28.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9963 — Iliad S.A./Play Communications S.A.)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 319/05)
1.
Fil-21 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Iliad S.A. (“Iliad”, Franza), finalment ikkontrollata miċ-ċittadin Franċiż, Xavier Niel, |
— |
Play Communications S.A. (“Play Communications”, il-Lussemburgu). |
Iliad takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Play Communications kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-21 ta’ Settembru 2020.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Iliad: fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni fissa u mobbli, servizzi interni fissi u servizzi tat-TV fi Franza u ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fl-Italja. Kumpaniji oħra kkontrollati minn Xavier Niel huma attivi b’mod partikolari fis-setturi li ġejjin: telekomunikazzjonijiet, media, teknoloġiji, negozji ġodda u proprjetà immobbli. Fis-settur tat-telekomunikazzjoni, il-grupp Xavier Niel huwa prinċipalment attiv fl-Irlanda, Malta u Ċipru, |
— |
Play Communications: kumpanija azzjonarja ta’ P4, li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fil-Polonja u li prinċipalment tipprovdi servizzi bl-imnut tat-telefonija mobbli u fissa u servizzi ta’ aċċess fiss għall-internet fil-Polonja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9963 — Iliad S.A./Play Communications S.A.
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).