-Unjoni meta Stat Membru jinħakem minn sitwazzjoni u ma jkunx jista’ jieħu azzjoni huwa stess.

Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tisfrutta s-setgħa sħiħa tal-baġit tal-UE biex timmobilizza l-investiment u l-konċentrazzjoni fil-bidu tal-appoġġ finanzjarju fl-ewwel snin kruċjali tal-irkupru. Dawn il-proposti huma msejsa fuq:

•          Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea ta’ emerġenza bħala miżura eċċezzjonali, imsejjes fuq l-Artikolu 122 TFUE, li l-finanzjament tiegħu se jkun ibbażat fuq is-setgħa prevista fil-proposta tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji. Il-fondi se jippermettu l-implimentazzjoni ta’ miżuri b’azzjoni rapida li jħarsu l-għajxien tan-nies, itejbu l-prevenzjoni u jsaħħu r-reżiljenza u l-irkupru b’reazzjoni għall-kriżi.

•        Qafas Finanzjarju Pluriennali msaħħaħ għas-snin 2021-2027.

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni qed tipproponi reviżjoni mmirata tal-leġiżlazzjoni kurrenti dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni biex tindirizza l-isfidi ewlenin li qed iħabbat wiċċu magħhom il-Mekkaniżmu tal-Unjoni llum. It-tibdil se jippermetti lill-Mekkaniżmu tal-Unjoni jaġixxi b’mod aktar effiċjenti u effettiv, jindirizza l-lakuni eżistenti u jsalva ħajjet in-nies. F’termini konkreti, it-tibdil li jinsab f’din il-proposta għandu l-mira li jikseb l-għanijiet li ġejjin:

a)Isaħħaħ approċċ ta’ tħejjija transsettorjali u soċjetali għall-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri transfruntiera, fosthom il-ħolqien ta’ elementi ta’ xenarji bażi u ta’ ppjanar fil-livell Ewropew, b’kunsiderazzjoni dwar l-effett tat-tibdil fil-klima fuq ir-riskju ta’ diżastri.

b)jiżgura li l-Kummissjoni tkun tista’ takkwista direttament xibka ta’ sikurezza xierqa ta’ kapaċitajiet tar-rescEU;

c)jipprovdi lill-Kummissjoni il-kapaċità loġistika li tipprovdi servizzi tal-ajru bi skopijiet multipli fil-każ ta’ emerġenzi u li tiżgura t-trasport f’waqtu u l-għoti ta’ assistenza;

d)ifassal sistema aktar flessibbli għal reazzjoni għal emerġenzi fuq skala kbira;

e)isaħħaħ ir-rwol ta’ koordinazzjoni operazzjonali u ta’ monitoraġġ taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza bħala appoġġ għar-reazzjoni rapida u effettiva tal-UE fir-rigward ta’ firxa ta’ kriżijiet fl-Unjoni u lil hinn minnha, flimkien mal-mekkaniżmi eżistenti tar-reazzjoni għall-kriżijiet u b’konformità mal-arranġamenti interistituzzjonali eżistenti;

f)jippermetti investiment aktar b’saħħtu fit-tħejjija fil-livell tal-Unjoni u aktar simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-baġit;

g)jippermetti l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rkupru u reżiljenza skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili permezz ta’ finanzjament mill-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea, li jikkostitwixxi dħul assenjat estern b’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju .

Il-Mekkaniżmu msaħħaħ tal-Unjoni jippermetti lill-Unjoni u lill-Istati Membri li jkunu mħejjija aħjar għal kriżijiet fil-futur u jkunu jistgħu jirreaġixxu malajr u b’mod effettiv għalihom, partikolarment għal dawk b’impatt kbir meta jitqies it-tħarbit potenzjali fl-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna, kif joħroġ biċ-ċar fl-emerġenza tal-COVID-19. Fi żmien twil, il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-impatt tad-diżastri permezz ta’ tħejjija aħjar huma aktar kosteffettivi milli tingħata reazzjoni matul il-kriżi, partikolarment meta wieħed iqis kif it-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali qegħdin iżidu r-riskju ta’ diżastri madwar id-dinja kif ukoll fl-Unjoni.

·Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-Ewropa hija responsabbli li turi solidarjetà u li tgħin li dawk fil-bżonn. Din il-proposta se ssaħħaħ is-solidarjetà, li tirfed id-Deċiżjoni 1313/2013/UE, flimkien mal-prinċipji tar-responsabbiltà kondiviża u l-għoti ta’ rendikont.

Din il-proposta tibni fuq ir-riżultati pożittivi li nkisbu mill-qafas eżistenti, u hija maħsuba biex tirranġa n-nuqqasijiet tagħha b’dispożizzjonijiet imsaħħa biex tissokta tappoġġa, tikkoordina u tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri f’dan il-qasam.

·Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-azzjonijiet previsti skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni rivedut huma allinjati mal-objettiv kumplessiv tal-Unjoni li tiżgura li l-politiki u l-istrumenti rilevanti kollha tal-Unjoni jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Unjoni f’termini tal-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri b’approċċ ta’ “perikli kollha”, mir-reazzjoni u l-irkupru sal-prevenzjoni ta’ diżastri.

B’mod partikolari, qiegħda tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu żgurati l-koordinazzjoni mill-qrib u l-konsistenza mal-azzjonijiet li jitwettqu fil-kuntest ta’ politiki u strumenti oħra tal-Unjoni li għandhom l-għan partikolari li jħarsu ħajjet in-nies, jipprevjenu u jtaffu t-tbatija tal-bnedmin u jipproteġu d-dinjità umana, fosthom l-evitar, it-tnaqqis u l-indirizzar tal-konsegwenzi negattivi tat-tibdil fil-klima.

Kunsiderazzjoni speċifika u importanti hija l-koordinazzjoni mal-programm il-ġdid tal-UE “EU4Health”. Filwaqt li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni se jiffoka fuq il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni diretta għall-kriżijiet li se jkollhom ikunu lesti u disponibbli minnufih f’każ ta’ emerġenza, il-programm “EU4Health” se jinkludi riżervi strutturali kbar, fosthom riżerva ta’ esperti u persunal mediku mħejjija, u r-reżiljenza sottostanti tas-sistemi tal-kura tas-saħħa. Dawn ir-riżorsi se jkunu kruċjali għal reazzjoni koordinata għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni.

Din il-proposta tipprovdi wkoll ir-riżorsi baġitarji meħtieġa għall-appoġġ tal-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, prinċipalment permezz ta’ Mekkaniżmu tal-Unjoni msaħħaħ. Dan tal-aħħar jikkontribwixxi għall-objettiv kumplessiv ta’ “Ewropa li Tipproteġi” kif issemma fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill fuq “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b’mod effiċjenti wara l-2020”. Skont il-proposta l-ġdida tal-qafas finanzjarju pluriennali, il-finanzjament relatat mal-protezzjoni ċivili ġie integrat f’intestatura unika: Intestatura 5 “Reżiljenza, Sigurtà u Difiża”. Ir-raggruppament speċifiku “Reżiljenza u Reazzjoni għall-Kriżijiet” irid jinkludi kemm id-dimensjoni interna kif ukoll esterna tal-protezzjoni ċivili.

Bħalissa l-ebda att leġislattiv fl-isfond ta’ politiki oħrajn tal-Unjoni ma jista’ jikseb l-objettivi ta’ din il-proposta. Għaldaqstant jenħtieġ li ma jkun hemm ebda duplikazzjoni tal-azzjonijiet fil-qasam.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

·Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 196 u l-Artikolu 322(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

·Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-Kummissjoni għandha l-kompetenza li tagħti appoġġ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. L-Istati Membri għad għandhom ir-responsabbiltà primarja f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni fil-każ ta’ diżastri. Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni nħoloq għaliex diżastri maġġuri jistgħu jaħkmu l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru li jaġixxi għal rasu. Fil-qalba tiegħu hemm l-għoti ta’ assistenza reċiproka rapida u koordinata sew fost l-Istati Membri.

L-objettivi tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri meta jaġixxu waħedhom. L-azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam tinvolvi l-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet b’komponenti transfruntiera u bejn diversi pajjiżi, li neċessarjament jirrikjedu l-koordinazzjoni ġenerali u azzjoni miftiehma lil hinn mil-livell nazzjonali.

Kif ħareġ fid-dieher matul it-tifqigħa tal-COVID-19, fil-każ ta’ emerġenza serja fejn l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi tkun ikkonċernata mill-iskala u l-ambitu tal-emerġenza, ikun jeħtieġ reazzjoni kollettiva, koordinata u urġenti biex jiġi evitat approċċ frammentat li jillimita l-effettività tar-reazzjoni tal-Unjoni. Minħabba t-talbiet urġenti biex jiġu mobilizzati biżżejjed riżorsi u biex jintbagħtu lejn l-Istati Membri fuq il-bażi ta’ bżonnijiethom, jeħtieġ li l-Unjoni taġixxi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Id-dimensjoni dinjija u l-effetti ta’ dawn l-emerġenzi tassew jirrikjedu azzjoni koordinata, li tiżgura l-mitigazzjoni rapida u effettiva ta’ diżastri, flimkien mal-prevenzjoni li jerġgħu jseħħu.

Meta wieħed iqis il-benefiċċji f’termini tat-tnaqqis tal-għadd ta’ mwiet, tal-ħsara ambjentali, ekonomika u materjali kif ukoll l-impatt soċjali, il-proposta turi l-valur miżjud ċar tal-azzjoni tal-UE.

·Proporzjonalità

Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi. Hija tindirizza l-lakuni li ġew identifikati minn meta ġiet adottata d-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u tipproponi soluzzjonijiet konformi mal-mandat li ngħata mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew.

Il-piż amministrattiv għall-Unjoni u l-Istati Membri huwa limitat u ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tal-proposta.

·Għażla tal-istrument

Il-Proposta għal Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

·Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Minħabba l-urġenza biex din il-proposta titħejja u tiġi adottata mill-Kunsill fil-waqt, ma saritx konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.

·Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhix rilevanti.

   Valutazzjoni tal-impatt

Minħabba n-natura urġenti tal-proposta ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt. Madankollu, it-tagħlimiet preliminari li ttieħdu mit-tifqigħa tal-COVID-19, u li ġew identifikati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, iddaħħlu f’din il-proposta u għaldaqstant ikkontribwew għal evalwazzjoni bir-reqqa tal-impatt tal-politiki proposti.

·Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

L-emendi proposti huma mmirati f’dak li huma ambitu u natura, jibbilanċjaw l-interessi tal-Istati Membri, u huma proporzjonali għal dak li huwa meħtieġ fil-livell operazzjonali.

