Brussell, 2.4.2020

COM(2020) 141 final

2020/0058(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-effetti diretti u indiretti tat-tifqigħa tal-COVID-19 qed ikomplu jiżdiedu fl-Istati Membri kollha. Is-sitwazzjoni attwali hija bla preċedent u teħtieġ li f’dawn iċ-ċirkostanzi jiġu applikati miżuri eċċezzjonali adattati għas-sitwazzjoni.

L-ewwel “Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus” (CRII), pakkett ta’ miżuri propost mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Marzu 2020, introduċiet għadd ta’ bidliet importanti li jippermettu li jkun hemm rispons aktar effettiv fis-sitwazzjoni attwali.

L-għan ta’ din l-inizjattiva kien li tippromwovi l-investimenti billi timmobilizza r-riżervi ta’ flus kontanti disponibbli fil-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (il-Fondi SIE), biex tiġi miġġielda l-kriżi minnufih, u kienet segwita minn miżuri kumplimentari kif propost bħala parti mill-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus. Madankollu, huma meħtieġa miżuri addizzjonali, inkluż f’oqsma oħra ta’ politika, b’mod partikolari sabiex jiġu protetti l-persuni l-aktar vulnerabbli.

Il-kriżi tal-coronavirus tippreżenta wkoll sfida bla preċedent għall-operazzjonijiet u għat-twassil lill-persuni l-aktar fil-bżonn li l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (l-FEAD) jappoġġa.

L-aktar importanti, il-kriżi tippreżenta riskji speċifiċi għall-persuni l-aktar fil-bżonn, li huma fost dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetajiet tagħna. Għalhekk, jeħtieġ li jittieħdu miżuri speċifiċi b’mod urġenti sabiex dawn il-persuni jiġu protetti milli jisfaw vittmi ta’ din il-marda u biex jiġi żgurat li l-għajnuna mill-FEAD tibqa’ taslilhom, pereżempju billi jingħataw it-tagħmir protettiv meħtieġ kontra l-marda. Id-distribuzzjoni tal-ikel u ta’ għajnuna materjali bażika, kif ukoll l-appoġġ tal-inklużjoni soċjali, qed jiffaċċjaw dejjem aktar restrizzjonijiet b’rabta mal-loġistika u mar-riżorsi umani, b’mod partikolari minħabba l-konfinament u l-ħtieġa urġenti li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri ta’ tbegħid soċjali għall-konteniment tat-tixrid tal-virus. Ħafna mill-voluntiera, li huma s-sinsla tal-Fond, ma jistgħux jibqgħu jiġu mmobilizzati, peress li ta’ spiss jiffurmaw parti minn gruppi li jinsabu f’riskju ogħla ta’ mard serju kkawżat mill-COVID-19. Minkejja dan, hemm bżonn li jiġi żgurat li l-appoġġ ikompli jilħaq lill-persuni l-aktar fil-bżonn, pereżempju permezz ta’ metodi ġodda ta’ twassil li jiżguraw is-sikurezza tal-persuni kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-FEAD kif ukoll tal-persuni l-aktar fil-bżonn.

Għalhekk, ir-Regolament dwar l-FEAD jeħtieġ li jippermetti lill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni, lill-organizzazzjonijiet sħab u lill-atturi l-oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-Fond jirreaġixxu malajr għall-ħtiġijiet addizzjonali li qed jinħolqu tal-gruppi fil-mira li huma esposti għal aktar tbatija li tirriżulta minn din il-kriżi.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni qed tipproponi li r-Regolament dwar l-FEAD jiġi emendat sabiex iwieġeb għall-isfidi li qed jiffaċċjaw l-awtoritajiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet sħab b’rabta mal-implimentazzjoni tal-FEAD waqt it-tifqigħa tal-COVID-19.

