18.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9951—PSPIB/Tishman Speyer/Espace Lumière)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 309/07)

1.   

Fl-10 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Tishman Speyer Crown Equities 2007 L.L.C. (“Tishman Speyer”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada),

SCI Espace Lumière (il-“Kumpanija fil-Mira”, Franza)

Tishman Speyer u PSPIB jakkwistaw, fi-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Tishman Speyer: is-sjieda, l-iżvilupp, il-ġestjoni tal-fondi u l-operat ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali fl-Istati Uniti tal-Amerka, fl-Ewropa, fl-Amerka Latina u fl-Asja.

PSPIB: ġestjoni ta’ portafoll globali diversifikat fosthom stokks u bonds, u investiment ta’ kontribuzzjonijiet netti għal fondi tal-pensjonijiet bil-ġestjoni tagħha f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat.

il-Kumpanija fil-Mira: is-sjieda tal-proprjetà immobbli kummerċjali, Espace Lumière, li tinsab f’Pariġi, Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9951 — PSPIB/Tishman Speyer/Espace Lumiere

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.