B’mod aktar ġenerali, il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi sistema aktar flessibbli li tiżgura li r-reazzjoni f’każ ta’ diżastri tkun aġli u tkun tista’ tiġi applikata b’mod sempliċi, u għaldaqstant tiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċessaw l-appoġġ u l-faċilitazzjoni mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni meta jkunu jeħtiġuhom. Pereżempju, id-diżastri riċenti enfasizzaw li jista’ jkun li l-Unjoni ma hijiex mgħammra biżżejjed għal emerġenzi b’impatt mifrux li jolqot lil diversi Stati Membri fl-istess ħin. Minkejja l-intenzjoni tal-Istati Membri, f’tali ċirkostanzi mhux dejjem ikunu jistgħu joffru l-assistenza tagħhom. Bħala reazzjoni għat-tifqigħa globali tal-COVID-19, aktar minn 30 pajjiż (10 Stati Membri u Stati Parteċipanti fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni kif ukoll aktar minn 20 pajjiż terz) talbu għal assistenza permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni ma setax jirrispondi bis-sħiħ għall-maġġoranza tat-talbiet għal assistenza li rċieva matul it-tifqigħa tal-COVID-19. Permezz ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni għandha l-għan li tikseb riżultati aħjar u aktar effiċjenti f’sitwazzjonijiet fuq l-istess skala li jseħħu fit-futur. F’każijiet ta’ emerġenzi ta’ skala kbir u b’impatt enormi bħal dawn, l-Unjoni ma tistax tinvolvi ruħha biex issolvi dawn il-lakuni kritiċi għaliex tirrikjedi l-kapaċità u l-istrumenti legali u finanzjarji biex tissodisfa l-kompetenza tagħha li tagħti appoġġ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili meta l-Istati Membri jkunu taħt pressjoni simultanjament u ma jkunux jistgħu jgħinu lil xulxin. Għalkemm il-Kummissjoni rreaġixxiet mill-ewwel għat-tifqigħa billi ħolqot il-kumulazzjoni ta’ riżerva medika, l-ewwel akkwist seta’ jitnieda biss madwar erba’ ġimgħat wara li ġew ikkonfermati l-ewwel każijiet ta’ COVID-19 fl-Ewropa għaliex l-Istati Membri kienu okkupati jindirizzaw l-emerġenza u ma setgħux jiżguraw l-akkwist rapidu u l-ħżin ta’ kapaċitajiet tar-rescEU fil-faċilitajiet tal-Istat Membri.

F’termini ta’ simplifikazzjoni, huwa importanti li wieħed jikkunsidra li l-akkwist dirett ta’ kapaċitajiet tar-rescEU mill-Kummissjoni, filwaqt li jippermetti l-azzjoni awtonoma fil-livell tal-Unjoni, itaffi l-piż finanzjarju u amministrattiv fuq l-Istati Membri li ma jkunux meħtieġa jakkwistaw, jikru jew jiksbu b’lokazzjoni l-kapaċitajiet rilevanti direttament, kif hu l-każ matul it-tifqigħa tal-COVID-19. Il-modalità l-ġdida li qed tiġi proposta se tgħin lill-Kummissjoni ma titlifx ħin kritiku u tintervjeni b’mod aktar rapidu, li jagħti valur miżjud lill-isforzi ta’ reazzjoni ta’ emerġenza li jibni l-pedament għal irkupru sostenibbli.

It-trasport, il-loġistika u l-komunikazzjoni huma elementi ewlenin ta’ kwalunkwe operazzjoni maġġuri ta’ assistenza internazzjonali. Għaldaqstant il-Kummissjoni tixtieq issaħħaħ id-dispożizzjonijiet f’dan il-qasam biex tiżgura li l-Unjoni tkun tista’ tirreaġixxi malajr meta tfaqqa’ kriżi.

Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-baġit tiġi ffaċilitata jekk il-mod tal-implimentazzjoni indiretta tiżdied bħala metodu għall-implimentazzjoni tal-baġit.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-baġit totali li huwa allokat għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027 jammonta għal EUR 3 455 902 000 (fi prezzijiet attwali).

1.Ammont ta’ EUR 1 268 282 000 se joriġina mill-intestatura 5 “Reżiljenza, Sigurtà u Difiża” tal-QFP 2021-2027 (paragrafu ġdid 1a fl-Artikolu 19)

2.Ammont ta’ EUR 2 187 620 000 għandu jkun disponibbli mill-Istrument ta’ Rkupru Ewropew fuq il-bażi tal-għoti tas-setgħa prevista fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.

5.ELEMENTI OĦRA

·Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Japplika l-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili. Dan jipprevedi li l-azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja għandhom ikunu mmonitorjati b’mod regolari sabiex l-implimentazzjoni tagħhom tiġi segwita. Jipprevedi wkoll ir-rekwiżiti aktar ġenerali tal-Kummissjoni biex tevalwa l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni u biex tippreżenta rapporti ta’ evalwazzjoni interim u ex post, kif ukoll komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni. Dawn l-evalwazzjonijiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-indikaturi previsti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni. 

·Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din il-proposta temenda għadd limitat ta’ artikoli tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE biex jinkisbu l-objettivi stipulati fil-memorandum ta’ spjegazzjoni (Taqsima 1).

Il-COVID-19 uriet biċ-ċar l-interdipendenza bejn l-Istati Membri fit-termini tal-kapaċità tagħhom li jirreaġixxu kmieni u malajr fil-konfront ta’ emerġenza li tkun qed tiżviluppa u li jkollha impatt transfruntier. Dawn l-interdipendenzi mhumiex limitati għall-pandemiji, iżda japplikaw għal firxa ta’ diżastri fuq skala kbira li jistgħu jħallu impatt fuq diversi Stati Membri simultanjament. It-tisħiħ tal-ħidma kollettiva fuq ir-reżiljenza u l-ippjanar għad-diżastri huma meħtieġa biex jiġu indirizzati dawk l-interdipendenzi u biex tiġi żgurata tħejjija aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni qed tipproponi li taħdem f’koordinazzjoni mal-Istati Membri biex tiżviluppa għanijiet tal-Unjoni għar-reżiljenza tad-diżastri u għall-ippjanar ta’ xenarji, fosthom billi tindirizza l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq ir-riskju ta’ diżastri.

Biex jiġi żgurat li rescEU tipprovdi xibka ta’ sikurezza xierqa meta l-kapaċitajiet ta’ Stat Membru jinħakmu minn kriżi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni li takkwista kapaċitajiet tar-rescEU direttament sabiex tiżgura li titfassal xibka ta’ sikurezza ta’ assi strateġiċi suffiċjenti bħala appoġġ lill-Istati Membri f’sitwazzjonijiet devastanti bħal emerġenza fuq skala kbira. Permezz ta’ dan il-Kummissjoni se tiżgura l-konsistenza u l-komplimentarjetà bejn l-akkwist għar-rescEU u azzjoni oħra tal-Unjoni, bħall-programm “EU4Health”.

Id-disponibbiltà ta’ xibka ta’ sikurezza adegwata ta’ kapaċitajiet tar-rescEU se tinkiseb permezz tal-finanzjament ta’ kapaċitajiet strateġiċi kif ukoll tal-infrastruttura interkonnessa għall-ġestjoni ta’ informazzjoni ta’ emerġenza li tkun tista’ tindirizza kwalunkwe tip ta’ emerġenza, u li tkun tista’ tiddaħħal fis-seħħ taħt l-awspiċji tar-rescEU.

Dawn il-kapaċitajiet strateġiċi se jissupplimentaw dawk tal-Istati Membri u jipprovdu appoġġ addizzjonali f’oqsma fejn l-Istati Membri ma jkunux qed ilaħħqu minħabba d-daqs ta’ emerġenza. Dawn jenħtieġ li jiġu prepożizzjonati strateġikament biex tiġi żgurata l-aktar kopertura ġeografika effettiva b’reazzjoni għal emerġenza u jenħtieġ li jiġu akkumpanjati mill-kapaċità loġistika, ta’ ħżin u ta’ trasport meħtieġa.

Il-postijiet fejn tinħażen il-kapaċità ta’ assistenza u trasport jenħtieġ li jkunu interkonnessi strateġikament biex tiżdied ir-rapidità tal-konsenja u tiġi żgurata katina ta’ provvista li tiffunzjona tajjeb.

It-tagħlima ċara li ttieħdet mit-tifqigħa tal-COVID-19 tikkonċerna l-ħtieġa għal sistema aktar flessibbli għar-reazzjoni għal emerġenzi fuq skala kbira. L-effettitività tal-mekkaniżmu ta’ reazzjoni kollu kemm hu tiġi massimizzata permezz tad-disponibbiltà ta’ kapaċitajiet addizzjonali u aktar flessibbli b’rabta mal-iskjerabbiltà tar-riżorsi tar-rescEU – irrispettivament minn fejn ikun hemm il-ħtieġa għal dawn l-assi.

Ir-rwol operazzjonali taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza fil-qalba ta’ netwerk ta’ ċentri għall-kriżijiet nazzjonali li jappoġġa r-reazzjoni rapida u effettiva tal-Unjoni għal firxa ta’ kriżijiet fl-Ewropa u madwar id-dinja għandu jissaħħaħ, b’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2020. Mingħajr preġudizzju għal sistemi settorjali eżistenti ta’ twissija bikrija u ta’ twissija u għal mekkaniżmi ta’ reazzjoni għall-kriżijiet, dan irid jinkiseb permezz tat-tisħiħ tal-konnessjonijiet ma’ entitajiet rilevanti oħrajn fil-livell tal-Unjoni li huma involuti fl-immaniġġar tal-kriżijiet u permezz tat-tisħiħ tal-funzjonijiet tiegħu relatati mal-monitoraġġ u t-twissija bikrija.

It-titjib tat-tħejjija tal-Unjoni u l-allokazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni jinkisbu permezz ta’ baġit ambizzjuż li jsaħħaħ il-kapaċità kollettiva tal-Istati Membri u tal-Unjoni li jwieġbu għad-diżastri u bis-saħħa ta’ enfasi akbar fuq il-prevenzjoni u fuq it-titjib tal-koerenza ma’ politiki ewlenin oħra tal-Unjoni. Ir-reazzjoni ta’ emerġenza titlob ukoll flessibiltà xierqa fl-implimentazzjoni tal-baġit u għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza f’każijiet eċċezzjonali li jirrikjedu reazzjoni rapida.

Din il-proposta tbassar it-tħassir tal-Anness I, li bħalissa jistabbilixxi l-perċentwali relattivi li għandu jirċievi kull pilastru tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni (il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni) f’termini ta’ finanzjament mill-pakkett finanzjarju kumplessiv. Kif ħarġet fid-dieher permezz tat-tifqigħa tal-COVID-19, il-perċentwali deskritti fl-Anness I ma jidhirx li jiżguraw biżżejjed flessibbiltà biex l-Unjoni tkun tista’ tikseb l-objettivi li stabbilixxiet. Matul emerġenza l-perċentwali fl-Anness I jwasslu għal piż amministrattiv żejjed u jistgħu jrażżnu l-flessibbiltà meħtieġa għall-adattament għall-ħtiġijiet marbuta mad-diżastri fi kwalunkwe sena partikolari. Il-ħtieġa li ninvestu fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri, il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni hija mħaddna bis-sod fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni u msaħħa b’din il-proposta.