F’konformità mal-emendi proposti għall-Fondi SIE, qed jiġi propost li jiġu introdotti dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu lill-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ malajr il-miżuri meħtieġa biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni ta’ emerġenza. Kif seħħ fil-każ tal-Fondi SIE, qed jiġi propost li n-nefqa għal dawk l-operazzjonijiet tal-FEAD li qed irawmu kapaċitajiet ta’ rispons għall-kriżi b’rabta mat-tifqigħa tal-COVID-19 tkun eliġibbli mill-1 ta’ Frar 2020. Bl-istess mod, qed jiġi propost li l-emendar ta’ ċerti elementi tal-programm operattiv li għandhom l-għan li jindirizzaw it-tifqigħa tal-COVID-19 ma jkollux għalfejn jiġi approvat b’deċiżjoni tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-proposta tintroduċi l-possibbiltà li l-awtoritajiet iwasslu l-għajnuna alimentari/l-għajnuna materjali bażika permezz ta’ kupuni elettroniċi, peress li dan inaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni waqt it-twassil tal-ikel/tal-għajnuna materjali bażika.

Apparti dawn il-bidliet, qed jiġi propost ukoll li matul dan il-perjodu bla preċedent tiġi introdotta flessibbiltà fir-rigward tal-ħarsien ta’ ċerti rekwiżiti legali. B’mod eċċezzjonali, għal din is-sena, qed jiġi propost li l-iskadenza għas-sottomissjoni tar-Rapport Annwali ta’ Implimentazzjoni tiġi estiża u qed jiġi ċċarat li l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-proċeduri ta’ kontroll u ta’ awditjar matul it-tifqigħa. Qed jiġi propost ukoll li jiġu introdotti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż imġarrba mill-benefiċjarji f’każ li jkun hemm dewmien fit-twassil tal-ikel/tal-għajnuna materjali bażika jew tal-għajnuna soċjali u f’każ li xi operazzjonijiet jiġu sospiżi u ma jiġux implimentati bis-sħiħ.

Fl-aħħar nett, sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ kollu mill-Fond ikun jista’ jiġi mmobilizzat biex jiġu mminimizzati l-effetti tal-kriżi tas-saħħa pubblika fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn, bħala miżura temporanja u eċċezzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli li jenħtieġ li japplikaw f’ċirkostanzi regolari, jeħtieġ li tiġi permessa l-possibbiltà temporanja ta’ kofinanzjament b’rata ta’ 100 % mill-baġit tal-UE.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika, b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni għall-Fondi SIE b’rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 bħala parti mis-CRII u mis-CRII plus.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti ma’ proposti u inizjattivi oħra adottati mill-Kummissjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-proposti adottati mill-Kummissjoni għall-Fondi SIE b’rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19. Hija wkoll parti minn pakkett leġiżlattiv ieħor adottat mill-Kummissjoni, li jinkludi proposti għall-emendar tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 175(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Tipprevedi possibbiltà temporanja għal rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 %, kif ukoll ċarezza dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa affettwata mill-miżuri mdaħħla fis-seħħ bħala rispons għall-kriżi tas-saħħa. Fl-aħħar nett, ittaffi għadd ta’ rekwiżiti għall-Istati Membri meta dawn joħolqu piżijiet amministrattivi li jistgħu jwasslu għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rispons għall-kriżi. Dawn il-bidliet eċċezzjonali huma mingħajr preġudizzju għar-regoli li japplikaw f’ċirkostanzi regolari.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

•Proporzjonalità

Il-proposta hija proporzjonata u ma tinkludix dispożizzjonijiet li mhumiex meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tat-Trattat. Hija limitata għall-emendi kkunsidrati li huma meħtieġa biex jiġu indirizzati l-problemi li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri matul il-kriżi tal-COVID-19 fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-FEAD.

•Għażla tal-istrument

L-istrument propost: emenda tar-regolament attwali.

Il-Kummissjoni esplorat il-lok għall-flessibbiltà li jipprovdi l-qafas legali u tqis li huwa neċessarju li tipproponi emendi għar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ din il-proposta, ma saru l-ebda evalwazzjonijiet ex post jew kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ din il-proposta, ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ.

•Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ma hemmx inizjattiva fil-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT).

•Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPATT FUQ IL-BAĠIT

Il-modifika proposta ma timplika l-ebda tibdil fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-impenji u għall-ħlasijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014. Ir-rendikont annwali totali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn jibqa’ l-istess.    

Il-proposta se tiffaċilita aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm u se tirriżulta f’forniment minn qabel tal-approprjazzjonijiet ta’ ħlas.

Il-Kummissjoni se timmonitorja bir-reqqa l-impatt tal-modifika proposta fuq l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas fl-2020 filwaqt li tqis kemm l-implimentazzjoni tal-baġit kif ukoll il-previżjonijiet riveduti tal-Istati Membri.

5.ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-implimentazzjoni tal-miżuri se tiġi mmonitorjata u se jsiru rapporti dwarha skont il-qafas tal-mekkaniżmi ta’ rapportar ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 223/2014.

•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli

2020/0058 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 jistabbilixxi regoli applikabbli għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn.

(2)Il-mod li bih l-Istati Membri ntlaqtu mit-tifqigħa tal-COVID-19 huwa bla preċedent. Il-kriżi tinvolvi riskji akbar għall-persuni l-aktar vulnerabbli, bħalma huma dawk l-aktar fil-bżonn, u b’mod partikolari toħloq ir-riskju li tfixkel l-appoġġ ipprovdut mill-FEAD.

(3)Sabiex ikun hemm rispons immedjat għall-impatt tal-kriżi fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn, in-nefqa għal operazzjonijiet għat-trawwim tal-kapaċitajiet ta’ rispons għall-kriżi b’rabta mat-tifqigħa tal-COVID-19 jenħtieġ li tkun eliġibbli mill-1 ta’ Frar 2020.

(4)Sabiex jitnaqqas il-piż fuq il-baġits pubbliċi li jirrispondu għas-sitwazzjoni ta’ kriżi, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà eċċezzjonali li jitolbu rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % li għandha tiġi applikata għas-sena ta’ kontabilità tal-2020-l-2021, skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit u soġġett għall-finanzjament disponibbli. Abbażi ta’ valutazzjoni tal-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ kofinanzjament eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li din il-miżura tiġi estiża.

(5)Sabiex jiġi żgurat li l-persuni l-aktar fil-bżonn ikunu jistgħu jkomplu jirċievu għajnuna mill-Fond f’ambjent sikur, jeħtieġ li tiġi prevista biżżejjed flessibbiltà biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jaġġustaw l-iskemi ta’ appoġġ għall-kuntest attwali, inkluż billi jkunu permessi skemi alternattivi ta’ twassil permezz ta’ kupuni elettroniċi u billi l-Istati Membri jkunu jistgħu jemendaw ċerti elementi tal-programm operattiv mingħajr ma jkun hemm bżonn li dawn jiġu adottati permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni. Sabiex ma jiġux imfixkla l-iskemi tradizzjonali ta’ twassil, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-organizzazzjonijiet sħab jiġu pprovduti bil-materjali u t-tagħmir ta’ protezzjoni meħtieġa barra mill-baġit tal-għajnuna teknika.

(6)Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għad-determinazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji f’każ li jkun hemm dewmien f’ċerti operazzjonijiet minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 jew f’każ li dawn jiġu sospiżi jew ma jiġux implimentati bis-sħiħ minħabba fiha.

(7)Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq l-introduzzjoni ta’ miżuri b’rispons għall-kriżi u jevitaw l-interruzzjoni tat-twassil ta’ appoġġ lill-persuni l-aktar fil-bżonn minħabba r-riskji ta’ kontaminazzjoni, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri speċifiċi li jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-awtoritajiet u li jipprovdu l-flessibbiltà għall-konformità ma’ ċerti rekwiżiti leġiżlattivi, b’mod partikolari dwar il-monitoraġġ u dwar il-kontroll u l-awditjar.

(8)Peress li l-introduzzjoni ta’ dawn il-miżuri għall-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-FEAD waqt il-kriżi tal-COVID-19 hija urġenti, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-urġenza marbuta mal-indirizzar tal-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata magħha, tqies xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea li huwa mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(10)Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma japplikawx għall-finijiet tal-modifika ta’ elementi ta’ programm operattiv li jaqgħu taħt is-subsezzjonijiet 3.5 u 3.6 u t-Taqsima 4 rispettivament tal-mudelli tal-programmi operattivi stabbiliti fl-Anness I jew tal-elementi stabbiliti fil-punti (a), (b), (c), (d), (e) u (g) tal-Artikolu 7(2) f’każ li jiġu mmodifikati minħabba r-rispons għall-kriżi b’rabta mat-tifqigħa tal-COVID-19.

Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni ta’ modifika tal-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien xahar mid-data ta’ dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, li ma għandhiex tkun qabel id-data tal-adozzjoni tagħha.”

(2)Fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni għall-2019 għandha tkun it-30 ta’ Settembru 2020.”

(3)Fl-Artikolu 20 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.    B’deroga mill-paragrafu 1, fuq talba tal-Istat Membru, tista’ tiġi applikata rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għan-nefqa pubblika ddikjarata f’applikazzjonijiet għall-ħlas matul is-sena ta’ kontabilità li tibda fl-1 ta’ Lulju 2020 u li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2021.

It-talbiet għall-modifiki fir-rata ta’ kofinanzjament għandhom isiru permezz tal-proċedura għall-emendar tal-programmi operattivi stabbilita fl-Artikolu 9 u għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm rivedut. Ir-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għandha tapplika biss jekk l-emenda għall-programm korrispondenti tkun approvata mill-Kummissjoni qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni finali għal ħlas interim skont l-Artikolu 45(2).

Qabel jippreżentaw l-ewwel applikazzjoni għall-ħlas għas-sena ta’ kontabilità li tibda fl-1 ta’ Lulju 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw it-tabella msemmija fit-taqsima 5.1 tal-mudelli tal-programmi operattivi stabbiliti fl-Anness I, u b’hekk jikkonfermaw ir-rata ta’ kofinanzjament li kienet applikabbli matul is-sena ta’ kontabilità li tkun intemmet fit-30 ta’ Ġunju 2020.”

(4)Fl-Artikolu 22(4) jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, in-nefqa għal operazzjonijiet għat-trawwim tal-kapaċitajiet ta’ rispons għall-kriżi b’rabta mat-tifqigħa tal-COVID-19 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Frar 2020.”

(5)Fl-Artikolu 23 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.    L-ikel u/jew l-għajnuna materjali bażika jistgħu jingħataw direttament lill-aktar persuni fil-bżonn jew indirettament permezz ta’ kupuni jew kards elettroniċi, dment li dawn ikunu jistgħu jissarrfu biss f’ikel u/jew f’għajnuna materjali bażika kif stabbilit fl-Artikolu 2(1).”

(6)Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(1)Il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) l-ispejjeż tax-xiri tal-ikel u/jew tal-għajnuna materjali bażika u l-ispejjeż tax-xiri ta’ materjali u tagħmir ta’ protezzjoni personali għall-organizzazzjonijiet sħab;”

(2)Il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c) l-ispejjeż amministrattivi, ta’ tħejjija, tat-trasport u tal-ħżin imġarrba mill-organizzazzjonijiet sħab b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a); jew 5 % tal-valur tal-prodotti tal-ikel li jkunu ntużaw skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;”

(7)Jiddaħħlu l-Artikoli 26a, 26b u 26c li ġejjin:

“Artikolu 26 a

Eliġibbiltà tan-nefqa għall-operazzjonijiet appoġġati bħala parti mill-PO I matul is-sospensjoni tagħhom minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19

Il-każijiet ta’ dewmien fit-twassil tal-ikel/tal-għajnuna materjali bażika minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 ma jwasslux għal tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-korp li jixtri jew mill-organizzazzjonijiet sħab skont l-Artikolu 26(2). Dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu ddikjarati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26(2) qabel ma l-ikel/l-għajnuna materjali bażika jitwasslu għand il-persuni l-aktar fil-bżonn, dment li t-twassil jerġa’ jinbeda wara li tkun għaddiet il-kriżi tal-COVID-19.

F’każijiet fejn l-ikel jitħassar minħabba s-sospensjoni tat-twassil bħala riżultat tat-tifqigħa tal-COVID-19, l-ispejjeż stabbiliti fl-Artikolu 26(2)(a) ma jitnaqqsux.