Minħabba li l-Anness I tħassar, il-paragrafi attwali 5 u 6 tal-Artikolu 19 jenħtieġ li jitħassru wkoll għaliex jirreferu direttament għall-perċentwali msemmija fl-Anness I.

B’riżultat ta’ dan, il-proposta temenda wkoll l-Artikolu 30 dwar l-eżerċitar tad-delega ta’ setgħat mogħtija lill-Kummissjoni. Filwaqt li s-sustanza tal-Artikolu tibqa’ l-istess, il-kontroreferenzi għall-Artikolu 19 qegħdin jitneħħew. L-Artikolu 30 ma tħassarx sabiex tiġi prevista l-possibbiltà li jiġu adottati atti delegati.

2020/0097 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 196 u l-Artikolu 322(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 2 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 3 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“il-Mekkaniżmu tal-Unjoni”), li huwa rregolat bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 , isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u jiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili biex itejjeb ir-reazzjoni tal-Unjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem.

(2)Filwaqt li jirrikonoxxi r-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(3)L-esperjenza bla preċedent tal-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-effettività tal-Unjoni fl-immaniġġar tal-kriżijiet hija limitata mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas ta’ governanza tagħha, iżda wkoll mil-livell ta’ tħejjija tal-Unjoni f’każ ta’ diżastri li jolqtu l-maġġoranza tal-Istati Membri.

(4)Il-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew, fid-Dikjarazzjoni Konġunta tas-26 ta’ Marzu 2020 5 u fir-riżoluzzjoni tas-17 ta’ April 2020 6 rispettivament, stiednu lill-Kummissjoni tagħmel proposti għal sistema aktar ambizzjuża u estensiva tas-sistema ta’ mmaniġġar tal-kriżijiet fl-Unjoni.

(5)Hija meħtieġa azzjoni urġenti biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u b’hekk inkunu mħejjija aħjar meta jseħħu ċirkostanzi bħal dawn fil-futur.

(6)Biex ittejjeb l-ippjanar fil-prevenzjoni u t-tħejjija, jenħtieġ li l-Unjoni tissokta tappoġġa l-investiment fil-prevenzjoni tad-diżastri f’bosta setturi, u għal approċċi komprensivi ta’ mmaniġġar tar-riskju li jirfdu l-prevenzjoni u t-tħejjija, b’kunsiderazzjoni ta’ approċċ ta’ perikli multipli, approċċ imsejjes fuq ekosistema u l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet xjentifiċi u mal-operaturi ekonomiċi ewlenin. Għal dan il-għan, l-approċċi transsettorjali u għal perikli multipli jenħtieġ li jitpoġġa fuq quddiem u li jkun imsejjes fuq għanijiet ta’ reżiljenza għall-Unjoni kollha li jikkontribwixxu għal definizzjoni bażi tal-kapaċitajiet u t-tħejjija. Il-Kummissjoni se taħdem id f’id mal-Istati Membri biex tiddefinixxi l-għanijiet ta’ reżiljenza għall-Unjoni kollha.

(7)Jenħtieġ li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni jkompli jisfrutta s-sinerġiji mal-Programm Ewropew għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika u mal-qafas tal-Unjoni dwar il-ħarsien tal-infrastruttura kritika u r-reżiljenza jenħtieġ li jkun responsabbli mill-istabbiliment ta’ tali għanijiet ta’ reżiljenza mifruxa tal-Unjoni.

(8)Bħala ċentru tal-operazzjonijiet 24/7 fil-livell tal-Unjoni bil-kapaċità li jsegwi u jappoġġa operazzjoni f’diversi tipi ta’ emerġenzi f’ħin reali, kemm ġewwa l-Unjoni kif ukoll lil hinn minnha, jenħtieġ li ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (“ERCC”) jissaħħaħ aktar. Dan jenħtieġ li jinkludi koordinazzjoni msaħħa tal-ERCC mas-sistemi nazzjonali ta’ kriżi u mal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri, kif ukoll ma’ korpi rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-ħidma tal-ERCC hija appoġġata minn għarfien xjentifiku espert, fosthom dak tal-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea.

(9)Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jagħmel użu minn infrastrutturi spazjali tal-Unjoni bħall-Programm Ewropew ta’ Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus), Galileo, is-Sistema ta’ Għarfien ta’ Sitwazzjonijiet u GOVSATCOM, li jipprovdu għodod importanti ta’ reazzjoni għal emerġenzi interni u esterni fil-livell tal-Unjoni. Is-Sistemi ta’ Ġestjoni ta’ Emerġenzi ta’ Copernicus qegħdin jagħtu appoġġ lill-ERCC fid-diversi fażijiet ta’ emerġenza mit-twissija bikrija u l-prevenzjoni ta’ diżastri u l-irkupru. Il-GOVSATCOM se tipprovdi kapaċità ta’ komunikazzjoni bis-satellita sikura mfassla b’mod speċifiku għall-ħtiġijiet tal-utenti governattivi fl-immaniġġar ta’ emerġenzi. Galileo hija l-ewwel infrastruttura globali ta’ navigazzjoni u ta’ pożizzjonament bis-satellita ddisinjata għal skopijiet ċivili fl-Ewropa u madwar id-dinja, u tista’ tintuża f’oqsma oħra bħall-immaniġġar ta’ emerġenzi, fosthom fl-attivitajiet ta’ twissija bikrija. Is-servizzi rilevanti ta’ Galileo se jinkludu servizz ta’ emerġenza li jxandar, permezz tal-emissjoni ta’ sinjali, twissijiet dwar diżastri naturali jew emerġenzi oħra f’oqsma partikolari. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw dan is-servizz. Meta jiddeċiedu li jużawh sabiex jivvalidaw is-sistema, jenħtieġ li jidentifikaw u javżaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jkunu se jużaw dak is-servizz ta’ emerġenza.

(10)Biex ikollha l-kapaċità operazzjonali tirreaġixxi malajr għal emerġenza fuq skala kbira jew għal avveniment bi probabbiltà baxxa u b’impatt kbir bħall-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-Unjoni jkollha l-possibbiltà li takkwista, tixtri, tikseb b’lokazzjoni jew tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tkun tista’ tgħin lil dawk l-Istati Membri li jinħakmu minn emerġenzi fuq skala kbira, b’konformità mal-kompetenza ta’ appoġġ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u b’attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli. Dawn il-kapaċitajiet iridu jiġu prepożizzjonati f’ċentri loġistiċi ġewwa l-Unjoni jew, għal raġunijiet strateġiċi, permezz ta’ networks fdati ta’ ċentri bħall-Imħażen tar-Reazzjoni Umanitarja tan-NU.

(11)Il-kapaċitajiet tar-rescEU li jinxtraw, jinkrew, jinkisbu b’lokazzjoni jew inkella jiġu kkuntrattati mill-Istati jistgħu jintużaw għal skopijiet nazzjonali, iżda dan meta ma jkunux qed jintużaw jew ikunu meħtieġa għal operazzjoni ta’ reazzjoni permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

(12)Fejn meħtieġ l-Unjoni għandha l-interess li tirreaġixxi f’pajjiżi terzi. Filwaqt li primarjament il-kapaċitajiet tar-rescEU inħolqu bħala xibka ta’ sikurezza fl-Unjoni, dawn jistgħu jintużaw barra mill-Unjoni f’każijiet iġġustifikati kif xieraq u b’kunsiderazzjoni tal-prinċipji umanitarji.

(13)L-Istati Membri jistgħu jingħataw appoġġ biex jagħtu l-assistenza bis-setgħa tat-tisħiħ ulterjuri tar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili billi l-kostijiet operatorji tal-kapaċitajiet impenjati jiġu kofinanzjati meta jintużaw barra mill-Unjoni.

(14)Huwa essenzjali li l-Unjoni tingħata t-trasport u l-kapaċità loġistika meħtieġa biex tkun tista’ tirreaġixxi għal kwalunkwe tip ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza ġewwa l-Unjoni u lil hinn minnha. Huwa fundamentali li jkun hemm id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ inġenji tal-ajru bi skopijiet multipli fil-każ li jseħħu emerġenzi u biex jiġu żgurat it-trasport u l-konsenja tal-assistenza u l-għajnuna ġewwa l-Unjoni, iżda wkoll lejn u minn pajjiżi li jinsabu barra mill-Unjoni. Għaldaqstant il-kapaċitajiet tar-rescEU jenħtieġ li jinkludu kapaċitajiet ta’ trasport ukoll.

(15)Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jipprovdi wkoll assistenza għat-trasport meħtieġa f’diżastri ambjentali permezz tat-tisħiħ tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” b’konformità mal-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali.

(16)Meta jitqies li l-iskjerament ta’ kapaċitajiet tar-rescEU għall-kapaċitajiet ta’ rispons fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jagħti valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni għaliex jiżgura r-reazzjoni effettiva u rapida għal persuni f’emerġenza, jenħtieġ li jsiru obbligi ulterjuri b’rabta mal-viżibbiltà biex l-Unjoni tingħata prominenza.

(17)Il-ġestjoni indiretta jenħtieġ li tintuża bħala metodu għall-implimentazzjoni tal-baġit sabiex tiżdied il-flessibbiltà kif ukoll biex il-baġit jiġi eżegwit bl-aħjar mod possibbli.

(18)Fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE l-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta programmi ta’ ħidma annwali jew pluriennali li jindikaw l-allokazzjonijiet ippjanati biex tippromwovi l-prevedibbiltà u l-effettività fit-tul. Dan jenħtieġ li jgħin lill-Unjoni tkun aktar flessibbli fl-eżekuzzjoni tal-baġit u b’hekk issaħħaħ l-azzjonijiet ta’ prevenzjoni u ta’ tħejjija.

(19)B’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 8 (ir-Regolament Finanzjarju), mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 , mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 10 , mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 11 u mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 12 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, fosthom il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, fosthom il-frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2185/96 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“UPPE”) jista’ jinvestiga u jressaq reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mingħand l-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament 2017/1939, u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi mingħand l-Unjoni tagħti d-drittijiet ekwivalenti. Għal din ir-raġuni, il-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi u territorji u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u kwalunkwe kuntratt jew ftehim li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jkun fihom dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-UPPE u lill-OLAF li jwettqu awditi, kontrolli fil-post u spezzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom u li jiżguraw li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(20)Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-koperazzjoni stabbilit skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dan il-Ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. F’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiddaħħal dispożizzjoni li tagħti d-drittijiet meħtieġa u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex ikunu jistgħu jaqdu l-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.

(21)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih, fil-każ ta’ emerġenza li jkollha tiġi indirizzata minnufih f’każijiet iġġustifikati kif xieraq u fejn l-urġenza tkun titlob tali azzjoni. Dan jippermetti lill-Unjoni tirreaġixxi mingħajr dewmien għal emerġenzi fuq skala kbira li jista’ jkollhom impatt kbir fuq ħajjet in-nies, fuq is-saħħa, l-ambjent, il-proprjetà u l-wirt kulturali, li jaffettwa lil-Istati Membri kollha jew lil maġġoranza tagħhom fl-istess waqt.

(22)Il-pakkett finanzjarju stipulat fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE jenħtieġ li jiġi ssostitwit miċ-ċifri ġodda previsti fil-proposta aġġornata tal-Kummissjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (“QFP) għall-perjodu 2021-2027.

(23)Filwaqt li l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ tħejjija huma essenzjali biex tissaħħaħ is-sodezza tal-Unjoni meta tħabbat wiċċha ma’ diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, hija fin-natura tad-diżastri li l-okkorrenza, meta u d-daqs tagħhom huma imprevedibbli. Kif ħareġ fid-dieher fil-kriżi riċenti tal-COVID-19, ir-riżorsi finanzjarji mitluba biex tiġi żgurata reazzjoni xierqa jistgħu jvarjaw ħafna minn sena għal oħra u jenħtieġ li jkunu disponibbli minnufih. B’konsegwenza ta’ dan, ir-rikonċiljazzjoni tal-prinċipji tal-prevedibbiltà mal-ħtieġa ta’ reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda tfisser li l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi trid tiġi adattata. Għaldaqstant, minbarra l-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, ikun xieraq li l-approprjazzjonijiet li ma jintużawx jitħallew jiġu riportati, b’limitu għas-sena ta’ wara u biss f’każ ta’ azzjoni ta’ reazzjoni.

(24)B’konformità mar-Regolament (l-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea) u fil-limiti tar-riżorsi allokati fih, il-miżuri ta’ rkupru u reżiljenza li jitwettqu skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jenħtieġ li jindirizzaw l-impatt bla preċedent tal-kriżi tal-COVID-19 14 . Dawn ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jintużaw b’tali mod li jiżgura l-konformità mal-iskadenzi previsti fir-Regolament [ERI].

(25)L-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE mhuwiex flessibbli biżżejjed biex l-Unjoni tkun tista’ taġġusta l-investimenti għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-reazzjoni b’mod xieraq, u għaldaqstant qiegħed jitħassar. Il-livelli ta’ investimenti li se jiġu allokati għall-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri iridu jiġu deċiżi minn qabel. Dan in-nuqqas ta’ flessibbiltà jżomm lura lill-Unjoni milli tkun f’pożizzjoni li tirreaġixxi għan-natura imprevedibbli tad-diżastri.

(26)Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE hija emendata kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 3 (2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) progress fit-titjib tal-livell ta’ tħejjija għal diżastri: li jitkejjel permezz tal-kwantità ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni inklużi fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili fir-rigward tal-għanijiet tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11, l-għadd ta’ moduli li jiġu rreġistrati fis-CECIS u l-għadd ta’ kapaċitajiet tar-rescEU li jiġu stabbiliti biex tingħata assistenza f’sitwazzjonijiet gravi;”;

(2)L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, il-punt (e) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(e) jipparteċipaw, fuq bażi volontarja, f’evalwazzjonijiet bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tal-kapaċità tal-immaniġġar tar-riskju;’;

(b)Jiddaħħal il-punt (f) li ġej:

“(f) itejbu l-ġbir ta’ data dwar it-telf mid-diżastri fil-livell nazzjonali jew fil-livell sottonazzjonali xieraq biex jiġu żgurat l-immudellar ta’ xenarji bbażat fuq l-evidenza kif inhu msemmi fl-Artikolu 10(1).”;

(c)Jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri biex tappoġġa azzjonijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija. L-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri għandhom jiżguraw bażi għall-ħarsien tal-funzjonijiet kritiċi tas-soċjetà fid-dawl tal-effetti tal-katina ta’ avvenimenti imprevedibbli ta’ diżastru b’impatt għoli u biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu bbażati fuq xenarji li jħarsu lejn il-futur, fosthom l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riskju ta’ diżastri, data fuq avvenimenti tal-imgħoddi u analiżi tal-impatt transsettorjali b’attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli.

Fejn meħtieġ il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 30 biex tiddefinixxi l-għanijiet tal-Unjoni tar-reżiljenza għad-diżastri.”;

(3)L-Artikolu 7 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza

1. Iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) huwa stabbilit. L-ERCC għandu jiżgura kapaċità operazzjonali għal 24 siegħa kuljum u sebat (7) ijiem fil-ġimgħa, u għandu jservi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-kisba tal-objettivi tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

B’mod partikolari l-ERCC għandu jikkoordina, jimmonitorja u jappoġġa r-rispons għall-emerġenzi fil-livell tal-Unjoni f’ħin reali. L-ERCC għandu jaħdem f’kuntatt mill-qrib mas-sistemi nazzjonali tal-kriżijiet, mal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili u mal-korpi rilevanti tal-Unjoni.

2.L-ERCC għandu jkollu aċċess għal kapaċitajiet operazzjonali, analitiċi, ta’ monitoraġġ, ta’ ġestjoni tal-informazzjoni u ta’ komunikazzjoni biex jindirizza firxa wiesgħa ġewwa l-Unjoni u lil hinn minnha.”;

(4)L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c) jaħdem mal-Istati Membri

biex jiżviluppa sistemi ta’ detezzjoni u ta’ twissija transnazzjonali ta’ interess għall-Unjoni;

biex jintegra aħjar is-sistemi eżistenti fis-segwitu ta’ approċċ ta’ perikli multipli u jnaqqas iż-żmien meħtieġ għar-reazzjoni għad-diżastri;

biex iħares u jkompli jiżviluppa l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-kapaċità ta’ analiżi;

biex jimmonitorja u jagħti pariri bbażati fuq l-għarfien xjentifiku dwar id-diżastri u, fejn rilevanti, l-impatti tat-tibdil fil-klima;

biex jittraduċi l-informazzjoni xjentifika f’informazzjoni operazzjonali;

biex joħloq, iħares u jiżviluppa sħubijiet xjentifiċi Ewropej li jkopru l-perikli naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, li sussegwentement jenħtieġ li jippromwovu l-interkonnessjoni bejn is-sistemi nazzjonali ta’ twissija bikrija u ta’ twissija u l-konnessjoni bejn l-ERCC u s-CECIS;

biex jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali b’mandat ta’ għarfien xjentifiku, teknoloġiji u għarfien espert innovattivi meta dawk il-korpi jiżviluppaw aktar is-sistemi ta’ twissija bikrija tagħhom.” ;

(b)    Jiddaħħal il-punt (l) li ġej:

“(l) jappoġġa l-Istati Membri b’analiżi mmirata tal-għarfien tas-sitwazzjoni fosthom permezz tal-kooperazzjoni mas-servizzi ta’ twissija bikrija.”;

(5)Fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“10. Meta s-servizzi ta’ emerġenza jingħataw minn Galileo, Copernicus, GOVSATCOM, jew komponenti oħra tal-Programm Spazjali 15 , kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jużahom.

Meta Stat Membru jiddeċiedi li juża s-servizzi ta’ emerġenza ta’ Galileo msemmija fl-ewwel subparagrafu, huwa għandu jidentifika u jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali li jkunu awtorizzati jużaw dak is-servizz ta’ emerġenza.”;

(6)L-Artikolu 10 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 10

Ippjanar tar-reżiljenza għad-diżastri

“1. Il-Kummissjoni u l-Istati għandu jaħdmu id f’id biex itejbu l-ippjanar tar-reżiljenza transsettorjali, kemm għal diżastri naturali kif ukoll għal dawk ikkawżati mill-bniedem li x’aktarx ikollhom effett transfruntier, fosthom l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. L-ippjanar tar-reżiljenza għandu jinkludi bini ta’ xenarji fil-livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni u r-reazzjoni ta’ diżastri bbażata fuq il-valutazzjonijiet tar-riskji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u l-ħarsa ġenerali lejn ir-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-ippjanar dwar l-immaniġġar tar-riskji tad-diżastri msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), id-data dwar it-telf marbuta mad-diżastri msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 6(1), l-immappjar tal-assi u l-iżviluppar ta’ pjanijiet għall-iskjerament tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni, b’kunsiderazzjoni tal-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(5).

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jippromwovu sinerġiji bejn l-iffinanzjar għal għajnuna għall-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja pprovduti mill-Unjoni u l-Istati Membri fl-ippjanar tar-reżiljenza għad-diżastri ta’ operazzjonijiet ta’ reazzjoni għal kriżijiet umanitarji barra l-Unjoni.”;

(7)Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Fuq il-bażi tar-riskji identifikati, l-għanijiet tar-reżiljenza msemmija fl-Artikolu 6(5), il-bini ta’ xenarji msemmi fl-Artikolu 10(1) u l-kapaċitajiet u l-lakuni kumplessivi, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(2), it-tipi u l-għadd ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni ewlenin ikunu meħtieġa għar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili (“l-għanijiet tal-kapaċità”).

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tagħmel monitoraġġ tal-progress lejn il-miri tal-kapaċità stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u tidentifika lakuni potenzjalment sinifikanti fil-kapaċità ta’ reazzjoni fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili. Fejn ikunu ġew identifikati tali lakuni, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-kapaċitajiet meħtieġa jkunux disponibbli għall-Istati Membri barra r-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod sinifikanti l-lakuni fil-kapaċità ta’ rispons fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili. Hija tista’ tappoġġa lill-Istati Membri f’dan ir-rigward b’konformità mal-Artikolu 20 u l-Artikolu 21(1)(i) u (2).”;

(8)L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2. Il-Kummissjoni għandha tuża atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(2) biex tiddefinixxi l-kapaċitajiet tar-rescEU, fuq il-bażi tal-għanijiet ta’ reżiljenza msemmija fl-Artikolu 6(5), tal-bini ta’ xenarji msemmija fl-Artikolu 10(1), b’kunsiderazzjoni tar-riskji identifikati u emerġenti u tal-kapaċitajiet u l-lakuni kumplessivi fil-livell tal-Unjoni, partikolarment fl-oqsma tat-tifi tan-nar tal-foresti mill-ajru, tal-inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, u reazzjoni medika ta’ emerġenza.

3. Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu akkwistati, miksuba b’lokazzjoni jew mikrija u / jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista’ takkwista, tikri, tikseb b’lokazzjoni jew inkella tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tisstokkja jew tiddistribwixxi provvisti jew biex tagħti servizz lill-Istati Membri permezz ta’ proċedura ta’ akkwist konformi mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni. Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu akkwistati, jinkrew, jinkisbu b’lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Istati Membri, ikunu jistgħu jiġu konċessi għotjiet diretti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri mingħajr sejħa għall-proposti.

Il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat Membru li jkun jixtieq jista’ jinvolvi ruħu fi proċedura ta’ akkwist konġunt li ssir skont l-Artikolu 165 tar-Regolament Finanzjarju bil-għan li jiġu akkwistati kapaċitajiet tar-rescEU.

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ospitati fl-Istati Membri li jakkwistaw, jikru, jiksbu b’lokazzjoni jew inkella jikkuntrattaw dawk il-kapaċitajiet. Biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni, il-kapaċitajiet tar-rescEU li jiġu akkwistati, mikrija, miksuba b’lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jridu jiġu prepożizzjonati b’mod strateġiku ġewwa l-Unjoni. F’konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-kapaċitajiet ta’ rescEU li jiġu akkwistati, jinkrew, miksuba b’lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jistgħu jiġu lokalizzati wkoll f’pajjiżi terzi permezz ta’ netwerks fdati ġestiti minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.”;

(b)Fil-paragrafu 10, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“il-kapaċitajiet ta’ rescEU jistgħu jiġi skjerati barra mill-Unjoni skont il-paragrafi minn 6 sa 9 ta’ dan l-Artikolu.”;

(9)Fl-Artikolu 15 (3), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) tiġbor u tanalizza informazzjoni validata dwar is-sitwazzjoni, flimkien mal-Istat Membri milqut, bil-għan li tiġġenera għarfien komuni tas-sitwazzjoni, u xxerrdu fost l-Istati Membri.”;

(10)Fl-Artikolu 17, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“1. Il-Kummissjoni tista’ tagħżel, taħtar u tibgħat tim ta’ esperti magħmul minn esperti pprovduti mill-Istati Membri:

(a)fuq talba għal kompetenza esperta fil-prevenzjoni b’konformità mal-Artikolu 5(2);

(b)fuq talba għal kompetenza esperta fit-tħejjija b’konformità mal-Artikolu 13(3);

(c)fil-każ ta’ diżastru ġewwa l-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(5);

(d)fil-każ ta’ diżastru barra l-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16(3);

Fit-tim jistgħu jiġu integrati esperti mill-Kummissjoni u minn servizzi oħra tal-Unjoni sabiex jappoġġaw lit-tim u jiffaċilitaw il-kuntatti mal-ERCC. Fit-tim jistgħu jiġu integrati esperti mibgħuta mill-aġenziji tan-NU jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra sabiex isaħħu l-kooperazzjoni u jiffaċilitaw valutazzjonijiet konġunti.

Fejn l-effettività operazzjonali tkun tirrikjedih, il-Kummissjoni tista’ tiffaċilita l-iskjerament ta’ esperti addizzjonali u appoġġ tekniku u xjentifiku u ssejjaħ għarfien xjentifiku speċjalist espert kif ukoll għarfien espert settorjali u f’emerġenzi mediċi.

2. Il-proċedura għall-għażla u għall-ħatra ta’ esperti għandha tkun kif ġej:

(a)L-Istati Membri għandhom jaħtru esperti, li jkun fir-responsabbiltà tagħhom, li jkunu jistgħu jiġu skjerati bħala membri ta’ timijiet ta’ esperti;

(b)il-Kummissjoni għandha tagħżel l-esperti u l-mexxej għal dawk it-timijiet fuq il-bażi tal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom, inkluż il-livell tat-taħriġ dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni mwettaq, l-esperjenza preċedenti ta’ missjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u ħidma oħra internazzjonali ta’ sokkors. l-għażla għandha tkun ibbażata wkoll fuq kriterji oħra, inklużi l-ħiliet lingwistiċi, biex ikun żgurat li t-tim fl-intier tiegħu jkollu l-ħiliet disponibbli meħtieġa għas-sitwazzjoni speċifika;

(c)il-Kummissjoni għandha taħtar esperti u mexxejja tat-tim għall-missjoni bi qbil mal-Istat Membru li jinnominahom.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar appoġġ espert addizzjonali li jingħata b’konformità mal-paragrafu 1.”;

(11)L-Artikolu 18 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Trasport u tagħmir

1. Fil-każ ta’ diżastru, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni, l-Kummissjoni tista’ tappoġġa lill-Istati Membri fil-kisba ta’ aċċess għal tagħmir jew riżorsi loġistiċi u tat-trasport billi:

(a) tipprovdi u tikkondividi informazzjoni dwar it-tagħmir, u r-riżorsi loġistiċi u tat-trasport li jistgħu jsiru disponibbli mill-Istati Membri, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-ġbir flimkien ta’ tali tagħmir jew riżorsi loġistiċi u tat-trasport;

(b) tgħin lill-Istati Membri biex jidentifikaw, u biex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għal riżorsi loġistiċi u tat-trasport li jistgħu jkunu disponibbli minn sorsi oħrajn, inkluż is-suq kummerċjali; jew

(c) tgħin lill-Istati Membri biex jidentifikaw tagħmir li jista’ jkun disponibbli minn sorsi oħrajn, inkluż is-suq kummerċjali.

2. Il-Kummissjoni tista’ tikkomplementa r-riżorsi loġistiċi u tat-trasport ipprovduti mill-Istati Membri billi tipprovdi r-riżorsi addizzjonali tat-trasport meħtieġa biex tiġi żgurata reazzjoni rapida għad-diżastri.

3. L-assistenza mitluba minn Stat Membru jew minn pajjiż terz tista’ tikkonsisti biss minn riżorsi loġistiċi u tat-trasport sabiex tirrispondi għal diżastri bi provvisti ta’ sokkors jew tagħmir akkwistat f’pajjiż terz mill-Istat Membru rikjedenti jew mill-pajjiż.”;

(12)L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-perijodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 1 268 282 000 fi prezzijiet attwali.

(b)Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Approprjazzjonijiet li jirriżultaw mir-rimborż magħmul mill-benefiċjarji għal azzjonijiet ta’ reazzjoni għad-diżastri għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat fis-sens tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.”;

(c)Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4. Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafi 1 u 1a għandu jkun allokat biex ikopri azzjonijiet dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem.”;

(d)Il-paragrafi 5 u 6 jitħassru.

(13)Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 19 a

Riżorsi mill-Istrument ta’ Rkupru Ewropew

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati skont din id-Deċiżjoni permezz tal-ammonti msemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 3(2)(a) ta’ dan ir-Regolament, soġġetti għall-Artikolu 4(4) u (8) tiegħu.

Dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”;

(14)L-Artikolu 20 a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 20a

Viżibbiltà u għotjiet

1Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni, kif ukoll il-benefiċjarji tal-għajnuna mogħtija, għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

Kwull assistenza jew finanzjament ipprovduti skont din id-Deċiżjoni għandhom jingħataw viżibilità xierqa. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni pubblika għal operazzjonijiet iffinanzjati taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:

-    jinkludu referenzi xierqa għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

-    jipprovdu mmarkar viżiv fuq il-kapaċitajiet iffinanzjati jew kofinanzjati mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

-    iwettqu azzjonijiet bl-emblema tal-Unjoni;

-    jikkomunikaw b’mod proattiv l-appoġġ tal-Unjoni lill-midja nazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati kif ukoll dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni tagħhom stess;

-    jappoġġaw l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet.

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati ma’ din id-Deċiżjoni, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal din id-Deċiżjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(1).

3. Il-Kummissjoni għandha tagħti medalji sabiex tirrikonoxxi u tonora impenji u kontributi straordinarji dejjiema lill-Mekkaniżmu tal-Unjoni.”;

(15)L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g) l-iżvilupp ta’ ppjanar tar-reżiljenza skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10.”;

(b)Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. L-assistenza finanzjarja għall-azzjoni msemmija fil-punt (j) tal-paragrafu 1 għandha tkopri l-ispejjeż meħtieġa biex ikunu żgurati d-disponibbiltà u l-istazzjonabbiltà tal-kapaċitajiet tar-rescEU permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-istazzjonament tal-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness Ia.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30 biex jiġi emendat l-Anness Ia fir-rigward tal-kategoriji ta’ spejjeż eliġibbli.

L-assistenza finanzjarja msemmija f’dan il-paragrafu tista’ tiġi implimentata permezz ta’ programmi ta’ ħidma pluriennali. Għal azzjonijiet li jestendu lil hinn minn sena waħda, l-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu f’pagamenti annwali.”;

(c)jitħassar il-paragrafu 4.

(16)Fl-Artikolu 22, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) fl-eventwalità ta’ diżastru, l-appoġġ lill-Istati Membri fil-kisba ta’ aċċess għal tagħmir u riżorsi loġistiċi u tat-trasport kif speċifikat fl-Artikolu 23;”;

(17)l-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 23

Azzjonijiet eliġibbli marbuta mat-tagħmir u l-operazzjonijiet

1. L-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja sabiex jippermettu l-aċċess għat-tagħmir u r-riżorsi loġistiċi u tat-trasport skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:

(a)l-għoti u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar tagħmir u riżorsi loġistiċi u tat-trasport li l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli, bil-ħsieb tal-faċilitazzjoni tal-akkomunament ta’ tali tagħmir jew riżorsi loġistiċi u tat-trasport;

(b)l-assistenza lill-Istati Membri biex jidentifikaw, u jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għal riżorsi loġistiċi u tat-trasport li jistgħu jkunu disponibbli minn sorsi oħra, inkluż mis-suq kummerċjali;

(c)għajnuna lill-Istati Membri biex jidentifikaw it-tagħmir li jista’ jkun disponibbli minn sorsi oħra, inkluż mis-suq kummerċjali;

(d)il-finanzjament tar-riżorsi loġistiċi u tat-trasport meħtieġa biex jiżguraw reazzjoni rapida għad-diżastri. Tali azzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju fil-każ biss li jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

(i)tkun saret talba għall-għajnuna skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 15 u 16;

(ii)ir-riżorsi addizzjonali tat-trasport ikunu meħtieġa sabiex tkun żgurata l-effikaċja tar-reazzjoni għad-diżastri permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

(iii)l-għajnuna tkun tikkorrispondi mal-ħtiġijiet identifikati mill-ERCC u tingħata skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-ERCC dwar speċifikazzjonijiet tekniċi, kwalità, ħin u modalitajiet għall-għoti;

(iv)l-għajnuna tkun ġiet aċċettata mill-pajjiż li jagħmel it-talba, direttament jew permezz tan-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, jew organizzazzjoni internazzjonali rilevanti, permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

(v)l-għajnuna tkun tikkomplementa, għal diżastri f’pajjiżi terzi, kwalunkwe reazzjoni umanitarja globali tal-Unjoni.

1a. L-ammont ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni għat-trasport ta’ kapaċitajiet li mhumiex impenjati minn qabel fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili u stazzjonati fil-każ ta’ diżastru jew ta’ diżastru imminenti fl-Unjoni jew barra minnha u għal kull appoġġ ta’ trasport meħtieġ bħala reazzjoni għad-diżastri ma għandux jaqbeż il-75 % tal-ispiża totali eliġibbli.

2. L-ammont ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal kapaċitajiet impenjati minn qabel fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili ma għandux jaqbeż il-75 % tal-ispejjeż tal-operat tal-kapaċitajiet, inkluż it-trasport, fil-każ ta’ diżastru jew ta’ diżastru imminenti fl-Unjoni jew barra minnha.

4. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għar-riżorsi loġistiċi u tat-trasport tista’, barra minn hekk, tkopri massimu ta’ 100 % tal-ispejjeż totali eliġibbli deskritti fil-punti minn (a) sa (d), jekk dan ikun meħtieġ biex ir-riżerva ta’ assistenza tal-Istati Membri tkun effettiva fil-livell operazzjonali u jekk l-ispejjeż jirrigwardaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)il-kiri għal żmien qasir tal-kapaċità ta’ magazzinaġġ biex tinħażen temporanjament l-għajnuna mill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-trasport koordinat tagħha;

(b)it-trasport mill-Istat Membru li jkun qed joffri l-assistenza lill-Istat Membru li jkun qed jiffaċilita t-trasport koordinat tiegħu;

(c)l-imballaġġ mill-ġdid tal-assistenza tal-Istati Membri biex isir użu massimu mill-kapaċitajiet ta’ trasport disponibbli jew biex jiġu sodisfatti rekwiżiti operazzjonali speċifiċi; jew

(d)it-trasport lokali, it-transitu u l-magazzinaġġ tal-għajnuna f’konsorzju bil-ħsieb li jiġi żgurat l-għoti kkoordinat fid-destinazzjoni finali fil-pajjiż li jitlob l-għajnuna.

4a. Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jintużaw għal finijiet nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 12(5), l-ispejjeż kollha, fosthom l-ispejjeż ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija, għandhom ikunu koperti mill-Istat Membru li juża l-kapaċitajiet.

4b. Fil-każ ta’ stazzjonar tal-kapaċitajiet tar-rescEU permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri 75 % tal-ispejjeż operazzjonali.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri 100 % tal-ispejjeż operazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU meħtieġa għal diżastri ta’ probabbiltà baxxa b’impatt qawwi, meta dawk il-kapaċitajiet ikunu stazzjonati permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

4c. Għall-istazzjonar barra l-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 12(10), l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri 100 % tal-ispejjeż operazzjonali.

4d. Meta l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija f’dan l-Artikolu ma tkoprix 100 % tal-ispejjeż, l-ammont li jifdal għandu jiġġarrab minn min jitlob l-assistenza, sakemm ma jkunx intlaħaq qbil mod ieħor mal-Istat Membru li jkun offra l-assistenza jew l-Istat Membru li jospita l-kapaċitajiet tar-rescEU.

4e. Għall-istazzjonar tal-kapaċitajiet tar-rescEU, il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jkopri 100 % ta’ kwalunkwe spiża diretta meħtieġa għat-trasport ta’ merkanzija, mezzi u servizzi loġistiċi, fl-Unjoni u lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi.

5. F’każ ta’ konsorzju tal-operazzjonijiet tat-trasport li jinvolvi diversi Stati Membri, Stat Membru jista’ jieħu r-riedni biex jitlob appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-operazzjoni kollha.

6. Meta Stat Membru jitlob lill-Kummissjoni biex tikkuntratta servizzi ta’ trasport, il-Kummissjoni għandha titlob rimborż parzjali tal-ispejjeż skont ir-rati ta’ ffinanzjar stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

6 a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għat-trasport tal-assistenza, kif imsemmi fil-paragrafu 1a, meħtieġ f’diżastri ambjentali li fihom japplika l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” jista’ jkopri massimu ta’ 100 % tal-ispejjeż totali eliġibbli. Għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-assistenza tintalab mill-Istat Membru affettwat fuq il-bażi ta’ valutazzjoni debitament ġustifikata tal-ħtiġijiet;

(b) l-Istat Membru affettwat jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jitlob u jikseb kumpens minn min iniġġes, f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli kollha;

(c) malli jirċievi kumpens mingħand min iniġġes, l-Istat Membru affettwat għandu jirrimborża lill-Unjoni minnufih.

7. L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għar-riżorsi loġistiċi u tat-trasport taħt dan l-Artikolu: l-ispejjeż kollha relatati mal-moviment ta’ riżorsi loġistiċi u tat-trasport, inklużi l-ispejjeż ta’ kull servizz, tariffa, spiża loġistika u ta’ maniġġar, fjuwil u spejjeż possibbli għal akkomodazzjoni kif ukoll spejjeż indiretti oħra bħal taxxi, dazji ġenerali u spejjeż għat-tranżitu.

8. L-ispejjeż tat-trasport jistgħu jikkonsistu fi spejjeż għal kull unità, ammonti sħaħ jew rati fissi stabbiliti għal kull kategorija ta’ spiża.”

(18)l-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 25

Tipi ta’ intervent finanzjarju u proċeduri ta’ implimentazzjoni

1.Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament Finanzjarju b’ġestjoni diretta jew b’ġestjoni indiretta flimkien ma’ korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

3.L-appoġġ finanzjarju skont din id-Deċiżjoni jista’ jieħu kwalunkwe forma stabbilita fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari l-forma ta’ għotjiet, akkwist jew kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji.

4.Sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali jew pluriennali, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). Il-programmi ta’ ħidma annwali jew pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva ta’ żmien ta’ implimentazzjoni. Fir-rigward tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 28(2), il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet previsti għall-pajjiżi msemmija fihom.

Madankollu, l-ebda programm ta’ ħidma annwali jew pluriennali ma għandu jkun meħtieġ għal azzjonijiet li jaqgħu taħt ir-reazzjoni f’każ ta’ diżastru stabbiliti fil-Kapitolu IV, li ma jistgħux jiġu previsti minn qabel.

5.Flimkien mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju , l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament, li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha kienu ddaħħlu fil-baġit annwali għandhom awtomatikament jiġu riportati u jistgħu jiġu impenjati u mħallsa sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jintużaw biss għall-azzjonijiet ta’ reazzjoni. L-ammont riportat għandu jintuża l-ewwel fis-sena finanzjarja ta’ wara.”

(19)l-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jieħu sehem fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali, jew bis-saħħa ta’ kwalunkwe strumenti legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jitwettqu investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.”

(20)L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2027.”

(b)Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.”

(c)il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7. Att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 6(5) jew mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(21)Fl-Artikolu 32(1), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i) l-organizzazzjoni tal-appoġġ għat-trasport tal-assistenza, kif previst fl-Artikoli 18 u 23;”;

(22)Fl-Artikolu 33, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3. Minħabba raġunijiet imperattivi ġustifikati ta’ urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011”;

(23)L-Anness I jitħassar.

(24)It-titolu tal-Anness Ia huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kategoriji ta’ spejjeż eliġibbli skont l-Artikolu 21(3)”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 1(12) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

1.3.Il-proposta / l-inizjattiva tirrigwarda:

1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit jew rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil, inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.4.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)29

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI31

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar31

2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u ta’ kontroll31

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta 31

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom31

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja baġitarja ġdida tan-nefqa proposta / l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul39

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva 

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

14 Rispons għall-Kriżijiet

Din il-proposta tikkonċerna l-qasam tal-protezzjoni ċivili, u għandha l-intenzjoni li ssaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (il-Mekkaniżmu tal-Unjoni).

Bil-proposta tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, il-finanzjament relatat mal-protezzjoni ċivili ġie inkluż f’intestatura waħda: Intestatura 5 “Reżiljenza, Sigurtà u Difiża”. Ir-raggruppament speċifiku huwa “Reżiljenza u Reazzjoni għall-Kriżijiet”, Titolu 14, Kapitolu 02. Dan ir-raggruppament se jinkludi kemm id-dimensjonijiet interni kif ukoll dawk esterni tal-protezzjoni ċivili.

1.3.Il-proposta / l-inizjattiva tirrigwarda: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota / azzjoni preparatorja 16  

x l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ir-ridirezzjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva 

1.4.1.Rekwiżit jew rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil, inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-proposta hija maħsuba li tintroduċi xi bidliet immirati għad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1313/2013/UE (“id-Deċiżjoni”) dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“Mekkaniżmu tal-Unjoni”), li skontu l-Unjoni Ewropea tappoġġa, tikkoordina u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili biex jipprevjenu, iħejju għal u jirreaġixxu għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem fl-Unjoni u barra minnha. Filwaqt li tibni fuq il-prinċipji tas-solidarjetà u r-responsabbiltà kondiviża, l-objettiv kumplessiv ta’ din il-proposta huwa li jiżgura li l-Unjoni tkun tista’ tipprovdi appoġġ aħjar f’każ ta’ kriżi u ta’ emerġenza liċ-ċittadini tagħha fl-Ewropa u barra minnha.

Id-Deċiżjoni temenda azzjoni eżistenti (Mekkaniżmu tal-Unjoni) u għandha tiġi kkunsidrata b’mod parallel mal-proposta pendenti li temenda wkoll il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, li ġie adottat mill-Kummissjoni fl-2019 17 .

Il-pandemija tal-COVID-19 uriet il-ħtieġa għal tħejjija aħjar min-naħa tal-Unjoni Ewropea għal emerġenzi futuri fuq skala kbira, li tagħti prova tal-limitazzjonijiet tal-qafas attwali. Fid-dawl ta’ dan, qed jitqies neċessarju li jiġu proposti modifiki addizzjonali għall-qafas legali eżistenti biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Din l-inizjattiva tirreferi għall-pakkett finanzjarju disponibbli għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.

1.4.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE.

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wera li huwa għodda utli biex jimmobilizza u jikkoordina l-assistenza mogħtija mill-Istati Parteċipanti b’reazzjoni għal kriżijiet ġewwa u barra mill-Unjoni, filwaqt li kien prova tanġibbli tas-solidarjetà Ewropea. Madankollu, it-tifqigħa tal-Covid-19 u t-tagħlimiet operattivi li ttieħdu minn kriżijiet oħra, indikaw il-ħtieġa li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni jkompli jissaħħaħ. F’termini konkreti, il-bidliet f’din il-proposta għandhom l-għan li jintlaħqu l-objettivi li ġejjin:

a)    L-infurzar ta’ approċċ ta’ tħejjija transsettorjali u soċjetali għall-ġestjoni transkonfinali tar-riskju ta’ diżastri, inkluż l-istabbiliment ta’ elementi ta’ bażi u ta’ ppjanar fil-livell Ewropew.

b)    l-iżgurar li l-Kummissjoni tkun tista’ tikseb direttament xibka ta’ sikurezza adegwata tal-kapaċitajiet tar-rescEU;

c)    l-għoti ta’ kapaċità loġistika lill-Kummissjoni biex tipprovdi servizzi tal-ajru b’użi multipli f’każ ta’ emerġenzi u tiżgura t-trasport f’waqtu u l-għoti ta’ assistenza;

d)    id-disinn ta’ sistema aktar flessibbli għal reazzjoni għall-emerġenzi fuq skala kbira;

e)    it-tisħiħ tal-koordinazzjoni operazzjonali taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’Każ ta’ Emerġenza u r-rwol ta’ monitoraġġ b’appoġġ għar-reazzjoni rapida u effettiva tal-UE għal firxa wiesgħa ta’ kriżijiet ġewwa u barra l-Unjoni;

f)    il-ħolqien ta’ investiment aktar b’saħħtu għat-tħejjija fil-livell tal-UE u simplifikazzjoni ulterjuri tal-implimentazzjoni tal-baġit;

g)    il-possibbiltà tal-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ miżuri effiċjenti u skalabbli ta’ rkupru sostenibbli u reżiljenza fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili minn dħul assenjat estern bis-saħħa ta’ finanzjament li jingħata b’konformità mal-abbozz tar-Regolament li jistabbilixxi Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea li jappoġġa l-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)441 final).

L-objettivi tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri meta jaġixxu waħedhom. L-azzjoni tal-UE f’dan il-qasam tinvolvi l-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet b’komponenti transfruntiera u multinazzjonali b’saħħithom, li neċessarjament jeħtieġu koordinazzjoni ġenerali u azzjoni miftiehma lil hinn mil-livell nazzjonali.

Kif jidher mit-tifqigħa COVID-19, f’każ ta’ emerġenzi serji li fihom l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi hija tkun ikkonċernata mill-iskala u l-ambitu ta’ emerġenza, tenħtieġ reazzjoni kollettiva, koordinata u urġenti biex jiġi evitat approċċ frammentat li jillimita l-effikaċja tar-reazzjoni tal-Unjoni. Minħabba t-talbiet urġenti biex jiġu mobilizzati r-riżorsi fi skala suffiċjenti u jiġu skjerati fl-Istati Membri kollha fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tagħhom, huwa meħtieġ li l-Unjoni taġixxi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Id-dimensjoni globali u l-effetti ta’ dawn l-emerġenzi tassew jeħtieġu azzjoni koordinata, li tiżgura l-mitigazzjoni rapida u effettiva tad-diżastri, flimkien mal-prevenzjoni taż-żieda mill-ġdid tagħhom.

Meta jitqiesu l-benefiċċji f’termini tat-tnaqqis tat-telf ta’ ħajja umana, ħsara ambjentali, ekonomika u materjali, il-proposta ġġib valur miżjud ċar tal-UE.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wera riżultati inkoraġġanti f’termini ta’ prestazzjoni f’kull wieħed mit-tliet pilastri (prevenzjoni / tħejjija / reazzjoni) sa issa. Dan ġeneralment jitqies b’mod pożittiv mill-Istati Parteċipanti u mill-partijiet ikkonċernati ewlenin. Din kienet il-konklużjoni ġenerali mill-evalwazzjoni interim tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni (2014-2016), li twettqet minn konsulent estern u li ġiet ippubblikata f’Awwissu 2017.

Tagħlima oħra mill-evalwazzjoni interim, kif ukoll mir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 18 , kienet il-ħtieġa li jittejjeb il-qafas ta’ monitoraġġ tar-riżultati tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Dan jinkludi kejl aħjar fil-forma ta’ indikaturi kwantitattivi possibbli u ta’ linji bażi biex ikun jista’ jiffoka aktar fuq l-impatt matul iż-żmien. Il-Kummissjoni introduċiet indikaturi ta’ riżultati li jistgħu jitkejlu għall-azzjonijiet kollha. Dan huwa l-ewwel pass fi proċess aktar fit-tul li jiżgura assistenza finanzjarja permezz tal-Mekkaniżmu inkwadrat b’approċċ aktar iffukat fuq ir-riżultati.

Sors rilevanti ieħor li fuqu l-Kummissjoni bbażat il-proposta tagħha biex ittejjeb il-funzjonament attwali tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni huwa l-ħarsa ġenerali tal-Unjoni lejn ir-riskji 19 . Il-valutazzjonijiet nazzjonali tar-riskju ppreżentati mill-Istati Membri ntużaw biex tiġi prodotta din il-ħarsa ġenerali fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Il-Kummissjoni tibni wkoll fuq l-esperjenza miksuba:

f’emerġenzi ġestiti mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni sa mill-ħolqien tiegħu fl-2001, u b’mod partikolari fuq it-tagħlimiet identifikati matul it-tifqigħa tal-Covid-19;

bħala riżultat tal-proġetti ffinanzjati fil-qafas tas-sejħiet imnedija mill-2013 dwar it-tħejjija u l-prevenzjoni; kif ukoll

bħala riżultat tal-proġett pilota ffinanzjat fil-qafas tas-sejħa mnedija fl-2008 biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-azzjonijiet previsti permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni rivedut huma allinjati mal-objettiv ġenerali tal-Unjoni li jiżguraw li l-politiki u l-istrumenti rilevanti kollha tal-Unjoni jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Unjoni f’termini tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, mir-rispons u l-irkupru għall-prevenzjoni tad-diżastri.

B’mod partikolari, qed tingħata attenzjoni speċjali biex jiġu żgurati koordinazzjoni mill-qrib u konsistenza ma’ azzjonijiet imwettqa taħt politiki u strumenti oħra tal-UE li jimmiraw b’mod partikolari lejn il-preservazzjoni tal-ħajja tan-nies, jipprevjenu u jtaffu s-sofferenza umana u jipproteġu d-dinjità tal-bniedem.

Importanti b’mod speċifiku hija l-koordinazzjoni mal-programm il-ġdid tal-Unjoni “EU4Health”. Fejn il-Mekkaniżmu tal-Unjoni se jiffoka fuq il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni diretta għall-kriżi li se jkollhom ikunu lesti u disponibbli minnufih f’każ ta’ emerġenza, il-programm “EU4Health” se jinkludi riżervi strutturali fuq skala kbira, inkluża riżerva ta’ persunal mediku lest u esperti, u r-reżiljenza sottostanti tas-sistemi tal-kura tas-saħħa. Dawn ir-riżorsi se jkunu kruċjali għal rispons ikkoordinat għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni.

Konsistenza ma’:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja;

Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea;

Ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà;

Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili;

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 tal-15 ta’ Marzu 2016 dwar l-għoti ta’ appoġġ ta’ emerġenza fl-Unjoni.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/521 li jattiva l-appoġġ ta’ emerġenza skont ir-Regolament (UE) 2016/369 u li jemenda d-dispożizzjonijiet tiegħu filwaqt li jqis it-tifqigħa tal-COVID-19

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) XXX/XX li jistabbilixxi Strument ta’ Rkupru għall-Unjoni Ewropea li jappoġġa l-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19.

1.5.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju 

X tul ta’ żmien limitat

X    b’effett mill-01/01/2021 sal-31/12/2027

X    L-impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2021 sal-2032 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 tul ta’ żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mis-SSSS sas-SSSS,

segwit minn tħaddim fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 20

X Ġestjoni Diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

X Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

X organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

X il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

X korpi tal-liġi pubblika;

X korpi rregolati mid-dritt privat li l-missjoni tas-servizz pubbliku tagħhom tkun li huma jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V TUE u li huma identifikati fl-att bażiku rilevanti.

KUMMENTI:

L-introduzzjoni tal-possibbiltà ta’ mod ta’ ġestjoni indiretta tal-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni flimkien mal-modalità ta’ ġestjoni diretta użata sa issa tipprovdi strument addizzjonali biex tiġi ottimizzata l-implimentazzjoni tal-baġit. Il-varjetà ta’ korpi skont il-lista se ttejjeb l-effiċjenza ġenerali fl-assorbiment tal-fondi tal-Unjoni fid-dawl taż-żieda fil-baġit. Minħabba l-kuntest ta’ politika tal-protezzjoni ċivili li ħafna drabi jittratta avvenimenti imprevedibbli (tipi differenti ta’ diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem), huwa essenzjali li jkun garantit qafas QFP inklużiv (f’termini ta’ atturi involuti) u flessibbli.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Azzjonijiet u miżuri li jirċievu assistenza finanzjarja taħt dawn id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati regolarment.

Il-Kummissjoni hija meħtieġa li tevalwa l-Mekkaniżmu tal-Unjoni skont l-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE.

2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-assistenza finanzjarja dwar il-prevenzjoni u t-tħejjija permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni tintefaq skont programm ta’ ħidma annwali adottat mill-Kumitat tal-Protezzjoni Ċivili. Il-Kummissjoni regolarment tinforma lill-Kumitat dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma.

L-implimentazzjoni se ssir permezz ta’ għotjiet u kuntratti b’modalitajiet ta’ pagament ibbażati fuq l-esperjenza li ssawret fil-passat.

Fuq il-bażi tat-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni fl-imgħoddi u biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-objettivi tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, il-Kummissjoni biħsiebha timplimenta l-azzjonijiet b’ġestjoni diretta u indiretta billi tqis b’mod sħiħ il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-aħjar valur għall-flus.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Is-sistema ta’ kontroll intern eżistenti tal-Kummissjoni Ewropea tapplika biex tiżgura li l-fondi disponibbli permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jintużaw sew u f’konformità ma’ leġiżlazzjoni xierqa.

Is-sistema attwali hija stabbilita kif ġej:

1. It-tim tal-kontroll intern fis-servizz ewlieni (id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej / DĠ ECHO) jiffoka fuq il-konformità mal-proċeduri amministrattivi u l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. Il-qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni jintuża għal dan l-għan.

2. Awditjar regolari ta’ għotjiet u kuntratti minn awdituri esterni, li jingħataw taħt il-baġit tal-protezzjoni ċivili huma inkorporati b’mod sħiħ fil-pjan ta’ verifika annwali tad-DĠ ECHO.

3. Evalwazzjoni ta’ attivitajiet ġenerali minn evalwaturi esterni.

L-azzjonijiet imwettqa jistgħu jiġu awditjati mill-uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri.

Dwar is-superviżjoni u l-monitoraġġ, l-esperjenza estensiva miksuba mill-implimentazzjoni tal-istrument ta’ għajnuna umanitarja se tiġi applikata, bil-bidliet meħtieġa, għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni taħt ġestjoni indiretta.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

L-ispiża stmata tal-istrateġija ta’ kontroll tad-DĠ ECHO tirrappreżenta 0,3 % tal-ġestjoni indiretta tal-baġit tal-2019 u 0,4 % tal-ġestjoni diretta tal-baġit tal-2019. L-elementi prinċipali ta’ dan l-indikatur huma:

– it-total tal-ispejjeż tal-persunal tal-esperti tad-DĠ ECHO f’dan il-qasam, flimkien ma’ dawk tal-unitajiet finanzjarji u operazzjonali mmultiplikat bit-tul ta’ ħin stmat iddedikat għall-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, kontroll u monitoraġġ;

– ir-riżorsi totali fis-settur tal-awditjar estern tad-DĠ ECHO ddedikati għall-awditi u l-verifiki.

Meta jitqies il-kost limitat ħafna ta’ tali kontrolli flimkien mal-benefiċċji kwantifikabbli (korrezzjonijiet u rkupri) u mhux kwantifikabbli (effett ta’ deterrent u l-effett ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tal-kontrolli) marbuta magħhom, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-benefiċċji kwantifikabbli u mhux kwantifikabbli li jirriżultaw mill-kontrolli jissuperaw sew il-kost limitat tagħhom.

Fir-rigward tal-entitajiet inkarigati li jimplimentaw il-finanzjament tal-Unjoni taħt modalità ta’ ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni tikkontribwixxi sa 7 % tal-ispejjeż diretti eliġibbli tagħhom biex tiżgura s-superviżjoni u l-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni.

Dan huwa kkonfermat mir-rata pluriennali ta’ erruri residwi ta’ 0,87 % irrappurtata mill-Kummissjoni fl-2019 għad-dipartiment tagħha għall-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

L-istrateġija tad-DĠ ECHO kontra l-frodi, f’konformità mal-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi, tintuża sabiex tiżgura li:

– Il-kontrolli interni relatati mal-ġlieda kontra l-frodi tad-DĠ ECHO huma kompletament allinjati mal-istrateġija kontra l-frodi tal-Kummissjoni; AFS;

– L-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi tad-DĠ ECHO huwa mmirat sabiex jidentifika ż-żoni f’riskju ta’ frodi u reazzjoni adegwata.

Is-sistemi użati biex jintefqu l-fondi tal-Unjoni f’pajjiżi terzi jippermettu li data rilevanti tiġi rkuprata bil-ħsieb li din id-data tintuża għall-ġestjoni tar-riskju tal-frodi (pereż. biex jinkixef il-finanzjament doppju);

Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu stabbiliti gruppi ta’ netwerk u għodod adegwati tal-IT ddedikati għall-analiżi ta’ każijiet tal-frodi relatati mas-setturi.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja baġitarja ġdida tan-nefqa proposta / l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti 

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip 
ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru 14: Reazzjoni għall-Kriżijiet

Intestatura 5: Sigurtà u Difiża

Diff./Mhux diff 21 .

minn pajjiżi tal-EFTA 22

minn pajjiżi kandidati 23

minn pajjiżi terzi 24

fis-sens tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

5

14 01 01 Mekkaniżmi ta’ protezzjoni ċivili tal-Unjoni — Nefqa ta’ sostenn

Mhux diff.

IVA

IVA

IVA

LE

5

14 02 01 — Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-protezzjoni ċivili: Prevenzjoni u tħejjija, u rispons

Diff

IVA

IVA

IVA

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

Din it-tabella tippreżenta l-pakkett finanzjarju allokat lill-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni għall-perjodu 2021–2027 taħt l-Artikolu 19(1a). Din it-tabella tissostitwixxi dik ippreżentata fl-Istqarrija Finanzjarja Leġiżlattiva tal-proposta COM(2019) 125 final.

It-tqassim indikattiv tan-nefqa mill-Intestatura 5 huwa kif ġej:

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju 
pluriennali

5

Reżiljenza, Sigurtà u Difiża

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

14 02 01 Prevenzjoni u Tħejjija tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, u Rispons

Impenji

(1)

89 703

94 744

101 055

106 454

282 036

292 363

298 210

1 264 565

Pagamenti

(2)

25 613

47 027

72 889

87 778

143 087

187 377

236 920

463 876

1262 565

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 25  

Impenji = Pagamenti

(3)

0 500

0 510

0 520

0 531

0 541

0 552

0 563

3 717

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

90 203

95 254

101 575

106 985

282 577

292 915

298 773

1 268 282

Pagamenti

=2+3

26 113

47 537

73 409

88 309

143 628

187 929

237 483

463 876

1 268 282

Apparti l-pakkett finanzjarju definit fl-Artikolu 19 (1a), EUR 2 187 620 000 (bi prezzijiet attwali) se jkun disponibbli dħul assenjat estern, skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju bħala finanzjament mill-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea. Minn dan l-ammont sa EUR 22 580 000 jista’ jiġi ddedikat għan-nefqa amministrattiva, inklużi l-ispejjeż għall-persunal estern.

It-tqassim indikattiv tan-nefqa minn dħul assenjat estern huwa kif ġej:

Mekkaniżmu tal-Unjoni / RescEU

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Nefqa operazzjonali minn dħul assenjat estern tal-EURI

Impenji

(1)

525 290

535 800

546 510

557 440

2165 040

Pagamenti

(2)

150 192

270 024

409 595

320 738

209 535

72 916

9 477

722 563

2165 040

Nefqa ta’ appoġġ amministrattiv minn dħul assenjat estern tal-EURI

Impenji = Pagamenti

(3)

3 040

3 100

3 160

3 220

3 290

3 350

3 420

 

22 580

Total tad-dħul assenjat estern

Impenji

=1+3

528 330

538 900

549 670

560 660

3 290

3 350

3 420

 

2 187 620

Pagamenti

=2+3

153 232

273 124

412 755

323 958

212 825

76 266

12 897

722 563

2 187 620





Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

1 500

1 500

1 500

1 500

1 500

1 500

1,500

10 500

Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

xx

1 500

1 500

1 500

1 500

1 500

1 500

1 500

10 500

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
fl-INTESTATURI  
kollha tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

91 703

96 754

103 075

108 485

284 077

294 415

300 273

1 278 782

Pagamenti

27 613

49 037

74 909

89 809

145 128

189 429

238 983

463 876

1 278 782

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

1 500

1 500

1 500

1 500

1 500

1 500

1 500

10 500

Nefqa amministrattiva oħra

xxx

xxx

xxx

xxx

xxx

xxx

xxx

xxx

Subtotal INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

1 500

1 500

1 500

1 500

1 500

1 500

1 500

10 500

Barra mill-Intestatura 7 26  
of the multiannual financial framework

Riżorsi umani 27 28  

1 600

1 600

1 600

1 600

1 600

1 600

1 600

11 200

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

0 500

0 510

0 520

0 531

0 541

0 552

0 563

3 717

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

1 440

1 500

1 560

1 620

1 690

1 750

1 820

11 380

Subtotal  
Barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

3 540

3 610

3 680

3 751

3 831

3 902

3 983

26 297

TOTAL

5 040

5 110

5 180

5 251

5 331

5 402

5 483

36 797

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.



3.2.2.1.Ir-rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/l-inzjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X    Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni

10

10

10

10

10

10

10

Delegazzjonijiet

-

-

-

-

-

-

-

Riċerka

-

-

-

-

-

-

-

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE) FTE) - AC, AL, END, INT u JED  29

Intestatura 7

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

91

92

93

94

94

94

94

- fid-Delegazzjonijiet

-

-

-

-

-

-

-

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  30

- fil-Kwartieri Ġenerali

-

-

-

-

-

-

-

- fid-Delegazzjonijiet

-

-

-

-

-

-

-

Riċerka

-

-

-

-

-

-

-

Dħul assenjat (ieħor)

20

20

20

20

20

20

20

TOTAL

30

30

30

30

30

30

30

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal mid-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kien ġie skjerat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Din it-tabella turi ċ-ċifri tal-ħtiġijiet tal-persunal minbarra dawk previsti fil-proposta COM(2019) 125 final. Din it-talba hija ġustifikata minn żieda sinifikanti fil-baġit propost u l-ħtieġa li jiġu ġestiti attivitajiet ġodda jew kumplessità akbar.

L-FTEs magħżula se jaħdmu fuq l-iżvilupp tal-politika; kwistjonijiet legali, b’enfasi partikolari fuq kwistjonijiet ta’ akkwist; mmaniġġjar finanzjarju; verifika u valutazzjoni.

Persunal estern

L-FTEs magħżula se jaħdmu fuq l-iżvilupp tal-politika; kwistjonijiet legali, b’enfasi partikolari fuq kwistjonijiet ta’ akkwist; mmaniġġar finanzjarju; awditjar u evalwazzjoni.

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

X    Il-proposta / l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta / l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa    

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta / tal-inizjattiva 31

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (pereż. il-metodu/il-formula li ntużaw għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra). 

(1)    COM(2019)125 tas-7.3.2019.
(2)    ĠU C , , p. .
(3)    ĠU C , , p. .
(4)    Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(5)    Id-Dikjarazzjoni konġunta tal-Membri tal-Kunsill Ewropew, https://www.consilium.europa.eu/media/43092/26-vc-euco-statement-mt.pdf  
(6)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha (2020/2616(RSP))
(7)    Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU 143, 30.04.2004, p.56.)
(8)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1)
(9)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1)
(10)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1)
(11)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(12)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1)
(13)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29)
(14)    ĠU L …….
(15)    Ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE
(16)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(17)    COM(2019) 125 final tas-7.03.2019
(18)    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, “Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili: il-koordinazzjoni tar-reazzjonijiet għal diżastri barra l-UE kienet effettiva b’mod ġenerali”, ir-Rapport Speċjali nru 33, 2016.
(19)    Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, “Overview of Natural and Man-made Disaster Risks the European Union may face”, SWD(2017)176 final, 23.5.2017.
(20)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(21)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(22)    l-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. Il-pajjiżi tal-EFTA li huma parti miż-ŻEE jistgħu jissieħbu fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili bħala “Stati Parteċipanti” kif previst fl-Artikolu 28(1) a tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.
(23)    Pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent. Dawn il-pajjiżi jistgħu jissieħbu fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili bħala “Stati Parteċipanti” kif previst fl-Artikolu 28(1) b tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.
(24)    Għall-finijiet ta’ din it-tabella, ir-referenza għal pajjiżi terzi jenħtieġ li tinftiehem bħala “pajjiżi Ewropej oħrajn” li għadhom mhumiex parti mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, iżda li jistgħu jingħaqdu fil-futur kif previst fl-Artikolu 28(1) a tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Ma huma mistennija l-ebda kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr dawk speċifikati hawn fuq.
(25)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(26)    Dħul assenjat
(27)    Dħul assenjat
(28)    Dħul assenjat
(29)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(30)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(31)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.