Artikolu 26b

   Eliġibbiltà tan-nefqa għall-operazzjonijiet appoġġati bħala parti mill-PO II jew għall-għajnuna teknika matul is-sospensjoni tagħhom minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19

1.    Għall-operazzjonijiet li l-implimentazzjoni tagħhom tiġi sospiża minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, Stat Membru jista’ jikkunsidra n-nefqa matul is-sospensjoni bħala nefqa eliġibbli anki jekk ma jingħatawx servizzi, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)    l-implimentazzjoni tal-operazzjoni tiġi sospiża wara l-31 ta’ Jannar 2020;

(b)    l-operazzjoni tkun ġiet sospiża minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19;

(c)    in-nefqa tkun iġġarbet u tħallset;

(d)    in-nefqa tkun tikkostitwixxi spiża ġenwina għall-benefiċjarju u ma tkunx tista’ tiġi rkuprata jew ma jkunx jista’ jingħata kumpens għaliha; għall-irkupri u l-kumpensi li ma jiġux ipprovduti mill-Istat Membru, l-Istat Membru jista’ jaċċetta li l-benefiċjarju juri li ssodisfa din il-kundizzjoni billi jagħmel dikjarazzjoni; l-irkupri u l-kumpensi għandhom jitnaqqsu min-nefqa;

(e)    in-nefqa tkun limitata għall-perjodu tas-sospensjoni.

2.    Għal operazzjonijiet fejn il-benefiċjarju jiġi rimborżat fuq il-bażi ta’ għażliet ta’ spejjeż issimplifikati u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jikkostitwixxu l-bażi għar-rimborż tiġi sospiża minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jirrimborża lill-benefiċjarju fuq il-bażi tal-outputs ippjanati għall-perjodu tas-sospensjoni, anki jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)    l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tiġi sospiża wara l-31 ta’ Jannar 2020;

(b)    l-azzjonijiet ikunu ġew sospiżi minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19;

(c)    l-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati jkunu jikkorrispondu għal spiża ġenwina mġarrba mill-benefiċjarju, li għandha tintwera mill-benefiċjarju, u li ma tkunx tista’ tiġi rkuprata jew ma jkunx jista’ jingħata kumpens għaliha; għall-irkupri u l-kumpensi li ma jiġux ipprovduti mill-Istat Membru, l-Istat Membru jista’ jaċċetta li ma jkunx hemm irkupri u kumpensi abbażi ta’ dikjarazzjoni li jagħmel il-benefiċjarju; l-irkupri u l-kumpensi għandhom jitnaqqsu mill-ammont li jkun jikkorrispondi għall-għażla ta’ spiża issimplifikata;

(d)    ir-rimborż lill-benefiċjarju jkun limitat għall-perjodu tas-sospensjoni.

Għall-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru jista’ jirrimborża wkoll lill-benefiċjarju abbażi tal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 25(1)(a), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Jekk Stat Membru jirrimborża lill-benefiċjarju abbażi taż-żewġ għażliet, huwa għandu jiżgura li l-istess nefqa tiġi rimborżata darba biss.

Artikolu 26c

Eliġibbiltà tan-nefqa għall-operazzjonijiet appoġġati bħala parti mill-PO II jew għall-għajnuna teknika li ma jkunux ġew implimentati bis-sħiħ minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19

1. Stat Membru jista’ jikkunsidra n-nefqa għal operazzjonijiet li ma jkunux ġew implimentati bis-sħiħ minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 bħala nefqa eliġibbli jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a) l-implimentazzjoni tal-operazzjoni tiġi kkanċellata wara l-31 ta’ Jannar 2020;

(b) l-operazzjoni tkun ġiet ikkanċellata minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19;

(c) in-nefqa mġarrba qabel il-kanċellazzjoni tal-operazzjoni tkun iġġarbet mill-benefiċjarju u tkun tħallset.

2. Fil-każ ta’ operazzjonijiet li għalihom il-benefiċjarju jiġi rimborżat fuq il-bażi ta’ għażliet ta’ spejjeż issimplifikati, Stat Membru jista’ jikkunsidra n-nefqa għal operazzjonijiet li ma jkunux ġew implimentati bis-sħiħ minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 bħala nefqa eliġibbli jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)    l-implimentazzjoni tal-operazzjoni tiġi kkanċellata wara l-31 ta’ Jannar 2020;

(b)    l-operazzjoni tkun ġiet ikkanċellata minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19;

(c)    l-azzjonijiet koperti mill-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati jkunu twettqu tal-inqas b’mod parzjali qabel ma tkun ġiet ikkanċellata l-operazzjoni.

Għall-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru jista’ jirrimborża wkoll lill-benefiċjarju abbażi tal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 25(1)(a), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Jekk Stat Membru jirrimborża lill-benefiċjarju abbażi taż-żewġ għażliet, huwa għandu jiżgura li l-istess nefqa tiġi rimborżata darba biss.”

(8)Fl-Artikolu 30 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a. Abbażi ta’ analiżi tar-riskji potenzjali, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti eħfef għall-kontroll u għar-rekords tal-awditjar fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-ikel/tal-għajnuna materjali lill-persuni l-aktar fil-bżonn matul il-perjodu tat-tifqigħa tal-COVID-19.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB 4  

4 Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

04 06 - Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn

04 06 01 – Promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u t-taffija tal-agħar forom ta’ faqar fl-Unjoni

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 5  

⌧ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Mhux applikabbli

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku Nru

Mhux applikabbli

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Mhux applikabbli

1.4.3.Riżultati u impatti mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Mhux applikabbli

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Mhux applikabbli

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

Mhux applikabbli

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Mhux applikabbli

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Mhux applikabbli

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Mhux applikabbli

1.6.Durata u impatt finanzjarju

◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

–⌧    Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/07/2020 sat-30/06/2021

–⌧    Impatt finanzjarju fl-2020 - 2024

◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 6

◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

–◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–◻    mill-aġenziji eżekuttivi

⌧ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

–◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Mhux applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Mhux applikabbli

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskji identifikati

Mhux applikabbli

2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Mhux applikabbli

2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ errur

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Mhux applikabbli

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff. 7

mill-pajjiżi tal-EFTA 8

minn pajjiżi kandidati 9

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1 Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

04 06 01 - Promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u t-taffija tal-agħar forom ta’ faqar fl-Unjoni

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

Il-modifika proposta ma timplika l-ebda tibdil fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-impenji u għall-ħlasijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014. Ir-rendikont dettaljat totali annwali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FEAD jibqa’ l-istess

Il-proposta se tirriżulta f’forniment minn qabel ta’ approprjazzjonijiet ta’ ħlas għas-sena ta’ kontabilità li tibda fl-1 ta’ Lulju 2020 u li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2021, kif stmat hawn taħt.

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta’ EUR fil-prezzijiet attwali (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

1b

Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

DĠ: EMPL

2020

2021

2022

2023

2024

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operattivi

1b: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn 

Impenji

04 06 01 - Promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u t-taffija tal-agħar forom ta’ faqar fl-Unjoni

(1)



Ħlasijiet

04 06 01 - Promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u t-taffija tal-agħar forom ta’ faqar fl-Unjoni

(2)

41,920

25,200

0,000

-33,560

-33,560

0,00

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 10  

Mhux applikabbli

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ EMPL

Impenji

=1+1a +3

Ħlasijiet

=2+2a

+3

41,920

25,200

0,000

-33,560

-33,560

0,00



•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

Ħlasijiet

(5)

41,920

25,200

0,000

-33,560

-33,560

0,00

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 1b
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Ħlasijiet

=5+ 6

41,920

25,200

0,000

-33,560

-33,560

0,00

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

Ħlasijiet

(5)

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Ħlasijiet

=5+ 6

0

0





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tad-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ ħlasijiet)

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2020

2021

2022

2023

2024

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

Ħlasijiet

41,920

25,200

0,000

-33,560

-33,560

0,00

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

–⌧    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

⇩

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 11

Spiża medja

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru totali

Spiża totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 12 …

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

SPIŻA TOTALI

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

–⌧    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 13

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

’Il barra mill-INTESTATURA 5 14
of the multiannual financial framework

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
’il barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.    

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

–⌧    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

•Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-time: FTE) 15

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  16

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

–⌧    Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

–Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

–Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

–⌧    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq id-dħul mixxellanju

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 17

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja baġitarja tan-nefqa affettwata.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    ĠU C , , p. .
(2)    ĠU C , , p. .
(3)    Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).
(4)    ABM (ġestjoni bbażata fuq l-attività): ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB (baġit ibbażat fuq l-attività): ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(5)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(6)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(7)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(8)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(9)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(10)    Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(11)    L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: in-numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(12)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(13)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(14)    Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(15)    AC= Aġenti kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JED = Esperti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(16)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operattivi (li qabel kienu l-linji “BA”).
(17)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir.